17.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 327/70 |
REGOLAMENT (UE) 2019/2155 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-5 ta’ Diċembru 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2019/37)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jagħti kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3), l-Artikolu 30 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika u l-analiżi li saret skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/41) (2) jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kalkolu tal-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fir-rigward ta’ entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni; il-metodoloġija u l-kriterji għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali mġarrba minn kull entità taħt superviżjoni u grupp taħt superviżjoni; u l-proċedura għall-ġbir mill-BĊE tat-tariffi superviżorji annwali. |
(2) |
L-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) jirrikjedi li l-BĊE jagħmel rieżami ta’ dak ir-Regolament, b’mod partikolari, fir-rigward tal-metodoloġija u l-kriterji għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fuq kull entità taħt superviżjoni u grupp taħt superviżjoni sal-2017. |
(3) |
Fit-2 ta’ Ġunju 2017 il-BĊE nieda konsultazzjoni pubblika miftuħa bl-għan li jiġbor il-kummenti mingħand il-partijiet interessati bil-ħsieb li jiġi evalwat it-titjib possibbli fir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41). Il-konsultazzjoni pubblika ntemmet fl-20 ta’ Lulju 2017. |
(4) |
Filwaqt li kkunsidra t-tweġibiet riċevuti, il-BĊE għamel rieżami tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) u kkonkluda li r-Regolament għandu jiġi emendat. |
(5) |
B’mod partikolari, il-BĊE iddeċieda li ma jibqax jeżiġi l-ħlas bil-quddiem tat-tariffi superviżorji annwali. It-tariffi għandhom jiġu imposti biss wara li jintemm il-perijodu tariffarju rilevanti meta l-kosti annwali attwali jkunu ġew iddeterminati. Id-data ta’ referenza għall-fatturi tariffarji għandha, bħala regola ġenerali, tibqa’ l-31 ta’ Diċembru tal-perijodu tariffarju preċedenti biex ikun hemm żmien suffiċjenti għall-validazzjoni tal-fattur tariffarju. |
(6) |
Għall-parti l-kbira tad-debituri tariffarji, il-BĊE diġà jirċievi l-informazzjoni dwar l-assi totali u l-iskopertura tar-riskju totali skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (3) u r-Regolament (UE) 2015/534 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/13) (4). Din l-informazzjoni hija faċilment disponibbli għall-użu fil-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali tagħhom. Il-ġbir dedikat tal-fatturi tariffarji għal dawn id-debituri tariffarji għandu għalhekk jieqaf. |
(7) |
Barra minn hekk, il-BĊE iddeċieda li jnaqqas it-tariffi superviżorji li jridu jitħallsu minn entitajiet taħt superviżjoni inqas sinifikanti u gruppi taħt superviżjoni inqas sinifikanti b’assi totali ta’ EUR 1 biljun jew inqas. Għal dan il-għan, il-komponent tat-tariffa minima għal dawn l-entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni għandu jitnaqqas bin-nofs. |
(8) |
Barra minn hekk, l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) mill-2014 ’l hawn uriet li xi kjarifiki u emendi tekniċi għal dak ir-Regolament huma xierqa. |
(9) |
Huwa meħtieġ li jiġu previsti arranġamenti tranżitorji fir-rigward tal-perijodu tariffarju tal-2020, peress li dik is-sena se tkun l-ewwel perijodu tariffarju li għalih il-BĊE mhux se jkun qed jeżiġi aktar ħlas bil-quddiem tat-tariffa superviżorja annwali. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jidħol fis-seħħ fil-bidu tal-2020. |
(10) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għandu jiġi emendat f’dan is-sens, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi
Ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
3. |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
4. |
L-Artikolu 6 huwa mħassar; |
5. |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
6. |
L-Artikolu 9 huwa mħassar; |
7. |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
8. |
L-Artikolu 12(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
9. |
Fl-Artikolu 13(1), it-tieni sentenza hija mħassra; |
10. |
L-Artikolu 16 huwa mħassar; |
11. |
L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
12. |
L-Artikolu 17a li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 17a Arranġamenti tranżitorji għall-perijodu tariffarju tal-2020 1. It-tariffa superviżorja annwali li għandha titħallas fir-rigward ta’ kull entità taħt superviżjoni u kull grupp taħt superviżjoni għall-perijodu tariffarju tal-2020 għandha tkun speċifikata fl-avviż tariffarju maħruġ lid-debitur tariffarju rilevanti fl-2021. 2. Kull eċċess jew defiċit mill-perijodu tariffarju tal-2019, iddeterminat billi jitnaqqsu l-kosti annwali attwali mġarrbin fir-rigward ta’ dak il-perijodu tariffarju mill-kosti annwali stmati li huma imposti f’dak il-perijodu tariffarju, għandu jitqies fid-determinazzjoni tal-kostijiet annwali għall-perijodu tariffarju tal-2020.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23).
(3) Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta’ istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).
(4) Regolament (UE) 2015/534 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Marzu 2015 dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja superviżorja (BĊE/2015/13) (GU L 86, 31.3.2015, p. 13).