|
10.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/74 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2104
tad-29 ta’ Novembru 2019
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà 1 u 8
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li [kkunsidra t-Trattat/kkunsidrat/kkunsidraw it-Trattat] dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
|
(2) |
Fil-qafas tal-proġett tal-Komunikazzjoni Aħjar fi Proġetti ta’ Rappurtar Finanzjarju li għandu l-għan li jtejjeb il-mod kif l-informazzjoni finanzjarja tiġi kkomunikata lill-utenti tar-rapporti finanzjarji, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà ppubblika fit-31 ta’ Ottubru 2018Definizzjoni tal-Materjal (Emendi għall-IAS 1 u l-IAS 8) biex jiċċara d-definizzjoni ta’ “materjal” biex jagħmilha aktar faċli għall-kumpaniji li jagħmlu ġudizzji ta’ materjalità u biex itejjeb ir-rilevanza tal-iżvelar fin-noti għar-rapporti finanzjarji. |
|
(3) |
Wara l-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji u l-IAS 8 Politika ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
|
(4) |
Emendi għall-IAS 1 u l-IAS 8 jimplikaw, b’konsegwenza, emendi għall-IAS 10 Avvenimenti wara l-Perjodu ta’ Rappurtar, l-IAS 34 Rapportar Finanzjarju Interim u l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti. |
|
(5) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(a) |
IAS 1 Preżentazzjoni tad-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
|
(c) |
IAS 10 Avvenimenti wara l-Perjodu ta’ Rappurtar huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; |
|
(d) |
IAS 34 Rappurtaġġ Finanzjarju Interim huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; |
|
(e) |
IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1 sa mhux aktar tard mid-data li fiha tibda l-ewwel sena finanzjarja tagħha, fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).
ANNESS
Definizzjoni ta’ Materjali
Emendi għall-IAS 1 u IAS 8
Emendi għal IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji
Il-paragrafu 7 huwa emendat għal entità li adottat L-Emendi għar-Referenzi f’Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS tal-2018, u l-paragrafu 139T huwa miżjud.
Definizzjonijiet
|
7. |
… |
Materjali:
Informazzjoni hija materjali jekk meta tiġi ommessa, tiġi mmotivata ħażin jew tiġi oskurata tista’ b’mod raġonevoli tkun mistennija li tinfluwenza d-deċiżjonijiet li l-utenti primarji ta’ rapporti finanzjarji ta’ skop ġenerali jagħmlu abbażi ta’ dawk ir-rapporti finanzjarji, li jipprovdu informazzjoni finanzjarja dwar entità ta’ rappurtar speċifika.
Il-materjalità tiddependi fuq in-natura jew id-daqs tal-informazzjoni, jew it-tnejn li huma. Entità tivvaluta jekk l-informazzjoni, kemm individwali jew inkella flimkien ma’ informazzjoni oħra, hija materjali fil-kuntest tar-rapporti finanzjarji tagħha fit-totalità tagħhom.
Informazzjoni hija oskurata jekk tiġi kkomunikata b’mod li jkollu effett fuq l-utenti primarji tar-rapporti finanzjarji daqslikieku dik l-informazzjoni ġiet ommessa jew ġiet motivata ħażin. Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ ċirkostanzi li jistgħu jirriżultaw fl-oskurament ta’ informazzjoni materjali:
|
(a) |
informazzjoni dwar element materjali, tranżazzjoni materjali jew avveniment ieħor materjali tkun żvelata fir-rapporti finanzjarji iżda li l-lingwa użata hija vaga jew mhux ċara; |
|
(b) |
informazzjoni dwar element materjali, tranżazzjoni materjali jew avveniment ieħor materjali tkun mifruxa fir-rapporti finanzjarji kollha; |
|
(c) |
elementi, tranżazzjonijiet jew avvenimenti oħra li ma jkunux simili jkunu aggregati b’mod mhux xieraq; |
|
(d) |
elementi, tranżazzjonijiet jew avvenimenti oħra li jkunu simili jkunu diżaggregati b’mod mhux xieraq; kif ukoll |
|
(e) |
il-komprensibbiltà tar-rapporti finanzjarji tonqos b’riżultat li informazzjoni immaterjali taħbi informazzjoni materjali sal-punt li utent primarju ma jkunx kapaċi jiddetermina liema informazzjoni hija materjali. |
Il-valutazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tistax b’mod raġonevoli tkun mistennija tinfluwenza d-deċiżjonijiet magħmula mill-utenti primarji ta’ rapporti finanzjarji għal skop ġenerali ta’ entità ta’ rappurtar speċifika teħtieġ li entità tikkunsidra l-karatteristiċi ta’ dawk l-utenti filwaqt li tikkunsidra wkoll iċ-ċirkustanzi proprji tal-entità.
Ħafna investituri, selliefa u kredituri oħra eżistenti u potenzjali ma jistgħux jirrikjedu lill-entitajiet tar-rappurtar li jipprovdu informazzjoni direttament lilhom u għandhom joqogħdu fuq rapporti finanzjarji ta’ skop ġenerali għal ħafna mill-informazzjoni finanzjarja li jeħtieġu. B’konsegwenza, huma l-utenti primarji u r-rapporti finanzjarji ta’ skop ġenerali li huma diretti lejhom. Ir-rapporti finanzjarji jitħejjew għal utenti li għandhom għarfien raġonevoli tal-attivitajiet kummerċjali u ekonomiċi u li jagħmlu rieżami u janalizzaw l-informazzjoni b’mod diliġenti. Xi drabi, anki utenti informati sew u diliġenti jistgħu jkollhom bżonn ifittxu l-għajnuna ta’ konsulent biex jifhmu l-informazzjoni dwar fenomeni ekonomiċi kumplessi.
...
Data effettiva
…
|
139T |
Definizzjoni ta’ Materjali (Emendi għall-IAS 1 u l-IAS 8), maħruġa f’Ottubru 2018, emendat il-paragrafu 7 tal-IAS 1 u l-paragrafu 5 tal-IAS 8 u ħassret il-paragrafu 6 tal-IAS 8. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, din għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għall-IAS 8 Politika ta’ Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabbiltà u Żbalji
Il-paragrafu 5 huwa emendat għal entità li adottat L-Emendi għar-Referenzi f’Qafas Kunċettwali fl-Istandards tal-IFRS tal-2018. Il-paragrafu 6 jitħassar u jiżdied il-paragrafu 54H.
Definizzjonijiet
|
5. |
…
Materjali hija definita fil-paragrafu 7 tal-IAS 1 u tintuża f’dan l-Istandard bl-istess tifsira. … |
|
6. |
[Imħassar]
… |
Data effettiva
…
|
54H |
Definizzjoni ta’ Materjali (Emendi għall-IAS 1 u l-IAS 8), maħruġa f’Ottubru 2018, emendat il-paragrafu 7 tal-IAS 1 u l-paragrafu 5 tal-IAS 8 u ħassret il-paragrafu 6 tal-IAS 8. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, din għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għal Standards u pubblikazzjonijiet oħra tal-IFRS
Emendi għall-IAS 10 Avvenimenti wara l-Perjodu tar-Rappurtar
Il-paragrafu 21 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 23C.
Avvenimenti li ma jirrikjedux aġġustament wara l-perjodu tar-rappurtar
|
21. |
Jekk avvenimenti li ma jirrikjedux aġġustament wara l-perjodu tar-rappurtar ikunu materjali, in-nuqqas ta’ żvelar jista’ b’mod raġonevoli jkun mistenni li jinfluwenza d-deċiżjonijiet li l-utenti primarji ta’ rapporti finanzjarji ta’ skop ġenerali jagħmlu abbażi ta’ dawk ir-rapporti finanzjarji, li jipprovdu informazzjoni finanzjarja dwar entità ta’ rappurtar speċifika. Għalhekk, entità għandha tiżvela dan li ġej għal kull kategorija materjali ta’ kull avveniment li ma jaġġustax wara l-perjodu ta’ rappurtar:
… |
Data effettiva
…
|
23C |
Definizzjoni ta’ Materjali (Emendi għall-IAS 1 u l-IAS 8), maħruġa f’Ottubru 2018, emendat il-paragrafu 21. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, din għandha tiżvela dan il-fatt. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-emendi għad-definizzjoni ta’ materjali fil-paragrafu 7 tal-IAS 1 u l-paragrafi 5 u 6 tal-IAS 8. |
Emendi għall-IAS 34 Rappurtar Finanzjarju Interim
Il-paragrafu 24 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 58.
Materjalità
…
|
24. |
IAS 1 jiddefinixxi informazzjoni materjali u jeħtieġ żvelar separat ta’ elementi materjali, inkluż (pereżempju) operazzjonijiet li ma tkomplewx, u IAS 8 Politiki ta’ Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabbiltà u Żbalji jeħtieġ żvelar ta’ bidliet fl-istimi tal-kontabbiltà, żbalji, u bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà. Iż-żewġ Standards ma fihomx gwida kkwantifikata dwar il-materjalità. … |
Data effettiva
…
|
58. |
Definizzjoni ta’ Materjali (Emendi għall-IAS 1 u l-IAS 8), maħruġa f’Ottubru 2018, emendat il-paragrafu 24. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, din għandha tiżvela dan il-fatt. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-emendi għad-definizzjoni ta’ materjali fil-paragrafu 7 tal-IAS 1 u l-paragrafi 5 u 6 tal-IAS 8. |
Emenda għall-IAS 37 Dispożizzjonijiet, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti
Il-paragrafu 75 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 104.
Ristrutturar
…
|
75. |
Deċiżjoni tal-maniġment jew tal-bord għar-ristrutturar meħuda qabel tmiem il-perjodu tar-rappurtar ma twassalx għal obbligu kostruttiv fi tmiem il-perjodu tar-rappurtar sakemm, qabel tmiem il-perjodu tar-rappurtar, l-entità tkun:
… |
Data effettiva
…
|
104. |
Definizzjoni ta’ Materjali (Emendi għall-IAS 1 u l-IAS 8), maħruġa f’Ottubru 2018, emendat il-paragrafu 75. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2020 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, din għandha tiżvela dan il-fatt. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-emendi għad-definizzjoni ta’ materjali fil-paragrafu 7 tal-IAS 1 u l-paragrafi 5 u 6 tal-IAS 8 |