11.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 417/371 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2020/1964 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-13 ta’ Mejju 2020
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (Chafea) għas-sena finanzjarja 2018
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (COM(2019) 316 — C9-0050/2019) (2), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2018 (3), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2019) 334), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2018 (COM(2019) 350) u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2019) 300), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija (4), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2018 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2020 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018 (05762/2020 — C9-0019/2020), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (7), u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fil-ġestjoni tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fil-ġestjoni tal-programmi tal-Komunità (9), u b’mod partikolari l-Artikolu 66(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/770/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/858/KE (10), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/927/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/770/UE sabiex “L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel” tiġi ttrasformata f “L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel” (11), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp; tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali; tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel; tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu; tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali; tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali; tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni; tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u għall-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi; |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0069/2020), |
A. |
billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit u tiġġestixxi l-programmi, u billi, b’applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din għandha timplimenta l-baġit f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba; |
1.
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018;
2.
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi;
3.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III — Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
Il-President
David Maria SASSOLI
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 327, 30.9.2019, p. 1.
(3) ĠU C 376, 6.11.2019, p. 7.
(4) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 1.
(5) ĠU C 417, 11.12.2019, p. 34.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(9) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.