22.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 444/6


Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni mill-ġdid tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul assenjat estern u l-għoti u t-teħid b’self fir-Regolament Finanzjarju

(2020/C 444 I/06)

Fl-isfond tal-NGUE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li fil-qafas tar-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju, il-kwistjonijiet li ġejjin ser jiġu vvalutati u riveduti kif xieraq:

id-dispożizzjonijiet dwar id-dħul assenjat estern, b’mod partikolari kif imsemmi fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju;

id-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar dwar operazzjonijiet ta’ teħid u għoti b’self.

It-tliet istituzzjonijiet jirrikonoxxu li r-regoli eżistenti dwar l-awditjar u l-proċedura ta’ kwittanza japplikaw għad-dħul assenjat.