|
10.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 37/8 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/181
tas-7 ta’ Frar 2020
li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi interim marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Greċja
(notifikata bid-dokument C(2020) 799)
(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi u jista’ jkollha impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-ħnieżer u tisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered lejn azjendi oħrajn tal-ħnieżer u fil-ħnieżer selvaġġi. B’hekk, jista’ jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-każ ta’ tifqigħat ta’ dik il-marda, fejn iridu japplikaw il-miżuri stipulati fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dik id-Direttiva. |
|
(4) |
Il-Greċja infurmat lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni preżenti fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u, f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, hemm bżonn li jiġu deskritti fil-livell tal-Unjoni ż-żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Greċja, b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru. |
|
(6) |
Għaldaqstant, sakemm issir il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, iż-żoni identifikati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-Greċja jenħtieġ li jiġu stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li jiġi stabbilit it-tul ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni se tiġi rieżaminata fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Greċja għandha tiżgura li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jkunu jinkludu tal-inqas iż-żoni mniżżlin bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta’ April 2020.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
ANNESS
|
Il-Greċja |
Żoni msemmijin fl-Artikolu 1 |
Data sa meta huma applikabbli |
||||||||||||||
|
Iż-żona ta’ protezzjoni |
Il-muniċipalità ta’ Visaltias (l-Unità Reġjonali ta’ Serres) |
Is-6 ta’ April 2020 |
||||||||||||||
|
Iż-żona ta’ sorveljanza |
Fl-Unità Reġjonali ta’ Tessaloniki:
Fl-Unità Reġjonali ta’ Serres:
|
is-6 ta’ April 2020 |