27.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/33 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/2220
tad-19 ta’ Diċembru 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-provvista suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli u industrijali li huma prodotti fi kwantitajiet insuffiċjenti fl-Unjoni u b’hekk jiġi evitat kull tfixkil fis-suq għal dawk il-prodotti, infetħu kwoti tariffarji awtonomi bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 (1). Fil-qafas ta' dawn il-kwoti tariffarji, il-prodotti jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b’rati ta’ dazju mnaqqsa jew żero. |
(2) |
Peress li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiżgura provvista adegwata ta' ċerti prodotti industrijali u wara li tqies il-fatt li prodotti identiċi, ekwivalenti jew sostituti mhumiex prodotti fi kwantitajiet suffiċjenti fl-Unjoni, huwa neċessarju li jinfetħu kwoti tariffarji ġodda bin-numri tal-ordni 09.2586 sa 09.2593 inklussivi b'rati tad-dazju żero għal kwantitajiet xierqa ta' dawk il-prodotti. |
(3) |
Jenħtieġ li jiżdiedu l-volumi tal-kwota fil-każ tal-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2594, 09.2595, 09.2596, 09.2597, 09.2598, 09.2599, 09.2738, 09.2742 u 09.2872, billi din iż-żieda hija fl-interess tal-Unjoni. |
(4) |
Għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2738, ir-referenza għal “landa” fid-deskrizzjoni tal-prodott jenħtieġ li tiġi sostitwita b’“żingu”. |
(5) |
Għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2595, 09.2596, 09.2597, 09.2598 u 09.2599, il-perijodu tal-kwota jenħtieġ li jittawwal minn sitt xhur għal sena. |
(6) |
Peress li l-ambitu tal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2652 ma għadux adegwat biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni, jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-prodott kopert minn din il-kwota tiġi emendata. |
(7) |
Il-prodotti koperti mill-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2740 huma klassifikabbli taħt il-kodiċi TARIC 2309903187 u mhux taħt il-kodiċi TARIC 2309909697. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi emendata l-indikazzjoni tal-kodiċi NM applikabbli u s-subintestatura TARIC għal dawk il-prodotti. |
(8) |
Peress li ma għadux fl-interess tal-Unjoni li żżomm il-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni 09.2690, 09.2850, 09.2878, 09.2906, 09.2909, 09.2929 u 09.2932, jenħtieġ li dawn jingħalqu b'effett mill-1 ta' Jannar 2020. |
(9) |
Għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2828, huwa fl-interess tal-Unjoni li tapplika l-kwota biss mill-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, li huma x-xhur bl-ogħla domanda għall-prodotti kkonċernati, u li l-volum jitnaqqas bin-nofs. |
(10) |
Il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2722 ġiet applikata simultanjament ma’ sospensjoni tad-dazji tariffarji skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 (2) mill-1 ta’ Lulju 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019. Minħabba li dik is-sospensjoni jenħtieġ li tingħalaq b'effett mill-1 ta’ Jannar 2020, huwa fl-interess tal-Unjoni li jiżdied il-volum tal-kwota. |
(11) |
Is-sustanzi Sulfat tad-Dimentil (CAS RN 77–78–1), 2-Metilanilina (CAS RN 95–53–4) u 4,4 -Metanedildianilina (CAS RN 101–77–9) huma inklużi fil-lista tal-kandidati msemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u s-sustanza bir-referenza CAS RN 101–77–9 hija inkluża fl-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament. Għal dik ir-raġuni, il-kwoti tariffarji eżistenti għal tali prodotti se jingħalqu progressivament u l-kwoti tariffarji li għadhom kif infetħu se japplikaw għal perijodu limitat. Għalhekk, il-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2648 u 09.2730 jenħtieġ li japplikaw biss mill-1 ta' Jannar 2020 sat-30 ta' Ġunju 2020 u l-volumi tal-kwota rilevanti jenħtieġ li jitnaqqsu b’mod proporzjonali. Il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2590 jenħtieġ li tinfetaħ biss għall-istess perijodu. |
(12) |
L-ewwel eżawriment tal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2872 indika li d-domanda għall-prodott kopert minn din il-kwota tariffarja hija għolja u li l-kapaċità tal-produzzjoni fl-Unjoni mhijiex biżżejjed biex tkopri dik id-domanda. Sabiex tittejjeb il-kapaċità kompetittiva tal-intrapriżi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-volum tal-kwota jiżdied b’effett retroattiv biex ikopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019. |
(13) |
Filwaqt li jitqiesu l-emendi li għandhom isiru u għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 jiġi sostitwit. |
(14) |
Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-applikazzjoni tal-iskema tal-kwoti tariffarji u biex ikun hemm konformità mal-linji gwida stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 2011 rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi il-bidliet previsti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-kwoti tariffarji għall-prodotti kkonċernati jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020 u, għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2872, mill-1 ta’ Jannar 2019. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
ir-ringiela li tikkorrispondi mal-kwota tariffarja bin-numri tal-ordni 09.2872 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(2) |
huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2020. Madankollu, il-punt (1) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
K. MIKKONEN
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1344/2011 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 201).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
Nru tal-Ordni |
Kodiċi tan-NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Perijodu tal-kwota |
Ammont tal-kwota |
Kwota tad-dazji (%) |
||||||||||||||||
09.2637 |
ex 0710 40 00 ex 2005 80 00 |
20 30 |
Qamħirrum miċ-ċfaċagħ (Zea mays var. saccharata) imqatta’ jew le, b’dijametru ta’ 10 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 20 mm, biex jintuża fil-manifattura ta’ prodotti tal-industrija tal-ikel għal trattament għajr għall-ippakkjar mill-ġdid sempliċi (1) (2) (3) |
1.1.-31.12. |
550 tunnellata |
0 % (3) |
||||||||||||||||
09.2849 |
ex 0710 80 69 |
10 |
Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1) (2) |
1.1.-31.12. |
700 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2664 |
ex 2008 60 39 |
30 |
Ċirasa ħelwa li fiha spirtu miżjud, b’kontenut ta’ zokkor ta’ mhux aktar minn 9 % skont il-piż, ta’ dijametru ta’ mhux aktar minn 19,9mm bl-għadma, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata (2) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
10 % |
||||||||||||||||
09.2740 |
ex 2309 90 31 |
87 |
Konċentrat tal-proteina tal-fażola tas-sojja skont il-piż:
għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-għalf tal-annimali (2) |
1.1.-31.12. |
30 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2913 |
ex 2401 10 35 ex 2401 10 70 ex 2401 10 95 ex 2401 10 95 ex 2401 10 95 ex 2401 20 35 ex 2401 20 70 ex 2401 20 95 ex 2401 20 95 ex 2401 20 95 |
91 10 11 21 91 91 10 11 21 91 |
Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 Euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestatura 2402 10 00 (2) |
1.1.-31.12. |
6 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2586 |
ex 2710 19 81 ex 2710 19 99 |
20 40 |
Żejt ta’ bażi idroisomerizzat b’mod katalitiku u mingħajr xama’ magħmul minn idrokarburi idroġenati u isoparaffiniċi ħafna, li fihom:
u
viskożità kinematika ta’ 5,0 cSt f’100 °C jew aktar, iżda mhux aktar minn 13,0-il cSt f’100 °C |
1.1.-30.6. |
200 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2587 |
ex 2710 19 81 ex 2710 19 99 |
20 40 |
Żejt ta’ bażi idroisomerizzat b’mod katalitiku u mingħajr xama’ magħmul minn idrokarburi idroġenati u isoparaffiniċi ħafna, li fihom:
u
viskożità kinematika ta’ 5,0 cSt f’100 °C jew aktar, iżda mhux aktar minn 13,0-il cSt f’100 °C |
1.7.-31.12. |
200 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2828 |
2712 20 90 |
|
Xema’ bajda (tal-parafina) li fiha skont il-piż anqas minn 0,75 % żejt |
1.4.-31.10. |
60 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2600 |
ex 2712 90 39 |
10 |
Xema’ ratba (CAS RN 64742-61-6) |
1.1.-31.12. |
100 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2928 |
ex 2811 22 00 |
40 |
Materjal tal-mili tas-silika, f’forma ta’ granuli, b’purità minima ta’ diossidu tas-silikonju, skont il-piż, ta’ 97 % |
1.1.-31.12. |
1 700 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2806 |
ex 2825 90 40 |
30 |
Trijossidu tat-tangsten, inkluż ossidu tat-tangsten blu (CAS RN 1314-35-8 jew CAS RN 39318-18-8) |
1.1.-31.12. |
12 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2872 |
ex 2833 29 80 |
40 |
Sulfat taċ-ċesju (CAS RN 10294-54-9) f’forma solida jew bħala soluzzjoni milwiema li fiha skont il-piż ta’ aktar minn 48 % ta’ sulfat taċ-ċesju iżda mhux aktar minn 52 % |
1.1.-31.12. |
200 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2837 |
ex 2903 79 30 |
20 |
Bromoklorometanu (CAS RN 74-97-5) |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2933 |
ex 2903 99 80 |
30 |
1,3-Diklorobenżen (CAS RN 541-73-1) |
1.1.-31.12. |
2 600 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2700 |
ex 2905 12 00 |
10 |
Propan-1-ol (alkoħol propiliku) (CAS RN 71-23-8) |
1.1.-31.12. |
15 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2830 |
ex 2906 19 00 |
40 |
Ċiklopropilmetanol (CAS RN 2516-33-8) |
1.1.-31.12. |
20 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2851 |
ex 2907 12 00 |
10 |
o-cresol (CAS RN 95-48-7) b’purezza ta’ mhux anqas minn 98.5 % skont il-piż |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2704 |
ex 2909 49 80 |
20 |
2,2,2',2'-tetrakis(idrossimetil)-3,3'-ossidipropan-1-ol (CAS RN 126-58-9) |
1.1.-31.12. |
500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2624 |
2912 42 00 |
|
Etilvanillina (3-etossi-4-idrossibenżaldeid) (CAS RN 121-32-4) |
1.1.-31.12. |
1 950 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2683 |
ex 2914 19 90 |
50 |
Aċetilaċetonat tal-kalċju (CAS RN 19372-44-2) għall-użu fil-manifattura tas-sistemi ta’ stabilizzaturi fil-forma ta’ pilloli (2) |
1.1.-31.12. |
200 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2852 |
ex 2914 29 00 |
60 |
Ċikclopropilmetilketon (CAS RN 765-43-5) |
1.1.-31.12. |
300 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2638 |
ex 2915 21 00 |
10 |
Aċtu aċetiku (CAS RN 64-19-7) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar |
1.1.-31.12. |
1 000 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2972 |
2915 24 00 |
|
Anidride aċetiku (CAS RN 108-24-7) |
1.1.-31.12. |
50 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2679 |
2915 32 00 |
|
Aċetat tal-Vinil (CAS RN 108-05-4) |
1.1.-31.12. |
400 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2728 |
ex 2915 90 70 |
85 |
Etil trifluworoaċetat (CAS RN 383-63-1) |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2665 |
ex 2916 19 95 |
30 |
(E,E)-Eża-2,4-dienoat tal-potassju (CAS RN 24634-61-5) |
1.1.-31.12. |
8 250 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2684 |
ex 2916 39 90 |
28 |
Klorur ta’ 2,5-dimetilfenilaċetil (CAS RN 55312-97-5) |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2599 |
ex 2917 11 00 |
40 |
Ossalat tad-dietil (CAS RN 95-92-1) |
1.1.-31.12. |
500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2769 |
ex 2917 13 90 |
10 |
Sebakat tad-dimetil (CAS RN 106-79-6) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2634 |
ex 2917 19 80 |
40 |
Aċidu dodekanedjojku (CAS RN 693-23-2), ta’ purezza skont il-piż ta’ aktar minn 98,5 % |
1.1.-31.12. |
4 600 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2808 |
ex 2918 22 00 |
10 |
Aċtu o-aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2) |
1.1.-31.12. |
120 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2646 |
ex 2918 29 00 |
75 |
Ottadeċil 3-(3,5-di-terz-butil-4-idrossifenil)propjonat (CAS RN 2082-79-3):
biex jintuża fil-manifattura ta’ pakketti singoli ta’ stabilizzaturi għall-ipproċessar tal-PVC abbażi ta’ taħlitiet tat-trab (trabijiet jew granuli) (2) |
1.1.-31.12. |
380 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2647 |
ex 2918 29 00 |
80 |
Tetrakis(3-(3,5-di-tert-butil-4-idrossifenil)propjonat) tal-pentaeritritol (CAS RN 6683-19-8):
biex jintuża fil-manifattura ta’ pakketti ta’ stabilizzatur wieħed għall-ipproċessar tal-PVC ibbażati fuq taħlitiet tat-trab (trabijiet jew granuli) (2) |
1.1.-31.12. |
140 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2975 |
ex 2918 30 00 |
10 |
Dianidrid benżofenon-3,3’,4,4’-tetrakarbossiliku (CAS RN 2421-28-5) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2688 |
ex 2920 29 00 |
70 |
Tris(2,4-di-terz-butilfenil)fosfit (CAS RN 31570-04-4) |
1.1.-31.12. |
6 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2648 |
ex 2920 90 10 |
70 |
Sulfat tad-Dimetil (CAS RN 77-78-1) |
1.1.-30.6. |
9 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2598 |
ex 2921 19 99 |
75 |
Ottadeċilammina (CAS RN 124-30-1) |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2649 |
ex 2921 29 00 |
60 |
Bis(2-dimetilamminoetil)(metil)ammina (CAS RN 3030-47-5) |
1.1.-31.12. |
1 700 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2682 |
ex 2921 41 00 |
10 |
Anilina (CAS RN 62-53-3) ta’ purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar |
1.1.-31.12. |
150 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2617 |
ex 2921 42 00 |
89 |
4-Fluworo-N-(1-metilletil)benżeneammina (CAS RN 70441-63-3) |
1.1.-31.12. |
500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2590 |
ex 2921 43 00 |
75 |
2-Metilanilina (CAS RN 95-53-4) |
1.1.-30.6. |
1 000 kilogramma |
0 % |
||||||||||||||||
09.2602 |
ex 2921 51 19 |
10 |
o-fenilendiammina (CAS RN 95-54-5) |
1.1.-31.12. |
v tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2730 |
ex 2921 59 90 |
80 |
4,4’-Metanedildianilina (CAS RN 101-77-9) fil-forma ta’ bċejjeċ żgħar, biex jintużaw fil-manifattura ta’ prepolimeri (2) |
1.1.-30.6. |
100 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2591 |
ex 2922 41 00 |
10 |
L-Liżina kloridrat (CAS RN 657-27-2) |
1.1.-31.12. |
445 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2592 |
ex 2922 50 00 |
25 |
L-Treonina (CAS RN 72-19-5) |
1.1.-31.12. |
v tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2854 |
ex 2924 19 00 |
85 |
3-jodoprop-2-in-1-ilbutilkarbamat(CAS RN 55406-53-6) |
1.1.-31.12. |
250 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2874 |
ex 2924 29 70 |
87 |
Paracetamol (INN) (CAS RN 103-90-2) |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2742 |
ex 2926 10 00 |
10 |
Akrilonitril (CAS RN 107-13-1), għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-kapitolu 55 u l-intestatura 6815 (2) |
1.1.-31.12. |
60 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2856 |
ex 2926 90 70 |
84 |
2-Nitro-4-(trifluworometil)benżonitril (CAS RN 778-94-9) |
1.1.-31.12. |
900 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2708 |
ex 2928 00 90 |
15 |
Monometilidrażina (CAS 60-34-4) fil-forma ta’ soluzzjoni milwiema b’kontenut skont il-piż tal-monometilidrażina ta’ 40 (± 5) % |
1.1.-31.12. |
900 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2685 |
ex 2929 90 00 |
30 |
Nitrogwanidina (CAS RN 556-88-7) |
1.1.-31.12. |
6 500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2597 |
ex 2930 90 98 |
94 |
Bis[3-(trietossisilil)propil]disulfur (CAS RN 56706-10-6) |
1.1.-31.12. |
6 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2596 |
ex 2930 90 98 |
96 |
Aċidu 2-kloro-4-(metilsulfonil)-3-((2,2,2-trifluworoetossi)metil) benżojku (CAS RN 120100-77-8) |
1.1.-31.12. |
300 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2842 |
2932 12 00 |
|
2-Furaldeid (furfuraldeid) |
1.1.-31.12. |
10 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2955 |
ex 2932 19 00 |
60 |
Flurtamone (ISO) (CAS RN 96525-23-4) |
1.1.-31.12. |
300 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2696 |
ex 2932 20 90 |
25 |
Dekan-5-olid (CAS RN 705-86-2) |
1.1.-31.12. |
6 000 kilogramma |
0 % |
||||||||||||||||
09.2697 |
ex 2932 20 90 |
30 |
Dodekan-5-olid (CAS RN 713-95-1) |
1.1.-31.12. |
6 000 kilogramma |
0 % |
||||||||||||||||
09.2812 |
ex 2932 20 90 |
77 |
Hexan-6-olide (CAS RN 502-44-3) |
1.1.-31.12. |
v tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2858 |
2932 93 00 |
|
Piperonal (CAS RN 120-57-0) |
1.1.-31.12. |
220 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2673 |
ex 2933 39 99 |
43 |
2,2,6,6-tetrametilpiperidin-4-ol (CAS RN 2403-88-5) |
1.1.-31.12. |
v tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2674 |
ex 2933 39 99 |
44 |
Klorpirifos (ISO) (CAS RN 2921-88-2) |
1.1.-31.12. |
9 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2880 |
ex 2933 59 95 |
39 |
Ibrutinib (INN) (CAS RN 936563-96-1) |
1.1.-31.12. |
5 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2860 |
ex 2933 69 80 |
30 |
1,3,5-Tris[3-(dimetilammino)propil]eżaidro-1,3,5-triażina (CAS RN 15875-13-5) |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2595 |
ex 2933 99 80 |
49 |
1,4,7,10-Tetraażaċiklododekan (CAS RN 294-90-6) |
1.1.-31.12. |
40 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2658 |
ex 2933 99 80 |
73 |
5-(Aċetoaċetilammino)benżimidażolon (CAS RN 26576-46-5) |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2593 |
ex 2934 99 90 |
67 |
5-Klorotijofen-2-aċidu karbossiliku (CAS RN 24065-33-6) |
1.1.-31.12. |
v kilogramma |
0 % |
||||||||||||||||
09.2675 |
ex 2935 90 90 |
79 |
4-[[(2-metossibenżojl)ammino]sulfonil]-klorurtal-benżojl (CAS RN 816431-72-8) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2710 |
ex 2935 90 90 |
91 |
2,4,4-trimetilpentan-2-amminju (3R,5S,6E)-7-{2-[(etilsulfonil)ammino]-4-(4-fluworofenil)-6-(propan-2-il)pirimidin-5-il}-3,5-diidrossiett-6-enoat (CAS RN 917805-85-7)(CAS RN 917805-85-7) |
1.1.-31.12. |
5 000 kilogramma |
0 % |
||||||||||||||||
09.2945 |
ex 2940 00 00 |
20 |
D-Xylose (CAS RN 58-86-6) |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2686 |
ex 3204 11 00 |
75 |
Koloranti C.I. Disperse Yellow 54 (CAS RN 7576-65-0 ) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom ma’ kolorant C.I. Disperse Yellow 54 kontenut ta’ 99 % jew aktar skont il-piż |
1.1.-31.12. |
250 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2676 |
ex 3204 17 00 |
14 |
Preparazzjonijiet ibbażati fuq Koloranti C.I. Pigment Red 48:2 (CAS RN 7023-61-2) b’kontenut ta’ 60 % jew aktar, iżda b’anqas minn 85 % skont il-piż |
1.1.-31.12. |
50 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2698 |
ex 3204 17 00 |
30 |
Kolorant C.I. Pigment Red 4 (CAS RN 2814-77-9 ) u preparazzjonijiet ibbażati fuqu b’kontenut ta’ 60 % jew aktar tal-Kolorant C.I. Pigment Red 4 skont il-piż |
1.1.-31.12. |
150 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2659 |
ex 3802 90 00 |
19 |
Trab tad-dijatomi kalċinat fil-fluss tas-soda |
1.1.-31.12. |
35 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2908 |
ex 3804 00 00 |
10 |
Linjosulfonat tas-sodju (CAS RN 8061-51-6) |
1.1.-31.12. |
40 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2889 |
3805 10 90 |
|
Termentina tas-sulfat |
1.1.-31.12. |
25 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2935 |
ex 3806 10 00 |
10 |
Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski |
1.1.-31.12. |
280 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2832 |
ex 3808 92 90 |
40 |
Taħlita li jkollha 38 % jew aktar imma mhux aktar minn 50 % skont il-piż taż-żingu piritijon (INN) (CAS RN 13463-41-7) f’dispersjoni milwiema |
1.1.-31.12. |
500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2876 |
ex 3811 29 00 |
55 |
Additivi li jikkonsistu fi prodotti tar-reazzjoni ta’ difenilammina u noneni ramifikati li fihom skont il-piż:
użati għall-manifattura taż-żjut lubrifikanti (2) |
1.1.-31.12. |
900 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2814 |
ex 3815 90 90 |
76 |
Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju |
1.1.-31.12. |
3 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2820 |
ex 3824 79 00 |
10 |
|
1.1.-31.12. |
6 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2644 |
ex 3824 99 92 |
77 |
|
1.1.-31.12. |
10 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2681 |
ex 3824 99 92 |
85 |
Taħlita ta’ sulfuri ta’ bis [3-(trietossisilil)propil] (CAS RN 211519-85-6) |
1.1.-31.12. |
9 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2650 |
ex 3824 99 92 |
87 |
Aċetofenon (CAS RN 98-86-2), b’purità skont il-piż ta’ 60 % jew aktar iżda mhux aktar minn 90 % |
1.1.-31.12. |
2 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2888 |
ex 3824 99 92 |
89 |
|
1.1.-31.12. |
25 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2829 |
ex 3824 99 93 |
43 |
Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
1.1.-31.12. |
1 600 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2907 |
ex 3824 99 93 |
67 |
Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom skont il-piż:
għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters (2) |
1.1.-31.12. |
2 500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2639 |
3905 30 00 |
|
Poli(alkoħol tal-vinil), kemm jekk fihom gruppi aċetat unhydrolysed |
1.1.-31.12. |
15 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2671 |
ex 3905 99 90 |
81 |
Poli(butiral tal-vinil) (CAS RN 63148-65-2):
|
1.1.-31.12. |
12 500 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2846 |
ex 3907 40 00 |
25 |
Taħlita ta’ polimeri ta’ polikarbonat u poli(metilmetakrilat) b’kontenut ta’ polikarbonat ta’ 98,5 % skont il-piż, f’forma ta’ gerbub jew granuli, bi trażmittanza luminuża ta’ mhux anqas minn 88,5 %, imkejla bl-użu ta’ kampjun għall-ittestjar ta’ ħxuna ta’ 4 mm b’tul tal-mewġa ta’ λ = 400 nm (skont ISO 13468-2) |
1.1.-31.12. |
2 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2723 |
ex 3911 90 19 |
10 |
Poli(ossi-1,4-fenilensulfonil-1,4-fenilenossi-4,4’-bifenilen) |
1.1.-31.12. |
5 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2816 |
ex 3912 11 00 |
20 |
Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju |
1.1.-31.12. |
75 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2864 |
ex 3913 10 00 |
10 |
Alġinat tas-sodju, estratt minn algi kannella (CAS RN 9005-38-3) |
1.1.-31.12. |
10 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2641 |
ex 3913 90 00 |
87 |
|
1.1.-31.12. |
200 kilogramma |
0 % |
||||||||||||||||
09.2661 |
ex 3920 51 00 |
50 |
|
1.1.-31.12. |
100 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2645 |
ex 3921 14 00 |
20 |
Blokka ċellulari ta’ ċelluloża riġenerata, mimlija bl-ilma li jkun fih klorur tal-manjeżju u kompost tal-ammonju kwaternarju tad-daqs ta’ 100 cm (± 10 cm) x 100 cm (± 10 cm) x 40 cm (± 5 cm) |
1.1.-31.12. |
1 700 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2848 |
ex 5505 10 10 |
10 |
Fdal ta’ fibri sintetiċi (li jinkludi fibri li jibqgħu fil-moxt, fdal tal-ħjut u materjal “garnetted”) ta’ najlon jew ta’ poliammidi oħra (PA6 u PA66) |
1.1.-31.12. |
10 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2721 |
ex 5906 99 90 |
20 |
Drapp tat-tessut bil-lastiku minsuġ u laminat bil-karatteristiċi li ġejjin:
użat għall-manifattura tas-saqaf li jitla’ u jinżel tal-vetturi bil-mutur (2) |
1.1.-31.12. |
375 000 m2 |
0 % |
||||||||||||||||
09.2594 |
ex 6909 19 00 |
55 |
Skrataċ tal-assorbiment biċ-ċeramika u l-karbonju bil-karatteristiċi li ġejjin:
ta’ tip użat għall-montatura fl-assorbituri tal-fwar tal-fjuwil fis-sistemi tal-fjuwil tal-vetturi bil-mutur |
1.1.-31.12. |
1 000 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||
09.2866 |
ex 7019 12 00 ex 7019 12 00 |
06 26 |
Stratifils (rovings/fibri) tal-ħġieġ-S:
għall-użu fil-manifattura tal-ajrunawtiċi (2) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2628 |
ex 7019 52 00 |
10 |
Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m2(± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss |
1.1.-31.12. |
3 000 000 m2 |
0 % |
||||||||||||||||
09.2799 |
ex 7202 49 90 |
10 |
Ferro-kromju li fih 1.5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % skont il-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju |
1.1.-31.12. |
50 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2652 |
ex 7409 11 00 ex 7410 11 00 |
30 40 |
Fojl u strixxi tar-ram raffinat, miksijin bl-elettroliti, bi ħxuna ta’ 0,015-il mm jew aktar |
1.1.-31.12. |
1 020 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2734 |
ex 7409 19 00 |
20 |
|
1.1.-31.12. |
7 000 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||
09.2662 |
ex 7410 21 00 |
55 |
|
1.1.-31.12. |
80 000 m2 |
0 % |
||||||||||||||||
09.2834 |
ex 7604 29 10 |
20 |
Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litju ta’ diametru ta’ 200 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 300 mm |
1.1.-31.12. |
2 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2835 |
ex 7604 29 10 |
30 |
Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litju ta’ diametru ta’ 300,1 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 533,4 mm |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2736 |
ex 7607 11 90 |
83 |
Strixxa jew fojl illigati tal-aluminju u tal-manjeżju:
għall-użu fil-manifattura tal-paletti għall-blinds (2) |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2722 |
8104 11 00 |
|
Manjeżju mhux maħdum, li fih mill-anqas 99,8 % skont il-piż tal-manjeżju |
1.1.-31.12. |
120 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2840 |
ex 8104 30 00 |
20 |
|
1.1.-31.12. |
2 000 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||||
09.2629 |
ex 8302 49 00 |
91 |
Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (2) |
1.1.-31.12. |
1 500 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||
09.2720 |
ex 8413 91 00 |
50 |
Pump head għal pompa bi pressjoni għolja b’żewġ ċilindri magħmula mill-azzar maħdum b’:
tat-tip użat fis-sistemi tal-injezzjoni tad-diżil |
1.1.-31.12. |
65 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||
09.2738 |
ex 8482 99 00 |
30 |
Gaġeġ tar-ram bil-karatteristiċi li ġejjin:
tat-tip użat għall-manifattura tal-ball bearings |
1.1.-31.12. |
50 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||
09.2763 |
ex 8501 40 20 ex 8501 40 80 |
40 30 |
Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ 250 W jew aktar, input enerġetiku ta’ 700 W jew aktar imma mhux aktar minn 2 700 W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (±0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (±0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-arja, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (2) |
1.1.-31.12. |
2 000 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||
09.2588 |
ex 8529 90 92 |
56 |
Display LCD b’:
għall-użu fil-manifattura ta’ vetturi bil-mutur tal-Kapitolu 87 (2) |
1.1.-30.6. |
450 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||
09.2672 |
ex 8529 90 92 ex 9405 40 39 |
75 70 |
Bord ta’ ċirkwit stampat b’diodes LED:
Għall-manifattura ta’ unitajiet tar-retroluminazjzoni għal oġġetti ta’ titlu 8528 (2) |
1.1.-31.12. |
115 000 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||
09.2003 |
ex 8543 70 90 |
63 |
Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta’ barra tiegħu mhux aktar minn 30 mm x 30 mm |
1.1.-31.12. |
1 400 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||
09.2910 |
ex 8708 99 97 |
75 |
Brekit ta’ appoġġ tal-ħadid jew tal-azzar, b’toqob tal-immuntar, bi skorfini ta’ twaħħil jew mingħajrhom, maħsuba biex twaħħal il-gearbox mal-karozzerija għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-Kapitolu 87 (2) |
1.1.-31.12. |
200 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||
09.2694 |
ex 8714 10 90 |
30 |
Klamps tal-fusijiet, housings, fork bridges u aċċessorji għall-ikklampjar, magħmulin minn liga tal-aluminju tat-tip li jintuża fil-muturi |
1.1.-31.12. |
1 000 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||
09.2668 |
ex 8714 91 10 ex 8714 91 10 ex 8714 91 10 |
21 31 75 |
Qafas ta’ rota, mibni mill-fibri tal-karbonju u mir-reżina artifiċjali, għall-użu fil-manifattura tar-roti (inklużi roti elettriċi) (2) |
1.1.-31.12. |
350 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||
09.2589 |
ex 8714 91 10 ex 8714 91 10 ex 8714 91 10 |
23 33 70 |
Frejm, maħdum mill-aluminju jew minn fibri tal-aluminju u tal-karbonju, għall-użu fil-manifattura tar-roti (inklużi roti elettriċi) (2) |
1.1.-31.12. |
8 000 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||||
09.2631 |
ex 9001 90 00 |
80 |
Lentijiet mhux iffrejmjati, prismi u elementi ssimentjati għall-użu fil-manifattura jew it-tiswija ta’ oġġetti tal-kodiċijiet tan-NM 9002, 9005, 9013 10 u 9015 (2) |
1.1.-31.12. |
5 000 000 biċċa |
0 % |
(1) Madankollu, is-sospensjoni tat-tariffi doganali ma tapplikax meta l-ipproċessar isir minn impriżi tal-forniment tal-ikel jew li jbiegħu bl-imnut.
(2) Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(3) Id-dazju ad valorem biss huwa sospiż. Id-dazju speċifiku għandu jkompli japplika.