12.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 321/104 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2126
tal-10 ta’ Ottubru 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli għal kontrolli uffiċjali speċifiċi għal ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, miżuri li għandhom jittieħdu wara t-twettiq ta’ tali kontrolli, u ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 48(h) u l-Artikolu 77(1)(a), (b) u (k) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 77(1)(a), (b) u (k) tar-Regolament (UE) 2017/625 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta regoli dwar it-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali speċifiċi għal ċertu kategoriji ta’ annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni, u dwar miżuri li għandhom jittieħdu f’każ ta’ nonkonformità. |
(2) |
Fl-interess li jiġu żgurati kontrolli uffiċjali effiċjenti fuq kunsinni ta’ selvaġġina bil-fer, mhux imqaxxra, introdotti fl-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi ta’ kontroll fejn il-kontrolli fiżiċi jiġu ffinalizzati fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni peress li ma jistgħux isiru kontrolli fiżiċi u kampjunar f’postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. |
(3) |
Fl-interess li jiġu żgurati kontrolli uffiċjali effiċjenti tal-prodotti tas-sajd friski li jinħattu l-art direttament fil-portijiet tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun permess li jsiru kontrolli uffiċjali fil-portijiet deżinjati mill-Istati Membri skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (2). |
(4) |
L-Artikolu 77(1)(k) tar-Regolament (UE) 2017/625 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali speċifiċi għall-annimali u l-prodotti msemmija fl-Artikolu 48(h) ta’ dak ir-Regolament li jippreżentaw riskju baxx jew l-ebda riskju speċifiku u eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, meta tali eżenzjoni tkun ġustifikata. |
(5) |
Fejn il-kontrolli uffiċjali ma jitwettqux f’postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, jenħtieġ jiġu stabbiliti kundizzjonijiet, bħal arranġamenti adegwati ta’ kontroll, biex jiġi żgurat li ma jiġġarbux riskji inaċċettabbli għas-saħħa pubblika, tal-annimali u tal-pjanti fejn tali annimali u oġġetti jidħlu fl-Unjoni. |
(6) |
Fil-każ ta’ tonn iffriżat li huwa ta’ riskju baxx jew l-ebda riskju speċifiku skont l-Artikolu 48(h) tar-Regolament (UE) 2017/625, jistgħu jitwettqu kontrolli uffiċjali fl-istabbiliment tal-ipproċessar ta’ destinazzjoni, li jiġi approvat mill-awtoritajiet doganali għall-ħżin temporanju ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(7) |
Fil-każ ta’ prodotti tas-sajd li huma ta’ riskju baxx jew l-ebda riskju speċifiku skont l-Artikolu 48(h) tar-Regolament (UE) 2017/625 li jinqabdu minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru u li jiddaħħlu fl-Unjoni wara li jinħattu f’pajjiżi terzi, kif imsemmi fl-Artikolu 72 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 (4), jenħtieġ jittieħdu miżuri f’każ ta’ suspett ta’ nonkonformità. |
(8) |
L-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni tramite ċerti gżejjer Griegi u tramite ċerti territorji Franċiżi jippreżentaw riskju baxx minħabba li tali annimali u oġġetti ma jitqegħdux fis-suq barra minn dawn il-gżejjer jew territorji. Jenħtieġ jiġu stabbiliti rekwiżiti u miżuri adegwati ta’ kontroll uffiċjali biex jiġi żgurat li tali annimali u oġġetti ma jitqegħdux fis-suq barra minn dawn il-gżejjer jew territorji. |
(9) |
Sabiex l-applikazzjoni tal-qafas leġislattiv tiġi razzjonalizzata u simplifikata, ir-regoli dwar il-kontrolli uffiċjali skont l-Artikolu 77(1)(k) u l-Artikolu 48(h) tar-Regolament (UE) 2017/625 jenħtieġ li jiġu adottati flimkien mar-regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fuq kategoriji oħra ta’ oġġetti elenkati fl-Artikolu 77(1)(a) u (b) tal-istess Regolament. |
(10) |
Dawn ir-regoli huma minsuġa sustanzjalment u bosta minnhom huma maħsuba biex jiġu applikati flimkien. Fl-interess tas-sempliċità u t-trasparenza, kif ukoll biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom u jiġi evitat il-multiplikazzjoni ta’ regoli, għandhom għalhekk jiġu stipulati f’att waħdieni u mhux f’għadd ta’ atti separati b’bosta kontroreferenzi u bir-riskju ta’ dupplikazzjoni. |
(11) |
Peress li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli koperti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/641/KE (5) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/44/UE (6), jenħtieġ li dawk l-atti legali jitħassru. |
(12) |
Billi r-Regolament (UE) 2017/625 japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019, dan ir-Regolament jenħtieġ japplika wkoll minn dik id-data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali speċifiċi fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti u miżuri li jeħtieġ jittieħdu f’każ ta’ nonkonformità. Jistabbilixxi regoli għal każijiet fejn u kundizzjonijiet li taħthom ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti jkunu eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, u fejn dawn l-eżenzjonijiet ikunu ġustifikati.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“IMSOC” tfisser is-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(2) |
“prodotti tas-sajd friski” tfisser prodotti tas-sajd friski kif definit fil-punt 3.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); |
(3) |
“tonn friżat” tfisser tonn miżmum f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (2) tal-Kapitolu VII tat-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
Artikolu 3
Selvaġġina bil-fer, mhux imqaxxra
1. L-awtorità kompetenti tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fl-Unjoni tista' tippermetti d-dispaċċ ta’ kunsinni ta’ selvaġġina bil-fer, mhux imqaxxra għall-istabbiliment fil-lokal ta’ destinazzjoni mingħajr ma’ tiffinalizza l-verifiki fiżiċi jekk il-kunsinni jkunu dispaċċjati f’vetturi jew kontejners skont l-Artikolu 2 u 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni [20190628-026] (8).
2. L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment fil-lokal tad-destinazzjoni dwar il-ħtieġa li jiġu ffinalizzati l-verifiki fiżiċi, b’mod partikolari l-verifiki tas-saħħa u t-testijiet tal-laboratorju.
3. L-awtorità kompetenti tal-istabbiliment fil-lokal tad-destinazzjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 bir-riżultati tal-verifiki fiżiċi msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 4
Prodotti tas-sajd friski li jinħattu l-art direttament f’portijiet tal-Unjoni deżinjati mill-Istati Membri minn bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ pajjiż terz
Prodotti friski tas-sajd li jinħattu l-art direttament minn bastiment tas-sajd li jkun qed itajjar bandiera ta’ pajjiż terz huma eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera sakemm dawn jitwettqu minn awtoritajiet kompetenti f’portijiet tal-Unjoni deżinjati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
Artikolu 5
Tonn friżat li jinħatt l-art direttament f’portijiet tal-Unjoni deżinjati mill-Istati Membri minn bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ pajjiż terz
L-Istati Membri jistgħu jwettqu, fl-istabbiliment tal-ipproċessar ta’ destinazzjoni approvat skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, kontrolli uffiċjali ta’ tonn friżat sħiħ bir-ras u mhux imnaddaf minn ġewwa u li jkun inħatt direttament fil-portijiet tal-Unjoni deżinjati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 minn bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ pajjiż terz, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-kontrolli uffiċjali jitwettqu mill-awtorità kompetenti tal-eqreb post ta’ kontroll fuq il-fruntiera; |
(b) |
l-istabbiliment tal-ipproċessar tad-destinazzjoni jkun approvat mill-awtoritajiet doganali għall-ħażna temporanja tal-merkanzija mhux tal-Unjoni skont l-Artikolu 147(1) u l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013; |
(c) |
it-tonn friżat jiġi dispaċċjat mill-bastiment lejn l-istabbiliment tal-ipproċessar ta’ destinazzjoni f’vetturi ssiġillati jew f’kontejners tat-trasport, taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti li twettaq il-kontrolli uffiċjali u skont il-proċedura doganali rilevanti f’konformità mal-Artikoli 134, 135, 140, 141 u l-Artikolu 148(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013; |
(d) |
qabel il-wasla tal-kunsinna f’portijiet tal-Unjoni deżinjati, l-operatur responsabbli għall-kunsinna jkun innotifika lill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a) ta’ dan l-Artikolu bil-wasla tal-kunsinna billi jissottometti fl-IMSOC Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED) komplut kif imsemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2017/625. |
Artikolu 6
Prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, li jinħattu f’pajjiżi terzi
1. Kunsinni ta’ prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, imħotta, bi ħżin jew mingħajru, f’pajjiżi terzi qabel ma jidħlu fl-Unjoni b’mezz differenti ta’ trasport kif imsemmi fl-Artikolu 72(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 għandhom jgħaddu minn verifiki tad-dokumenti mill-awtorità kompetenti tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fl-Unjoni.
2. Il-kunsinni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu eżentati minn verifiki tal-identità u fiżiċi fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera sakemm jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) 2019/627.
3. Meta tiġi identifikata jew suspettata nonkonformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fl-Unjoni, barra l-verifiki tad-dokumenti, għandha twettaq verifiki tal-identità u fiżiċi fuq il-kunsinni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 7
Konsinni li jidħlu fl-Unjoni tramite ċerti gżejjer Griegi u ċeri territorji Franċiżi
1. Prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti komposti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi tramite l-punti tad-dħul awtorizzati fil-gżejjer Griegi ta’ Rodi, Mitilini u Iraklio (Kreta) għal użu lokali fil-gżira Griega tal-punt tad-dħul huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera.
2. Annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti komposti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi tramite l-punti tad-dħul awtorizzati fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej tal-Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique u Mayotte għal użu lokali fid-dipartiment Franċiż extra-Ewropew tal-punt tad-dħul huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera.
Artikolu 8
Kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq konsinni li jidħlu fl-Unjoni tramite ċerti gżejjer Griegi u ċerti territorji Franċiżi
1. Il-kunsinni msemmija fl-Artikolu 7 għandhom ikunu soġġetti, għal kull punt tad-dħul awtorizzat, għal verifiki skont l-Anness I.
2. Kull punt tad-dħul awtorizzat għandu jkun taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità kompetenti, li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha:
(a) |
veterinarji uffiċjali responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-konsenji skont il-punt (a) tal-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, u |
(b) |
fejn jitqies neċessarju mill-awtorità kompetenti, il-persunal imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, imħarreġ skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1081 (9). |
3. L-awtorità kompetenti tal-punti tad-dħul awtorizzati fil-gżejjer Griegi msemmija fl-Artikolu 7(1) għandha tiżgura li għal kull punt tad-dħul awtorizzat, ikun hemm disponibbli persunal u riżorsi biex jitwettqu kontrolli uffiċjali fuq kunsinni ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 7(1) li għalihom ikun awtorizzat il-punt tad-dħul.
4. Kull punt tad-dħul awtorizzat fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, imsemmi fl-Artikolu 7(2) għandu jkollu l-faċilitajiet, it-tagħmir u l-persunal kollu meħtieġ biex iwettaq kontrolli uffiċjali fuq kunsinni ta’ annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 7(2) li għalihom ikun awtorizzat il-punt tad-dħul.
Artikolu 9
Responsabbiltajiet tal-operaturi rigward konsinni li jidħlu fl-Unjoni tramite ċerti gżejjer Griegi u ċerti territorji Franċiżi
L-operatur responsabbli għall-kunsinni msemmija fl-Artikolu 7 għandu:
(a) |
jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-punt tad-dħul awtorizzat bil-wasla tal-kunsinna billi jissottometti CHED komplut fl-IMSOC qabel il-wasla tal-kunsinna fil-punt tad-dħul awtorizzat; |
(b) |
iżomm reġistru approvat mill-awtorità kompetenti tal-punt tad-dħul awtorizzat li fejn applikabbli juri l-kwantitajiet ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti komposti għat-tqegħid fis-suq u l-ismijiet u l-indirizzi tax-xerrej(ja); |
(c) |
jinforma lix-xerrej(ja) li:
|
(d) |
fil-każ tad-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej tal-Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique u Mayotte, jinforma x-xerrej(ja) li:
|
Artikolu 10
Tħassir
1. Id-Deċiżjoni 94/641/KE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/44/UE huma mħassra b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019.
2. Ir-referenzi għall-atti mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabelli ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 51).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/641/KE tat-8 ta’ Settembru 1994 li tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-kontrolli veterinarji fuq prodotti importati għal ċerti gżejjer Griegi minn pajjiżi terzi (ĠU L 248, 23.9.1994, p. 26).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/44/UE tal-25 ta’ Jannar 2012 dwar ir-regoli applikabbli għall-kontrolli veterinarji li jridu jitwettqu fuq annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu f’ċerti Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 27.1.2012, p. 14).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1666 tal-24 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-monitoraġġ tat-trasportazzjoni u l-wasla ta’ kunsinni ta’ ċerti oġġetti mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla sal-istabbiliment fil-post ta’ destinazzjoni fl-Unjoni (ĠU L 255, 4.10.2019, p. 1).
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1081 tat-8 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi r-regoli dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għat-taħriġ tal-persunal biex iwettaq ċerti kontrolli fiżiċi fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (ĠU L 171, 26.6.2019, p. 1).
ANNESS I
Kontroll uffiċjali speċifiċi fuq oġġetti li jidħlu fl-Unjoni permezz tal-punti tad-dħul awtorizzati ta’ ċerti gżejjer Griegi u ta’ ċerti territorji Franċiżi
1.
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li d-data kollha ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti komposti, u, fil-każ tad-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej tal-Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique u Mayotte, id-data kollha tal-annimali wkoll, ippreżentata għat-tqegħid fis-suq tiddaħħal fl-IMSOC.
2.
L-awtorità kompetenti għandha tiċċekkja:
(a) |
id-dokument u ċ-ċertifikati ta’ akkumpanjament; |
(b) |
l-identità tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti, u, fil-każ tad-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej tal-Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique u l-Mayotte, l-identità tal-annimali wkoll; |
(c) |
l-imballaġġ u l-immarkar; |
(d) |
il-kwalità u l-istat tal-preservazzjoni tal-oġġetti; |
(e) |
il-kundizzjonijiet tat-trasport u, fil-każ ta’ ġarr b’mezzi ta’ trasport refriġerati, it-temperatura tal-mezz tat-trasport u t-temperatura interna tal-oġġetti; |
(f) |
kwalunkwe ħsara fuq l-oġġetti. |
3.
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li wara li jitlestew il-kontrolli uffiċjali speċifiċi, iċ-CHED akkumpanjanti jindika li l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti maħsuba għat-tqegħid fis-suq huma għall-konsum lokali biss u li fl-ebda ċirkostanza dawn il-prodotti ma jiġu ridispaċċjati għal partijiet oħra tat-territorju tal-Unjoni.
4.
Fil-każ tad-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej tal-Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique u Mayotte, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li wara li jitlestew il-kontrolli uffiċjali speċifiċi, iċ-CHED akkumpanjanti jindika li l-annimali, maħsuba għat-tqegħid fis-suq huma għal tnissil u produzzjoni lokali biss u li fl-ebda ċirkostanza dawn l-annimali u l-prodotti dderivati minn dawn l-annimali ma jiġu ridispaċċjati għal partijiet oħra tat-territorju tal-Unjoni.
5.
L-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjonijiet regolari tal-lokal ta’ alloġġ/ħażna tal-kunsinni għat-tqegħid fis-suq biex tivverifika li r-rekwiżiti ta’ saħħa pubblika jiġu osservati u li dawn il-kunsinni ma jiġux ridispaċċjati lejn partijiet oħra tat-territorju tal-Unjoni.
6.
Fil-każ tad-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej tal-Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique u Mayotte, l-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjonijiet regolari tal-lokal ta’ alloġġ/ħażna tal-annimali għat-tqegħid fis-suq biex tivverifika li r-rekwiżiti ta’ saħħa tal-annimali jiġu osservati u li dawn l-annimali u l-prodotti dderivati minn dawn l-annimali ma jiġux ridispaċċjati lejn partijiet oħra tat-territorju tal-Unjoni.
ANNESS II
Tabelli ta’ korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2)
1. Id-Deċiżjoni 94/641/KE
Id-Deċiżjoni 94/641/KE |
Dan ir-Regolament |
L-Artikolu 1 L-Artikolu 2 L-Artikolu 3, l-ewwel inċiż L-Artikolu 3, it-tieni inċiż L-Artikolu 3, it-tielet inċiż L-Artikolu 3, ir-raba’ inċiż L-Artikolu 4 L-Artikolu 5 L-Artikolu 6 L-Artikolu 7 L-Anness I Il-Punt (1) tal-Anness II Il-Punt (2) tal-Anness II |
L-Artikolu 7 L-Artikolu 8(2)(a) L-Artikolu 9(a) L-Artikolu 9(b) L-Artikolu 9(c) L-Artikolu 9(e) L-Artikolu 8(1) __ __ __ L-Artikolu 7 Il-Punt (2) tal-Anness I Il-Punt (5) tal-Anness I |
2. Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2012/44/UE
Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2012/44/UE |
Dan ir-Regolament |
L-Artikolu 1 L-Artikolu 2(1) L-Artikolu 2(2) L-Artikolu 3(1) L-Artikolu 3(2) L-Artikolu 3(3) L-Artikolu 3(4) L-Artikolu 3(5) L-Artikolu 4(1) L-Artikolu 4(2) L-Artikolu 4(3) L-Artikolu 4(4) L-Artikolu 4(5) L-Artikolu 5 L-Artikolu 6 L-Artikolu 7 L-Artikolu 8 L-Anness |
L-Artikolu 7 L-Artikolu 8(2) L-Artikolu 8(4) L-Artikolu 9(a) __ L-Artikolu 9(b) L-Artikolu 9(c) u (d) L-Artikolu 9(e) u (f) L-Artikolu 8(1) L-Artikolu 8(1) Il-Punt (1) tal-Anness I Il-Punti (3) u (4) tal-Anness I Il-Punti (5) u (6) tal-Anness I __ __ __ __ L-Artikolu 7 |