22.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 444/1


Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-tisħiħ ta’ programmi speċifiċi u l-adattament ta’ atti bażiċi

(2020/C 444 I/01)

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità leġiżlattiva u baġitarja, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jżidu b’EUR 2,5 biljun fi prezzijiet tal-2018 il-pakketti finanzjarji fl-atti bażiċi jew l-ipprogrammar finanzjarju, kif xieraq, ta’ dawk il-programmi li huma identifikati mill-Parlament Ewropew. Dan ser jinkiseb permezz ta’ tnaqqis korrispondenti tal-marġini disponibbli taħt il-limiti massimi tal-QFP, mingħajr preġudizzju għall-użu possibbli tal-Istrument ta’ Flessibbiltà fl-2021.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat leġiżlattivi tal-istituzzjonijiet, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li fl-atti bażiċi tal-programmi elenkati fl-Anness II tar-Regolament QFP tiddaħħal dispożizzjoni dwar iż-żieda tal-pakketti finanzjarji bl-ammonti speċifikati fihom. Għall-programmi li jistabbilixxu garanziji baġitarji, l-ammont addizzjonali ser ikun rifless fil-livell addizzjonali tal-garanziji pprovduti.