20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2179

tat-13 ta’ Diċembru 2019

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 fir-rigward tal-allokazzjoni tal-pajjiż tal-kwota tariffarja għal ċanga ta’ kwalità għolja u li tidderoga minn dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għas-sena ta’ kwota 2019/2020

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2012 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjoni ta’ ċanga ta’ kwalità għolja li nfetħet mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 (3).

(2)

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka kkonkludew Ftehim dwar l-allokazzjoni tal-pajjiż tal-kwota tariffarja għal ċanga ta’ kwalità għolja prevista mir-Regolament (KE) Nru 617/2009 (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) fil-5 ta’ Diċembru 2019 (4). Il-fornituri sostanzjali kollha fil-kwota tar-rata tariffarja qablu mal-allokazzjoni tal-pajjiż prevista mill-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 2(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 jistabbilixxi r-regoli għaż-żieda ta’ bilanċi li ma jintużawx fuq il-kwoti subtariffarji għal kwoti subtariffarji sussegwenti trimestrali. Il-Ftehim jistipula li kwalunkwe kwantità mhux użata mis-subperjodi ta’ qabel, f’dik is-sena ta’ kwota, fl-ewwel jum tal-ewwel sena tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-Ftehim, għandha tiżdied, b’mod proporzjonali mal-ishma fil-volum globali tal-kwota tariffarja, mal-kwantitajiet disponibbli fl-ewwel subperjodu tal-ewwel sena tal-perjodu ta’ implimentazzjoni. Konsegwentement, jenħtieġ li tiġi pprovduta deroga mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 għad-distribuzzjoni tal-kwantitajiet mhux użati mis-subperjodi qabel l-ewwel jum tal-ewwel sena tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-Ftehim.

(4)

Għalhekk huwa meħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 jiġi emendat skont il-Ftehim.

(5)

L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 jistipula li l-kwota tariffarja trid tiġi ġestita skont l-Artikoli 308a u 308b u l-Artikolu 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (5). Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tħassar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/481 (6) b’effett mill-1 ta’ Mejju 2016. Għall-finijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li r-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (7).

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 jiġi emendat skont dan.

(7)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Dan ir-Regolament jistipula regoli għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja annwali tal-Unjoni għall-importazzjoni taċ-ċanga ta’ kwalità għolja, ipprovduta fir-Regolament (KE) Nru 617/2009, minn hawn ’il quddiem “il-kwota tariffarja”. Il-perjodu tal-kwota tariffarja, il-pajjiż ta’ oriġini, il-volum u d-dazju huma stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.”;

(2)

fl-Artikolu 2, il-paragrafi 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Il-kwota tariffarja għandha tkun ġestita fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel skont l-Artikoli 49 sa 52 u l-Artikolu 53(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (*1). Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda liċenzja tal-importazzjoni.

2.   Il-kwota tariffarja għandha tiġi ġestita bħala kwota tariffarja prinċipali b’volum ta’ 45 000 tunnellata metrika taħt in-numru tal-ordni 09.2201, b’dawn li ġejjin:

(a)

erba’ kwoti subtariffarji trimestrali taħt in-numru tal-ordni 09.2202;

(b)

żewġ kwoti subtariffarji trimestrali taħt in-numru tal-ordni 09.2203 mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-30 ta’ Ġunju 2020;

(c)

erba’ kwoti subtariffarji trimestrali taħt in-numru tal-ordni 09.2203 mill-1 ta’ Lulju 2020.

Il-benefiċċju mill-kwota tariffarja jista’ jingħata biss billi wieħed japplika għan-numri tal-ordni 09.2202 u 09.2203 li jirreferu għall-kwoti subtariffarji.

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).”;"

(3)

L-Anness I jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Derogi mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 għas-sena ta’ kwota 2019/2020

B’deroga mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012, il-bilanċi mhux użati fil-31 ta’ Diċembru 2019 għandhom jiżdiedu fil-proporzjon stabbilit kif ġej għall-kwantitajiet għall-kwoti subtariffarji trimestrali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2020:

(a)

għall-kwota 09.2202: 58,89 %;

(b)

għall-kwota 09.2203: 41,11 %.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li jistipula regoli għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja għal ċanga ta’ kwalità għolja (ĠU L 148, 8.6.2012, p. 9).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja (ĠU L 182, 15.7.2009, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2073 tal-5 ta’ Diċembru 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar l-Allokazzjoni lill-Istati Uniti ta’ Sehem fil-Kwota Tariffarja għal Ċanga ta’ Kwalità Għolja msemmija fil-Memorandum ta’ Qbil Rivedut rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni Tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (2014) (ĠU L 316, 6.12.2019, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/481 tal-1 ta’ April 2016 li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 87, 2.4.2016, p. 24).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


ANNESS

‘ANNESS I

Kwota tariffarja għal ċanga friska, imkessħa jew iffriżata, ta’ kwalità għolja

Kodiċijiet NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Perjodi u subperjodi tal-kwota tariffarja

Pajjiż

Dazju fuq il-kwota tariffarja

Il-pajjiżi kollha

L-Istati Uniti

Pajjiżi oħra

Numru tas-serje/tal-ordni

09.2202

09.2203

09.2202

Volum tal-kwota tariffarja

(f’tunnellati ta’ piż nett)

ex 0201

ex 0202

ex 0206 10 95

ex 0206 29 91

Laħam tal-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II

Mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020

Xejn’

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

11 250

-

-

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

11 250

-

-

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

-

4 625

6 625

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

-

4 625

6 625

Mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

-

4 625

6 625

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

-

4 625

6 625

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

-

5 750

5 500

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

-

5 750

5 500

Mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

-

5 750

5 500

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

-

5 750

5 500

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

-

6 350

4 900

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

-

6 350

4 900

Mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

-

6 350

4 900

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

-

6 350

4 900

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

-

6 950

4 300

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

-

6 950

4 300

Mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

-

6 950

4 300

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

-

6 950

4 300

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

-

7 550

3 700

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

-

7 550

3 700

Mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

-

7 550

3 700

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

-

7 550

3 700

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

-

8 150

3 100

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

-

8 150

3 100

Mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2026

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

-

8 150

3 100

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

-

8 150

3 100

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

-

8 750

2 500

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

-

8 750

2 500

Mill-1 ta’ Lulju 2026

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

-

8 750 Fax

2 500

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru

-

8 750

2 500

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

-

8 750

2 500

Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

-

8 750

2 500