10.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/79


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2105

tad-9 ta’ Diċembru 2019

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) jistabbilixxi l-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ċerti Stati Membri u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) għaddew lill-Kummissjoni informazzjoni li hija rilevanti għall-aġġornament ta’ dik il-lista. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali pprovdew ukoll informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata abbażi ta’ dik l-informazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi ta’ deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li timmodifika l-kundizzjonijiet ta’ projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq kumpanija tal-ajru li tkun inkluża fil-lista fl-Annessi A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti fornuti mill-Istati Membri, biex jissottomettu kummenti bil-miktub u biex jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru”).

(5)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 (3), mal-awtoritajiet kompetenti u mal-kumpaniji tal-ajru tal-Armenja, tal-Belarussja, tal-Guinea Ekwatorjali, tal-Gabon, tal-Indoneżja, tal-Moldova, tar-Repubblika Dominicana u tar-Russja. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-qagħda tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Angola, fl-Iraq, fil-Kongo Brazzaville, fil-Malasja, fin-Nepal, fir-Repubblika Kirgiża, fit-Turkmenistan u fil-Venezwela.

(6)

L-EASA infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-valutazzjonijiet tekniċi mwettqa għall-evalwazzjoni inizjali u l-monitoraġġ kontinwu tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa minn Operaturi ta’ Pajjiżi Terzi (“TCO”), skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (4).

(7)

L-EASA infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fil-kuntest tal-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”), f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5).

(8)

Barra minn hekk, l-EASA infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-proġetti ta’ assistenza teknika li saru fil-pajjiżi terzi milqutin minn projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006. L-EASA pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal aktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-pajjiżi terzi, bil-għan li dawn ikunu megħjuna jsolvu n-nuqqasijiet ta’ konformità ma’ standards internazzjonali applikabbli tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal tali talbiet fuq bażi bilaterali, b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni saħqet mill-ġdid fuq is-siwi tal-għoti ta’ informazzjoni lill-komunità internazzjonali tal-avjazzjoni, b’mod partikulari permezz tal-għodda ta’ Sħubija tal-Assistenza għall-Implimentazzjoni tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), dwar l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi pprovduta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni mad-dinja kollha.

(9)

Il-Eurocontrol ipprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru b’aġġornament dwar l-istatus tal-funzjoni ta’ allarm tal-SAFA u tat-TCO, u bi statistika attwali għall-messaġġi ta’ allert għall-kumpaniji tal-ajru pprojbiti.

Il-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni

(10)

Wara l-analiżi mill-EASA tal-informazzjoni li ħarġet mill-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq l-inġenji tal-ajru tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni u mill-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni li twettqu mill-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u minn awditjar speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri ħadu ċerti miżuri ta’ infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar dawk il-miżuri. Il-Bulgarija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-azzjonijiet li kienet ħadet fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Bulgarija.

(11)

L-Istati Membri tennew li huma lesti jaġixxu kif meħtieġ f’każ li l-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tkun tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità min-naħa tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Armenja

(12)

Qatt ma ġew inklużi kumpaniji tal-ajru mill-Armenja fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(13)

F’Lulju 2019, bħala parti mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni tat-TCO tagħha, l-EASA wettqet żjara fuq il-post tal-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Armenja (“CAC”) u lil żewġ kumpaniji tal-ajru, Taron Avia LLC u Atlantis European Airways.

(14)

Wara dik iż-żjara, l-EASA kkonkludiet li s-CAC, hu u jaġġorna l-Ispeċifikazzjonijiet ta’ Operazzjonijiet ta’ dawn il-kumpaniji tal-ajru, ma kienx segwa b’mod sistematiku l-proċess ta’ ċertifikazzjoni stabbilit. Barra minn hekk, is-CAC ma setax jipprovdi garanziji li kien qiegħed jivvaluta b’mod sistematiku s-Sistemi ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza, is-sistemi tal-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-organizzazzjonijiet ta’ manutenzjoni tal-kumpaniji tal-ajru li kien ivvaluta. Barra minn hekk, is-CAC ma kellux il-kapaċità meħtieġa biex jidentifika każijiet sinifikanti ta’ nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza mill-kumpaniji tal-ajru.

(15)

Minbarra s-sejbiet tal-EASA matul il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tat-TCO tagħha, il-Kummissjoni, permezz ta’ ittra tal-11 ta’ Ottubru 2019, infurmat lis-CAC dwar għadd ta’ punti ta’ tħassib relatati mal-kumpaniji tal-ajru rreġistrati fl-Armenja, u stiednet lis-CAC u lill-kumpanija tal-ajru Taron Avia LLC għal seduta ta’ smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(16)

Fis-7 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni, l-EASA u s-CAC kellhom laqgħa teknika fi Brussell. Matul dik il-laqgħa, is-CAC pprovdiet informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza tagħha, inkluż il-pjanijiet tagħha fir-rigward tar-riorganizzazzjoni, tal-ingaġġ u t-taħriġ ta’ persunal tekniku, u t-titjib fil-kapaċitajiet tagħha ta’ sorveljanza. Is-CAC informa lill-Kummissjoni li b’riżultat tas-sejbiet tal-EASA fir-rigward tat-TCO għat-Taron Avia LLC f’Lulju 2019, fis-7 ta’ Novembru 2019, is-CAC iddeċieda li jirrevoka ċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) ta’ din il-kumpanija tal-ajru. Fid-dawl tal-fatt li t-Taron Avia LLC b’konsegwenza waqfet topera, ma baqax meħtieġ li l-kumpanija tal-ajru tiġi mistiedna għas-seduta ta’ smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru.

(17)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, inkluż ir-riżultati tal-valutazzjoni tat-TCO mill-EASA, l-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa mill-Istati Membri fil-qafas tal-programm tas-SAFA u l-informazzjoni pprovduta mis-CAC, il-Kummissjoni tqis li s-CAC jenħtieġ li jkompli jiżviluppa l-kapaċità ta’ spezzjoni tiegħu tal-kumpaniji tal-ajru li għandu responsabbiltajiet ta’ ċertifikazzjoni u sorveljanza tagħhom.

(18)

Matul is-seduta ta’ smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, li saret fl-20 ta’ Novembru 2019, is-CAC ippreżenta ħarsa ġenerali tal-organizzazzjoni u tal-istruttura tiegħu, fosthom dettalji dwar il-persunal ingaġġat fid-Dipartiment tal-Ajrunavigabbiltà u fid-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tiegħu. Is-CAC ipprovda dettalji dwar l-azzjonijiet li ttieħdu fir-rigward ta’ għadd ta’ kumpaniji tal-ajru rreġistrati fl-Armenja, u fir-rigward tat-taħriġ għall-ispetturi tiegħu u l-iżviluppi futuri tiegħu, inklużi l-pjanijiet iddedikati għar-reklutaġġ ta’ spetturi ġodda. Il-Kummissjoni enfasizzat l-aspettattiva tagħha li, bħalma huwa l-każ għall-awtoritajiet kollha tal-avjazzjoni ċivili, is-CAC għandu joħroġ biss l-AOCs u jaċċetta l-inġenji tal-ajru fuq ir-reġistru tiegħu jekk u meta jkollu kapaċità sħiħa li jissoveljahom.

(19)

Barra minn hekk, is-CAC enfasizza fuq il-konverġenza ppjanata mal-qafas regolatorju tal-Unjoni b’riżultat tal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u l-Armenja.

(20)

Matul is-seduta ta’ smigħ, is-CAC impenja ruħu li jżomm il-Kummissjoni kontinwament infurmata dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza u l-azzjonijiet tiegħu biex is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Armenja tkompli tittejjeb, b’mod partikolari l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni tal-Programm tas-Sikurezza tal-Istat tal-Armenja.

(21)

Il-Kummissjoni beħsiebha twettaq żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fl-Armenja, bl-għajnuna tal-EASA u bl-appoġġ tal-Istati Membri, biex tivverifika jekk iċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru min-naħa tas-CAC humiex qed isiru b’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti. Din iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post se tiffoka fuq is-CAC u fuq għażla ta’ kumpaniji tal-ajru tal-Armenja.

(22)

Għalkemm huwa ċar li n-nuqqasijiet varji identifikati se jkollhom jissolvew, dawn mhumiex tali li jesiġu l-inklużjoni tal-kumpaniji tal-ajru kollha mill-Armenja fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(23)

Għaldaqstant, abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, u skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Armenja, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

(24)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fl-Armenja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(25)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Belarussja

(26)

Qatt ma ġew inklużi kumpaniji tal-ajru mill-Belarussja fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(27)

Fis-17 ta’ Settembru 2018, b’segwitu għal nuqqasijiet ta’ sikurezza identifikati mill-EASA fil-qafas tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni tat-TCO, il-Kummissjoni bdiet konsultazzjonijiet mad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Belarussja (“AD-BLR”), skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 473/2006.

(28)

Wara s-seduta ta’ smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru fit-3 ta’ April 2019, il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rrikonoxxa l-progress tal-AD-BLR fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, iżda fl-istess ħin iddetermina li l-AD-BLR jenħtieġ li jkompli jtejjeb il-kapaċità tiegħu tas-sorveljanza tas-sikurezza.

(29)

Fil-5 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni, l-EASA u rappreżentanti tal-AD-BLR kellhom laqgħa teknika. L-iskop ta’ dik il-laqgħa kien li jiġi rieżaminat il-pjan ta’ azzjoni korrettiva implimentat mill-AD-BLR, kif ukoll l-azzjonijiet assoċjati mwettqa mill-AD-BLR biex tiġi żgurata konformità effettiva tas-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Il-laqgħa wriet il-ħtieġa li l-AD-BLR jipprovdi lill-Kummissjoni bi kjarifiki ulterjuri fir-rigward ta’ ċerti azzjonijiet li ttieħdu. Il-Kummissjoni rċeviet din l-informazzjoni addizzjonali fl-14 ta’ Novembru 2019.

(30)

Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-AD-BLR biex jirrieżamina l-pjan ta’ azzjoni korrettiva billi jkompli jiżviluppa l-analiżi tal-kawżi ewlenin tan-nuqqasijiet fis-sikurezza identifikati matul l-aħħar żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni, f’Marzu 2019, bil-għan li dan kollu jiġi diskuss fl-ewwel kwart tal-2020 fil-laqgħa teknika li jmiss fi Brussell.

(31)

Fl-20 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni ppreżentat rapport lil-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-informazzjoni pprovduta mill-AD-BLR, jiġifieri l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-ispettorat iddedikat għas-settur tal-avjazzjoni, il-ħolqien tad-Dipartiment tal-Kwalità, l-istatus tal-programm ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-AD-BLR kif ukoll il-miżuri li ttieħdu biex jittejjeb il-programm ta’ sorveljanza. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru li s-sitwazzjoni tal-avjazzjoni ċivili fil-Belarussja għadha taħt skrutinju qawwi.

(32)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Belarussja, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

(33)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Belarussja, mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Belarussja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(34)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Dominicana

(35)

Qatt ma ġew inklużi kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Dominicana fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(36)

Fil-15 ta’ April 2019, b’segwitu għal nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati mill-EASA fil-qafas tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni tat-TCO u abbażi tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa fil-kuntest tal-programm SAFA, il-Kummissjoni bdiet konsultazzjonijiet mal-Instituto Dominicano de Aviación Civil (‘IDAC’), skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 473/2006.

(37)

Fl-10 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni, l-EASA, rappreżentant ta’ Stat Membru u rappreżentant tal-IDAC kellhom laqgħa teknika. Matul is-seduta, l-IDAC ipprovda lill-Kummissjoni b’informazzjoni ġenerali dwar is-settur tal-avjazzjoni fir-Repubblika Dominicana, il-persunal disponibbli għall-attivitajiet ta’ sorveljanza, u l-mod kif dawn l-attivitajiet jitwettqu. Ġew ukoll diskussi d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom ċerti kumpaniji tal-ajru matul il-proċess ta’ awtorizzazzjoni tat-TCO, l-aktar minħabba nuqqasijiet ta’ sikurezza, kif ukoll is-sejbiet li tqajmu waqt l-ispezzjonijiet fir-rampa tas-SAFA. L-IDAC informa lill-Kummissjoni li għaddejjin miżuri korrettivi biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tan-nuqqasijiet tas-sikurezza li identifikat l-EASA. B’mod partikolari, l-IDAC semma l-azzjonijiet kurrenti fir-rigward tat-taħriġ tal-persunal.

(38)

Matul din il-laqgħa, l-IDAC ta informazzjoni wkoll dwar il-livell ta’ implimentazzjoni tal-Programm tas-Sikurezza tal-Istat fir-Repubblika Dominicana. B’kunfidenza li l-attivitajiet tiegħu jitwettqu f’konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, l-IDAC stieden lill-Unjoni tagħmel żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post. Il-Kummissjoni jidhrilha li fil-fatt hemm bżonn li l-Unjoni tagħmel żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post, qabel il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru.

(39)

Għalkemm mill-analiżi tal-informazzjoni li rċevew minn dokumenti u mil-laqgħa teknika, il-Kummissjoni u l-EASA identifikaw diversi nuqqasijiet, dawn in-nuqqasijiet mhumiex ta’ natura li tiġġustifika l-inklużjoni tal-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Dominicana fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(40)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, u skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Dominicana, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

(41)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika Dominicana, mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fir-Repubblika Dominicana, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(42)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Kumpaniji tal-ajru mill-Guinea Ekwatorjali

(43)

Fl-2006, il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Guinea Ekwatorjali ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(44)

F’Ottubru 2017, saret żjara ta’ valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fil-Guinea Ekwatorjali, li matulha ġie vvalutat ix-xogħol tal-Autoridad Aeronáutica de Guinea Ecuatorial (AAGE). Saru żjarat ukoll lil żewġ kumpaniji tal-ajru attivi ċċertifikati fil-Guinea Ekwatorjali, CEIBA Intercontinental uCronos Airlines. Iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni identifikat il-ħtieġa għal aktar titjib biex is-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza tinżamm aġġornata skont l-emendi reċenti għall-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Għal dan l-għan, l-AAGE żviluppat pjan ta’ azzjoni korrettiva.

(45)

F’Diċembru 2018, l-AAGE esprimiet lill-Kummissjoni l-interess tagħha biex tiftaħ mill-ġdid djalogu dwar l-emendar tal-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Guinea Ekwatorjali. Fit-12 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-AAGE fejn talbet rapport dettaljat dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva u għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tindika l-progress tal-AAGE fl-indirizzar tan-nuqqasijiet tas-sikurezza. L-AAGE pprovdiet l-informazzjoni bejn il-11 ta’ Lulju u l-20 ta’ Awwissu 2019, iżda din l-informazzjoni kellha xi nuqqasijiet, u għalhekk fl-10 ta’ Settembru 2019 il-Kummissjoni infurmat lill-AAGE li l-informazzjoni pprovduta ma kenitx kompluta. Fis-17 ta’ Settembru 2019 u fit-28 ta’ Ottubru 2019, l-AAGE bagħtet aktar informazzjoni dwar CEIBA Intercontinental u Cronos Airlines, rispettivament, kif ukoll informazzjoni dwar l-organizzazzjoni, il-persunal u l-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-AAGE.

(46)

Fis-6 ta’ Novembru 2019, l-EASA kkonkludiet li d-dokumentazzjoni mitluba kollha ġiet ipprovduta u li din l-informazzjoni wriet titjib tal-attivitajiet ta’ sorveljanza fi ħdan is-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-AAGE, inklużi l-attivitajiet ta’ sorveljanza msaħħa taż-żewġ kumpaniji tal-ajru kummerċjali CEIBA Intercontinental u Cronos Airlines. Madankollu, l-EASA kkonkludiet ukoll li kien għad hemm tħassib dwar il-kapaċità tal-AAGE li tindirizza n-nuqqasijiet b’mod sostenibbli.

(47)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Guinea Ekwatorjali, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

(48)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Guinea Ekwatorjali, mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Guinea Ekwatorjali, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Gabon

(49)

Fl-2008 (6) il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Gabon ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, bl-eċċezzjoni tal-Gabon Airlines u Afrijet li kienu inklużi fl-Anness B ta’ dak ir-Regolament.

(50)

Il-konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon, l-Agence Nationale de l’Aviation Civile (“ANAC Gabon”), komplew bil-għan li jiġi mmonitorjat il-progress tal-ANAC Gabon fl-iżgurar li s-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni tagħha tikkonforma mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(51)

L-awditu tal-ICAO li sar f’Jannar 2019 ikkonkluda li l-ANAC Gabon kisbet rata ta’ implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza ta’ 72,6 % li tirrappreżenta żieda minn rata ta’ 26,1 % miksuba fl-2016.

(52)

Mill-14 sat 18 ta’ Ottubru 2019, saret żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fil-Gabon, fl-uffiċini tal-ANAC Gabon u fil-binjiet taż-żewġ kumpaniji tal-ajru ċċertifikati attwalment, jiġifieri Afrijet Business Service u Solenta Aviation Gabon.

(53)

Matul iż-żjara, l-ANAC Gabon uriet li kienet għamlet progress sinifikanti fl-aħħar snin, b’mod partikolari li hija kapaċi żżomm u tinforza sistema regolatorja soda. Jidher li r-regolamenti nazzjonali jiġu aġġornati regolarment meta jiġu adottati emendi ġodda għall-istandards u għall-prattiki rakkomandati tal-ICAO. L-ANAC Gabon tat evidenza li kienet stabilixxiet proċess sod għar-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal tagħha. Il-persunal huwa kkwalifikat tajjeb u motivat għalkemm il-kisba tal-esperjenza tibqa’ sfida. L-ANAC Gabon jenħtieġ li tiżgura li tiġi stabbilita ġestjoni effettiva tal-kompetenzi meħtieġa għall-attivitajiet tagħha. L-ANAC Gabon ipprovdiet evidenza li ċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru ssir f’konformità mal-proċess tal-ICAO u li l-attivitajiet kollha jiġu ddokumentati sew. L-evidenza indikat ukoll li l-ANAC Gabon kellha l-kapaċitajiet biex tissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni fil-Gabon u biex tindirizza d-defiċjenzi identifikati fis-sikurezza.

(54)

Iż-żjarat liż-żewġ kumpaniji tal-ajru attwalment iċċertifikati fil-Gabon ikkonkludew li t-tnejn li huma kellhom kontroll fuq l-ajrunavigabbiltà kontinwa u fuq l-operazzjonijiet imwettqa skont l-istandards internazzjonali tas-sikurezza applikabbli. Madankollu, kampjunar ta’ xi attivitajiet oħra wera ċerti nuqqasijiet żgħar, li l-ebda wieħed minnhom ma kellu impatt immedjat fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni.

(55)

Fl-20 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru semgħu lill-ANAC Gabon u lil-kumpaniji tal-ajru Afrijet Business Service u Solenta Aviation Gabon.

(56)

Matul dik is-seduta, l-ANAC Gabon ippreżentat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru s-sistema stabbilita biex tiġi żgurata s-sorveljanza tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Gabon. Hija spjegat li l-progress fl-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, kif intwera mill-verifika tal-ICAO tal-2019, kien ir-riżultat ta’ serje ta’ azzjonijiet meħuda mill-2012. Filwaqt li enfasizzat l-impenn tagħha għal titjib kontinwu, l-ANAC Gabon għarrfet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva żviluppat b’reazzjoni għar-riżultati taż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni li saret f’Ottubru 2019. Dan jinkludi l-objettivi strateġiċi ddefiniti għall-futur, bħall-istabbiliment ta’ Programm tas-Sikurezza tal-Istat, iċ-ċertifikazzjoni ta’ sistema tal-kwalità, u t-titjib ulterjuri tal-implimentazzjoni effettiva ta’ standards ta’ sikurezza internazzjonali. Dawn l-iżviluppi kollha huma ta’ natura pożittiva. Madankollu, it-tkabbir mistenni fl-attività tal-avjazzjoni ċivili fil-Gabon se jirrikjedi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni speċifiċi mill-ANAC Gabon, b’mod partikolari f’termini tal-għadd ta’ persunal tal-organizzazzjoni u l-livell ta’ għarfien espert meħtieġ.

(57)

Matul is-seduta ta’ smigħ Afrijet Business Service ippreżentat ħarsa ġenerali tal-organizzazzjoni u l-istruttura tagħha, il-pjanijiet attwali ta’ żvilupp tal-flotta u tar-rotot tagħha kif ukoll elementi ewlenin tas-Sistema ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza tal-kumpanija tal-ajru, inkluż il-proċess ta’ identifikazzjoni tal-perikli u l-proċess tal-mitigazzjoni tar-riskji tagħha.

(58)

Solenta Aviation Gabon ippreżentat ħarsa ġenerali tal-organizzazzjoni u l-istruttura tagħha, il-pjanijiet attwali ta’ żvilupp tal-flotta u tar-rotot tagħha kif ukoll elementi ewlenin tas-Sistema ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza tal-kumpanija tal-ajru, inkluż il-proċess ta’ identifikazzjoni tal-perikli u l-proċess tal-mitigazzjoni tar-riskji tagħha. Enfasizzat l-impenn tagħha li ttejjeb kontinwament il-prestazzjoni tas-sikurezza tagħha, muri permezz ta’ spjegazzjoni dwar il-kumplessità tal-operazzjonijiet tal-kumpanija tal-ajru u tal-ġestjoni tal-ekwipaġġ, inklużi l-proċessi ta’ ġestjoni tas-sikurezza li jintużaw għall-iżgurar tal-operazzjonijiet sikuri. Żiedet li dawk l-operazzjonijiet jitqiegħdu taħt skrutinju qawwi mill-ANAC Gabon.

(59)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Gabon jitneħħew mill-Anness A u mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(60)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Gabon, mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Gabon, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(61)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja

(62)

F’Ġunju 2018, il-kumpaniji tal-ajru kollha mill-Indoneżja tneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/871 (7). Bil-għan li jsir iktar monitoraġġ tas-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza fl-Indoneżja, il-Kummissjoni u d-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Indoneżja (“DGCA Indonesia”) baqgħu għaddejjin bil-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. F’dak il-kuntest, b’ittra tas-27 ta’ Settembru 2019, id-DGCA Indonesia pprovda informazzjoni u aġġornament dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza għall-perjodu minn Marzu 2019 sa Settembru 2019. Minbarra l-aġġornament dwar il-pjan ta’ azzjoni korrettiva b’riżultat taż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni f’Marzu 2018, l-informazzjoni li pprovdiet id-DGCA Indonesia inkludiet ukoll aġġornamenti fir-rigward tal-lista ta’ detenturi tal-AOC, tal-inġenji tal-ajru rreġistrati, tal-inċidenti serji u l-okkorrenzi tal-avjazzjoni kif ukoll tal-miżuri ta’ infurzar li ħa d-DGCA Indonesia

(63)

Id-DGCA Indoneżjan informa wkoll lill-Kummissjoni dwar l-istatus tal-azzjonijiet korrettivi meħuda wara l-Missjoni ta’ Validazzjoni Koordinata tal-ICAO (ICVM) li seħħet fl-2017, li wriet titjib kontinwu, speċjalment fil-qasam tal-ajrunavigabbiltà.

(64)

Wara eżaminazzjoni ulterjuri tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni tqis li l-biċċa l-kbira tal-ispjegazzjonijiet mogħtija dwar il-pjan ta’ azzjonijiet korrettivi, l-inċidenti serji u l-miżuri ta’ infurzar huma adegwati. B’riżultat ta’ dan, xi sejbiet tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva ngħalqu u d-dati l-ġodda proposti għall-għeluq ġew aċċettati.

(65)

Fid-29 ta’ Ottubru 2019, inħareġ ir-rapport finali tal-inċident tat-titjira Lion Air JT610. Bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tagħha tal-Indoneżja, il-Kummissjoni se titlob lid-DGCA Indoneżjan biex ikompli jipprovdi informazzjoni relatata, b’mod partikolari fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza li jinsabu fir-rapport.

(66)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

(67)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indoneżja, mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fl-Indoneżja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(68)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Moldova

(69)

F’April 2019 (8), il-kumpaniji kollha tal-ajru ċċertifikati fil-Moldova, minbarra t-tliet kumpaniji tal-ajru Air Moldova, Fly One u Aerotranscargo, kienu soġġetti għal projbizzjoni sħiħa fuq l-operat, prinċipalment minħabba l-inkapaċità tal-Awtorità tal-Avjazzjoni tal-Moldova, (is-“CAAM”) li timplimenta u tinforza l-istandards internazzjonali tas-sikurezza applikabbli.

(70)

Il-livell baxx ta’ implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza kien ġie identifikat waqt żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni li saret fi Frar 2019, fejn tqajmu għadd ta’ osservazzjonijiet fir-rigward tar-regolamenti, tal-proċeduri u tal-prattiki tas-CAAM.

(71)

Fl-24 ta’ Ottubru 2019, saret laqgħa teknika bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-EASA, ta’ Stat Membru u tas-CAAM. Matul il-laqgħa, is-CAAM ipprovdiet informazzjoni dwar azzjonijiet li ttieħdu biex jiġi żviluppat qafas nazzjonali leġiżlattiv konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u mmirat lejn it-titjib tas-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza fil-Moldova, inklużi l-passi li ttieħdu fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ funzjoni aktar b’saħħitha għall-ġestjoni tal-kwalità fi ħdan l-awtorità.

(72)

Is-CAAM ipprovdiet ukoll informazzjoni dwar il-Manwal ta’ Ġestjoni l-ġdid tal-awtorità, dwar il-Lista ta’ Kontroll tal-Analiżi tal-Lakuni fil-Programm tas-Sikurezza Statali, flimkien mal-Politika tas-Sikurezza tal-Istat u l-istatus tal-implimentazzjoni tas-Sistema tal-Ġestjoni tas-Sikurezza għall-kumpaniji tal-ajru tal-Moldova. Barra minn hekk, il-CAAM infurmat lill-Kummissjoni li, b’riżultat tal-awditi u tal-ispezzjonijiet li saru fuq il-kumpaniji tal-ajru rreġistrati fil-Moldova, erba’ AOCs ġew sospiżi, li minnhom tnejn reġgħu ngħataw, u tnejn oħra eventwalment tħassru, jiġifieri CA Î.M „TANDEM AERO” SRL u CA “OSCAR JET” SRL.

(73)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex jitneħħew il-kumpaniji tal-ajru CA Î.M „TANDEM AERO” SRL u CA “OSCAR JET” SRL mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(74)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Moldova, mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Moldova, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(75)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mir-Russja

(76)

Il-Kummissjoni, l-EASA u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri komplew jimmonitorjaw mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li huma ċċertifikati fir-Russja u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fir-rigward ta’ ċerti kumpaniji tal-ajru Russi skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(77)

Fil-25 ta’ Ottubru 2019, rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-EASA u ta’ Stat Membru ltaqgħu ma’ rappreżentanti tal-Aġenzija Federali Russa tat-Trasport bl-Ajru (“FATA”), biex jirrieżaminaw il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja abbażi tar-rapporti tal-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa bejn id-19 ta’ Marzu 2019 u l-4 ta’ Ottubru 2019, u biex jiġi identifikat f’liema każijiet jenħtieġ li l-FATA ssaħħaħ l-attivitajiet ta’ sorveljanza tagħha.

(78)

Ir-rieżami tal-ispezzjonijiet fir-rampa tas-SAFA tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja ma żvela l-ebda nuqqas rikorrenti tas-sikurezza. Matul il-laqgħa, l-FATA infurmat lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex tiġi żgurata l-konformità tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja mar-rekwiżiti tal-profiċjenza fil-lingwa Ingliża kif definiti mill-ICAO.

(79)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli attwalment, inkluż l-informazzjoni pprovduta mill-FATA fil-laqgħa, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, il-FATA għandha l-ħila u r-rieda meħtieġa biex tindirizza n-nuqqasijiet fis-sikurezza. Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm bżonn li jsir smigħ tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Russi u ta’ kwalunkwe kumpanija tal-ajru ċċertifikata fir-Russja quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru.

(80)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni biex jiġu inklużi kumpaniji tal-ajru mir-Russja.

(81)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru mir-Russja mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(82)

Meta dawk l-ispezzjonijiet jidentifikaw riskju imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista’ timponi projbizzjoni fuq l-operat tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mir-Russja u tinkludihom fl-Anness A jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(83)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 474/2006 jiġi emendat skont dan.

(84)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness A huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness B huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Adina VĂLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 715/2008 tal-24 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 197, 25.7.2008, p. 36).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/871 tal-14 ta’ Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni, (ĠU L 152, 15.6.2018, p. 5).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/618 tal-15 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni, (ĠU L 106, 17.4.2019, p. 1).


ANNESS I

L-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS A

LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B’XI EĊĊEZZJONIJIET  (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif muri fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti)

In-numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru ( l-AO C”) jew tal-Liċenzja Operattiva

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

L-Istat tal-Operatur

AVIOR AIRLINES

ROI-RNR-011

ROI

Il-Venezwela

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

is-Suriname

IRAN ASEMAN AIRLINES

FS-102

IRC

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

IRAQI AIRWAYS

001

IAW

L-Iraq

MED-VIEW AIRLINE

MVA/AOC/10-12/05

MEV

In-Niġerja

AIR ZIMBABWE (PVT) LTD

177/04

AZW

Iż-Żimbabwe

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines u Heli Malongo, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tal-Angola

AEROJET

AO-008/11-07/17 TEJ

TEJ

Ir-Repubblika tal-Angola

GUICANGO

AO-009/11-06/17 YYY

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR JET

AO-006/11-08/18 MBC

MBC

Ir-Repubblika tal-Angola

BESTFLYA AIRCRAFT MANAGEMENT

AO-015/15-06/17YYY

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIANG

AO 007/11-08/18 YYY

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tal-Angola

SJL

AO-014/13-08/18YYY

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tal-Angola

SONAIR

AO-002/11-08/17 SOR

SOR

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tal-Kongo

AERO SERVICE

RAC06-002

RSR

Ir-Repubblika tal-Kongo

CANADIAN AIRWAYS CONGO

RAC06-012

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tal-Kongo

EMERAUDE

RAC06-008

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAFLIGHT SERVICES

RAC 06-003

EKA

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A.

RAC 06-014

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tal-Kongo

MISTRAL AVIATION

RAC06-011

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tal-Kongo

TRANS AIR CONGO

RAC 06-001

TSG

Ir-Repubblika tal-Kongo

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR FAST CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0112/2011

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/TVC/0053/2012

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KATANGA

409/CAB/MIN/TVC/0056/2012

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR TROPIQUES

409/CAB/MIN/TVC/00625/2011

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BLUE AIRLINES

106/CAB/MIN/TVC/2012

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BLUE SKY

409/CAB/MIN/TVC/0028/2012

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BUSY BEE CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0064/2010

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA)

409/CAB/MIN/TVC/0050/2012

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

CONGO AIRWAYS

019/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

DAKOTA SPRL

409/CAB/MIN/TVC/071/2011

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

DOREN AIR CONGO

102/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TVC/011/2010

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KIN AVIA

409/CAB/MIN/TVC/0059/2010

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KORONGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/001/2011

KGO

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MALU AVIATION

098/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MANGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/009/2011

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SERVE AIR

004/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SERVICES AIR

103/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SWALA AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/0084/2010

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

TRANSAIR CARGO SERVICES

409/CAB/MIN/TVC/073/2011

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

WILL AIRLIFT

409/CAB/MIN/TVC/0247/2011

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibuti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Il-Djibouti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħrufa

DAO

Il-Djibouti

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

il-Guinea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

il-Guinea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħrufa

il-Guinea Ekwatorjali

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

l-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC Nru 004

ERT

l-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC Nru 005

NAS

l-Eritrea

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom,

 

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR BISHKEK (dak li kien EASTOK AVIA)

15

EAA

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS)

13

CBK

Ir-Repubblika Kirgiża

HELI SKY

47

HAC

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

MANAS AIRWAYS

42

BAM

Ir-Repubblika Kirgiża

Mhux magħruf

(ex S GROUP AVIATION)

45

IND

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY BISHKEK

43

BIS

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY KG AIRLINES

41

KGK

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

39

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TEZ JET

46

TEZ

Ir-Repubblika Kirgiża

VALOR AIR

07

VAC

Ir-Repubblika Kirgiża

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja.

 

 

Il-Liberja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

il-Libja

GHADAMES AIR TRANSPORT

012/05

GHT

il-Libja

GLOBAL AVIATION AND SERVICES

008/05

GAK

il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

il-Libja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Moldova responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief Air Moldova, Fly One u Aerotranscargo, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tal-Moldova

Î.M “VALAN ICC” SRL

MD009

VLN

Ir-Repubblika tal-Moldova

CA “AIM AIR” SRL

MD015

AAM

Ir-Repubblika tal-Moldova

CA “AIR STORK” SRL

MD018

MSB

Ir-Repubblika tal-Moldova

Î M “MEGAVIATION” SRL

MD019

ARM

Ir-Repubblika tal-Moldova

CA “PECOTOX-AIR” SRL

MD020

PXA

Ir-Repubblika tal-Moldova

CA “TERRA AVIA” SRL

MD022

TVR

Ir-Repubblika tal-Moldova

CA “FLY PRO” SRL

MD023

PVV

Ir-Repubblika tal-Moldova

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR KASTHAMANDAP

051/2009

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tan-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tan-Nepal

GOMA AIR

064/2010

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tan-Nepal

HIMALAYA AIRLINES

084/2015

HIM

Ir-Repubblika tan-Nepal

MAKALU AIR

057 A/2009

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tan-Nepal

MANANG AIR PVT LTD

082/2014

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tan-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tan-Nepal

MUKTINATH AIRLINES

081/2013

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tan-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SAURYA AIRLINES

083/2014

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tan-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

Ir-Repubblika tan-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tan-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tan-Nepal

YETI AIRLINES DOMESTIC

037/2004

NYT

Ir-Repubblika tan-Nepal

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

São Tomé u Príncipe

AFRICA’S CONNECTION

10/AOC/2008

ACH

São Tomé u Príncipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

São Tomé u Príncipe

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Is-Sierra Leone

AIR RUM, LTD

Mhux magħrufa

RUM

Is-Sierra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

Mhux magħrufa

DTY

Is-Sierra Leone

HEAVYLIFT CARGO

Mhux magħrufa

Mhux magħrufa

Is-Sierra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

Mhux magħrufa

ORJ

Is-Sierra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

Mhux magħrufa

PRR

Is-Sierra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

Mhux magħrufa

SVT

Is-Sierra Leone

TEEBAH AIRWAYS

Mhux magħrufa

Mhux magħrufa

Is-Sierra Leone

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

ALFA AIRLINES SD

54

AAJ

Ir-Repubblika tas-Sudan

BADR AIRLINES

35

BDR

Ir-Repubblika tas-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

Ir-Repubblika tas-Sudan

ELDINDER AVIATION

8

DND

Ir-Repubblika tas-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

Mhux magħrufa

Ir-Repubblika tas-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

Ir-Repubblika tas-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

Ir-Repubblika tas-Sudan

KUSH AVIATION CO.

60

KUH

Ir-Repubblika tas-Sudan

NOVA AIRWAYS

46

NOV

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUDAN AIRWAYS CO.

1

SUD

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUN AIR

51

SNR

Ir-Repubblika tas-Sudan

TARCO AIR

56

TRQ

Ir-Repubblika tas-Sudan


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżlin fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk jitħarsu l-istandards rilevanti tas-sikurezza.


ANNESS II

L-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS B

LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI  (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif muri fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti)

In-numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru ( l-AO C”)

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

L-Istat tal-Operatur

Tip ta’ Inġenju tal-ajru ristrett

Marka/i tar-reġistrazzjoni u, fejn disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-inġenju tal-ajru ristrett

Stat tar-reġistru

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Comoros

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: LET 410 UVP.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: D6-CAM (851336).

Comoros

IRAN AIR

FS100

IRA

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747

Inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif jissemma fl-AOC

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU- 204.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: P-632, P-633.

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżlin fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhix soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk jitħarsu l-istandards rilevanti tas-sikurezza.