|
12.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 322/1 |
REGOLAMENT (UE) 2019/2099 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Ottubru 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta’ CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jirrikjedi li l-kuntratti tad-derivati OTC standardizzati jiġu kklerjati permezz ta’ kontroparti ċentrali (CCP, central counterparty) konformement ma’ rekwiżiti simili f’pajjiżi oħra tal-G20. Dak ir-Regolament introduċa ukoll rekwiżiti stretti prudenzjali, organizzazzjonali u dwar l-imġiba fin-negozju għas-CCPs u stipula arranġamenti għas-superviżjoni prudenzjali tagħhom sabiex ikunu minimizzati r-riskji għall-utenti ta’ CCPs u sostnuta l-istabbiltà finanzjarja. |
|
(2) |
Mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, il-volum ta’ attività tas-CCPs fl-Unjoni u globalment kiber rapidament, kemm fid-daqs kif ukoll fl-ambitu. L-espansjoni tal-attività tas-CCPs ser tkompli fis-snin li ġejjin bl-introduzzjoni ta’ obbligi addizzjonali ta’ kklerjar u biż-żieda ta’ kklerjar volontarju mill-kontropartijiet li mhumiex soġġetti għal obbligu ta’ kklerjar. Ir-Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 b’mod immirat, itejjeb l-effettività u l-proporzjonalità tiegħu, joħloq aktar inċentivi għas-CCPs biex joffru kklerjar ċentrali ta’ derivati lill-kontropartijiet u jiffaċilita l-aċċess għall-ikklerjar lil kontropartijiet żgħar finanzjarji u mhux finanzjarji. Swieq kapitali aktar profondi u aktar integrati li jirriżultaw mill-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU, Capital Markets Union) ser ikomplu jżidu l-bżonn għal ikklerjar transfruntier fl-Unjoni, biex b’hekk tkompli tiżdied l-importanza u l-interkonnettività tas-CCPs fis-sistema finanzjarja. |
|
(3) |
L-għadd ta’ CCPs attwalment stabbiliti fl-Unjoni u awtorizzati taħt ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 għadu relattivament limitat, u fis-16 ta’ Awwissu 2019 kien jgħodd 16. Taħt dak ir-Regolament ġew rikonoxxuti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) 33 CCP ta’ pajjiżi terzi, li jippermettilhom li joffru s-servizzi tagħhom lil membri tal-ikklerjar u ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni. Is-swieq tal-ikklerjar huma integrati tajjeb madwar l-Unjoni iżda kkonċentrati ħafna f’ċerti klassijiet ta’ assi u interkonnessi ħafna. Minħabba l-konċentrazzjoni tar-riskju, il-probabbiltà li CCP tfalli hija baxxa ħafna iżda jekk isseħħ ikollha impatt potenzjalment qawwi ħafna. F’konformità mal-konsensus tal-G20, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ CCPs f’Novembru 2016 sabiex tiżgura li l-awtoritajiet ikunu mħejjija kif suppost biex jindirizzaw CCP li tkun qed tfalli, biex b’hekk jissalvagwardjaw l-istabbiltà finanzjarja u jillimitaw l-ispejjeż tal-kontribwenti tat-taxxa. |
|
(4) |
Minkejja dik il-proposta leġislattiva u fid-dawl tad-daqs, il-kumplessità u d-dimensjoni transfruntiera tal-ikklerjar li qed jikbru kemm fl-Unjoni kif ukoll globalment, l-arranġamenti superviżorji għas-CCPs tal-Unjoni kif ukoll dawk ta’ pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Jekk il-problemi identifikati jiġu indirizzati fi stadju bikri u jiġu stabbiliti arranġamenti superviżorji ċari u koerenti kemm għas-CCPs tal-Unjoni kif ukoll għal dawk tal-pajjiżi terzi, l-istabbiltà globali tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni għandha tissaħħaħ u r-riskju potenzjali ta’ falliment ta’ CCP għandu jkompli jonqos. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet, fl-4 ta’ Mejju 2017 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar ir-reazzjoni għal sfidi li jiffaċċaw l-infrastrutturi finanzjarji kritiċi tas-suq u dwar l-iżvilupp ulterjuri tas-CMU, u fiha ddikjarat li hemm bżonn ta’ aktar tibdil fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 sabiex jitjieb il-qafas kurrenti li jiżgura l-istabbiltà finanzjarja u jappoġġa l-iżvilupp u l-approfondiment ulterjuri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. |
|
(6) |
L-arranġamenti superviżorji taħt ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiddependu l-aktar fuq l-awtorità tal-pajjiż ta’ oriġini. CCPs stabbiliti fl-Unjoni bħalissa huma awtorizzati u ssorverljati minn awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f’kooperazzjoni ma’ kulleġġi magħmulin minn superviżuri nazzjonali, mill- AETS, minn membri rilevanti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), u minn awtoritajiet rilevanti oħra. Il-kulleġġi jiddependu fuq il-koordinazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni mill-awtorità kompetenti tas-CCP li għandha r-responsabbiltà li tinforza d-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Id-diverġenzi fil-prassi superviżorji għas-CCPs madwar l-Unjoni jistgħu joħolqu riskji ta’ arbitraġġ regolatorju u superviżorju, jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja u jirriżultaw f’kompetizzjoni dannuża. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar is-CMU u fil-konsultazzjoni pubblika dwar l-operazzjonijiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE), il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni lejn dawk ir-riskji emerġenti u l-bżonn ta’ konverġenza superviżorja akbar. Fi ħdan il-qafas tar-rwol ġenerali diġà eżistenti tal-AETS li twettaq rwol ta’ koordinazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti u fost il-kulleġġi bil-għan li tiżviluppa kultura superviżorja komuni u prattika superviżorja konsistenti, filwaqt li tiżgura proċeduri uniformi u approċċi konsistenti, u li ssaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti ta’ superviżjoni, jenħtieġ li l-AETS tiffoka b’mod partikolari fuq oqsma superviżorji li għandhom dimensjoni transfruntiera jew impatt transfruntier possibbli. Jenħtieġ li l-AETS tiddetermina l-oqsma superviżorji li għandhom dimensjoni transfruntiera jew impatt transfruntier possibbli bbażati fuq l-għarfien espert u l-esperjenza tagħha fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(7) |
Fid-dawl tan-natura globali tas-swieq finanzjarji u tal-ħtieġa li jiġu indirizzati l-inkonsistenzi fis-superviżjoni tal-Unjoni u tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi, il-kapaċità tal-AETS li tippromwovi l-konverġenza fis-superviżjoni tas-CCPs jenħtieġ li tissaħħaħ. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jitwaqqaf kumitat intern permanenti għas-CCPs (“Kumitat Superviżorju tas-CCPs”) sabiex jittratta l-kompiti li jirrigwardaw is-CCPs awtorizzati fl-Unjoni u CCPs ta’ pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-istabbiliment, il-funzjonijiet u l-kompożizzjoni tal-Kumitat ta’ Superviżjoni tas-CCPs stabbilit fi ħdan l-AETS jkunu soluzzjoni unika biex iġibu flimkien l-għarfien espert fil-qasam tas-superviżjoni tas-CCPs u jenħtieġ li ma jikkostitwixxux preċedent għall-ASE. |
|
(8) |
Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jkun responsabbli għal kompiti speċifiċi assenjati lilu skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern kif ukoll l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. |
|
(9) |
Sabiex jinkludi l-firxa sħiħa ta’ esperjenza prattika u għarfien espert operazzjonali fir-rigward tas-superviżjoni tas-CCPs, jenħtieġ li l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ikun magħmul minn President, membri indipendenti, u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b’CCP awtorizzata. Jenħtieġ li, meta l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jiltaqa’ fir-rigward ta’ CCPs awtorizzati, il-banek ċentrali tal-ħruġ fil-muniti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati minn CCPs jkunu jistgħu, fuq bażi volontarja, jipparteċipaw fil-Kumitat Superviżorju tas-CCPs b’rabta maż-żoni ta’ valutazzjonijiet fl-Unjoni kollha tar-reżiljenza tas-CCPs għal żviluppi negattivi fis-suq u żviluppi tas-suq rilevanti, biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal informazzjoni li tista’ tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Jenħtieġ li, meta l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jiltaqa’ fir-rigward ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi, il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti kollha tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati jew li għandhom jiġu kklerjati minn CCP ta’ pajjiż terz rispettiv jkunu jistgħu, fuq bażi volontarja, jipparteċipaw fil-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet fir-rigward ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi li jkunu sistemikament importanti, jew x’aktarx li jsiru sistemikament importanti, għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha (CCPs tal-Grad 2). Il-banek ċentrali tal-ħruġ jenħtieġ li jkunu membri mingħajr id-dritt tal-vot fil-Kumitat Superviżorju tas-CCPs. Il-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jkun jista’ jistieden membri tal-kulleġġi bħala osservaturi sabiex ikun żgurat li jittieħed kont tal-opinjonijiet ta’ awtoritajiet rilevanti oħra mill-Kumitat Superviżorju tas-CCPs. |
|
(10) |
Sabiex ikun previst livell xieraq ta’ għarfien espert u responsabilizzazzjoni, jenħtieġ li l-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri tal-AETS (“il-Bord tas-Superviżuri”) abbażi tal-mertu, l-għarfien dwar kwistjonijiet ta’ kklerjar, ta’ segwitu wara n-negozjar, ta’ superviżjoni prudenzjali, u ta’ finanzi, kif ukoll abbażi ta’ esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni tas-CCPs, wara proċedura ta’ għażla miftuħa organizzata u ġestita mill-Bord tas-Superviżuri, assistit mill-Kummissjoni, li jenħtieġ li tirrispetta l-prinċipju tal-bilanċ bejn is-sessi. Qabel il-ħatra tal-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, u sa xahar wara l-għażla tagħhom mill-Bord tas-Superviżuri, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew, wara li jkun sema’ lill-persuni magħżulin, japprova jew jirrifjuta n-nomina tagħhom. Huma biss il-kandidati magħżulin approvati mill-Parlament Ewropew li jistgħu jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri. |
|
(11) |
Sabiex ikunu żgurati t-trasparenza u l-kontroll demokratiku, kif ukoll sabiex jiġu salvagwardati d-drittijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jkunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għal kull deċiżjoni li jieħdu abbażi tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(12) |
Il-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jaġixxu indipendentement u oġġettivament fl-interess tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiżguraw li jittieħed kont kif xieraq tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern kif ukoll tal-istabbiltà finanzjarja f’kull Stat Membru, kemm b’CCPs awtorizzati kif ukoll mingħajrhom, u fl-Unjoni. |
|
(13) |
Sabiex ikun żgurat li jkun hemm proċess adatt, effettiv u rapidu ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, il-President, il-membri indipendenti, u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b’CCP awtorizzata jenħtieġ li jkollhom drittijiet tal-vot. Ir-rappreżentanti tal-bank/banek ċentrali, kif ukoll l-osservaturi, jenħtieġ li ma jkollhomx drittijiet tal-vot. Jenħtieġ li l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, u jenħtieġ li kull membru jkollu vot wieħed u jenħtieġ li l-President ikollu d-dritt tal-vot deċiżiv f’każ ta’ parità. Is-setgħa deċiżjonali finali jenħtieġ li tibqa’ għand il-Bord tas-Superviżuri. |
|
(14) |
Sabiex jiżgura approċċ superviżorju koerenti u konsistenti fi ħdan l-Unjoni, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jkun responsabbli għat-tħejjija ta’ ċerti deċiżjonijiet speċifiċi u t-twettiq ta’ ċerti kompiti li huma fdati f’idejn l-AETS. Tali responsabbiltajiet isaħħu r-rwol ta’ koordinazzjoni tal-AETS bejn l-awtoritajiet kompetenti u fost il-kulleġġi bil-għan li jiġu żviluppati kultura superviżorja komuni u prattiki superviżorji konsistenti, b’mod speċjali fir-rigward ta’ oqsma superviżorji li għandhom dimensjoni transfruntiera jew impatt transfruntier possibbli. F’dak ir-rigward, tali attivitajiet u deċiżjonijiet superviżorji rilevanti jistgħu jinkludu b’mod partikolari oqsma superviżorji fejn prattiki superviżorji diverġenti jistgħu joħolqu riskji ta’ arbitraġġ regolatorju u superviżorju jew jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja. L-AETS jenħtieġ li tkun infurmata wkoll bl-opinjonijiet kollha adottati minn kulleġġi previsti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, inkluża l-bażi tat-teħid tad-deċiżjonijiet li magħha tirrelata l-opinjoni tal-kulleġġ u kwalunkwe rakkomandazzjoni marbuta ma’ dawk l-opinjonijiet mill-kulleġġ. |
|
(15) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li fi ħdan il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jsiru skambju ex ante obbligatorju u diskussjoni dwar abbozzi ta’ deċiżjonijiet ta’ awtoritajiet kompetenti tas-CCPs dwar ċerti oqsma superviżorji ta’ importanza partikolari. Barra minn hekk, fuq bażi volontarja u fuq l-inizjattiva tal-awtoritajiet kompetenti tas-CCPs, jenħtieġ li l-abbozzi tad-deċiżjonijiet kollha jkunu jistgħu jkunu soġġetti għal skambju fuq bażi ex ante. L-AETS jenħtieġ li ma tipprovdix opinjoni fejn, bħala riżultat tal-eżitu tad-diskussjoni fi ħdan il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, ma tkun ġiet identifikata l-ebda opinjoni diverġenti. Jenħtieġ li s-setgħa biex l-AETS tipprovdi opinjonijiet tiżgura li l-awtorità kompetenti tas-CCP tirċievi ammont addizzjonali ta’ reazzjoni dwar abbozzi ta’ deċiżjonijiet minn grupp ta’ superviżuri speċjalizzat u b’esperjenza fis-superviżjoni ta’ CCPs. Tali opinjonijiet mill-AETS jenħtieġ li ma jkollhom l-ebda implikazzjoni għar-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti tas-CCP li tieħu d-deċiżjoni finali, li jfisser li l-kontenut finali tad-deċiżjoni rispettiva jibqa’ fid-diskrezzjoni sħiħa tal-awtorità kompetenti tas-CCP. Meta l-awtorità kompetenti ma taqbilx ma’ opinjoni tal-AETS, jenħtieġ li tipprovdi kummenti lill-AETS dwar kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dik l-opinjoni. Jenħtieġ li l-awtorità’ kompetenti tkun tista’ tipprovdi kummenti qabel, jew fl-istess waqt ta’, jew wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni. Madankollu, fejn l-awtorità kompetenti tipprovdi kummenti wara li tadotta deċiżjoni, jenħtieġ li hija tagħmel dan mingħajr dewmien żejjed. L-opinjoni pprovduta mill-AETS jenħtieġ li ma tinterferixxix mas-setgħa tal-kulleġġi li jiddeterminaw il-kontenut tal-opinjoni tagħhom skont id-diskrezzjoni tagħhom, fejn applikabbli. |
|
(16) |
Fejn l-attivitajiet superviżorji fir-rigward ta’ CCPs awtorizzati juru nuqqas ta’ konverġenza u koerenza fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, inkluż fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni obbligatorja u volontarja tal-AETS mill-awtoritajiet kompetenti u d-diskussjonijiet fil-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, l-AETS jenħtieġ li tippromwovi l-livell neċessarju ta’ konverġenza u konsistenza, inkluż bil-ħruġ ta’ linji gwida, rakkomandazzjonijiet jew opinjonijiet. Sabiex jiġi ffaċilitat dak il-proċess, jenħtieġ li l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ikun jista’ jitlob li l-Bord tas-Superviżuri jikkunsidra l-adozzjoni ta’ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet mill-AETS. Jenħtieġ li l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ikun jista’ wkoll jagħti opinjonijiet lill-Bord tas-Superviżuri dwar deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-AETS dwar il-kompiti u l-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti tas-CCP. Jenħtieġ li l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jipprovdi, pereżempju, opinjonijiet dwar abbozzi ta’ standards tekniċi jew abbozzi ta’ linji gwida żviluppati mill-AETS fil-qasam tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CCPs. |
|
(17) |
Biex jipprovdi superviżjoni effettiva fir-rigward ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs iħejji abbozzi sħaħ ta’ deċiżjonijiet għall-approvazzjoni mill-Bord tas-Superviżuri u jwettaq kompiti fdati f’idejn l-AETS fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rikonoxximent u s-superviżjoni ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi stabbiliti fr-Regolament (UE) Nru 648/2012. Minħabba li l-kooperazzjoni u l-informazzjoni huma essenzjali, jenħtieġ li l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, meta jiltaqa’ rigward CCPs ta’ pajjiżi terzi, jikkondividi informazzjoni rilevanti mal-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi, inklużi abbozzi sħaħ ta’ deċiżjonijiet li huwa jressaq quddiem il-Bord tas-Superviżuri, deċiżjonijiet finali adottati mill-Bord tas-Superviżuri, aġendi u minuti tal-laqgħat tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs u applikazzjonijiet għal rikonoxximent minn CCPs stabbiliti f’pajjiż terz. |
|
(18) |
Sabiex tiġi żgurata l-prestazzjoni effettiva tal-kompiti tiegħu, il-Kumitat Superviżorju tas-CCP jenħtieġ li jkun appoġġat minn persunal dedikat mill-AETS biex iħejji l-laqgħat tiegħu, iħejji l-analiżijiet meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti tiegħu u jappoġġah fil-kooperazzjoni internazzjonali tiegħu. |
|
(19) |
Jenħtieġ li l-banek ċentrali tal-ħruġ jiġu involuti fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet mill-Kumitat Superviżorju tas-CCPs b’rabta mal-klassifikazzjoni ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi skont l-importanza sistemika tagħhom u s-superviżjoni ta’ CCPs tal-Grad 2 sabiex jiżguraw l-eżerċizzju xieraq tal-kompiti tagħhom relatati mal-politika monetarja u l-operat mingħajr xkiel tas-sistemi ta’ pagament. Billi d-deċiżjonijiet mill-AETS fir-rigward ta’ CCPs tal-Grad 2 dwar -rekwiżiti tal-marġini, kontroll tar-riskju tal-likwidità, il-kollateral, is-saldu u l-approvazzjoni ta’ arranġamenti ta’ interoperabbiltà jistgħu jkunu ta’ relevanza partikolari għall-kompiti tal-banek ċentrali, jenħtieġ li l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jikkonsulta lill-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti kollha tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati jew li għandhom jiġu kklerjati permezz tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi abbażi ta’ mekkaniżmu ta’ “ikkonforma jew spjega”. |
|
(20) |
Jenħtieġ li l-Bord tas-Superviżuri jadotta l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet ippreżentati mill-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, li jaġixxi skont il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Sabiex jiġi żgurat proċess effettiv u rapidu ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, ċerti deċiżjonijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mar-rikonoxximent, il-klassifikazzjoni ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi, rekwiżiti speċifiċi imposti fuq CCPs tal-Grad 2, rieżami jew l-irtirar tar-rikonoxximent jew mal-elementi essenzjali tas-superviżjoni kurrenti ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi, fejn tkun meħtieġa konsultazzjoni mal-banek ċentrali tal-ħruġ, jenħtieġ li jiġu adottati mill-Bord tas-Superviżuri fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol. |
|
(21) |
Sabiex tkompli tippromwovi l-konverġenza dwar deċiżjonijiet superviżorji, jenħtieġ li l-AETS tirċievi mandati ġodda biex tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji dwar l-estensjoni ta’ attivitajiet u servizzi u sabiex tispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom ikunu kkunsidrati bħala sinifikanti bidliet fil-mudelli u l-parametri. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-AETS toħroġ linji gwida meħtieġa biex tispeċifika aktar il-proċeduri komuni għar-rieżami superviżorju u l-proċess ta’ evalwazzjoni fir-rigward tas-CCPs. |
|
(22) |
Il-funzjonament tal-kulleġġi stabbiliti għal CCPs tal-Unjoni huwa kruċjali għal superviżjoni effettiva tas-CCPs. Sabiex tiġi żgurata koerenza mal-Unjoni kollha tal-proċessi fi ħdan il-kulleġġi, jenħtieġ li l-ftehimiet bil-miktub li jiddeterminaw l-arranġamenti prattiċi għall-funzjonament tal-kulleġġi jiġu rfinuti u standardizzati aktar. Biex jiġi promoss aktar ir-rwol tal-membri ta’ kulleġġi, jenħtieġ li dawn ikunu intitolati li jikkontribwixxu fit-tfassil tal-aġenda ta’ laqgħat tal-kulleġġ. Biex tiżdied it-trasparenza tal-kulleġġi, jenħtieġ li il-kompożizzjoni tagħhom tkun pubblika. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (7) jistipula li l-kompiti superviżorji tal-BĊE u l-kompiti relatati mal-politika monetarja u kwalunkwe inkarigu ieħor tagħha jenħtieġ li jitwettqu b’mod kompletament separat. Dik is-separazzjoni speċifika tar-responsabbiltajiet tal-BĊE jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta. Għaldaqstant, fejn il-BĊE huwa membru ta’ kulleġġ stabbilit għal CCP tal-Unjoni minħabba l-funzjonament tiegħu bħala awtorità kompetenti ta’ membru tal-ikklerjar fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku kif ukoll minħabba l-funzjonament tiegħu bħala bank ċentrali tal-ħruġ li jirrappreżenta l-Eurosistema, il-BĊE jenħtieġ li jingħata żewġ voti fil-kulleġġ. |
|
(23) |
L-għadd ta’ banek ċentrali tal-ħruġ u awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar tal-Istati Membri rrappreżentati f’kulleġġi stabbiliti għas-CCPs tal-Unjoni huwa bħalissa limitat. Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni minn firxa usa’ ta’ banek ċentrali tal-ħruġ u awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, li l-istabbiltà finanzjarja tagħhom tista’ tiġi affettwata minn diffikultà finanzjarja ta’ CCP, jenħtieġ li iżjed banek ċentrali tal-ħruġ u awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu sehem f’kulleġġi fuq talba. Sabiex tiġi promossa l-konsistenza fis-superviżjoni ta’ CCPs fl-Unjoni kollha, il-President, jew membru indipendenti, tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li jieħdu sehem ukoll fil-kulleġġi. Sabiex jiġi żgurat proċess adatt, effettiv u rapidu ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, il-banek ċentrali ta’ ħruġ u awtoritajiet kompetenti, li jipparteċipaw fuq il-bażi ta’ talba, kif ukoll il-President, jew il-membru indipendenti, tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jenħtieġ li ma jkollhomx id-dritt tal-vot. |
|
(24) |
Biex jissaħħaħ ir-rwol tagħhom, jenħtieġ li l-kulleġġi jkunu f’pożizzjoni li jipprovdu opinjonijiet dwar oqsma superviżorji addizzjonali ta’ impatt fundamentali fuq l-attivitajiet kummerċjali ta’ CCP, inkluż dwar il-valutazzjoni ta’ azzjonisti u membri b’titoli kwalifikattivi ta’ CCPs u l-esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet operattivi, servizzi jew attivitajiet. Barra minn hekk, fuq talba minn kwalunkwe membru tal-kulleġġ, jenħtieġ li l-kulleġġ ikun jista’ jinkludi fl-opinjoni tiegħu rakkomandazzjonijiet immirati biex jindirizzaw nuqqasijiet fil-ġestjoni tar-riskju ta’ CCP u li jżidu r-reżiljenza tagħha, soġġett għal deċiżjoni b’maġġoranza tal-kulleġġ. Il-vot tal-kulleġġ dwar l-inklużjoni ta’ tali rakkomandazzjonijiet jenħtieġ li jitwettaq separatament mill-vot tal-kulleġġ dwar l-opinjoni. Sabiex jissaħħaħ l-impatt tal-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-kulleġġ, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidrawhom kif dovut u jipprovdu raġunament f’każijiet ta’ devjazzjoni sinifikanti minn dawk l-opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet. |
|
(25) |
L-arranġamenti superviżorji fr-Regolament (UE) Nru 648/2012 għal CCPs ta’ pajjiżi terzi li joffru servizzi ta’ kklerjar fl-Unjoni wkoll jenħtieġu reviżjoni. Hemm bżonn li jsir titjib ukoll fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni, tal-kapaċità li jitwettqu spezzjonijiet fil-post u investigazzjonijiet, tal-possibbiltà li tiġi kondiviża informazzjoni dwar CCPs ta’ pajjiżi terzi bejn awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri kif ukoll tal-possibbiltà li jiġu infurzati deċiżjonijiet tal-AETS fuq CCPs ta’ pajjiżi terzi sabiex jiġu evitati implikazzjonijiet ta’ stabbiltà finanzjarja importanti għall-entitajiet tal-Unjoni. Hemm ukoll ir-riskju li ma jkunx jista’ jittieħed kont tat-tibdil fir-regoli ta’ CCP ta’ pajjiż terz jew fil-qafas regolatorju ta’ pajjiż terz u li dan jista’ jkollu impatt negattiv fuq riżultati regolatorji jew superviżorji li jista’ jwassal għal nuqqas ta’ ekwità fil-kondizzjonijiet bejn is-CCPs tal-Unjoni u dawk ta’ pajjiżi terzi. |
|
(26) |
Għadd sinifikanti ta’ strumenti finanzjarji denominati fil-muniti tal-Unjoni huma kklerjati minn CCPs ta’ pajjiżi terzi. Dan jimplika sfidi sinifikanti għall-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex jissalvagwardaw l-istabbiltà finanzjarja. |
|
(27) |
Bħala parti mill-impenn tagħha favur swieq finanzjarji integrati, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli tiddetermina, permezz ta’ deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza, li l-oqfsa ġuridiċi u superviżorji ta’ pajjiżi terzi jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Sabiex titjieb l-implimentazzjoni tar-reġim attwali ta’ ekwivalenza fir-rigward tas-CCPs, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’, jekk meħtieġ, tispeċifika ulterjorment il-kriterji biex tiġi vvalutata l-ekwivalenza tar-reġimi CCP ta’ pajjiżi terzi. Huwa meħtieġ ukoll li l-AETS tingħata s-setgħa li timmonitorja l-iżviluppi regolatorji u superviżorji f’dawk ir-reġimi ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tkun ikkunsidrat ekwivalenti. Dan sabiex jiġi żgurat li l-kriterji tal-ekwivalenza u kull kondizzjoni speċifika stabbiliti għall-użu tagħhom ikomplu jibqgħu jiġu sodisfatti minn pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-AETS tirrapporta l-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi fuq bażi kunfidenzjali. |
|
(28) |
Il-Kummissjoni attwalment tista’ temenda, tissospendi, tirrivedi jew tirrevoka deċiżjoni dwar ekwivalenza f’kull ħin, b’mod partikolari meta jseħħu żviluppi f’pajjiż terz li materjalment jaffettwaw l-elementi vvalutati f’konformità mar-rekwiżiti ta’ ekwivalenza taħt ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Fejn l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz ma jibqgħux jikkooperaw mal-AETS jew ma’ superviżuri oħra tal-Unjoni in bona fede jew jonqsu milli jikkonformaw fuq bażi kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli ta’ ekwivalenza, il-Kummissjoni tista’ wkoll, inter alia, tagħti twissija lil dawk l-awtoritajiet jew tippubblika rakkomandazzjoni speċifika. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi, fi kwalunkwe ħin, li tirrevoka deċiżjoni dwar l-ekwivalenza, hija tista’ tipposponi d-data tal-applikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni sabiex jiġu indirizzati r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja jew it-tfixkil fis-suq. Barra minn dawk is-setgħat li huma attwalment disponibbli, il-Kummissjoni jenħtieġ ukoll li tkun tista’ tistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi sabiex tiżgura li l-kriterji ta’ ekwivalenza jkomplu jiġu sodisfatti fuq bażi kontinwa mill-pajjiż terz li lilu tkun tirrigwarda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ wkoll tistabbilixxi kondizzjonijiet li jiżguraw li l-AETS tkun tista’ teżerċita b’mod effettiv ir-responsabbiltajiet tagħha fir-rigward tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti taħt ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew fir-rigward tal-monitoraġġ tal-iżviluppi regolatorji u superviżorji f’pajjiżi terzi li jkunu ta’ rilevanza għal deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza adottati. |
|
(29) |
Fid-dawl tad-dimensjoni transfruntiera li qed tikber tas-CCPs u tal-interkonnessjonijiet fis-sistema finanzjarja tal-Unjoni, hemm bżonn li titjieb il-kapaċità tal-Unjoni li tidentifika, timmonitorja u timmitiga r-riskji potenzjali relatati ma’ CCPs ta’ pajjiżi terzi. L-irwol tal-AETS għalhekk jenħtieġ li jikber biex b’mod effettiv tissorvelja CCPs ta’ pajjiżi terzi li japplikaw għar-rikonoxximent li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-involviment ta’ banek ċentrali tal-ħruġ tal-Unjoni fir-rikonoxximent, is-superviżjoni, ir-rieżami ta’ rikonoxximent u rtirar ta’ rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi li jkunu attivi fil-valuta li huma joħorġu jiġi mtejjeb ukoll. Għalhekk, il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu kkonsultati dwar ċerti aspetti li jaffettwaw ir-responsabbiltajiet tagħhom ta’ politika monetarja fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji denominati f’muniti tal-Unjoni li huma kklerjati jew li għandhom jiġu kklerjati minn CCPs li jinsabu barra mill-Unjoni. |
|
(30) |
Ladarba l-Kummissjoni tkun iddeterminat li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz bħala ekwivalenti għall-qafas tal-Unjoni, il-proċess għar-rikonoxximent tas-CCPs minn dak il-pajjiż terz jenħtieġ li jieħu kont tar-riskji li dawk is-CCPs jippreżentaw għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha. |
|
(31) |
Meta tikkunsidra l-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta’ CCP ta’ pajjiż terz, l-AETS jenħtieġ li tivvaluta l-grad ta’ riskju sistemiku li s-CCP tippreżenta għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk il-kriterji jikkontribwixxu għall-valutazzjoni ġenerali. Individwalment, jenħtieġ li l-ebda waħda minn dawk il-kriterji ma titqies bħala determinanti waħidha. Meta jiġi vvalutat il-profil tar-riskju ta’ CCP ta’ pajjiż terz, jenħtieġ li l-AETS tqis ir-riskji kollha, inklużi r-riskji operazzjonali, bħal frodi, attività kriminali, riskju relatat mal-IT u riskju ċibernetiku. Jenħtieġ li att delegat tal-Kummissjoni jispeċifika aktar dawk il-kriterji. Meta jiġu speċifikati dawk il-kriterji, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati n-natura tat-tranżazzjonijiet ikklerjati mis-CCP, inklużi l-kumplessità, il-volatilità tal-prezzijiet u l-maturità medja tagħhom, kif ukoll it-trasparenza u l-likwidità tas-swieq ikkonċernati u l-grad sa fejn l-attivitajiet tal-ikklirjar tas-CCP ikunu ddenominati f’euro jew f’muniti oħra tal-Unjoni. F’dak ir-rigward, karatteristiċi speċifiċi ta’ ċerti kuntratti derivati agrikoli elenkati u esegwiti fi swieq regolati f’pajjiżi terzi, li huma relatati ma’ swieq li fil-parti l-kbira tagħhom iservu kontropartijiet mhux finanzjarji domestiċi f’dak il-pajjiż terz li jimmaniġġja r-riskji kummerċjali tagħhom permezz ta’ dawk il-kuntratti, jistgħu joħolqu riskju negliġibbli għall-membri tal-ikklirjar u ċ-ċentri tan-negozjar fl-Unjoni peress li għandhom grad baxx ta’ interkonnettività sistemika mal-bqija tas-sistema finanzjarja. Fejn ikun hemm fis-seħħ f’pajjiż terz qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs, dak jenħtieġ li jitqies ukoll mill-AETS fl-analiżi tagħha tal-grad ta’ riskju sistemiku li s-CCP applikanti stabbilita f’dak il-pajjiż terz tippreżenta għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha. |
|
(32) |
CCPs li ma jkunux sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala CCPs tal-“Grad 1”. Is-CCPs li huma sistemikament importanti jew x’aktarx li jsiru sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala CCPs tal-“Grad 2”. Fejn l-AETS tiddetermina li CCP ta’ pajjiż terz mhijiex sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, il-kondizzjonijiet eżistenti ta’ rikonoxximent taħt ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jenħtieġ li japplikaw għal dik is-CCP. Fejn l-AETS tiddetermina li CCP ta’ pajjiż terz hija sistemikament importanti, jenħtieġ li jiġu imposti rekwiżiti speċifiċi fuq dik is-CCP. L-AETS jenħtieġ li tirrikonoxxi tali CCP biss fejn dik is-CCP tkun konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu ċerti rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 bl-għan li tiżdied is-sikurezza u l-effiċjenza ta’ CCP. L-AETS jenħtieġ li tkun direttament responsabbli biex tiżgura li CCP sistemikament importanti ta’ pajjiż terz tikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti. Jenħtieġ ukoll li rekwiżiti relatati jippermettu li l-AETS twettaq superviżjoni sħiħa u effettiva ta’ dik is-CCP taħt ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(33) |
Sabiex jiġi żgurat involviment korrett tal-bank jew banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti kollha tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati jew li għandhom jiġu kklerjati permezz ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi fir-rikonoxximent ta’ CCPs tal-Grad 2, l-AETS, meta tirrikonoxxi tali CCPs, jenħtieġ li tqis il-konformità tagħhom ma’ rekwiżiti speċifiċi li dawk il-banek ċentrali tal-ħruġ setgħu imponew fit-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jirrelataw mas-sottomissjoni ta’ informazzjoni lill-bank jew banek ċentrali tal-ħruġ fuq talba raġunata tagħha, il-kooperazzjoni tas-CCPs mal-bank jew banek ċentrali tal-ħruġ fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-reżiljenza tas-CCP għal żviluppi negattivi fis-suq imwettqa mill-AETS, il-ftuħ ta’ kont ta’ depożitu mal-lejl mal-bank jew banek ċentrali tal-ħruġ u r-rekwiżiti f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali li l-bank jew banek ċentrali tal-ħruġ iqisu meħtieġa. Il-kriterji ta’ aċċess u r-rekwiżiti tal-bank jew banek ċentrali tal-ħruġ għall-ftuħ ta’ kont ta’ depożitu mal-lejl jenħtieġ li ma jwasslux għal obbligu li jiġu rilokati s-servizzi kollha tal-ikklerjar tas-CCP jew parti minnhom. |
|
(34) |
Fir-rigward tar-rekwiżiti li l-bank jew banek ċentrali tal-ħruġ jkunu jistgħu jimponu f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, it-trasmissjoni ta’ politika monetarja jew l-operat mingħajr xkiel tas-sistemi ta’ pagament jistgħu jiġu affettwati minn żviluppi fi swieq ikklerjati ċentralment f’sitwazzjonijiet bħal pressjonijiet fis-swieq (speċjalment is-swieq tal-flus u ta’ riakkwist) li fuqhom tiddependi is-CCP biex tikseb likwidità, sitwazzjonijiet fejn l-operazzjonijiet tas-CCP jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-likwidità fis-suq jew nuqqasijiet serji ta’ pagament jew arranġamenti ta’ saldu li jimpedixxu l-abbiltà tas-CCP li tissodisfa l-obbligi tal-pagament tagħha jew iżidu l-ħtiġijiet ta’ likwidità tagħha. Id-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ tali sitwazzjonijiet eċċezzjonali tiddependi biss fuq kunsiderazzjonijiet ta’ politika monetarja u ma teħtieġx tikkoinċidi ma’ kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-CCP. F’tali sitwazzjonijiet, il-qafas prudenzjali jista’ għalhekk ma jimmitigax kompletament ir-riskji li jirriżultaw, f’liema każ tista’ tkun meħtieġa azzjoni diretta mill-bank jew banek ċentrali tal-ħruġ biex tiġi żgurata t-trasmissjoni tal-politika monetarja jew ikun żgurat l-operat mingħajr xkiel tas-sistemi ta’ pagament. |
|
(35) |
F’tali sitwazzjonijiet eċċezzjonali, il-banek ċentrali tal-ħruġ jistgħu jeħtieġu li jimponu, sal-punt permess taħt l-oqfsa istituzzjonali rispettivi tagħhom, rekwiżiti temporanji relatati mar-riskji tal-likwidità, arranġamenti ta’ saldu, rekwiżiti tal-marġini, arranġamenti ta’ kollateral jew interoperabilità. In-nuqqas ta’ konformità ma’ tali rekwiżiti temporanji jistgħu jiskattaw l-irtirar mill-AETS tar-rikonoxximent ta’ CCP tal-Grad 2. Dawk ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, titjib temporanju għall-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità ta’ CCP tal-Grad 2, bħal żieda fir-riżerva ta’ likwidità, żieda fil-frekwenza tal-ġbir ta’ marġnijiet fl-istess ġurnata, u limiti fuq espożizzjonijiet bejn il-valuti, jew arranġamenti speċifiċi għad-depożitu tal-flus kontanti u s-saldu tal-pagamenti fil-valuta tal-bank ċentrali. Jenħtieġ li r-rekwiżiti ma jkunux estiżi għal oqsma oħra ta’ superviżjoni prudenzjali jew iwasslu awtomatikament għall-irtirar tar-rikonoxximent. Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li tkun biss kondizzjoni għar-rikonoxximent għal perijodu limitat ta’ żmien ta’ mhux aktar minn sitt xhur b’estensjoni potenzjali ta’ darba għal perijodu addizzjonali ta’ mhux aktar minn sitt xhur. Wara l-iskadenza ta’ dan il-perijodu addizzjonali, l-applikazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li ma tibqax tkun kondizzjoni għar-rikonoxximent ta’ CCP tal-Grad 2. Madankollu, fil-kuntest ta’ sitwazzjoni eċċezzjonali ġdida jew differenti, jenħtieġ li l-banek ċentrali tal-ħruġ ma jkunux prevenuti milli jimponu rekwiżiti temporanji, li l-applikazzjoni tagħhom tkun kondizzjoni għar-rikonoxximent ta’ CCP tal-Grad 2 taħt ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(36) |
Qabel l-applikazzjoni tar-rekwiżiti jew qabel estensjoni possibbli, bank ċentrali tal-ħruġ jenħtieġ li jipprovdi lill-AETS, lill-banek ċentrali l-oħra tal-ħruġ tal-muniti kollha tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati jew li għandhom jiġu kklerjati, u lill-membri tal-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiż terz spjegazzjoni tal-effetti tar-rekwiżiti li biħsiebu jimponi fuq l-effiċjenza, is-solidità u r-reżiljenza tas-CCPs u ġustifikazzjoni għala r-rekwiżiti huma neċessarji u proporzjonati biex tiġi żgurata t-trasmissjoni tal-politika monetarja jew l-operat mingħajr xkiel tas-sistemi ta’ pagament filwaqt li b’mod adegwat tkun rispettata l-ħtieġa tal-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali jew sensittiva. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, il-bank ċentrali tal-ħruġ jenħtieġ li jikkoopera u jikkondividi informazzjoni fuq bażi kontinwa mal-AETS u mal-banek ċentrali l-oħra tal-ħruġ tal-muniti kollha tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati jew li għandhom jiġu kklerjati b’rabta mar-rekwiżiti temporanji applikabbli f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali. |
|
(37) |
Il-bank jew banek ċentrali tal-ħruġ jenħtieġ li jikkonfermaw lill-AETS jekk CCP tal-Grad 2 tikkonformax jew le ma’ kwalunkwe rekwiżit addizzjonali malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ sa 30 jum ta’ xogħol minn meta jiġi determinat li CCP ta’ pajjiż terz mhijiex CCP tal-Grad 1 jew f’90 jum ta’ xogħol minn meta ġew imposti rekwiżiti addizzjonali fejn dawk ir-rekwiżiti ġew imposti wara r-rikonoxximent ta’ CCP tal-Grad 2. |
|
(38) |
Il-livell ta’ riskju ppreżentat minn CCP sistemikament importanti għas-sistema finanzjarja u għall-istabbiltà tal-Unjoni jvarja. Ir-rekwiżiti għal CCPs li huma sistemikament importanti jenħtieġ għalhekk li jiġu applikati b’mod proporzjonat għar-riskji li s-CCP tista’ tippreżenta lill-Unjoni. Fejn l-AETS, wara li tikkonsulta lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), u bi qbil mal-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti kollha tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati jew li għandhom jiġu kklerjati mis-CCP ta’ pajjiż terz, tikkonkludi, abbażi ta’ valutazzjoni motivata b’mod sħiħ, inkluża valutazzjoni teknika kwantitattiva tal-ispejjeż u l-benefiċċji, li CCP ta’ pajjiż terz jew xi servizzi ta’ kklerjar tagħha huma ta’ tali importanza sistemika li l-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi stipulati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma tindirizzax b’mod suffiċjenti r-riskju għall-istabbiltà finanzjarja għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, u f’każ li miżuri oħra huma meqjusa bħala insuffiċjenti biex jiġu indirizzati r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja, jenħtieġ li l-AETS tirrakkomanda lill-Kummissjoni li dik is-CCP jew xi servizzi ta’ kklerjar tagħha ma jiġux rikonoxxuti. L-AETS tista’, taħt dik il-proċedura, tirrakkomanda lill-Kummissjoni li CCP ma tiġix rikonoxxuta, kemm b’klassifikazzjoni minn qabel kif ukoll mingħajrha tas-CCP jew ta’ xi servizzi tagħha bħala tal-Grad 2. |
|
(39) |
Jenħtieġ li, fuq il-bażi ta’ dik ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tkun mogħtija s-setgħa li tadotta, bħala miżura tal-aħħar rikors, att ta’ implimentazzjoni li jispeċifika li s-CCP tal-pajjiż terz inkwistjoni jenħtieġ li ma tkunx tista’ tipprovdi s-servizzi tal-ikklerjar tagħha kollha jew xi wħud minnhom lil membri tal-ikklerjar u ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni sakemm dik is-CCP ma tkunx awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru biex tagħmel dan f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Jenħtieġ li dan l-att ta’ implimentazzjoni jistabbilixxi wkoll perijodu xieraq ta’ adattament ta’ mhux aktar minn sentejn, li jista’ jiġi estiż darba permezz ta’ perijodu addizzjonali ta’ sitt xhur, u jenħtieġ li jindika l-kondizzjonijiet li taħthom dik is-CCP tista’ tkompli tipprovdi ċerti servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar matul il-perijodu ta’ adattament u kwalunkwe miżura li jenħtieġ li tittieħed matul dak il-perijodu sabiex jiġu limitati l-ispejjeż potenzjali għall-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħhom, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Unjoni. |
|
(40) |
Huwa importanti għall-banek ċentrali tal-ħruġ li jiġu kkonsultati individwalment mill-AETS u jesprimu l-qbil tagħhom ma’ kwalunkwe rakkomandazzjoni potenzjali li tiċħad ir-rikonoxximent lil CCP ta’ pajjiż terz minħabba l-impatt li tali deċiżjoni jista’ jkollha fuq il-munita li joħorġu u fuq ir-rapport mill-AETS dwar l-applikazzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni konsegwenti għal tali rakkomandazzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ tali rakkomandazzjoni jew rapport, il-qbil jew tħassib li bank ċentrali ta’ ħruġ jista jinvoka jenħtieġ li jkun relattiv biss għall-munita li joħroġ u mhux għar-rakkomandazzjoni fl-intier tagħha jew għar-rapport fl-intier tiegħu. |
|
(41) |
Jenħtieġ li l-AETS tirrieżamina regolarment r-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi kif ukoll il-klassifikazzjoni tagħhom bħala CCPs tal-Grad 1 jew tal-Grad 2. F’dak ir-rigward, l-AETS jenħtieġ li tqis fost affarijiet oħra, it-tibdil fin-natura, fid-daqs u fil-kumplessità tal-operat kummerċjali tas-CCP ta’ pajjiż terz. Tali rieżamijiet jenħtieġ li jsiru tal-anqas kull ħames snin u kull meta CCP rikonoxxuta ta’ pajjiż terz tkun estendiet jew naqqset il-firxa tal-attivitajiet u s-servizzi tagħha fl-Unjoni. Fejn, wara dak ir-rieżami, l-AETS tiddetermina li CCP tal-Grad 1 għandha tiġi klassifikata bħala CCP tal-Grad 2, jenħtieġ li l-AETS tistabbilixxi perijodu adegwat ta’ adattament li ma jaqbiżx 18-il xahar li fihom is-CCP jenħtieġ li ssir konformi mar-rekwiżiti applikabbli għal CCPs tal-Grad 2. |
|
(42) |
Jenħtieġ li, fuq talba ta’ CCP tal-Grad 2, l-AETS tkun tista’ wkoll tqis sa liema punt il-konformità ta’ tali CCP mar-rekwiżiti applikabbli f’dak il-pajjiż terz tista’ tiġi mqabbla mal-konformità ta’ dik is-CCP mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Meta tagħmel dik il-valutazzjoni, jenħtieġ li l-AETS tqis l-att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni li jiddetermina li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-pajjiż terz fejn huwa stabbilit is-CCP huma ekwivalenti għal dawk tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u kwalunkwe kondizzjoni li għaliha tista’ tkun soġġetta l-applikazzjoni ta’ dak l-att ta’ implimentazzjoni. Sabiex tiżgura proporzjonalità, jenħtieġ li l-AETS tqis ukoll, meta tagħmel dik il-valutazzjoni, il-punt sa fejn l-istrumenti finanzjarji kklerjati mis-CCP huma denominati fil-muniti tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta att delegat li jispeċifika l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet għall-valutazzjoni ta’ tali konformità komparabbli. |
|
(43) |
Jenħtieġ li l-AETS jkollha s-setgħat kollha meħtieġa biex tissorvelja CCPs rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi biex tiġi żgurata l-konformità kontinwa tagħhom mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(44) |
Biex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-AETS, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għas-superviżjoni tas-CCPs u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ entitajiet li fuqhom l-operazzjonijiet ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi jista’ jkollhom impatt, jenħtieġ li l-AETS tistabbilixxi kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-membri tal-kulleġġ ikunu kapaċi jitolbu li kwalunkwe kwistjoni speċifika fir-rigward ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi tiġi diskussa mill-Kumitat Superviżorju tas-CCPs. |
|
(45) |
Sabiex l-AETS tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha b’mod effettiv rigward is-CCPs ta’ pajjiżi terzi, jenħtieġ li s-CCPs ta’ pajjiżi terzi jħallsu tariffi superviżorji għall-kompiti superviżorji u amministrattivi tal-AETS. Jenħtieġ li t-tariffi jkopru l-ispejjeż assoċjati mal-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi u s-superviżjoni tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta att delegat li jispeċifika aktar it-tipi ta’ tariffi, il-materji li għalihom it-tariffi jkunu dovuti, l-ammont tat-tariffi u l-metodu li bih għandhom jitħallsu. |
|
(46) |
Jenħtieġ li l-AETS tkun tista’ tagħmel investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post ta’ CCPs tal-Grad 2 u ta’ partijiet terzi relatati li lilhom dawk is-CCPs ikunu esternalizzaw funzjonijiet operattivi, servizzi jew attivitajiet. Fejn rilevanti, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar stabbiliti fl-Unjoni jiġu infurmati dwar il-konklużjonijiet ta’ tali investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post. Fejn ikun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom, jenħtieġ li l-banek ċentrali tal-ħruġ fil-muniti kollha tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati jew li għandhom jiġu kklerjati mis-CCP jkunu jistgħu jitolbu li jipparteċipaw f’tali spezzjonijiet fil-post. |
|
(47) |
Jenħtieġ li l-AETS tkun tista’ timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali biex iġġiegħel lis-CCPs ta’ pajjiżi terzi jtemmu ksur, jipprovdu informazzjoni kompleta u korretta mitluba mill-AETS jew jaċċettaw li ssirilhom investigazzjoni jew spezzjoni fil-post. |
|
(48) |
Jenħtieġ li l-AETS tkun tista’ timponi multi kemm fuq CCPs tal-Grad 1 kif ukoll fuq CCPs tal-Grad 2 meta ssib li jkunu wettqu, intenzjonalment jew b’negliġenza, ksur tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 billi pprovdew informazzjoni skorretta jew qarrieqa lill-AETS. Barra dan jenħtieġ li l-AETS tkun tista’ timponi multi fuq CCPs tal-Grad 2 meta ssib li jkunu wettqu, intenzjonalment jew b’negliġenza, ksur tar-rekwiżiti addizzjonali applikabbli għalihom f’dak ir-Regolament. Fejn l-AETS tkun ivvalutat li CCP tal-Grad 2 fir-rigward tal-konformità tagħha mal-qafas legali applikabbli tal-pajjiż terz titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u fit-Titoli IV u V ta’ tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-aġir ta’ dik is-CCP jenħtieġ li ma jitqiesx bħala ksur ta’ dak ir-Regolament sal-punt li hija tikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti komparabbli. |
|
(49) |
Il-multi jenħtieġ li jiġu imposti skont il-livell tal-gravità tal-ksur. Il-każijiet ta’ ksur jenħtieġ li jinqasmu fi gruppi differenti li għalihom jiġu allokati multi speċifiċi. Sabiex tiġi kkalkolata l-multa relatata ma’ ksur partikolari, l-AETS jenħtieġ li tuża metodoloġija f’żewġ fażijiet li tikkonsisti fl-iffissar ta’ ammont bażiku u l-aġġustament ta’ dak l-ammont bażiku, jekk ikun meħtieġ, b’ċerti koeffiċjenti. L-ammont bażiku jenħtieġ li jiġi stabbilit billi jitqies il-fatturat annwali tas-CCPs ikkonċernati ta’ pajjiż terz u l-aġġustamenti jenħtieġ li jsiru billi jiżdied jew jitnaqqas l-ammont bażiku permezz tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti rilevanti f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
|
(50) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi koeffiċjenti marbuta ma’ ċirkostanzi aggravanti u mitiganti sabiex l-AETS jkollha l-għodda meħtieġa biex timponi multa li tkun proporzjonali għall-gravità tal-ksur imwettaq minn CCP ta’ pajjiż terz, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi li fihom ikun twettaq il-ksur. |
|
(51) |
Id-deċiżjoni li timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq investigazzjoni indipendenti. |
|
(52) |
Qabel ma tittieħed deċiżjoni li timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, l-AETS jenħtieġ li tagħti lill-persuni soġġetti għall-proċedimenti l-opportunità li jinstemgħu sabiex ikunu rispettati d-drittijiet ta’ difiża tagħhom. |
|
(53) |
L-AETS jenħtieġ li żżomm lura milli timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali fejn il-liberazzjoni mill-akkuża jew kundanna preċedenti li tirriżulta minn fatti identiċi, jew minn fatti li jkunu sostanzjalment l-istess, tkun diġà kisbet il-forza ta’ res judicata b’riżultat ta’ proċeduri kriminali taħt il-liġi nazzjonali. |
|
(54) |
Id-deċiżjonijiet tal-AETS li jimponu multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali jenħtieġ li jkunu infurzabbli u l-infurzar tagħhom jenħtieġ li jkun soġġett għar-regoli tal-proċedura ċivili li jkunu fis-seħħ fl-Istat li fit-territorju tiegħu jitwettaq. Ir-regoli tal-proċeduri ċivili jenħtieġ li ma jinkludux regoli tal-proċedura kriminali iżda jistgħu jinkludu regoli tal-proċedura amministrattiva. |
|
(55) |
Jenħtieġ li, fil-każ ta’ ksur li jsir minn CCP tal-Grad 2, l-AETS jkollha s-setgħa li tapplika firxa ta’ miżuri superviżorji, inkluż li tesiġi li CCP tal-Grad 2 ittemm il-ksur u, bħala l-aħħar miżura, li tirtira r-rikonoxximent fejn CCP tal-Grad 2 tkun kisret b’mod serju jew ripetut ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-miżuri superviżorji jenħtieġ li jkunu applikati mill-AETS b’kont meħud tan-natura u l-gravità tal-ksur u jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità. Qabel tieħu deċiżjoni dwar miżuri superviżorji, l-AETS jenħtieġ li tagħti lill-persuni li jkunu soġġetti għall-proċeduri l-opportunità li jinstemgħu sabiex id-drittijiet tagħhom għal difiża jkunu rispettati. Fejn l-AETS tiddeċiedi li tirtira r-rikonoxximent, jenħtieġ li l-AETS tillimita t-tfixkil potenzjali tas-suq billi tiddefinixxi perijodu ta’ adattament xieraq ta’ mhux aktar minn sentejn. |
|
(56) |
Fir-rigward tal-validazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-AETS ta’ tibdil sinifikanti f’mudelli u parametri adottati biex jikkalkolaw ir-rekwiżiti tal-marġini ta’ CCP, jenħtieġ li jiġu ċċarati l-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza, ir-rekwiżiti tal-kollateral, u mekkaniżmi oħra tal-kontroll tar-riskju, aspetti proċedurali u l-interazzjoni ta’ dik il-validazzjoni mad-deċiżjoni tal-kulleġġ. L-adozzjoni preliminari ta’ bidla sinifikanti fil-mudelli jew parametri jenħtieġ li tkun possibbli fejn meħtieġ, speċjalment fejn il-bidla rapida tagħhom tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata s-solidità tal-ġestjoni tar-riskju tas-CCPs. |
|
(57) |
Superviżjoni effettiva ta’ CCPs tiddependi fuq l-iżvilupp ta’ kompetenzi, l-għarfien espert u l-kapaċitajiet, kif ukoll fuq l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet kooperattivi u skambji bejn istituzzjonijiet. Peress li dawk huma kollha proċessi li jiżviluppaw maż-żmien u jsegwu d-dinamika tagħhom stess, it-tfassil ta’ sistema superviżorja funzjonali, effettiva u effiċjenti għas-CCPs jenħtieġ li jqis l-evoluzzjoni potenzjali tagħha fit-tul. Għalhekk, id-diviżjoni tal-kompetenzi stabbilita f’dan ir-Regolament x’aktarx ser tevolvi hekk kif ir-rwol u l-kapaċitajiet tal-AETS, appoġġata mill-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, jiżviluppaw. Bil-ħsieb li jiġi żviluppat approċċ superviżorju effiċjenti u reżiljenti rigward is-CCPs, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrevedi l-effettività tal-kompiti tal-AETS, b’mod partikolari dawk tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, fit-trawwim ta’ applikazzjoni konverġenti u koerenti fl-Unjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u tad-diviżjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta wkoll dwar l-impatt tar-Regolament fuq il-kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fost CCPs u tivvaluta l-qafas għar-rikonoxximent u s-superviżjoni ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa. |
|
(58) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament relattivament għal CCPs ta’ pajjiżi terzi, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ulterjuri tat-tip ta’ tariffi, il-materji li għalihom it-tariffi jkunu dovuti, l-ammont ta’ tariffi li għandhom jitħallsu u l-mod li bih għandhom jitħallsu; l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-kriterji li jiddeterminaw jekk CCP ta’ pajjiż terz hijiex, jew x’aktarx li ssir, sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha; l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-kriterji li jridu jintużaw fil-valutazzjonijiet tagħha tal-ekwivalenza ta’ pajjiżi terzi; l-ispeċifikazzjoni ta’ kif u taħt liema kondizzjonijiet ċerti rekwiżiti għandhom jiġu osservati minn CCPs ta’ pajjiżi terzi; l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tar-regoli ta’ proċedura fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ difiża, skadenzi, il-ġbir ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali kif ukoll il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ pagamenti ta’ penali jew multi; u miżuri li jemendaw l-Anness IV sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (8). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(59) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi u l-ekwivalenza tal-oqfsa legali ta’ pajjiżi terzi, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
|
(60) |
Sabiex tkun żgurata armonizzazzjoni konsistenti ta’ regoli u prattika superviżorja fir-rigward tal-estensjoni ta’ attivitajiet u servizzi, kulleġġi, ittestjar tal-istress u ttestjar retrospettiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-AETS fir-rigward ta’ dawn li ġejjin: il-kondizzjonijiet li taħthom servizzi jew attivitajiet addizzjonali li għalihom CCP tkun tixtieq testendi n-negozju tagħha ma jkunux koperti mill-awtorizzazzjoni inizjali; il-kondizzjonijiet li taħthom muniti tal-Unjoni għandhom jitqiesu bħala l-aktar rilevanti għall-fini tas-sħubija ta’ banek ċentrali tal-ħruġ fil-kulleġġi u d-dettalji tal-arranġamenti prattiċi għall-funzjonament ta’ kulleġġi; u l-kondizzjonijiet li taħthom ikunu sinifikanti tibdiliet fil-mudelli u l-parametri tas-CCPs. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta l-istandards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 290 tat-TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
|
(61) |
Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiżdiedu s-sigurtà u l-effiċjenza tas-CCPs billi jiġu stipulati rekwiżiti uniformi għall-attivitajiet tagħhom, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
|
(62) |
L-użu li tagħmel l-AETS mis-setgħa tagħha li tirrikonoxxi CCP ta’ pajjiż terz bħala CCP tal-Grad 1 jew CCP tal-Grad 2 jenħtieġ li jkun differit sa meta jiġu speċifikati aktar il-kriterji li jippermettu l-evalwazzjoni: (a) jekk CCP ta’ pajjiż terz hijiex sistemikament importanti jew le, jew jekk x’aktarx issir sistemikament importanti, għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha; u (b) ta’ konformità komparabbli. |
|
(63) |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 6, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 15, jiżdied il-paragrafu li ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 17, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 23a Kooperazzjoni superviżorja bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-AETS fir-rigward ta’ CCPs awtorizzati 1. L-AETS għandha twettaq rwol ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u fost il-kulleġġi bil-għan li tiżviluppa kultura superviżorja komuni u prattiki superviżorji konsistenti, li jiżguraw proċeduri uniformi u approċċi konsistenti, u jsaħħu l-konsistenza fir-riżultati ta’ superviżjoni, b’mod speċjali fir-rigward ta’ oqsma superviżorji li jkollhom dimensjoni transfruntiera jew impatt transfruntier possibbli. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreżentaw l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet tagħhom lill-AETS qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe att jew miżura skont l-Artikoli 7, 8, 14, 15, 29 sa 33, 35, 36 u 54. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippreżentaw ukoll abbozzi ta’ deċiżjonijiet lill-AETS qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe att ieħor jew miżura oħra f’konformità mad-dmirijiet tagħhom taħt l-Artikolu 22(1). 3. Fi żmien 20 jum ta’ xogħol mir-riċezzjoni ta’ abbozz ta’ deċiżjoni ppreżentat f’konformità mal-paragrafu 2 relattivament għal Artikolu speċifiku, l-AETS għandha tagħti opinjoni dwar dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-awtorità kompetenti fejn meħtieġ biex tiġi promossa applikazzjoni konsistenti u koerenti ta’ dak l-Artikolu. Fejn l-abbozz tad-deċiżjoni ppreżentat lill-AETS f’konformità mal-paragrafu 2 juri nuqqas ta’ konverġenza jew ta’ koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-AETS għandha toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet biex tippromwovi l-konsistenza jew il-koerenza meħtieġa fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 4. Fejn l-AETS tadotta opinjoni f’konformità mal-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha tagħtiha l-konsiderazzjoni dovuta u għandha tinforma lill-AETS dwar kwalunkwe azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni sussegwenti fir-rigward tagħha. Fejn l-awtorità kompetenti ma taqbilx ma’ opinjoni tal-AETS, għandha tipprovdi kummenti lill-AETS dwar kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dik l-opinjoni.”; |
|
(8) |
l-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 24 Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza L-awtorità kompetenti tas-CCP jew kwalunkwe awtorità rilevanti oħra għandha tinforma lill-AETS, lill-kulleġġ, lill-membri rilevanti tas-SEBĊ u lil awtoritajiet rilevanti oħra mingħajr dewmien mhux ġustifikat bi kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata ma’ CCP, inklużi żviluppi fi swieq finanzjarji, li jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq, it-trasmissjoni ta’ politika monetarja, l-operazzjoni mingħajr xkiel ta’ sistemi ta’ pagament jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn is-CCP jew wieħed mill-membri tal-ikklerjar tagħha jkunu stabbiliti.”; |
|
(9) |
jiddaħħal il-Kapitolu li ġej: “ KAPITOLU 3 A Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs Artikolu 24a Kumitat Superviżorju tas-CCPs 1. L-AETS għandha tistabbilixxi kumitat intern permanenti skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għall-finijiet tat-tħejjija ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri u tat-twettiq tal-kompiti stabbiliti fil-paragrafi 7, 9 u 10 ta’ dan l-Artikolu (il-‘Kumitat Superviżorju tas-CCPs’). 2. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jkun magħmul minn:
Is-sħubija għall-fini tas-subpunti (i) u (ii) għandha tingħata awtomatikament fuq talba bil-miktub ta’ darba indirizzata lill-President. 3. Il-President jista’ jistieden bħala osservaturi għal-laqgħat tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, fejn xieraq u meħtieġ, lill-membri tal-kulleġġi msemmija fl-Artikolu 18. 4. Il-laqgħat tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom jiġu organizzati mill-President tiegħu fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ wieħed mill-membri tiegħu bid-dritt tal-vot. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jiltaqa’ mill-inqas ħames darbiet f’sena. 5. Il-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom ikunu professjonisti indipendenti, full-time. Huma għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien ta’ kwistjonijiet tal-ikklerjar, ta’ wara n-negozjar, ta’ superviżjoni prudenzjali u kwistjonijiet finanzjarji, kif ukoll fuq il-bażi tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni tas-CCPs, wara proċedura ta’ għażla miftuħa. Qabel il-ħatra tal-President u tal-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, u sa xahar wara l-għażla mill-Bord tas-Superviżuri, li għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew il-lista mqassra tiegħu ta’ kandidati magħżula b’rispett għall-bilanċ bejn is-sessi, il-Parlament Ewropew, wara li jkun sema’ lill-kandidati magħżula, għandu japprovahom jew jirrifjutahom. Fejn il-President jew kwalunkwe wieħed mill-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu jew jekk jinstab ħati ta’ mġiba ħażina serja, il-Kunsill jista’, fuq proposta mill-Kummissjoni li tkun ġiet approvata mill-Parlament Ewropew, jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex ineħħi lilu jew lilha mill-kariga. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jinformaw lill-Kummissjoni li jqisu bħala sodisfatti l-kondizzjonijiet għat-tneħħija tal-President jew ta’ wieħed mill-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs, u l-Kummissjoni għandha tagħti tweġiba għal dan. Il-mandat tal-President u tal-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jkun ta’ ħames snin u jista’ jiġi estiż darba. 6. Il-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ma għandux ikollhom xi karigi oħra fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni, jew internazzjonali. Huma għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u la għandhom jitolbu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi korp pubbliku jew privat ieħor. La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u lanqas xi korp pubbliku jew privat ieħor ma għandu jfittex li jinfluwenza lill-President u lill-membri indipendenti tal-Bord Superviżorju tas-CCPs fil-qadi ta’ dmirijiethom. F’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal imsemmija fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, il-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom, wara li jitilqu mis-servizz, jibqgħu jkunu marbuta bid-dover li jaġixxu b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji. 7. B’rabta mas-CCPs awtorizzati jew li japplikaw għall-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu, għall-fini tal-Artikolu 23a(1) ta’ dan ir-Regolament, iħejji deċiżjonijiet u jwettaq il-kompiti fdati lill-AETS fl-Artikolu 23a(3) ta’ dan ir-Regolament u fil-punti li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-AETS bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha rilevanti mingħajr dewmien mhux ġustifikat. 8. Fejn l-attivitajiet jew l-iskambju msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 7 jiżvelaw nuqqas ta’ konverġenza u koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-AETS għandha toħroġ il-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet neċessarji skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 jew opinjonijiet skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Fejn evalwazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 7 tiżvela nuqqasijiet fir-reżiljenza ta’ mill-inqas CCP waħda, l-AETS għandha toħroġ ir-rakkomandazzjonijiet neċessarji skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 9. Barra minn hekk, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jista’:
10. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu, fir-rigward tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi, jħejji abbozzi ta’ deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Bord tas-Superviżuri u jwettaq il-kompiti fdati lill-AETS fl-Artikoli 25, 25a, 25b, 25f sa 25q u 85(6). 11. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu, fir-rigward ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi, jikkondividi mal-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c l-aġendi tal-laqgħat tiegħu qabel dawk il-laqgħat iseħħu, il-minuti tal-laqgħat tiegħu, l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet kompleti li jippreżenta lill-Bord tas-Superviżuri u d-deċiżjonijiet finali adottati mill-Bord tas-Superviżuri. 12. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jkun appoġġat minn persunal dedikat mill-AETS, li jkollu biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza, sabiex:
13. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-AETS għandha tiżgura s-separazzjoni strutturali bejn il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs u funzjonijiet oħra msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Artikolu 24b Konsultazzjoni tal-banek ċentrali tal-ħruġ 1. Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu skont l-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54 li jirrigwardaw CCPs tal-Grad 2, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jikkonsulta lill-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3). Kull bank ċentrali tal-ħruġ jista’ jirrispondi. Kwalunkwe risposta għandha tasal fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mit-trażmissjoni tal-abbozz ta’ deċiżjoni. F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, il-perijodu msemmi hawn fuq ma għandux ikun ta’ aktar minn 24 siegħa. Meta bank ċentrali tal-ħruġ jipproponi emendi jew joġġezzjona għall-abbozzi ta’ deċiżjonijiet skont l-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54, għandu jipprovdi r-raġunijiet kollha u fid-dettall, bil-miktub. Hekk kif jiskadi l-perijodu għall-konsultazzjoni, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jikkunsidra b’mod debitu l-emendi proposti mill-banek ċentrali tal-ħruġ. 2. Fejn il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ma jirriflettix fl-abbozz ta’ deċiżjoni tiegħu l-emendi proposti minn bank ċentrali tal-ħruġ, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jinforma lil dak il-bank ċentrali tal-ħruġ bil-miktub waqt li jiddikjara r-raġunijiet kollha tiegħu għalfejn ma jkunx ħa kont tal-emendi proposti minn dak il-bank ċentrali tal-ħruġ, u jipprovdi spjegazzjoni għal kwalunkwe devjazzjoni minn dawk l-emendi. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jippreżenta lill-Bord tas-Superviżuri l-emendi proposti minn banek ċentrali tal-ħruġ u l-ispjegazzjonijiet tiegħu għalfejn ma jkunx ħa kont tagħhom flimkien mal-abbozz ta’ deċiżjoni tiegħu. 3. Fir-rigward tad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu skont l-Artikoli 25(2c) u 85(6), il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jfittex il-qbil tal-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) għall-kwistjonijiet relatati mal-muniti maħruġa minnhom. Għandu jkun ikkunsidrat li kull bank ċentrali tal-ħruġ ta l-qbil tiegħu sakemm il-bank ċentrali tal-ħruġ ma jipproponix emendi jew ma joġġezzjonax fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mit-trasmissjoni tal-abbozz ta’ deċiżjoni. Fejn bank ċentrali tal-ħruġ jipproponi emendi jew joġġezzjona għal abbozz ta’ deċiżjoni, huwa għandu jipprovdi r-raġunijiet kollha u fid-dettall, bil-miktub. Fejn bank ċentrali tal-ħruġ jipproponi emendi fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-munita maħruġa minnu, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jista’ biss jippreżenta lill-Bord tas-Superviżuri l-abbozz ta’ deċiżjoni kif emendat fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet. Fejn bank ċentrali tal-ħruġ joġġezzjona fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-munita maħruġa minnu, il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs ma għandux jinkludu dawk il-kwistjonijiet fl-abbozz ta’ deċiżjoni lill-Bord tas-Superviżuri għall-adozzjoni. Artikolu 24c Teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot. F’każ li l-voti jiġu ndaqs, il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv. Artikolu 24d Teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri Fejn il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jippreżenta abbozzi ta’ deċiżjonijiet lill-Bord ta’ Superviżuri skont l-Artikoli 25(2), 25(2a), 25(2b), 25(2c), 25(5), 25p, 85(6), 89(3b) ta’ dan ir-Regolament u addizzjonalment biss għal CCPs tal-Grad 2 skont l-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54 ta’ dan ir-Regolament, il-Bord tas-Superviżuri għandu jiddeċiedi dwar dawk l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. Fejn il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jippreżenta abbozzi ta’ deċiżjonijiet lill-Bord ta’ Superviżuri skont Artikoli għajr dawk imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jiddeċiedi dwar dawk l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fi żmien tlett ijiem tax-xogħol. Artikolu 24e Responsabbiltà 1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ jistieden lill-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs biex jagħmlu dikjarazzjoni filwaqt li jirrispettaw kompletament l-indipendenza tagħhom. Il-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom jagħmlu dik id-dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġbu kwalunkwe mistoqsija mressqa mill-Membri tiegħu kull meta jintalab dan. 2. Il-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom jirrapportaw bil-miktub dwar l-attivitajiet prinċipali tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta jintalbu jagħmlu dan u mill-inqas 15-il jum qabel ma jagħmlu d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. 3. Il-President u l-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandhom jirrapportaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad-hoc u kunfidenzjali. Dak ir-rapport ma għandux ikopri informazzjoni kunfidenzjali relatata ma’ CCPs individwali.”; |
|
(10) |
l-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 25a Konformità komparabbli 1. CCP imsemmija fl-Artikolu 25(2b) tista’ tippreżenta talba motivata li l-AETS tivvaluta jekk fil-konformità tagħha mal-qafas applikabbli ta’ pajjiż terz, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-att ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-Artikolu 25(6), dik is-CCP tistax titqies bħala konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 t-Titoli IV u V. L-AETS għandha minnufih tibgħat it-talba lill-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi. 2. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi bażi fattwali għall-konstatazzjoni ta’ komparabbiltà u r-raġunijiet għalfejn il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli fil-pajjiż terz tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u t-Titoli IV u V. 3. Il-Kummissjoni, sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tirrifletti b’mod effettiv l-objettivi regolatorji tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u t-Titoli IV u V u l-interessi tal-Unjoni kollha kemm huma, għandha tadotta att delegat biex tispeċifika dan li ġej:
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 82 sat-2 ta’ Jannar 2021. Artikolu 25b Il-konformità kontinwa mal-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent 1. L-AETS ser tkun responsabbli għat-twettiq tad-dmirijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għas-superviżjoni fuq bażi kontinwa tal-konformità ta’ CCPs tal-Grad 2 rikonoxxuti mar-rekwiżiti msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 25(2b). Fir-rigward tad-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54, l-AETS għandha tikkonsulta lill-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) f’konformità mal-Artikolu 24b(1). L-AETS għandha tesiġi konferma minn kull CCP tal-Grad 2 mill-inqas fuq bażi annwali li r-rekwiżiti msemmijin fil-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 25(2b) jibqgħu jiġu sodisfatti. Fejn bank ċentrali tal-ħruġ imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) jikkunsidra li CCP tal-Grad 2 ma tibqax tissodisfa l-kondizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 25(2b), huwa għandu jinnotifika minnufih lill-AETS. 2. Fejn CCP tal-Grad 2 tonqos milli tagħti lill-AETS il-konferma msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jew fejn l-AETS tirċievi notifika skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, is-CCP għandha titqies bħala li ma għadhiex tissodisfa l-kondizzjonijiet għal rikonoxximent skont l-Artikolu 25(2b) u għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25p(2), (3) u (4). 3. L-AETS għandha, f’kooperazzjoni mal-BERS, twettaq valutazzjonijiet, tar-reżiljenza ta’ CCPs tal-Grad 2 rikonoxxuti għal żviluppi negattivi fis-suq f’konformità mal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, f’koordinazzjoni mal-valutazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 24a(7). Il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) jistgħu jikkontribwixxu għal tali valutazzjoni fit-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom. Fit-twettiq ta’ dawk il-valutazzjonijiet, l-AETS għandha tinkludi mill-inqas ir-riskji finanzjarji u operazzjonali, u tiżgura l-konsistenza mal-valutazzjonijiet tar-reżiljenza tas-CCPs tal-Unjoni mwettqa skont il-punt (b) tal-Artikolu 24a(7) ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 25c Kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi 1. L-AETS għandha tistabbilixxi kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi biex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni. 2. Il-kulleġġ għandu jkun magħmul minn:
3. Il-membri tal-kulleġġ jistgħu jitolbu li l-Kumitat Superviżorju tas-CCPs jiddiskuti kwistjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ CCP stabbilita f’pajjiż terz. It-tali talba għandha ssir bil-miktub u għandha tinkludi motivazzjoni dettaljata għat-talba. Il-Kumitat Superviżorju tas-CCPs għandu jikkunsidra kif xieraq tali talbiet u jipprovdi tweġiba xierqa. 4. L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġ għandu jkun ibbażat fuq ftehim bil-miktub bejn il-membri kollha tiegħu. L-obbligu tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 83 għandu japplika għall-membri kollha tal-kulleġġ. Artikolu 25d Tariffi 1. L-AETS għandha titlob it-tariffi li ġejjin lil CCPs stabbiliti f’pajjiż terz f’konformità ma’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-att delegat adottat skont il-paragrafu 3:
2. It-tariffi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati mal-fatturat tas-CCP ikkonċernata u għandhom ikopru l-ispejjeż kollha mġarrba mill-AETS għar-rikonoxximent u għat-twettiq tal-kompiti tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament. 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 82 sabiex tispeċifika aktar dan li ġej:
Artikolu 25e Eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 25f sa 25h Is-setgħat mogħtija lill-AETS jew kwalunkwe uffiċjal tal-AETS jew persuna oħra awtorizzata minnha mill-Artikoli 25f sa 25h ma għandhomx jintużaw biex jesiġu l-iżvelar ta’ informazzjoni jew dokumenti li huma soġġetti għall-privileġġ legali. Artikolu 25f Talba għal informazzjoni 1. L-AETS tista’ b’talba sempliċi jew b’deċiżjoni, titlob li s-CCPs rikonoxxuti u l-partijiet terzi relatati li lilhom dawk is-CCPs ikunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali biex jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja biex l-AETS tkun tista’ twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament. 2. Meta tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-AETS għandha tindika dan kollu li ġej:
3. Meta titlob li tingħata informazzjoni skont il-paragrafu 1 b’deċiżjoni, l-AETS għandha tindika dan kollu li ġej:
4. Il-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet mingħajr personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentawhom bil-liġi jew mill-kostituzzjoni tagħhom għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Avukati debitament awtorizzati li jaġixxu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu responsabbli b’mod sħiħ jekk l-informazzjoni mogħtija tkun mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa. 5. L-AETS għandha tibgħat, mingħajr dewmien, kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz fejn huma domiċiljati jew stabbiliti l-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 ikkonċernati mit-talba għall-informazzjoni. Artikolu 25g Investigazzjonijiet ġenerali 1. Sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista’ twettaq l-investigazzjonijiet neċessarji fir-rigward tas-CCPs tal-Grad 2 u l-partijiet terzi relatati li lilhom dawk is-CCPs jkunu esternalizzaw funzjonijiet operattivi, servizzi jew attivitajiet. Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS għandu jkollhom is-setgħa li:
Il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) jistgħu, fuq talba motivata lill-AETS, jipparteċipaw f’tali investigazzjonijiet fejn dawk l-investigazzjonijiet ikunu rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom. Il-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien mhux ġustifikat dwar kwalunkwe sejba li tista’ tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. 2. L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS għall-finijiet tal-investigazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 25k meta l-produzzjoni tar-rekords, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lil CCPs tal-Grad 2 ma jingħatawx jew ma jkunux kompleti, u l-multi previsti fl-Artikolu 25j flimkien mal-punt (b) tat-Taqsima V tal-Anness III, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lil CCPs tal-Grad 2 jkunu skorretti jew qarrieqa. 3. Is-CCPs tal-Grad 2 huma meħtieġa jippreżentaw ruħhom għall-investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-AETS. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 25k ta’ dan ir-Regolament, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja. 4. Qabel ma tinnotifika lil CCP tal-Grad 2 dwar investigazzjoni, l-AETS għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz fejn ser titwettaq l-investigazzjoni dwar l-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz konċernat, fuq talba tal-AETS, jistgħu jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fit-twettiq ta’ dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz konċernat jistgħu wkoll jattendu għall-investigazzjonijiet. L-investigazzjonijiet imwettqa f’pajjiż terz f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jitwettqu skont l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz. Artikolu 25h Spezzjonijiet fil-post 1. Sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista’ twettaq l-ispezzjonijiet fil-post kollha meħtieġa fi kwalunkwe bini, art jew proprjetà ta’ negozju ta’ CCPs tal-Grad 2 u l-partijiet terzi relatati li lilhom dawk is-CCPs ikunu esternalizzaw funzjonijiet operattivi, servizzi jew attivitajiet. Il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-Artikolu 25(3) jistgħu jressqu talba motivata lill-AETS biex jipparteċipaw f’tali spezzjonijiet fil-post fejn dan ikun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom. Il-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien mhux ġustifikat dwar kwalunkwe sejba li tista’ tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. 2. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjonijiet fil-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini tan-negozju, art jew proprjetà tal-persuni ġuridiċi soġġetti għal deċiżjoni ta’ spezzjoni adottata mill-AETS u għandu jkollhom is-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 25 g(1). Għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini tan-negozju u kotba jew reġistri għall-perijodu ta’ spezzjoni u sal-punt neċessarju għaliha. 3. F’biżżejjed żmien qabel l-ispezzjoni, l-AETS għandha tinnotifika l-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz fejn tkun ser ssir l-ispezzjoni. Fejn it-twettiq xieraq u l-effiċjenza tal-ispezzjoni hekk jeħtieġu, l-AETS, wara li tinforma l-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz, tista’ twettaq l-ispezzjoni fil-post mingħajr notifika minn qabel lis-CCP. L-ispezzjonijiet imwettqa f’pajjiż terz f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jitwettqu f’konformità mal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni stabbiliti mal-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjoni fil-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 25k meta l-persuni kkonċernati ma jissottomettux ruħhom għall-ispezzjoni. 4. CCPs tal-Grad 2 għandhom jissottomettu ruħhom għal spezzjonijiet fil-post ordnati b’deċiżjoni tal-AETS. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, tiffissa d-data meta din għandha tibda u tindika l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 25k, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja. 5. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn għandha titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, jistgħu, fuq it-talba tal-AETS, jassistu attivament lill-uffiċjali u l-persuni l-oħra awtorizzati mill-AETS. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz jistgħu jattendu wkoll l-ispezzjonijiet fil-post. 6. L-AETS tista’ titlob ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz iwettqu kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fil-post kif previst f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 25 g(1) f’isimha. 7. Fejn l-uffiċjali u persuni oħrajn li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-AETS jsibu li persuna topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-AETS tista’ titlob lill-awtorità kompetenti kkonċernata tal-pajjiż terz tagħtihom l-għajnuna neċessarja, inkluża, fejn xieraq, l-għajnuna tal-pulizija jew ta’ awtorità ta’ infurzar oħra ekwivalenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fil-post. Artikolu 25i Regoli proċedurali biex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi 1. Fejn, fit-twettiq ta’ dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS ssib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness III, l-AETS għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fi ħdan l-AETS biex jinvestiga l-kwistjoni. L-uffiċjal maħtur m għandux jiġi involut jew ikun ġie involut direttament jew indirettament fil-proċess tar-rikonoxximent jew superviżjoni tas-CCP ikkonċernata u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-AETS. 2. L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinvestiga l-ksur allegat, filwaqt li jieħu kont ta’ kwalunkwe kumment ippreżentat mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u għandu jippreżenta fajl komplet bis-sejbiet tiegħu lill-AETS. Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni jista’ jeżerċita s-setgħa li jirrikjedi informazzjoni skont l-Artikolu 25f u jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post skont l-Artikoli 25 g u 25 h. Meta juża dawk is-setgħat, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jikkonforma mal-Artikolu 25e. Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha miġbura mill-AETS fl-attivitajiet tagħha. 3. Meta jlesti l-investigazzjoni tiegħu u qabel ma jippreżenta l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-AETS, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jagħti lill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet l-opportunità li jinstemgħu fir-rigward tal-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati. L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jibbaża s-sejbiet tiegħu biss fuq fatti li l-persuni kkonċernati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwarhom. Matul l-investigazzjonijiet taħt dan l-Artikolu, id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rrispettati b’mod sħiħ. 4. Meta jippreżenta l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-AETS, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinnotifika dak il-fatt lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet. Il-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew id-dokumenti preparatorji interni tal-AETS. 5. Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni u, meta jintalab mill-persuni kkonċernati, wara li tkun semgħet lill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 25 l, l-AETS għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness III jkunx twettaq mill-persuni li kienu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u, f’tali każ, għandha tieħu miżura superviżorja skont l-Artikolu 25q u timponi multa skont l-Artikolu 25j. 6. L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux jipparteċipa f’deliberazzjonijiet tal-AETS jew b’xi mod ieħor jintervjeni fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-AETS. 7. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 82 biex tispeċifika aktar ir-regoli ta’ proċedura għall-eżerċitar tas-setgħa ta’ impożizzjoni ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, inkluż dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, dispożizzjonijiet temporali, u l-ġbir ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, u l-perijodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar tal-penali. 8. L-AETS għandha tirreferi kwistjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa għal investigazzjoni u prosekuzzjoni kriminali possibbli meta, fit-twettiq ta’ dmirijietha skont dan ir-Regolament, hija ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li hi taf li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reat kriminali skont il-qafas legali applikabbli tal-pajjiż terz. Barra minn hekk, l-AETS għandha żżomm lura milli timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali meta tkun konxja li liberazzjoni minn akkuża jew kundanna preċedenti li tirriżulta minn fatt jew fatti identiċi li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà saret res judicata bħala riżultat tal-proċeduri kriminali skont il-liġi nazzjonali. Artikolu 25j Multi 1. Fejn, skont l-Artikolu 25i(5), l-AETS ssib li CCP tkun wettqet intenzjonalment jew b’negliġenza wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness III, din għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Ksur minn CCP jitqies li twettaq intenzjonalment jekk l-AETS ssib fatturi oġġettivi li juru li s-CCP jew id-diriġenza għolja tagħha aġixxew deliberatament biex jitwettaq il-ksur. 2. L-ammonti bażiċi tal-multi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu sa darbtejn l-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikun jistgħu jiġu ddeterminati, jew sa 10 % tad-dħul annwali totali, kif definit fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, ta’ persuna ġuridika fis-sena ta’ negozju preċedenti. 3. L-ammonti bażiċi stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu aġġustati, jekk meħtieġ, filwaqt li jitqiesu tal-fatturi aggravanti jew mitiganti skont il-koeffiċjenti rilevanti stabbiliti fl-Anness IV. Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikunu applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku. Il-koeffiċjenti mitiganti rilevanti jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikun applikabbli aktar minn koeffiċjent mitiganti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent mitiganti individwali għandha titnaqqas mill-ammont bażiku. 4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-ammont tal-multa ma għandux jaqbeż 20 % tad-dħul annwali tas-CCP fis-sena tan-negozju preċedenti iżda, jekk is-CCP tkun kisbet benefiċċju finanzjarju direttament jew indirettament mill-ksur, l-ammont tal-multa jkun għall-inqas ugwali għal dak il-benefiċċju. Fejn xi att jew ommissjoni ta’ CCP jikkostitwixxu aktar minn ksur wieħed elenkat fl-Anness III, għandha tapplika biss l-ogħla multa kalkolata skont il-paragrafi 2 u 3 u relatata ma’ wieħed minn dan il-ksur. Artikolu 25k Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali 1. L-AETS għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali sabiex iġġiegħel lil:
2. Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal kull ġurnata ta’ dewmien. 3. Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-pagamenti tal-penali perjodiċi għandu jkun 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena tan-negozju preċedenti, jew, f’każ ta’ persuni fiżiċi, 2 % tad-dħul medju ta’ kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Għandu jiġi kkalkolat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagamenti perjodiċi ta’ penali. 4. Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal perijodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-AETS. Wara li dak il-perijodu jintemm, l-AETS għandha tirrevedi l-miżura. Artikolu 25l Smigħ tal-persuni kkonċernati 1. Qabel ma tieħu ebda deċiżjoni dwar multa jew pagament perjodiku ta’ penali skont l-Artikoli 25j u 25k, l-AETS għandha tagħti lill-persuni soġġetti għall-proċeduri l-opportunità li jinstemgħu fir-rigward tas-sejbiet tagħha. L-AETS għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha unikament fuq sejbiet li l-persuni soġġetti għall-proċeduri kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwarhom. L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika fejn tkun meħtieġa azzjoni urġenti li tipprevjeni li ssir ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja. F’każ bħal dan, l-AETS tista’ tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu kemm jista’ jkun malajr wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha. 2. Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-proċeduri għandhom jiġu rispettati b’mod sħiħ matul il-proċeduri. Għandhom ikunu intitolati jkollhom aċċess għall-fajl tal-AETS, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew id-dokumenti preparatorji interni tal-AETS. Artikolu 25m L-iżvelar, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti tal-penali perjodiċi 1. L-AETS għandha tiżvela lill-pubbliku kull multa u pagament perjodiku ta’ penali li jkun ġie impost skont l-Artikoli 25j u 25k ta’ dan ir-Regolament sakemm tali żvelar lill-pubbliku ma jippreġudikax b’mod serju s-swieq finanzjarji jew jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali żvelar ma għandux jinkludi data personali fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. 2. Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 25j u 25k għandhom ikunu ta’ natura amministrattiva. 3. Meta l-AETS tiddeċiedi li ma timponi ebda multa jew pagament ta’ penali, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz kif meħtieġ u għandha tippreżenta r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. 4. Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 25j u 25k għandhom ikunu infurzabbli. L-infurzar għandu jkun regolat mir-regoli ta’ proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz fejn jitwettaq. 5. L-ammonti tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 25n Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni illimitata biex tirrieżamina deċiżjonijiet li bihom l-AETS tkun imponiet multa jew ħlas perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagament perjodiku ta’ penali imposti. Artikolu 25o Emendi għall-Anness IV Sabiex jiġu kkunsidrati żviluppi fis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 82 dwar miżuri għall-emendar tal-Anness IV. Artikolu 25p L-irtirar tar-rikonoxximent 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25q u soġġetta għall-paragrafi li ġejjin, l-AETS, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet u l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 25(3), għandha tirtira deċiżjoni ta’ rikonoxximent adottata skont l-Artikolu 25 fejn:
L-AETS tista’ tillimita l-irtirar tar-rikonoxximent għal servizz, attività, jew klassi partikolari ta’ strumenti finanzjarji. Meta tkun qed tiddetermina d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-irtirar tar-rikonoxximent, l-AETS għandha tagħmel ħilitha biex timminimizza t-tfixkil potenzjali tas-suq u tipprevedi perijodu ta’ adattament adegwat li ma għandux ikun aktar minn sentejn. 2. Qabel ma tirtira r-rikonoxximent skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tqis il-possibbiltà li tapplika miżuri taħt il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 25q(1). Jekk l-AETS tiddetermina li ma tkunx ittieħdet l-azzjoni korrettiva fil-perijodu ta’ żmien stabbilit ta’ mhux aktar minn sitt xhur skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew li l-azzjoni meħuda ma tkunx adegwata, u wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 25(3), l-AETS għandha tirtira d-deċiżjoni tar-rikonoxximent. 3. L-AETS għandha, mingħajr dewmien mhux ġustifikat, tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz dwar deċiżjoni li jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta’ CCP rikonoxxuta. 4. Kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 25(3), li tqis li tkun ġiet sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, tista’ titlob lill-AETS teżamina jekk ġewx sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-irtirar tar-rikonoxximent ta’ CCP rikonoxxuta jew tar-rikonoxximent tagħha ta’ servizz, attività jew klassi partikolari ta’ strumenti finanzjarji. Meta l-AETS tiddeċiedi li ma tirtirax ir-rikonoxximent tas-CCP ikkonċernata, hija għandha tipprovdi r-raġunijiet kollha lill-awtorità rikjedenti. Artikolu 25q Miżuri superviżorji mill-AETS 1. Fejn, f’konformità mal-Artikolu 25i(5), l-AETS ssib li CCP tal-Grad 2 tkun wettqet wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Anness III, hija għandha tieħu waħda jew aktar mid-deċiżjonijiet li ġejjin:
2. Meta tieħu d-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:
3. Mingħajr dewmien mhux ġustifikat, l-AETS għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 1 lis-CCP ikkonċernata, u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz u lill-Kummissjoni. Għandha tiżvela pubblikament kull deċiżjoni bħal din fis-sit tal-web tagħha fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni tagħha. Meta tagħmel id-deċiżjoni tagħha pubblika kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tagħmel pubbliku wkoll id-dritt tas-CCP ikkonċernata li tappella d-deċiżjoni, il-fatt, fejn rilevanti, li dan l-appell ikun sar, waqt li tispeċifika li dan l-appell ma għandux effett ta’ sospensjoni, u l-fatt li huwa possibbli li l-Bord tal-Appell tal-AETS jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”; |
|
(12) |
fl-Artikolu 32(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Il-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti fir-rigward tan-notifika prevista fl-Artikolu 31(2) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31(3), għandhom ikunu soġġetti għal opinjoni tal-kulleġġ skont l-Artikolu 19.”; |
|
(13) |
fl-Artikolu 35(1), l-aħħar subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “CCP ma għandhiex testernalizza attivitajiet ewlenin marbuta mal-ġestjoni tar-riskju għajr jekk din l-esternalizzazzjoni tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti għandha tkun soġġetta għal opinjoni tal-kulleġġ skont l-Artikolu 19.”; |
|
(14) |
l-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:
|
|
(15) |
l-Artikolu 82 huwa emendat kif ġej:
|
|
(16) |
fl-Artikolu 85, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
|
|
(17) |
fl-Artikolu 89, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:
|
|
(18) |
l-Artikolu 90 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 90 Persunal u riżorsi tal-AETS Sat-2 ta’ Jannar 2022, l-AETS għandha tivvaluta l-ħtiġijiet tagħha rigward persunal u riżorsi minn meta tieħu s-setgħat u d-dmirijiet tagħha taħt dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.”; |
|
(19) |
it-testi stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament huma miżjuda bħala l-Annessi III u IV. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
(1) ĠU C 385 15.11.2017, p. 3.
(2) ĠU C 434, 15.12.2017, p. 63.
(3) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 2019.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(5) Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 141, 28.5.2019, p. 42).
(6) Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(7) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(8) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(9) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS
Dawn it-testi li ġejjin jiżdiedu bħala l-Annessi III u IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
“ANNESS III
Lista ta’ ksur imsemmi fl-Artikolu 25j(1)
|
I. |
Ksur relatat ma’ rekwiżiti kapitali:
|
|
II. |
Ksur relatat ma’ rekwiżiti organizzazzjonali jew kunflitti ta’ interess:
|
|
III. |
Ksur relatat ma’ rekwiżiti operazzjonali:
|
|
IV. |
Ksur relatat mat-trasparenza u d-disponibbiltà tad-data:
|
|
V. |
Ksur relatat ma’ ostakli għall-attivitajiet superviżorji:
|
ANNESS IV
Lista tal-koeffiċjenti marbutin ma’ fatturi aggravanti u mitiganti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 25j(3)
Il-koeffiċjenti li ġejjin għandhom ikunu applikabbli, b’mod kumulattiv, għall-ammonti bażiċi msemmijin fl-Artikolu 25j(2):
|
I. |
Koeffiċjenti ta’ aġġustament marbutin ma’ fatturi aggravanti:
|
|
II. |
Koeffiċjenti ta’ aġġustament marbutin ma’ fatturi mitiganti:
|