10.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/2101

tad-9 ta’ Diċembru 2019

li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005.

(2)

Wara r-reviżjoni tal-miżuri restrittivi awtonomi stabbiliti fl-Artikolu 2b tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet tal-persuni elenkati fl-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jenħtieġ li jiġu emendati u jenħtieġ li jitneħħew żewġ persuni mil-lista f’dak l-Anness.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista stabbilita fl-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 hija sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS Ia

LISTA TA’ PERSUNI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2b

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni

Raġunijiet għal deżinjazzjoni

Data ta’ elenkar

1

Ilunga Kampete

magħruf ukoll bħala Gaston Hughes Ilunga Kampete; magħruf ukoll bħala Hugues Raston Ilunga Kampete.

Data tat-Twelid: 24.11.1964.

Post tat-twelid: Lubumbashi (RDK).

Numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-86-22311-29.

Nazzjonalità: RDK.

Indirizz: 69, avenue Nyangwile, Kinsuka Mimosas, Kinshasa/Ngaliema, RDK.

Sess: Raġel

Bħala Kmandant tal-Gwardja Repubblikana (GR), Ilunga Kampete kien responsabbli għall-unitajiet tal-GR skjerati fuq l-art u involuti fl-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti, f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

Minħabba r-rwol kontinwu tiegħu bħala kap tal-GR, huwa responsabbli għar-repressjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn aġenti tal-GR, bħar-repressjoni vjolenti ta’ manifestazzjoni tal-oppożizzjoni f’Lubumbashi f’Diċembru 2018.

Ilunga Kampete kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

2

Gabriel Amisi Kumba

magħruf ukoll bħala Gabriel Amisi Nkumba; “Tango Fort”; “Tango Four”.

Data tat-twelid: 28.5.1964.

Post tat-twelid: Malela (RDK).

Numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-87-77512-30.

Nazzjonalità: RDK.

Indirizz: 22, avenue Mbenseke, Ma Campagne, Kinshasa/Ngaliema, RDK.Sess: Raġel

Eks Kmandant tal-ewwel żona tad-difiża tal-Armata Kongoliża (FARDC) li l-forzi tagħha ħadu sehem fl-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

Gabriel Amisi Kumba ilu Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) minn Lulju 2018, b’responsabbiltà għal operazzjonijiet u intelligence. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Gabriel Amisi Kumba kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

3

Ferdinand Ilunga Luyoyo

Data tat-Twelid: 8.3.1973.

Post tat-twelid: Lubumbashi (RDK).

Nru tal-passaport: OB0260335 (validu mill-15.4.2011 sal-14.4.2016).

Nazzjonalità: RDK.

Indirizz: 2, avenue des Orangers, Kinshasa/Gombe, RDK.

Sess: Raġel

Bħala Kmandant tal-unità għal kontra l-irvellijiet il-Légion Nationale d’Intervention tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC), Ferdinand Ilunga Luyoyo kien responsabbli għall-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

Ferdinand Ilunga Luyoyo ilu Kmandant tal-unità tal-PNC responsabbli għall-protezzjoni tal-istituzzjonijiet u ta’ uffiċjali ta’ livell għoli minn Lulju 2017. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-PNC.

Ferdinand Ilunga Luyoyo kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

4

Célestin Kanyama

magħruf ukoll bħala Kanyama Tshisiku Celestin; Kanyama Celestin Cishiku Antoine; Kanyama Cishiku Bilolo Célestin;

Esprit de mort.

Data tat-Twelid: 4.10.1960.

Post tat-twelid: Kananga (RDK).

Nazzjonalità: RDK.

Nru tal-passaport: OB0637580 (validu mill-20.5.2014 sad-19.5.2019).

Ingħata viża ta’ Schengen bin-numru 011518403, maħruġa fit-2.7.2016.

Indirizz: 56, avenue Usika, Kinshasa/Gombe, RDK.

Sess: Raġel

Bħala Kummissarju tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC), Célestin Kanyama kien responsabbli għall-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

F’Lulju 2017, Célestin Kanyama nħatar Direttur Ġenerali tal-iskejjel ta’ taħriġ tal-Pulizija Nazzjonali. Minħabba r-rwol tiegħu bħala uffiċjal anzjan tal-PNC, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-PNC. Eżempju wieħed huwa l-intimidazzjoni u l-privazzjoni tal-libertà imposta fuq il-ġurnalisti minn uffiċjali tal-pulizija f’Ottubru 2018, wara l-pubblikazzjoni ta’ sensiela ta’ artikli dwar il-miżapproprjazzjoni tar-razzjonijiet tal-kadetti tal-pulizija u r-rwol li l-Ġeneral Kanyama kellu f’dawn l-avvenimenti.

Célestin Kanyama kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

5

John Numbi

magħruf ukoll bħala John Numbi Banza Tambo; John Numbi Banza Ntambo; Tambo Numbi.

Data tat-Twelid: 16.8.1962.

Post tat-twelid: Jadotville-Likasi-Kolwezi (RDK).

Nazzjonalità: RDK.

Indirizz: 5, avenue Oranger, Kinshasa/Gombe, RDK.

Sess: Raġel

John Numbi ilu l-Ispettur Ġenerali tal-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) minn Lulju 2018. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC, bħal vjolenza sproporzjonata mwettqa f’Ġunju-Lulju 2019 minn truppi tal-FARDC taħt l-awtorità diretta tiegħu kontra persuni li kienu qed iħaffru għall-minerali illegalment.

John Numbi kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

6

Delphin Kahimbi

magħruf ukoll bħala Delphin Kahimbi Kasagwe; Delphin Kayimbi Demba Kasangwe; Delphin Kahimbi Kasangwe; Delphin Kahimbi Demba Kasangwe; Delphin Kasagwe Kahimbi.

Data tat-Twelid: 15.1.1969 (alternattivament: 15.7.1969).

Post tat-twelid: Kiniezire/Goma (RDK).

Nazzjonalità: RDK.

Nru tal-passaport diplomatiku: DB0006669 (validu mit-13.11.2013 sat-12.11.2018).

Indirizz: 1, 14eme rue, Quartier Industriel, Linete, Kinshasa, RDK.

Sess: Raġel

Delphin Kahimbi ilu assistent Kap tal-Persunal fi ħdan il-Persunal Ġenerali tal-FARDC, minn Lulju 2018, b’responsabilità għall-intelligence. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Delphin Kahimbi kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

7

Evariste Boshab

magħruf ukoll bħala Evariste Boshab Mabub Ma Bileng.

Data tat-Twelid: 12.1.1956.

Post tat-twelid: Tete Kalamba (RDK).

Nazzjonalità: RDK.

Numru tal-passaport diplomatiku: DP0000003 (validu: 21.12.2015— jiskadi: 20.12.2020).

Il-viża ta’ Schengen skadiet fil-5.1.2017.

Indirizz: 3, avenue du Rail, Kinshasa/Gombe, RDK.

Sess: Raġel

Fil-kapaċità tiegħu ta’ Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà minn Diċembru 2014 sa Diċembru 2016, Evariste Boshab kien uffiċjalment responsabbli għall-pulizija u s-servizzi ta’ sigurtà u l-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F’din il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-arrest ta’ attivisti u ta’ membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, inkluż bejn Settembru 2016 u Diċembru 2016 b’reazzjoni għad-dimostrazzjonijiet f’Kinshasa, li wassal biex għadd kbir ta’ ċivili nqatlu jew indarbu mis-servizzi ta’ sigurtà.

Evariste Boshab kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Evariste Boshab kellu wkoll rwol fl-isfruttament u fl-aggravament tal-kriżi fir-reġjun ta’ Kasai, fejn huwa għandu pożizzjoni ta’ influwenza, partikolarment minn mindu sar is-senatur ta’ Kasai f’Marzu 2019.

29.5.2017

8

Alex Kande Mupompa

magħruf ukoll bħala Alexandre Kande Mupomba; Kande-Mupompa.

Data tat-Twelid: 23.9.1950.

Post tat-twelid: Kananga (RDK).

Nazzjonalità: Kongoliża u Belġjana.

Numru tal-passaport tar-RDK: OP0024910 (validu: 21.3.2016— jiskadi: 20.3.2021).

Indirizzi: Messidorlaan 217/25, 1180 Uccle, il-Belġju

1, avenue Bumba, Kinshasa/Ngaliema, RDK.

Sess: Raġel

Bħala Gvernatur ta’ Kasai Central sa Ottubru 2017, Alex Kande Mupompa kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza, repressjoni vjolenti għal każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-PNC f’Kasai Central minn Awwissu 2016, inkluż qtil fit-territorju ta’ Dibaya fi Frar 2017.

Alex Kande Mupompa kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Alex Kande Mupompa kellu wkoll rwol fl-isfruttament u l-aggravament tal-kriżi fir-reġjun ta’ Kasai li kien rappreżentant tiegħu sa Ottubru 2019 u li fih huwa għandu pożizzjoni ta’ influwenza permezz tal-Congrès des alliés pour l’action au Congo (CAAC) li hija parti mill-gvern provinċjali ta’ Kasai.

29.5.2017

9

Jean-Claude Kazembe Musonda

Data tat-Twelid: 17.5.1963.

Post tat-twelid: Kashobwe (RDK).

Nazzjonalità: RDK.

Indirizz: 7891, avenue Lubembe, Quartier Lido, Lubumbashi, Haut-Katanga, RDK.

Sess: Raġel

Bħala Gvernatur ta’ Haut-Katanga sa April 2017, Jean-Claude Kazembe Musonda kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-PNC f’Haut-Katanga, inkluż bejn il-15 u l-31 ta’ Diċembru 2016 meta, b’reazzjoni għall-protesti f’Lubumbashi, 12-il persuna ċivili nqatlu u 64 indarbu b’riżultat tal-użu ta’ forza letali mill-forzi tas-sigurtà inkluż aġenti tal-PNC.

Jean-Claude Kazembe Musonda kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Jean-Claude Kazembe Musonda huwa l-mexxej tal-partit CONAKAT, li jagħmel parti mill-koalizzjoni tal-ex President Joseph Kabila.

29.5.2017

10

Éric Ruhorimbere

magħruf ukoll bħala Eric Ruhorimbere Ruhanga; Tango Two; Tango Deux.

Data tat-Twelid: 16.7.1969.

Post tat-twelid: Minembwe (RDK).

Numru tal-karta tal-identità militari: 1-69-09-51400-64.

Nazzjonalità: RDK.

Numru tal-passaport tar-RDK OB0814241.

Indirizz: Mbujimayi, Provinċja ta’ Kasai, RDK.

Sess: Raġel

Bħala Viċi Kmandant tal-21 reġjun militari minn Settembru 2014 sa Lulju 2018, Éric Ruhorimbere kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u għal każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tal-FARDC, speċjalment kontra l-milizzja Nsapu u kontra nisa u tfal.

Éric Ruhorimbere ilu l-Kmandant tas-settur operattiv ta’ Nord Equateur minn Lulju 2018. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Éric Ruhorimbere kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

29.5.2017

11

Emmanuel Ramazani Shadari

magħruf ukoll bħala Emmanuel Ramazani Shadari Mulanda; Shadary.

Data tat-Twelid: 29.11.1960.

Post tat-twelid: Kasongo (RDK).

Nazzjonalità: RDK.

Indirizz: 28, avenue Ntela, Mont Ngafula, Kinshasa, RDK.

Sess: Raġel

Bħala Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà sa Frar 2018, Ramazani Shadari kien uffiċjalment responsabbli għall-pulizija u s-servizzi ta’ sigurtà u għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F’din il-kapaċità, kien responsabbli għall-arresti ta’ attivisti u membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, bħall-miżuri ta’ repressjoni vjolenti ta’ membri tal-moviment Bundu Dia Kongo (BDK) fil-Kongo Ċentrali, ir-repressjoni f’Kinshasa f’Jannar-Frar 2017 u l-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti fil-provinċji ta’ Kasai.

F’din il-kapaċità, Ramazani Shadari kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Ramazani Shadari ilu segretarju permanenti tal- Parti du peuple pour la reconstruction et le développement (PPRD) minn Frar 2018, il-partit ewlieni fil-koalizzjoni taħt l-ex President Joseph Kabila.

29.5.2017

12

Kalev Mutondo

magħruf ukoll bħala Kalev Katanga Mutondo, Kalev Motono, Kalev Mutundo, Kalev Mutoid, Kalev Mutombo, Kalev Mutond, Kalev Mutondo Katanga, Kalev Mutund.

Data tat-Twelid: 3.3.1957.

Nazzjonalità: RDK.

Numru tal-passaport: DB0004470 (maħruġ: 8.6.2012— jiskadi: 7.6.2017).

Indirizz: 24, avenue Ma Campagne, Kinshasa, RDK.

Sess: Raġel

Bħala l-Kap tas-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) sa Frar 2019, Kalev Mutondo kien involut fl-arrest arbitrarju, id-detenzjoni u t-trattament ħażin ta’ membri tal-oppożizzjoni, attivisti tas-soċjetà ċivili u oħrajn, u responsabbli għal dawn l-atti.

Kalev Mutondo kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

F’Mejju 2019, huwa ffirma dikjarazzjoni ta’ lealtà passata u futura lejn Joseph Kabila, u jibqa’ assoċjat mill-qrib tiegħu għal kwistjonijiet ta’ sigurtà.

29.5.2017

B.   Entitajiet

[…]