9.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/42 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2092
tat-28 ta’ Novembru 2019
li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Il-bidu
(1) |
Fis-6 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) tat bidu għal investigazzjoni antisussidji fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku. |
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ bidu”). |
(3) |
Il-Kummissjoni tat bidu għall-investigazzjoni wara lment ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2018 mill-Bord Ewropew tal-Bijodiżil (“l-ilmentatur” jew “l-EBB” (European Biodiesel Board)) f’isem produtturi li jirrappreżentaw 32 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. |
1.2. Miżuri proviżorji
(4) |
Fl-14 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni imponiet dazji kumpensatorji proviżorji fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bijodiżil li joriġina mill-Indoneżja permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1344 (3) (“ir-Regolament proviżorju”). |
(5) |
Kif iddikjarat fil-premessa (13) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni tas-sussidjar u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2017 sat-30 ta’ Settembru 2018 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”) u l-eżaminar tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.3. Proċedura sussegwenti
(6) |
Wara li ġew iddivulgati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kienu ġew imposti dazji kumpensatorji proviżorji (“divulgazzjoni proviżorja”), l-EBB, il-Gvern tal-Indoneżja (Government of Indonesia, “GOI”) u l-erba’ produtturi esportaturi Indoneżjani kollha kemm huma ppreżentaw sottomissjonijiet bil-miktub sabiex jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet proviżorji. |
(7) |
Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw l-opportunità li jagħmlu dan. Saru seduti ta’ smigħ mal-EBB, mal-GOI, u mal-erba’ produtturi esportaturi Indoneżjani kollha. |
(8) |
Il-Kummissjoni qieset il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati u indirizzathom kif spjegat f’dan ir-Regolament. |
(9) |
Il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha timponi dazju kumpensatorji definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bijodiżil li joriġina fl-Indoneżja (“id-divulgazzjoni finali”). |
(10) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-EBB, il-GOI u tlieta mill-erba’ produtturi esportaturi Indoneżjani għamlu sottomissjonijiet bil-miktub biex jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet definittivi. Il-Kummissjoni nnutat li s-sottomissjonijiet tal-GOI u taż-żewġ produtturi esportaturi kienu għal kollox l-istess, u f’dan ir-Regolament dawn il-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali se jinġabru fil-qosor bħala l-kummenti tal-GOI. |
(11) |
Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw l-opportunità li jagħmlu dan. Wara d-divulgazzjoni finali, saru seduti ta’ smigħ mal-EBB, mal-GOI, u ma’ tnejn mill-erba’ produtturi esportaturi Indoneżjani. |
(12) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, il-GOI u tnejn mill-produtturi esportaturi sostnew li d-drittijiet tad-difiża tagħhom ma kinux ġew rispettati, b’mod partikolari fir-rigward tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u d-divulgazzjoni lill-partijiet interessati tan-numri tal-kontroll tal-prodott (product control numbers, “PCNs”) tal-industrija tal-Unjoni użati fil-kalkoli, il-materja prima użata fit-taħlitiet tal-industrija tal-Unjoni, u l-punt fejn jingħalaq il-filtru (cold filter plugging points, “CFPPs”) (4) tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
(13) |
Il-GOI u tnejn mill-erba’ produtturi esportaturi Indoneżjani talbu li ssir seduta ta’ smigħ fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta u din is-seduta ta’ smigħ saret fl-14 ta’ Ottubru 2019. |
(14) |
Dawn il-punti kollha diġà kienu ġew trattati fid-divulgazzjoni finali u ġew spjegati lill-GOI matul is-seduti ta’ smigħ li saru wara li ntbagħatet id-divulgazzjoni finali. |
(15) |
Il-Kummissjoni qieset il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati wara d-divulgazzjoni finali u indirizzathom kif spjegat f’dan ir-Regolament. |
1.4. Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
(16) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat, il-premessa (13) tar-Regolament proviżorju kienet ikkonfermata. |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Pretensjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott
(17) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, il-Grupp Wilmar (“Wilmar”), produttur esportatur fl-Indoneżja, ressaq pretensjoni li l-esportazzjonijiet tiegħu tal-esteri metiliċi frazzjonati ma kellhomx jitqiesu bħala esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Wilmar innota li din il-pretensjoni kienet tressqet qabel l-iskadenza, billi kienet tinstab fl-Anness I tal-formola tal-kampjunar tiegħu. |
(18) |
Madankollu, il-pretensjoni ma tressqitx b’mod separat, u għalhekk ma ġietx innutata minn partijiet interessati oħra sakemm waslu l-kummenti għar-Regolament proviżorju. |
(19) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-istess pretensjoni tressqet matul l-investigazzjoni anti-dumping preċedenti fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Indoneżja mill-istess produttur esportatur fuq il-bażi tal-istess informazzjoni, u ġiet irrifjutata kemm fir-Regolament proviżorju (5) kif ukoll fir-Regolament definittiv (6) (“l-investigazzjoni oriġinali”). |
(20) |
F’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni għal darb’oħra rrifjutat it-talba għall-esklużjoni tal-prodott għall-istess tliet raġunijiet kif stabbilit fir-Regolament preċedenti dwar l-antidumping, kif ġej. |
(21) |
L-ewwel, l-esteri metiliċi frazzjonati huma esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin u jistgħu jintużaw għall-bijodiżil. F’dan is-sens, il-bijodiżil iddikjarat għall-użu mhux għall-fjuwil jista’ jintuża għall-fjuwil peress li għandu l-istess proprjetajiet fiżiċi u tekniċi. |
(22) |
It-tieni, huwa diffiċli li wieħed jiddistingwi ester metiliku tal-aċidi xaħmin minn ieħor mingħajr analiżi kimika fil-port ta’ importazzjoni. |
(23) |
It-tielet nett, għalkemm l-esteri metiliċi frazzjonati ma jissodisfawx in-norma Ewropea (EN 14214), dawn jistgħu jiġu mħallta ma’ bijodiżils oħra sabiex tinħoloq taħlita li tissodisfa n-norma. |
(24) |
Wilmar talab ukoll li l-Kummissjoni tikkonferma li, bħala prinċipju, l-esteri metiliċi frazzjonati jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-proċedura doganali tal-użu aħħari, fejn id-dazji jiġu eżentati, sakemm il-kumpanija tkun tista’ tipprova għas-sodisfazzjon tal-awtorità doganali nazzjonali li l-użu aħħari tal-ester metiliku frazzjonat ma jkunx fjuwil. |
(25) |
Il-Kummissjoni nnutat li s-sospensjoni tad-dazji soġġetti għal superviżjoni doganali tal-użu finali ngħatat fuq xi importazzjonijiet ta’ esteri metiliċi frazzjonati kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2069 (7). Madankollu, din l-eżenzjoni tikkonċerna biss id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni u hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dazji kumpensatorji. Konsegwentement, il-Kummissjoni rrifjutat it-talba għal eżenzjoni ta’ użu finali f’dak li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni tad-dazji kumpensatorji. |
(26) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar mill-ġdid ressaq il-pretensjoni tiegħu għal eżenzjoni tal-użu finali fir-rigward ta’ dazji kumpensatorji għall-esportazzjonijiet tiegħu ta’ esteri metiliċi frazzjonati. Ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni ġdida, jew raġunijiet għaliex għandha tiġi estiża eżenzjoni tal-użu finali biex tipprovdi ħelsien minn dazji kumpensatorji, u għalhekk il-pretensjoni ġiet rifjutata. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni valida biex teskludi l-esteri metiliċi frazzjonati mill-ambitu tal-prodott. Is-sempliċi fatt li l-esteri metiliċi frazzjonat jistgħu jintużaw minn Wilmar għal użi oħra minbarra l-fjuwil ma jfissirx li dan it-tip ta’ prodott irid jiġi eskluż mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni. |
(27) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-ambitu tal-prodott, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (31) sa (37) tar-Regolament proviżorju. |
3. SUSSIDJAR
3.1. L-appoġġ tal-gvern għall-industrija tal-bijodiżil permezz tat-trasferiment dirett ta’ fondi permezz tal-Fond għall-Pjantaġġuni tal-Palm taż-Żejt.
3.1.1. Kontribuzzjoni finanzjarja
(28) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-GOI ddikjara li l-Kummissjoni naqset milli tagħti prova tal-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja favur il-produtturi esportaturi. |
(29) |
Il-GOI kif ukoll il-produtturi esportaturi kollha ddikjaraw li l-Fond għall-Pjantaġġuni tal-Palm taż-Żejt (Oil Palm Plantation Fund, “OPPF”) huwa ffinanzjat esklużivament mill-ġbir tal-levy tal-esportazzjoni fuq iż-żejt tal-palm mhux raffinat (crude palm oil, “CPO”) u fuq il-prodotti derivattivi u fil-parti l-kbira mill-produtturi tal-bijodiżil infushom. Barra minn hekk, il-GOI ddikjara li l-levy tal-esportazzjoni titħallas direttament mill-produtturi esportaturi lill-OPPF qabel l-esportazzjoni tal-merkanzija. Għalhekk, skont il-GOI, ma jiġux prelevati flus mill-baġit ġenerali tal-Istat u, għalhekk, ma hemm l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja. |
(30) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tenniet li, kif iddikjarat fir-Regolament proviżorju fil-premessi (56) sa (61), l-Aġenzija tal-Ġestjoni tal-Fond għall-Pjantaġġuni tal-Palm taż-Żejt (l-“Aġenzija tal-Ġestjoni”) taġixxi bħala korp pubbliku fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u skont il-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO. Għalhekk, il-fondi użati mill-Aġenzija tal-Ġestjoni jikkostitwixxu fondi pubbliċi. |
(31) |
Barra minn hekk, matul iż-żjara ta’ verifika mwettqa fil-bini tal-GOI, il-Kummissjoni fittxet li tikseb u tivverifika l-evidenza sabiex tappoġġa l-pretensjoni tal-GOI li l-fondi tal-OPPF mhumiex parti mill-baġit tal-Istat. Madankollu, il-GOI ma setax jipprovdi din l-evidenza. |
(32) |
Minflok, il-GOI pprovda evidenza li tindika li l-produtturi esportaturi fil-fatt ħallsu l-levy tal-esportazzjoni qabel ma esportaw il-merkanzija tagħhom. Madankollu, ma seta’ jipprovdi l-ebda indikazzjoni li dawn il-ħlasijiet isiru f’kont speċifiku tal-OPPF li jkun distint mill-baġit ġenerali tal-Istat u li, b’hekk, jiġi prevenut li l-ħlasijiet miġbura mil-levy tal-esportazzjoni fuq is-CPO u l-prodotti derivattivi tiegħu jmorru fil-baġit ġenerali tal-Istat u jintużaw għal kwalunkwe skop ieħor meqjus xieraq mill-GOI. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-OPPF għandu kontijiet separati għall-ġbir tal-levies ta’ esportazzjoni derivati mill-bijodiżil u prodotti oħra (inkluż is-CPO). Dan jimplika li l-fondi disponibbli għall-Aġenzija tal-Ġestjoni mhumiex dipendenti fuq li l-produtturi esportaturi tal-bijodiżil l-ewwel iħallsu l-levy, peress li l-GOI seta’ diġà ġabar dħul pubbliku permezz tal-impożizzjoni ta’ levies ta’ esportazzjoni fuq prodotti oħra. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ evidenza oħra li turi l-kuntrarju, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet li saru fil-premessa (64) tar-Regolament proviżorju. |
(33) |
Il-Kummissjoni osservat ukoll li l-kwalifikazzjoni tal-OPPF bħala korp pubbliku ma ġietx ikkontestata la mill-GOI u lanqas minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi. Għalhekk, u meta jitqies in-nuqqas tal-GOI li jipprovdi evidenza konvinċenti li turi l-kuntrarju, il-fondi disponibbli għall-OPPF għandhom jitqiesu bħala fondi pubbliċi u, għalhekk, meħuda mir-riżorsi tal-gvern (bħal-levy tal-esporazzjoni obbligatorja). |
(34) |
Barra minn hekk, il-GOI u l-produtturi esportaturi kollha ddikjaraw li l-Kummissjoni żbaljat fl-analiżi tal-pagamenti tal-OPPF b’mod iżolat, u mhux bħala parti mill-pagament li sar mill-GOI meta xtara l-bijodiżil. Il-GOI u l-produtturi esportaturi kollha ddikjaraw ukoll li l-Kummissjoni kkaratterizzat l-iskema ħażin bħala għotja, meta, jekk xejn, din jenħtieġ li tkun ikkwalifikata bħala xiri ta’ oġġetti mill-gvern għal rimunerazzjoni aktar minn adegwata. |
(35) |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn taħt, il-Kummissjoni rrifjutat l-pretensjoni li l-Kummissjoni eżaminat il-pagamenti magħmula mill-OPPF b’mod iżolat u li l-programm jenħtieġ li jitqies bħala xiri ta’ oġġetti (bijodiżil) mill-GOI. |
(36) |
Il-Kummissjoni osservat li l-GOI ma jixtrix il-bijodiżil, li, minflok, jinxtara mill-blenders magħżula (Pertamina u AKR). Il-GOI, permezz tal-OPPF, ma għandu l-ebda relazzjoni kuntrattwali ta’ xiri mal-produtturi tal-bijodiżil u ma jirċievi xejn bħala skambju għall-flus li jħallas lill-produtturi tal-bijodiżil. Minbarra dan, l-ebda parti interessata ma ddikjarat matul l-investigazzjoni li l-GOI għandu xi relazzjoni kuntrattwali mal-produtturi tal-bijodiżil. |
(37) |
Il-leġiżlazzjoni applikabbli tagħti mandat lill-fornituri tal-bijodiżil li huma lesti li jipparteċipaw f’dan il-programm biex jipprovdu l-ester metiliku tal-palm (“PME”) lill-Entitajiet tal-Petrofjuwil (ara l-premessi 45 u 46 tar-Regolament proviżorju) Pertamina jew AKR li mbagħad iħalltuh ma’ diżil minerali biex jiksbu d-diżil B20. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tagħti lill-produtturi tal-bijodiżil li jipparteċipaw f’dan il-programm id-dritt li jirċievu (a) il-pagament għall-bijodiżil mill-blenders; u (b) il-flus addizzjonali mill-OPPF. Ma hemm l-ebda obbligi kuntrattwali tal-produtturi tal-bijodiżil lejn il-GOI jew lejn l-OPPF, għajr id-dmir li jikkonformaw mal-mandat riċevut skont ir-regoli rilevanti u li għalih jirċievu kumpens. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe obbligu kuntrattwali reċiproku, il-flus żburżati mill-OPPF mhumiex għalhekk parti minn kuntratt bi ħlas (bħax-xiri ta’ bijodiżil mill-gvern bi skambju ta’ prezz). Fi kliem sempliċi, il-GOI jagħti mandat lil kull wieħed mill-produtturi tal-bijodiżil li jkunu qed jipparteċipaw fil-programm biex ibigħ kwantitajiet speċifiċi ta’ bijodiżil lil Pertamina jew l-AKR bi prezz partikolari (prezz ta’ referenza tad-diżil minerali) u l-GOI jipprovdi fondi addizzjonali direttament lill-produtturi tal-bijodiżil. Filwaqt li l-għan u l-kuntest tal-programm huwa li jiġi inċentivat l-użu tal-bijodiżil fis-suq domestiku, il-GOI ma jixtrix il-bijodiżil direttament u mbagħad jużah għal skopijiet governattivi jew jerġa’ jbigħu fis-suq. Minflok, il-GOI jappoġġa l-bejgħ tal-bijodiżil billi jipprovdi fondi addizzjonali lill-produtturi tal-bijodiżil ukoll fi tranżazzjonijiet fejn huma involuti operaturi privati (bħall-AKR). La l-GOI u lanqas il-produtturi esportaturi ma pprovdew evidenza li turi li Pertamina u AKR huma korpi pubbliċi f’dan ir-rigward. Huma operaturi li jipparteċipaw b’mod volontarju f’dan il-programm. |
(38) |
Il-Kummissjoni għalhekk eżaminat il-programm f’dan il-kuntest u sabet li l-iżborż tal-OPPF favur il-produtturi tal-bijodiżil ma jistax jikkwalifika bħala pagamenti dovuti f’kuntratt ta’ xiri bejn il-GOI u l-produtturi tal-bijodiżil iżda jikkostitwixxi trasferiment dirett ta’ fondi, kif konkluż fil-premessa (69) tar-Regolament proviżorju. |
(39) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI, Wilmar, PT Pelita Agung Agrindustri u PT Permata Hijau Palm Oleo (flimkien, “Permata Group”) u PT Ciliandra Perkasa ddikjaraw li l-ħlasijiet mill-OPPF ma jistgħux jitqiesu bħala kontribuzzjoni finanzjarja. Skont il-GOI dan huwa minħabba li l-OPPF huwa ffinanzjat mill-ġbir tal-levy tal-esportazzjoni fuq iż-żejt tal-palm u l-prodotti derivattivi, u għalhekk għandu jitqies li hu ffinanzjat privatament. |
(40) |
Il-Kummissjoni osservat li din il-pretensjoni kienet diġà saret mill-GOI wara l-miżuri provviżorji u kienet indirizzata mill-Kummissjoni (premessi (30) sa (33) hawn fuq). L-ebda prova ġdida ma ġiet ipprovduta mill-partijiet b’sostenn għall-argumenti ripetuti tagħhom. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet milħuqa f’dawk il-premessi u għalhekk irrifjutat din il-pretensjoni. |
(41) |
Il-GOI, PT Ciliandra Perkasa u Permata Group iddikjaraw ukoll li l-Kummissjoni żbaljat meta kkonfermat is-sejbiet li l-fondi OPPF huma fondi pubbliċi u mhux ġejjin mill-privat għar-raġunijiet stipulati fil-premessa (32). Skont il-GOI dan huwa minħabba li d-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament tal-Ministeru tal-Finanzi 133/2015 u tar-Regolament Presidenzjali 66 tal-2018 jgħidu (1) li l-OPPF għandu jkun iffinanzjat esklużivament mill-ġbir tal-levy tal-esportazzjoni u (2) li dawk il-fondi għandhom jintużaw biss għal żborżi speċifiċi, inklużi l-ħlasijiet tal-għotjiet lill-produtturi tal-bijodiżil. |
(42) |
Kif spjegat fil-premessa (31) hawn fuq, matul iż-żjara ta’ verifika, il-Kummissjoni talbet lill-GOI biex jipprovdi evidenza ta’ kif il-pagamenti tal-levy tal-esportazzjoni huma kontabilizzati fil-baġit. Il-GOI naqas milli jipprovdi kwalunkwe evidenza biex isostni l-pretensjoni tiegħu li l-fondi tal-OPPF mhumiex parti mill-baġit tal-Istat. |
(43) |
Fi kwalunkwe każ, dan ta’ hawn fuq huwa irrilevanti għall-konklużjoni li l-fondi tal-OPPF jikkostitwixxu fondi pubbliċi kif spjegat fil-premessa (63) tar-Regolament proviżorju. Il-fondi jinġabru skont levy tal-esportazzjoni obbligatorja. Għalhekk, għall-kuntrarju ta’ sitwazzjoni fejn operaturi privati jiddeċiedu b’mod liberu li jiġbru fondi privati għal użu partikolari, f’dan il-każ, il-GOI jimponi obbligu fuq xi produtturi (inklużi, iżda mhux biss, il-produtturi tal-bijodiżil) li jħallsu l-levy tal-esportazzjoni. |
(44) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI, PT Ciliandra Perkasa, Permata Group u Wilmar iddikjaraw ukoll li l-Kummissjoni żbaljat meta kklassifikat il-ħlasijiet tal-OPPF bħala għotja, filwaqt li dawn għandhom jiġu kkwalifikati bħala xiri ta’ bijodiżil. Skont dawk li bagħtu risposti, il-Kummissjoni żbaljat ukoll meta sostniet li ma hemm l-ebda relazzjoni kuntrattwali bejn il-produtturi tal-bijodiżil u l-OPPF. Biex isostni l-pretensjoni tiegħu, Wilmar ippreżenta kopji tal-ftehimiet tiegħu mal-OPPF ukoll. Skont il-GOI, il-ħlasijiet tal-OPPF jenħtieġ li jitqiesu bħala korrispettiv għax-xiri ta’ oġġetti (jiġifieri l-bijodiżil) minħabba li Pertamina hija kumpanija tal-Istat, u għalhekk jenħtieġ li tiġi ttrattata bħala entità ekonomika unika mal-GOI li huwa x-xerrej aħħari tal-bijodiżil. |
(45) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kuntratti kellhom jiġu sottomessi qabel għal verifika xierqa. Anki jekk jiġi rikonoxxut li hemm kuntratti fis-seħħ bejn l-OPPF u l-produtturi tal-bijodiżil, il-Kummissjoni nnutat li skont l-informazzjoni pprovduta mill-GOI, dawn il-kuntratti ma joħolqux obbligu kuntrattwali tal-produtturi tal-bijodiżil lejn l-OPPF. Minflok, kif spjegat mill-GOI, dawn il-kuntratti sempliċiment itennu l-obbligu ġuridiku tal-OPPF li jħallas id-differenza bejn il-prezz imħallas mill-blenders u l-prezz ta’ referenza tal-bijodiżil ladarba l-produttur rilevanti tal-bijodiżil jipprovdi l-bijodiżil lil Pertamina. Huwa importanti li mkien f’dawk il-kuntratti ma huwa ddikjarat li l-GOI jixtri l-bijodiżil u li l-ħlasijiet isiru għal dik ir-raġuni. Għall-kuntrarju, il-kuntratt fis-seħħ bejn l-OPPF u l-produtturi tal-bijodiżil ma jirreferi għall-ebda xiri ta’ bijodiżil mill-GOI, iżda pjuttost fih it-termini li skonthom il-GOI jiżborża l-hekk imsejħa “fondi ta’ finanzjament tal-bijodiżil” lill-produtturi tal-bijodiżil. Aktar preċiżament, il-kuntratti jistipulaw li l-OPPF jipprovdi finanzjament lill-produtturi tal-bijodiżil, wara li dawn tal-aħħar ikunu fornew il-bijodiżil lil wieħed mill-blenders u tkun ġiet ivverifikata dik il-kunsinna. |
(46) |
Il-Kummissjoni osservat li l-eżistenza ta’ kuntratti fis-seħħ bejn l-OPPF u l-produtturi tal-bijodiżil ma tibdilx il-konklużjoni milħuqa mill-Kummissjoni li l-ħlasijiet tal-OPPF jikkostitwixxu għotja. Dan għaliex l-uniċi kuntratti b’obbligi reċiproċi (jiġifieri l-kunsinna ta’ oġġetti u l-ħlas tal-prezz) huma dawk fis-seħħ bejn Pertamina u l-fornituri tal-bijodiżil. Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat din il-pretensjoni. |
(47) |
Għar-raġunijiet ippreżentati hawn taħt, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li l-pretensjoni li Pertamina u l-GOI jenħtieġ li jitqiesu bħala entità ekonomika waħda ma tistax tiġi aċċettata. |
(48) |
Kif imsemmi fil-premessa (53) sa (54), minbarra li hija kumpanija tal-Istat, ma hemm l-ebda evidenza oħra li Pertamina hija korp pubbliku u għalhekk hija parti mill-gvern. Barra minn hekk, fil-pretensjoni tiegħu, il-GOI naqas milli jsemmi li Pertamina mhijiex l-uniku blender suġġett għall-mandat ta’ taħlit, iżda matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, AKR kienet ukoll soġġetta għall-istess mandat. Fl-istess ħin, AKR hija kumpanija privata, kif spjegat fil-premessa (37) hawn fuq. Kemm AKR kif ukoll Pertamina joperaw il-mandat ta’ taħlit skont l-istess strumenti ġuridiċi u bħala parti mill-istess sistema. Għaldaqstant, skont il-mandat tat-taħlit, il-GOI ma jixtrix il-bijodiżil, sakemm il-GOI ma jqisx ukoll li AKR trid titqies bħala parti mill-istess entità ekonomika. |
(49) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sostniet il-konklużjoni tagħha li Pertamina, minkejja li hija kumpanija proprjetà tal-Istat, taġixxi bħala operatur tas-suq li jixtri l-bijodiżil mingħand il-produtturi tal-bijodiżil, sabiex iħalltu ma’ diżil minerali li sussegwentement jinbiegħ minn Pertamina. |
(50) |
Il-Kummissjoni għalhekk żammet ukoll il-konklużjoni tagħha li l-ħlasijiet mill-Aġenzija tal-Ġestjoni tal-OPPF jikkostitwixxu għotja. Kif spjegat mill-GOI, la fil-leġiżlazzjoni applikabbli u lanqas fil-kuntratti bejn l-OPPF u l-blenders ma hemm obbligi reċiproċi. Pjuttost, fl-istruttura sħiħa tal-mandat tat-taħlit, l-uniċi obbligi reċiproċi huma bejn il-produtturi tal-bijodiżil (li għandhom l-obbligu li jissupplixxu l-bijodiżil) u l-blenders (li għandhom l-obbligu li jħallsu prezz). Fil-fehma tal-Kummissjoni, għalhekk, l-Aġenzija tal-Ġestjoni tal-OPPF tiżborża l-flus mingħajr ma tistenna xejn lura. Għalhekk, l-iżborżi mill-OPPF jikkwalifikaw bħala għotjiet. |
(51) |
Wilmar, Permata Group u PT Ciliandra Perkasa, barra minn hekk sostnew li Pertamina, li hija kompletament tal-Istat, jenħtieġ li titqies bħala korp pubbliku. L-ebda wieħed minn dawk li wieġbu ma pprovda evidenza biex isostni din il-pretensjoni. |
(52) |
Il-Kummissjoni osservat li jekk Pertamina kellha titqies bħala korp pubbliku għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni (b’xiri ta’ bijodiżil b’mod konġunt mal-Aġenzija ta’ Ġestjoni tal-OPPF), il-GOI kellu jippreżenta din il-pretensjoni kmieni fil-proċess ta’ investigazzjoni u, missu ta struzzjonijiet lil Pertamina biex tikkoopera u tkun parti mill-investigazzjoni. |
(53) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sjieda tal-Istat minnha nnifisha ma tfissirx l-istess ħaġa bħall-kunċett ta’ “korp pubbliku”. Kif diġà ġie spjegat fil-premessa (55) tar-Regolament proviżorju, il-Korp tal-Appelli tad-WTO fir-Rapport dwar id-Dazji Anti-Dumping u Kumpensatorju tal-Istati Uniti (iċ-Ċina) sab li t-terminu “korp pubbliku” jfisser entità li “tippossjedi, teżerċita jew hija vestita b’awtorità governattiva” (8). Sempliċi indizji formali ta’ kontroll (bħas-sjieda statali) mhumiex biżżejjed għal sejba ta’ korp pubbliku (9). |
(54) |
L-ebda waħda mill-partijiet ma ssostanzjat il-pretensjonijiet tagħha billi elaborat kif Pertamina hija vestita b’awtorità governattiva. Il-Kummissjoni tinnota li Pertamina, bħal AKR, trid tikkonforma mal-obbligi li jirriżultaw mill-mandat tat-taħlit. Madankollu, il-konformità ma’ rekwiżit ġuridiku ma tfissirx li entità ġiet vestita b’awtorità pubblika. Barra minn hekk, Pertamina (bħal AKR) sempliċiment tixtri l-bijodiżil, u ma għandha l-ebda rwol fl-iżborż tal-għotja lill-produtturi tal-bijodiżil. |
(55) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni osservat li AKR, kumpanija privata, hija wkoll parti mill-istess mandat u għandha l-istess obbligi bħal Pertamina. Kieku wieħed kellu jsegwi l-pretensjonijiet ta’ dawk li wieġbu, il-Kummissjoni ma kien ikollha l-ebda għażla ħlief li ssib li AKR ukoll hija korp pubbliku, mogħni b’awtorità governattiva. Madankollu, f’kontradizzjoni mar-raġunament tagħhom stess, l-ebda wieħed minn dawk li wieġbu ma ressaq din il-pretensjoni. Fil-fatt il-partijiet ma qalu xejn dwar kif il-pretensjoni tagħhom ta’ xiri konġunt tal-bijodiżil minn Pertamina u OPPF tirrikonċilja mas-sistema li kienet applikabbli għal AKR, li hija ta’ sjieda privata. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat il-pretensjoni. |
(56) |
Barra minn hekk, Wilmar sostna li, anki jekk Pertamina ma ġietx ikkunsidrata bħala korp pubbliku, il-blenders huma fdati u ordnati mill-GOI biex jixtru l-bijodiżil f’isem il-gvern u/jew il-fornituri tal-bijodiżil huma inkarigati jew diretti biex ibigħu l-bijodiżil lill-blenders. Wilmar ma pprovda l-ebda evidenza biex isostni din il-pretensjoni. Tabilħaqq, l-evidenza disponibbli pjuttost turi li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien hemm programm fis-seħħ fejn il-blenders u l-produtturi tal-bijodiżil jipparteċipaw volontarjament fil-kuntest fejn il-GOI jimponi ċerti rekwiżiti ta’ taħlit u fejn il-GOI jintervjeni finanzjarjament biex itaffi l-piż li jirriżulta mill-mandat tat-taħlit. |
(57) |
Il-Kummissjoni nnotat li s-sempliċi eżistenza ta’ obbligu li jsir it-taħlit toħloq obbligu ġuridiku ta’ xiri tal-bijodiżil, iżda ma tfissirx li l-GOI jixtri l-bijodiżil fis-suq. Il-GOI sempliċement jagħti mandat dwar il-perċentwal ta’ PME li jrid jitħallat mad-diżil minerali. Il-GOI ma jixtrix il-PME u lanqas ma għandu l-intenzjoni li jixtrih. |
(58) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat din il-pretensjoni wkoll. |
3.1.2. Benefiċċju
(59) |
Il-produtturi esportaturi kollha allegaw li anke jekk il-Kummissjoni kienet korretta li tikkwalifika l-pagamenti rċevuti mill-OPPF bħala għotja, hija żbaljat meta qieset li hemm benefiċċju. |
(60) |
Fil-qosor, il-produtturi esportaturi ddikjaraw li minħabba li l-OPPF huwa ffinanzjat esklużivament mil-levy tal-esportazzjoni mħallsa fost l-oħrajn mill-produtturi tal-bijodiżil, dawn tal-aħħar ma jirċevux benefiċċju għaliex iħallsu aktar fil-fond milli jirċievu minnu. Skont il-produtturi esportaturi, l-OPPF huwa ffinanzjat privatament u għalhekk il-Kummissjoni kellha tnaqqas l-ammonti mħallsa fl-OPPF fil-livell tal-grupp. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi ddikjaraw li l-Kummissjoni missha naqqset l-ammont tal-levy imħallsa fuq l-esportazzjoni ta’ kull prodott soġġett għaliha, u mhux biss l-ammont tal-levy imħallsa għall-esportazzjoni tal-bijodiżil. |
(61) |
Għar-raġunijiet ippreżentati aktar ’l isfel, il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-pretensjoni. |
(62) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni osservat li l-kumpaniji kollha involuti fil-katina tal-valur tas-CPO, inklużi l-produtturi tal-bijodiżil, huma mġiegħla jħallsu l-levy bis-saħħa ta’ regolament. L-istess bħal fil-każ tat-tassazzjoni ġenerali, l-impriżi attivi fil-katina ta’ valur tas-CPO ma għandhom l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jikkontribwixxux jew le fl-OPPF, u għalhekk ma jkunx xieraq li jiġi argumentat li dan tal-aħħar huwa ffinanzjat privatament. Minflok, l-OPPF huwa ffinanzjat permezz tal-attività normali ta’ ġbir ta’ dħul fiskali u pubbliku tal-GOI. Fil-fatt, il-GOI naqas milli jipprovdi evidenza li turi li d-dħul miġbur mil-levy tal-esportazzjoni huwa mniżżel direttament f’kont speċifiku tal-OPPF u mhux mal-baġit ġenerali tal-Istat. Għalhekk, it-tnaqqis tal-levies tal-esportazzjoni mħallsa mill-produtturi tal-bijodiżil sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ benefiċċju jkun mhux xieraq daqs li kieku jitnaqqsu t-taxxi kollha mħallsa mill-benefiċjarji. |
(63) |
It-tieni, il-Kummissjoni osservat li, fi kwalunkwe każ, il-pretensjoni li l-produtturi tal-bijodiżil ħallsu iżjed lill-OPPF minn dak li rċevew hija fattwalment żbaljata. Dik il-pretensjoni hija fil-fatt ibbażata fuq il-levy tal-esportazzjoni totali mħallsa fil-livell tal-grupp u għall-prodotti kollha soġġetti għal-levy tal-esportazzjoni. Madankollu, meta titqies biss il-levy mħallsa mill-produtturi esportaturi (individwalment, mhux il-grupp tagħhom) fuq il-bijodiżil, l-ammonti mħallsa fl-OPPF huma inqas minn dak li ġie riċevut fil-pagamenti ta’ għotjiet mill-OPPF. |
(64) |
Il-GOI u l-produtturi esportaturi Wilmar, Permata Group u PT Ciliandra Perkasa sostnew ulterjorment li l-Kummissjoni għamlet żball meta sabet li dan il-programm jagħti benefiċċju lill-produtturi tal-bijodiżil. Dan għaliex, mingħajr il-ħlasijiet tal-OPPF, il-blenders ikunu mġiegħla jixtru l-bijodiżil bil-prezz ta’ referenza tal-bijodiżil. Għalhekk, il-produtturi tal-bijodiżil jirċievu l-istess ammont ta’ flus li jirċievu llum u, għaldaqstant, mhumiex “f’qagħda aħjar” milli kieku kienu jkunu. |
(65) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-pretensjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet li x-xenarju kontrofattwali korrett mhuwiex li, fin-nuqqas tal-OPPF, il-blenders iħallsu l-prezz ta’ referenza tal-bijodiżil. Wieħed mill-objettivi ta’ politika tal-OPPF u l-iskop proprju tal-mandati ta’ taħlit huwa li jitrawwem l-użu tal-bijodiżil fl-Indoneżja (minflok l-użu ta’ diżil minerali). Peress li l-prezz tad-diżil minerali huwa normalment aktar baxx mill-prezz tal-bijodiżil, il-GOI jintervjeni biex jiffaċilita l-bejgħ tal-bijodiżil mill-produtturi tal-bijodiżil. Fl-istess ħin, dawn il-pagamenti jikkontribwixxu għat-twettiq tar-rekwiżiti obbligatorji ta’ taħlit. Is-sempliċi eżistenza tal-programm OPPF turi li l-kundizzjonijiet normali tas-suq ma jappoġġawx il-prezz ta’ referenza tal-bijodiżil li jintuża biex jiġi miżjud il-ħlas fit-tranżazzjonijiet bejn Pertamina/AKR u l-produtturi tal-bijodiżil. Għalhekk, mingħajr il-mandat tat-taħlit, il-blenders ma jkollhomx inċentiv biex jixtru l-bijodiżil. Jekk ma jkunx hemm l-OPPF u l-ħlasijiet tiegħu, ma jkun hemm l-ebda bejgħ domestiku ta’ bijodiżil. Il-produtturi tal-bijodiżil ikollhom jikkompetu ma’ produtturi tad-diżil minerali. Li ma kienx għall-OPPF u l-programm stabbilit mill-GOI, il-produtturi tal-bijodiżil ma jirċevux il-fondi addizzjonali sal-livell tal-prezz ta’ referenza tal-bijodiżil stabbilit mill-GOI. |
(66) |
Fil-fehma tal-Kummissjoni, taħt il-kontrofattwali korrett, il-produtturi tal-bijodiżil ikunu f’qagħda agħar milli matul u wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. Għall-produtturi tal-bijodiżil, fil-fatt, il-mandat tat-taħlit effettivament ifisser li jkollhom sors prevedibbli u affidabbli ta’ dħul permezz ta’ bejgħ garantit. Barra minn hekk, id-dħul totali mill-bejgħ domestiku, jiġifieri l-ammont imħallas mill-blenders flimkien mal-għotja mħallsa mill-OPPF, jiġi ddeterminat ex ante mill-GOI, li effettivament jipproteġi lill-fornituri tal-bijodiżil mill-varjazzjonijiet normali fil-prezzijiet li kieku kien jaffaċċja f’suq ħieles, jekk jiġi ssuponut li dan ikun jeżisti. |
(67) |
F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni kienet ukoll tal-fehma li l-kalkolu tal-prezz ta’ referenza għall-bijodiżil imħallas lill-fornituri indipendenti ma jirriflettix id-domanda u l-provvista f’kundizzjonijiet normali tas-suq mingħajr intervent tal-gvern. Pertamina, fil-fatt, irrispettivament minn jekk irċevietx benefiċċju jew le, ma kenitx lesta li tħallas il-bijodijżil bil-prezz ta’ referenza, iżda biss bi prezz aktar baxx. Din is-sejba ġiet ikkonfermata wkoll mill-GOI matul iż-żjara ta’ verifika meta spjega li kieku Pertamina kellha tixtri l-bijodiżil bil-prezz ta’ referenza tal-bijodiżil, kient tagħmel it-telf. Din id-dikjarazzjoni wriet li, f’kundizzjonijiet tas-suq mingħajr distorsjoni, il-prezz tas-suq għall-bijodiżil ikun ferm aktar baxx mill-prezz ta’ referenza tal-bijodiżil attwalment stabbilit mill-GOI. |
(68) |
Il-Kummissjoni ddeduċiet mid-dikjarazzjoni tal-GOI li l-ebda xerrej – l-istess bħal Pertamina – ma jkun f’pożizzjoni li jwettaq in-negozju b’mod profittabbli jekk il-prezz tal-bijodiżil ikun il-prezz ta’ referenza stabbilit mill-GOI. Għalhekk, jew ma jinbiegħ l-ebda bijodiżil fl-Indoneżja, u għalhekk ma jkun hemm l-ebda dħul għall-produtturi tal-bijodiżil, jew il-prezzijiet tal-bijodiżil ikunu inqas mil-livell stabbilit mill-GOI. Billi fl-Indoneżja il-GOI jistabbilixxi u jimplimenta obbligu ta’ taħlit (ara l-premessi (49) u (50) tar-Regolament proviżorju), huwa improbabbli ħafna li jseħħ l-ewwel xenarju. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li – fin-nuqqas tal-iskema analizzata – l-aktar kontrofattwali probabbli kien li l-prezzijiet tal-bijodiżil kienu se jkunu inqas. |
(69) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni osservat li l-prezzijiet ta’ referenza użati mill-GOI sabiex jiddetermina l-ammont ta’ għotja żborżata mill-OPPF mhumiex indikattivi ta’ prezz tas-suq peress li l-formula għall-kalkolu mhijiex ibbażata fuq realtà tas-suq mingħajr distorsjoni. Dan għaliex, minn naħa, is-suq kollu, upstream u downstream, huwa distort u għalhekk ma jistax ikun rappreżentattiv tal-kundizzjonijiet normali, kompetittivi tas-suq. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni qieset li l-ammont tal-ispejjeż ta’ konverżjoni kkalkulati mill-GOI bħala parti mill-formula użata biex jiġi kkalkulat il-prezz ta’ referenza għall-bijodiżil (il-prezz domestiku medju għas-CPO u tariffa ta’ konverżjoni ta’ USD 100 għal kull tunnellata miżjuda) huwa eċċessiv. Il-Kummissjoni vverifikat l-ispejjeż attwali ta’ trasformazzjoni ta’ xi wħud mill-produtturi esportaturi u osservat li l-kalkolu tal-GOI jagħmel dikjarazzjoni għolja wisq ta’ dawk l-ispejjeż. Dawn l-ispejjeż ta’ trasformazzjoni attwali kienu jammontaw, bħala medja, għal bejn USD 60 u USD 80 għal kull tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (10). |
(70) |
Għalhekk, anki li kieku l-Kummissjoni kellha taċċetta l-pretensjoni li l-pagamenti kkombinati tal-blenders u tal-OPPF jikkostitwixxu l-ħlas tal-prezz tal-bijodiżil, quod non, il-Kummissjoni xorta waħda jkollha tikkonkludi li l-“prezz” imħallas lill-fornituri tal-bijodiżil ikun eċċessiv. |
(71) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-eżistenza tal-programm tpoġġi lill-produtturi tal-bijodiżil f’qagħda aħjar milli kieku kienu jkunu u, għalhekk, tagħtihom benefiċċju. |
(72) |
Il-GOI u l-produtturi esportaturi kollha ddikjaraw ukoll li anki li kieku kien hemm benefiċċju, dan kien jingħadda kollu kemm hu lill-blenders (Pertamina u AKR). Dan minħabba li l-produtturi tal-bijodiżil allegatament jiksbu l-prezz tas-suq għall-bijodiżil filwaqt li l-blenders jibbenefikaw mix-xiri bi prezz aktar baxx (jiġifieri, il-prezz ta’ referenza għad-diżil minerali). |
(73) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-pretensjoni. Kif diġà ġie diskuss fil-premessi minn (195) sa (201) tar-Regolament proviżorju, u kif ġie wkoll indirizzat fil-premessa (67), il-Kummissjoni kienet tal-fehma li fl-Indoneżja ma hemm l-ebda prezz tas-suq reali għall-bijodiżil peress li l-GOI jirregola u jfixkel il-katina tal-valur kollha tas-CPO-bijodiżil. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni osservat li l-uniku prezz li kien jeżisti fis-suq huwa dak li tħallas mill-blenders (jiġifieri l-prezz ta’ referenza għad-diżil minerali). |
(74) |
Fir-rigward tal-pretensjoni li l-benefiċċju tal-programm igawduh il-blenders li fl-aħħar mill-aħħar iħallsu prezz orħos għall-bijodiżil li jixtru, il-Kummissjoni nnutat li l-kwistjoni dwar jekk Pertamina jew AKR jibbenefikawx (ukoll) minn dan il-programm mhijiex soġġetta għal din l-investigazzjoni, peress li dawn mhumiex produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat. |
(75) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GOI, PT Ciliandra Perkasa, Permata Group u Wilmar iddikjaraw li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta sabet li l-OPPF jagħti benefiċċju lill-produtturi tal-bijodiżil għaliex:
|
(76) |
Il-Kummissjoni qieset il-kontrofattwali ppreżentata fid-divulgazzjoni finali u ppreżentata fil-premessa (65) hawn fuq. Il-Kummissjoni, madankollu, qieset li l-pretensjoni stabbilita mill-GOI tkompli tikkonferma li l-OPPF jagħti benefiċċju lill-produtturi tal-bijodiżil. L-argument tal-GOI huwa bbażat fuq żewġ elementi ewlenin: (1) ma hemm l-ebda obbligu ġuridiku għall-produtturi tal-bijodiżil biex ibigħu l-bijodiżil domestikament; u, (2) il-produtturi tal-bijodiżil huma operaturi ekonomiċi razzjonali li qed jagħmlu ħilithom biex jimmassimizzaw il-profitt tagħhom. |
(77) |
Il-Kummissjoni ma kkontestatx iż-żewġ elementi mressqa mill-GOI. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-fatt li minkejja n-nuqqas ta’ obbligu ġuridiku li jagħmlu dan, operaturi ekonomiċi razzjonali bħall-produtturi tal-bijodiżil jiddeċiedu li jieħdu sehem fl-iskema OPPF huwa evidenza empirika u indisputabbli li din hija l-aħjar għażla tagħhom biex joperaw in-negozju tagħhom. |
(78) |
Jekk, kif sostna l-GOI u l-Kummissjoni ma kellha l-ebda raġuni biex tikkontesta, “il-produtturi tal-bijodiżil li huma proprjetà privata (li ħafna minnhom huma parti minn gruppi multinazzjonali) għandhom l-għan li jimmassimizzaw il-profittabbilt à” (11), dan ifisser li li jkunu parti mill-iskema OPPF huwa l-aktar mod profittabbli disponibbli għalihom kif iwettqu n-negozju. Għalhekk, taħt kull kontrofattwali l-produtturi tal-bijodiżil ikunu f’qagħda agħar. Li kieku dan ma kienx il-każ, operatur ekonomiku razzjonali, ħieles minn kwalunkwe restrizzjoni ġuridika, kien jagħżel għażla aktar profittabbli minflok jagħżel li jkun parti mill-iskema. |
(79) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-produtturi tal-bijodiżil huma f’qagħda aħjar f’din l-iskema irrispettivament mill-kontrofattwali alternattiva. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni tagħha li l-OPPF jagħti benefiċċju lill-produtturi tal-bijodiżil. |
(80) |
Fir-rigward tal-pretensjoni tal-GOI li l-ispejjeż ta’ konverżjoni użati fil-formula biex jiġi kkalkulat il-prezz ta’ referenza tal-bijodiżil mhumiex eċċessivi, il-Kummissjoni osservat li hija qieset li l-ħlasijiet tal-OPPF lill-produtturi tal-bijodiżil jikkostitwixxu għotja u mhumiex parti mill-kunsiderazzjoni għax-xiri tal-bijodiżil. Għalhekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, kien irrilevanti għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ benefiċċju jekk dawn l-ispejjeż tal-konverżjoni humiex eċċessivi jew le. |
(81) |
Fi kwalunkwe każ, anki kieku l-Kummissjoni kellha ssegwi l-linja ta’ raġunament tal-GOI li ma hemm l-ebda benefiċċju f’dan il-każ minħabba li l-ħlasijiet tal-OPPF huma l-korrispettiv għax-xiri tal-bijodiżil, il-Kummissjoni osservat li l-ammont tal-ispejjeż tal-konverżjoni ma jiġix mibdul b’mod regolari u ilu stabbilit bħala 100 USD/tunnellata mill-21 ta’ Marzu 2016. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-GOI sostna matul iż-żjara ta’ verifika li l-ispejjeż tal-konverżjoni huma riveduti kull sena. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li r-riżultat ta’ proċess ta’ rieżami bħal dan ma jirriflettix ir-realtà tas-suq peress li l-ammont tal-ispejjeż tal-konverżjoni huwa ogħla mill-ispejjeż reali mġarrba mill-produtturi tal-bijodiżil kif spjegat fil-paragrafu (69). |
(82) |
Il-GOI iddikjara wkoll li huwa kkunsidra l-firxa tal-ispejjeż tal-konverżjoni miġbura mill-Kummissjoni bħala mhux rappreżentattiva. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni l-ewwel osservat li l-GOI ma pprovda l-ebda evidenza fattwali biex isostni d-dikjarazzjoni tiegħu. It-tieni nett, il-Kummissjoni osservat li hija kienet ivverifikat dawk l-ispejjeż matul iż-żjarat ta’ verifika mwettqa f’xi wħud mill-binjiet tal-produtturi tal-bijodiżil. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, biex waslet għal dawk l-ispejjeż il-Kummissjoni naqqset il-valur tal-gliċerina ġġenerata fil-proċess ta’ raffinar mis-CPO għall-bijodiżil (12). |
(83) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, anki li kieku l-Kummissjoni kellha taċċetta l-pretensjoni tal-GOI li l-ħlasijiet tal-OPPF huma l-korrispettiv għax-xiri tal-bijodiżil, quod non, allura xorta jkun hemm benefiċċju favur il-produtturi tal-bijodiżil. Anki li kieku ma jkunx hemm mandat ta’ taħlit, il-produtturi tal-bijodiżil ma jiksbux il-kumpens sħiħ ipprovdut mill-OPPF. |
(84) |
Barra minn hekk, Wilmar sostna li l-prezz ta’ referenza stabbilit għall-bijodiżil domestiku Indoneżjan jirrifletti u jsegwi mill-qrib id-dinamika tas-suq mhux distorta. Il-Kummissjoni osservat li s-suq domestiku tal-bijodiżil fl-Indoneżja huwa kompletament irregolat mill-prezz tas-CPO sal-prezz u d-domanda tal-bijodiżil. Il-fornituri tal-bijodiżil iridu jbigħu kwantitajiet speċifiċi bi prezz speċifiku, ikkalkulat skont formula stabbilita minn qabel u bbażata fuq elementi li ma jimxux mar-realtà tas-suq. Il-Kummissjoni għalhekk sostniet il-konklużjoni tagħha li l-prezz ta’ referenza stabbilit mill-GOI ma jirriflettix dak li l-prezz ikun f’kundizzjonijiet tas-suq mingħajr distorsjoni. B’mod partikolari, dan huwa minħabba li l-Kummissjoni qieset li l-uniku indikatur affidabbli għal prezz tas-suq domestiku mingħajr distorsjoni huwa dak li jħallsu l-blenders. Il-pretensjoni kienet għalhekk irrifjutata. |
(85) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GOI u Wilmar sostnew li l-Kummissjoni wettqet żball meta kkunsidrat irrilevanti li l-OPPF jagħti benefiċċju lill-blenders ukoll. Skont il-GOI, dan huwa għaliex il-fatt stess li l-OPPF huwa mfassal biex ikun ta’ benefiċċju għall-blenders (ukoll) ifisser li ma jistax jiġi kkwalifikat bħala għotja. |
(86) |
Kif spjegat fil-premessi minn (64) sa (74), il-Kummissjoni qieset li jekk il-blenders kisbux jew le benefiċċju mill-programm inkwistjoni mhuwiex rilevanti għall-finijiet tal-investigazzjoni attwali. Mhuwiex ikkontestat li l-OPPF jipprovdi għotja favur il-produtturi tal-bijodiżil, għotja li fin-nuqqas tal-programm ma kinitx isseħħ. Il-pretensjoni kienet għalhekk irrifjutata. |
3.1.3. Il-metodoloġija użata fil-kalkolu tal-ammont totali tal-benefiċċju
(87) |
Il-produtturi esportaturi kollha ddikjaraw li l-Kummissjoni żbaljat fil-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju li rċevew il-produtturi esportaturi peress li hija inkludiet l-ammont ta’ flus imħallsa mill-OPPF bħala rimborż tal-kostijiet tat-trasport. Skont il-produtturi esportaturi, dawn il-flus huma biss rimborż tal-kostijiet li diġà ġarrbu u, għalhekk, mhumiex benefiċċju. Barra minn hekk, produttur esportatur iddikjara li dawn il-kostijiet għandhom jiġu kkwalifikati bħala kost imġarrab sabiex ikun eliġibbli għall-iskema tas-sussidju u, għalhekk, għandhom jiġu esklużi skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. |
(88) |
Għar-raġunijiet stabbiliti hawn taħt, il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-pretensjoni minħabba li ma tqisx il-kostijiet tat-trasport imġarrba mill-produtturi tal-bijodiżil bħala “kwalunkwe tariffa tal-applikazzjoni jew kost ieħor neċessarjament imġarrba sabiex jikkwalifikaw għal, jew sabiex jiksbu, is-sussidj u”. |
(89) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni osservat li l-Linji Gwida għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju fl-investigazzjonijiet tad-dazji kumpensatorji (“il-Linji Gwida”) jiċċaraw li “l-uniċi tariffi jew kostijiet li normalment jistgħu jitnaqqsu huma dawk imħallsa direttament lill-gvern fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Irid jintwera li dan il-ħlas huwa obbligatorju sabiex jiġi riċevut is-sussidju. Għalhekk, il-pagamenti lil partijiet privati, pereżempju avukati, kontabilisti, imġarrba biex issir applikazzjoni għas-sussidji, mhumiex deduċibbl i” (13). |
(90) |
Bil-kontra ta’ dak li huwa stipulat fil-Linji Gwida, il-kostijiet tat-trasport inkwistjoni ma jitħallsux direttament lill-GOI iżda lil kumpaniji privati. Il-produttur esportatur lanqas ma spjega kif dawn l-ispejjeż tat-trasport huma “obbligatorji” biex jiġi riċevut is-sussidju. |
(91) |
It-tieni nett, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-kostijiet tat-trasport huma pjuttost kostijiet normalment imġarrba mill-produtturi tal-bijodiżil fit-tranżazzjonijiet kummerċjali tagħhom mal-blenders. Il-kostijiet tat-trasport normalment ikunu parti mill-prezz/kuntratt tax-xiri u, għalhekk, il-Kummissjoni ma tara l-ebda ġustifikazzjoni oġġettiva għar-rimborż tagħhom. Konsegwentement, l-ammont ta’ flus imħallas mill-OPPF bħala rimborż għall-ispejjeż tat-trasport jikkostitwixxi benefiċċju. |
(92) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, din il-pretensjoni ġiet rifjutata u l-Kummissjoni kkonkludiet li r-rimborż tal-kostijiet tat-trasport imġarrba mill-produtturi tal-bijodiżil ma għandux jitnaqqas mill-kalkolu tal-benefiċċju. Il-fondi pprovduti mill-Aġenzija tal-Ġestjoni lill-produtturi tal-bijodiżil mhux biss ikopru d-differenza bejn il-prezz ta’ referenza tad-diżil minerali u l-prezz ta’ referenza għall-bijodiżil iżda wkoll l-ispejjeż tat-trasport, bħala parti mill-istess għotja. |
(93) |
Il-produtturi esportaturi ddikjaraw ukoll li huma jġarrbu kostijiet ta’ kreditu relatati mal-pagamenti tal-OPPF. Skont il-produtturi tal-bijodiżil dan għaliex l-OPPF iħallas il-pagament tal-għotja diversi xhur wara li l-produtturi jkunu ddebitaw lill-blender rilevanti. |
(94) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-pretensjoni għaliex żammet il-konklużjoni tagħha li l-pagamenti tal-OPPF jikkostitwixxu għotja u mhux ħlas għax-xiri ta’ oġġetti. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-produtturi esportaturi lanqas biss misshom irċivew dawk l-għotjiet u li l-ebda kost ta’ kreditu ta’ kwalunkwe tip ma jista’ jintrabat ma’ dawk l-għotjiet. |
(95) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, din il-pretensjoni hija rrifjutata u l-Kummissjoni kkonkludiet li l-kostijiet ta’ kreditu allegati mġarrba mill-produtturi tal-bijodiżil ma għandhomx jitnaqqsu mill-kalkolu tal-benefiċċju. |
(96) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni żammet is-sejbiet tagħha li l-appoġġ tal-GOI lill-industrija tal-bijodiżil permezz ta’ trasferiment dirett ta’ fondi permezz tal-“Fond ta’ Sussidju għall-Bijodiżil” kien jammonta għal sussidju kumpensabbli, kif ġie konkluż fil-premessi (80) sa (83) tar-Regolament proviżorju. |
(97) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI, PT Ciliandra Perkasa, Permata Group u Wilmar sostnew li l-Kummissjoni żbaljat meta rrifjutat il-pretensjoni tal-produtturi esportaturi li l-Kummissjoni missha naqqset l-ispejjeż tat-trasport u l-ispejjeż tal-kreditu mill-kalkolu tal-benefiċċju. Skont il-GOI, dan huwa minħabba li dawn l-ispejjeż huma neċessarjament imġarrba sabiex jinkisbu l-ħlasijiet tal-għotja. |
(98) |
Il-Kummissjoni diġà ddiskutiet din il-pretensjoni fil-premessa (89) hawn fuq. Minbarra dak li diġà ġie spjegat fil-premessa (91) aktar ’il fuq, il-Kummissjoni nnutat li skont il-Linji Gwida “l-uniċi tariffi jew spejjeż li jistgħu normalment jitnaqqsu huma dawk imħallsa direttament lill-gvern matul il-perjodu ta’ investigazzjoni .” F’dan il-każ, l-ispejjeż tat-trasport mhumiex imħallsa lill-Gvern, iżda huma mħallsa lil partijiet privati u mbagħad irrimborżati mill-GOI. Il-Kummissjoni għalhekk iżżomm il-konklużjoni tagħha li l-ispejjeż tat-trasport ma jikkwalifikawx bħala spejjeż li jistgħu jitnaqqsu skont il-Linji Gwida. Il-pretensjoni hija għalhekk irrifjutata. |
(99) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI ddikjara li l-Kummissjoni żbaljat meta ma naqqsitx l-inputs għall-OPPF fil-kalkolu tal-benefiċċju riċevut skont din l-iskema. Madankollu, dawn l-inputs kienu relatati mal-ħlas ta’ levies tal-esportazzjoni stabbiliti mill-GOI fuq diversi prodotti bbażati fuq is-CPO esportati mill-Indoneżja. Għalhekk, dawn il-levies inġabru għal ħafna prodotti oħra minbarra l-prodott investigat. Kif spjegat fil-premessa (64) tar-Regolament proviżorju u kif spjegat aktar fil-premessa (62) hawn fuq, dawn il-levies huma riżorsi pubbliċi. Dan il-punt huwa korrett irrispettivament minn liema korp tal-Gvern kien responsabbli għall-ġbir tagħhom. Għalhekk ġie konkluż li ma kienx xieraq li l-inputs għall-OPPF jitnaqqsu mill-benefiċċji rċevuti. Din il-pretensjoni kienet għalhekk irrifjutata. |
(100) |
Il-GOI sostna, ukoll wara d-divulgazzjoni finali, li l-Kummissjoni żbaljat meta użat il-fatturat tal-bijodiżil għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ sussidju. Il-pretensjoni kienet li kellu jintuża l-fatturat totali tal-produtturi tal-bijodiżil (u għalhekk jiġu inklużi prodotti oħra minbarra l-bijodiżil). Madankollu, is-sussidji mogħtija mill-OPPF kienu biss minħabba li l-produtturi kienu biegħu l-bijodiżil. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkunsidrat li kienet użat il-fatturat korrett fil-kalkolu tagħha u din il-pretensjoni ġiet għalhekk irrifjutata. |
(101) |
Il-Kummissjoni osservat li l-GOI ma ressaq l-ebda argument ieħor biex isostni l-pretensjonijiet tiegħu u għalhekk ikkonfermat is-sejbiet tagħha fil-premessa (95). |
3.2. L-appoġġ tal-gvern għall-industrija tal-bijodiżil, permezz tal-forniment tas-CPO għal remunerazzjoni anqas minn dik adegwata.
(102) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-GOI kif ukoll il-biċċa l-kbira tal-produtturi esportaturi ddikjaraw li l-Kummissjoni żbaljat fil-kwalifikazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni imposti mill-GOI fuq is-CPO u d-derivattivi tiegħu bħala sussidju kumpensabbli. Skont il-GOI u l-produtturi esportaturi, dan huwa għaliex il-ġurisprudenza tad-WTO konsistentement tikkunsidra li r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni mhumiex sussidji kumpensabbli. |
(103) |
Fir-rigward ta’ din il-pretensjoni, il-Kummissjoni osservat li r-Regolament proviżorju ma jqisx ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni per se bħala sussidji kumpensabbli. Minflok, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet (bħat-taxxi u l-levies tal-esportazzjoni) fuq l-esportazzjoni hija wieħed mill-mezzi jew għodod użati mill-GOI sabiex jipprovdi s-CPO b’remunerazzjoni anqas minn dik adegwata. Il-Kummissjoni sabet (ara l-premessa (172) tar-Regolament proviżorju) li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli f’din l-investigazzjoni, u skont il-każistika tal-UE u tad-WTO, il-forniment ta’ CPO għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata ammonta għal sussidju kumpensabbli. |
(104) |
Il-Kummissjoni se tindirizza l-pretensjonijiet imressqa mill-partijiet interessati fir-rigward tas-sejbiet proviżorji tal-Kummissjoni li l-appoġġ tal-GOI lill-industrija tal-bijodiżil permezz tal-forniment ta’ CPO għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata jammonta għal kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku u/jew appoġġ għad-dħul jew għall-prezzijiet skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni se tindirizza wkoll l-allegazzjonijiet dwar żbalji fid-determinazzjoni tal-benefiċċju. |
(105) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI u Permata Group ddikjaraw li restrizzjonijiet tal-esportazzjoni imposti minn gvern qatt ma jistgħu jammontaw għal kontribuzzjoni finanzjarja. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li din il-pretensjoni mhijiex rilevanti għall-finijiet ta’ dan il-każ. Dan minħabba li l-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-GOI favur il-produtturi esportaturi ġejja mill-forniment tas-CPO għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata. Il-pretensjoni kienet għalhekk irrifjutata. |
3.2.1. Nuqqas li tiġi ppruvata l-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja
(106) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI, Permata Group u Wilmar iddikjaraw li l-Kummissjoni naqset milli tagħti prova li hemm kontribuzzjoni finanzjarja. Fil-fehma ta’ dawk li wieġbu, dan huwa minħabba li:
|
(107) |
Fir-rigward tal-pretensjoni sub (a) hawn fuq, il-Kummissjoni osservat li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni l-levy tal-esportazzjoni kienet fis-seħħ u nġabret. Għalhekk, il-pretensjoni tal-GOI li r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ma nġabrux matul il-perjodu ta’ investigazzjoni hija fattwalment inkorretta billi l-levy tal-esportazzjoni kienet fis-seħħ u kellha effett matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(108) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mat-tieni parti tal-argument. Li kieku l-GOI kellu l-intenzjoni li ma jimponix aktar restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tas-CPO u tad-derivattivi, kien iħassar il-leġiżlazzjoni. L-istabbiliment temporanju tar-rata tal-levy tal-esportazzjoni u tat-taxxa fuq l-esportazzjoni għal żero jindika li l-GOI għandu l-intenzjoni li jżomm il-kapaċità tiegħu li jagħmel użu minn dawn il-mezzi ta’ trażżin fil-futur. Din is-sejba tista’ tiġi kkorroborata wkoll minn dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ membri tal-GOI. Artiklu tal-istampa wieħed datat il-25 ta’ Settembru 2019 pereżempju jirrapporta dan li ġej: “Il-Gvern iddeċieda li jissospendi taxxa fuq l-esportazzjoni imposta fuq iż-żejt tal-palm mhux raffinat (CPO) u l-prodotti derivattivi tiegħu sas-sena li ġejja biex itaffi l-piżijiet finanzjarji tal-produtturi taż-żejt tal-palm fost tnaqqis fil-prezzijiet tas-CPO fis-suq dinji. Il-Ministru tal-Koordinazzjoni Ekonomika Darmin Nasution, qal f’Jakarta nhar it-Tlieta li t-taxxa tal-esportazzjoni ġiet sospiża sa Jannar tas-sena d-dieħla hekk kif il-gvern uffiċjalment beda l-implimentazzjoni tal-programm mandatorju tiegħu tal-bijodiżil B-30. Darmin qal li jittama li l-implimentazzjoni tal-politika tal-bijodiżil B-30, li suppost kellha żżid b’mod sinifikanti d-domanda għaż-żejt tal-palm, tkun kapaċi tgħolli l-prezzijiet taż-żejt tal-palm fis-suq domestiku. Huwa qal li s-sospensjoni tat-taxxa fuq l-esportazzjoni kienet ġiet approvata mill-President Joko “Jokow i” Widodo. Fuq il-bażi ta’ regolament tal-Ministeru tal-Finanzi tal-2019, il-gvern kien se jimponi taxxa fuq l-esportazzjoni sa $25 kull tunnellata jekk il-prezzijiet ikunu bejn $570 u $619 kull tunnellata u sa $50 jekk il-prezz ikun lil hinn minn $619 kull tunnellata. Sa minn Settembru 20, il-prezz tas-CPO kien ta’ $574,9 kull tunnellata u huwa mistenni li jinżel bi ftit għal $570 kull tunnellata sal-aħħar ta’ din is-sena. Il-Ministru għalhekk sejjaħ għal reviżjoni tar-regolament li tippermetti s-sospensjoni tat-taxxa fuq l-esportazzjoni għaliex, jekk tkun ibbażata fuq il-formula tal-prezz ta’ hawn fuq, din kienet tibqa’ applikabbli .” (14) |
(109) |
Din id-dikjarazzjoni tistabbilixxi wkoll rabta diretta bejn l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni (flimkien ma’ elementi oħra li jwasslu għal imġiba speċifika mill-fornituri tas-CPO) u l-livell attwali tal-prezzijiet fis-suq domestiku. Dan juri wkoll li l-GOI juża dawk l-istrumenti sabiex jinfluwenza l-livell ta’ dawk il-prezzijiet. |
(110) |
Minkejja l-allegazzjoni tal-GOI u l-allegazzjoni ta’ Wilmar fit-tweġiba tiegħu għad-divulgazzjoni definittiva, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-intenzjoni tal-GOI fil-futur hija li jkompli juża l-levy tal-esportazzjoni u possibbilment it-taxxa fuq l-esportazzjoni. Il-fatt li l-GOI temporanjament ma ġabarx taxxi u levies, anki meta wieħed iżomm f’moħħu li dawn huma biss uħud mill-għodod tal-GOI biex jipprovdi CPO għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata, ma jistax għalhekk iqajjem dubju dwar l-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja. |
3.2.2. Nuqqas li tingħata prova ta’ inkarigu jew direzzjoni skont l-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku
(111) |
Skont il-produtturi esportaturi kollha, l-allegazzjoni tal-Kummissjoni ta’ inkarigu jew direzzjoni hija bbażata fuq is-sejba żbaljata li t-taxxa u l-levy tal-esportazzjoni fuq is-CPO u d-derivattivi tagħha imposti mill-GOI huma mfassla biex jappoġġaw l-industrija tal-bijodiżil. Barra minn hekk, Wilmar u Permata allegaw li l-Kummissjoni b’mod żbaljat sabet li l-prezzijiet domestiċi tas-CPO huma de facto stabbiliti minn PT Perkebunan Nusantara, produttur tas-CPO li huwa kompletament proprjetà tal-GOI (“PTPN”). |
(112) |
Fir-rigward tal-ewwel pretensjoni, il-produtturi esportaturi ċċaraw ukoll li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni t-taxxa fuq l-esportazzjoni kienet stabbilita għal żero u, għalhekk, hija irrilevanti għall-valutazzjoni. Għall-kuntrarju, il-levy tal-esportazzjoni ma kenitx żero, u fi kwalunkwe każ ma kenitx imfassla bħala sostenn għall-industrija tal-bijodiżil, iżda sabiex tiffinanzja l-OPPF. |
(113) |
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet fil-premessa (88) tar-Regolament proviżorju li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni t-taxxa fuq l-esportazzjoni kienet stabbilita għal żero. Madankollu, anke jekk ma ġietx implimentata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tas-suq, it-taxxa fuq l-esportazzjoni tikkostitwixxi evidenza tal-għodod użati mill-GOI biex jinkoraġġixxi lill-fornituri tas-CPO biex jipprovdu s-CPO għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata. Minbarra dan, il-Kummissjoni osservat li t-taxxa fuq l-esportazzjoni, għalkemm kienet żero matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ma ġietx revokata mill-GOI. Il-Kummissjoni osservat ukoll li, kif diskuss fil-premessi (117) sa (121) tar-Regolament proviżorju, ma ġiex ikkontestat li l-intenzjoni tal-GOI li juża t-taxxa fuq l-esportazzjoni hija li l-prezzijiet domestiċi tas-CPO jibqgħu artifiċjalment baxxi. |
(114) |
Fir-rigward tal-levy tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni osservat li, filwaqt li l-leġiżlazzjoni li timponi levy tal-esportazzjoni ma ssemmix b’mod espliċitu li hija mfassla biex tappoġġa l-industrija tal-bijodiżil billi tipprovdi s-CPO bi prezzijiet aktar baxxi, il-levies tal-esportazzjoni li jsiru parti mill-OPPF de facto jappoġġaw esklużivament lill-industrija tal-bijodiżil permezz tal-għotjiet tal-OPPF. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni tabilħaqq setgħet tivverifika li, minkejja kompetenza formali usa’, l-OPPF kienet qed tappoġġa kważi esklużivament l-industrija tal-bijodiżil matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(115) |
Barra minn hekk, l-introduzzjoni tal-levy tal-esportazzjoni fl-2015 mill-GOI ħabtet ma’ perjodu fejn il-prezzijiet tas-CPO Indoneżjan kienu kważi identiċi għall-prezzijiet dinjija. F’dan ir-rigward, u kif diġà jidher fil-premessi (64) sa (68) tar-Regolament proviżorju, il-levy tal-esportazzjoni ma għandhiex titqies waħedha, iżda bħala parti minn sett usa’ ta’ miżuri mfassal sabiex isostni l-industrija tal-bijodiżil u sabiex jirregola l-prezzijiet domestiċi tas-CPO. |
(116) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li fil-prattika l-levy tal-esportazzjoni kisbet l-għan maħsub li tbaxxi l-prezzijiet domestiċi tas-CPO. Fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni tistal-ewwel nett tosserva differenza bejn il-prezzijiet domestiċi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tas-CPO Indoneżjan. Il-Kummissjoni kkunsidrat li din id-differenza fil-prezz tista’ tiġi spjegata bil-fatt li l-impożizzjoni minnha nfisha tal-levy tal-esportazzjoni baxxiet il-prezzijiet domestiċi billi artifiċjalment żammet is-CPO fil-pajjiż fil-prezzijiet baxxi stabbiliti mill-GOI u de facto segwit mill-fornituri tas-CPO. |
(117) |
Il-fatt li l-GOI ma rrevokax it-taxxa fuq l-esportazzjoni iżda stabbilixxiha biss fil-livell żero jindika b’mod ċar li xorta jibqa’ jħaddan l-intenzjoni li jżomm il-prezzijiet tas-CPO baxxi. Għalhekk, wara li stabbilixxa żewġ strumenti li għandhom l-istess effett fuq il-prezzijiet domestiċi tas-CPO, u wara li kiseb l-effett mixtieq, il-GOI kien iddeċieda b’mod razzjonali li jżomm attiva dik bl-ogħla firxa ta’ effetti mixtieqa (jiġifieri li żżomm il-prezzijiet tas-CPO baxxi u tiffinanzja l-OPPF), jiġifieri l-levy tal-esportazzjoni. |
(118) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat li s-sistema globali ta’ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni stabbilita mill-GOI hija mfassla biex tibbenefika l-industrija tal-bijodiżil billi żżomm il-prezzijiet domestiċi tas-CPO artifiċjalment baxxi (għall-kuntrarju ta’ sempliċi effett sekondarju ta’ miżuri tal-gvern biex jinġabar id-dħul pubbliku). |
(119) |
Fir-rigward tal-pretensjoni li l-prezzijiet domestiċi tas-CPO mhumiex de facto stabbiliti mill-GOI, Wilmar allega wkoll li l-konklużjoni tal-Kummissjoni mhijiex korretta peress li:
|
(120) |
Fir-rigward tal-pretensjoni skont (a) hawn fuq, il-Kummissjoni fakkret li, kif innutat fil-premessi (91) sa (99) u (126) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kellha tibbaża ruħha fuq il-fatti disponibbli fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-fornituri tas-CPO u PTPN. Fil-kummenti tagħhom dwar ir-Regolament proviżorju, l-ebda produttur esportatur ma pprovda xi evidenza dwar kif jifformulaw l-offerti tagħhom għas-CPO, ħlief fejn sostnew b’mod vag li huma ġeneralment ibbażati fuq “prezzijiet tas-suq internazzjonali”. |
(121) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza verifikabbli li ssostni din id-dikjarazzjoni, il-Kummissjoni għaldaqstant irrifjutat din il-pretensjoni. Il-fornituri tas-CPO jsegwu l-prezzijiet tas-CPO effettivament stabbiliti minn PTPN minflok ma jistabbilixxu l-prezzijiet tagħhom b’mod indipendenti fid-dawl tal-prezzijiet internazzjonali. |
(122) |
Fir-rigward tal-pretensjoni skont il-punt (b) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni spjegat fil-premessa (133) tar-Regolament proviżorju li PTPN fil-fatt mhi taħt l-ebda obbligu li tagħmel kontro-offerta bi prezz ogħla jekk l-offerti riċevuti jkunu anqas mill-“idea tal-prezz” għal dak il-jum speċifiku. Fil-fatt, matul iż-żjara ta’ verifika, il-Kummissjoni kkonfermat li PTPN aċċettat offerti b’mod regolari taħt dan il-prezz. |
(123) |
Il-Kummissjoni osservat ukoll li, kif spjegat fit-taqsima 3.3.2 tar-Regolament proviżorju, hija applikat id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku billi PTPN naqset milli twieġeb għall-Appendiċi B mehmuż mal-kwestjonarju antisussidji (kwestjonarju għall-fornituri taż-żejt tal-palm) għall-produtturi u għad-distributuri kollha taż-żejt tal-palm. Barra minn hekk, matul iż-żjara ta’ verifika fil-bini tal-GOI, PTPN naqset milli tispjega kif hija tiddetermina l-“idea tal-prezz” ta’ kuljum għas-CPO. Minflok, PTPN spjegat b’mod vag li din hija bbażata fuq parametri referenzjarji internazzjonali, mingħajr ma pprovdiet informazzjoni ddettaljata. |
(124) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħet tikseb l-ebda evidenza li l-“idea tal-prezz” tirrifletti prezz tas-suq li jirriżulta minn proċess ta’ offerti kompetittivi. Minflok, il-Kummissjoni sabet li l-prezz domestiku tas-CPO huwa aktar baxx minn kwalunkwe wieħed mill-allegati parametri referenzjarji internazzjonali (inkluż il-prezz tal-esportazzjoni Indoneżjan) li allegatament kienu l-bażi tal-prezzijiet ta’ PTPN. |
(125) |
Fir-rigward tal-pretensjoni (c), il-Kummissjoni osservat li sa fejn għandha x’taqsam PTPN, hija ma pprovdietx tweġiba għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni imsemmi hawn fuq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni applikat il-fatti disponibbli. Matul il-verifika tal-GOI, PTPN issottomettiet kopja tal-kontijiet awditjati tagħha għall-2016 u għall-2017. Dawn urew li PTPN kienet qed taħdem bit-telf. Fi stadju aktar tard u anke wara l-iskadenza għall-kummenti dwar l-ittra li ħabbret li l-Kummissjoni kienet se tapplika l-fatti disponibbli, PTPN ipprovdiet informazzjoni addizzjonali. Il-GOI ddikjara li dik l-informazzjoni addizzjonali għandha tibdel il-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni nnutat li l-informazzjoni kienet ġiet ipprovduta tard ħafna u ferm wara kwalunkwe skadenza stabbilita. PTPN ma ppreżentatx il-kontijiet awditjati għas-sena 2018. Fir-rigward tal-aħħar perjodu, il-Kummissjoni għalhekk irċeviet biss kontijiet awditjati għal trimestru wieħed tal-perjodu ta’ investigazzjoni (l-aħħar trimestru tal-2017). Il-kontijiet awditjati li l-Kummissjoni rċeviet urew li PTPN kienet qed topera bit-telf. L-informazzjoni mibgħuta tard mill-GOI rigward il-perjodu mill-2016 sal-perjodu ta’ investigazzjoni (b’mod partikolari tabella tal-excel) tipprova turi li n-negozju tas-CPO ta’ PTPN (li jirrappreżenta l-maġġoranza tal-attivitajiet tagħha) kien profitabbli u li l-kumpanija għamlet l-istess profitt fil-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni tagħha. Madankollu, din l-informazzjoni ma kenitx sostnuta minn kontijiet awditjati. B’kuntrast ma’ dan, l-informazzjoni pprovduta abbażi tal-kontijiet awditjati kkonfermat li PTPN ma kenitx qed tagħmel profitti meta kienet qed tbigħ is-CPO tagħha, u b’hekk naqset milli taġixxi bħala operatur ekonomiku razzjonali. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnutat li l-informazzjoni ppreżentata fi stadju daqshekk tard (saħansitra wara l-kummenti dwar ir-Regolament proviżorju) ma tistax tiġi aċċettata minħabba li ma tistax tiġi vverifikata. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ġiet irrifjutata. |
(126) |
Fir-rigward tal-pretensjoni (d), il-GOI u l-produtturi esportaturi ddikjaraw ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tagħti provi li l-imġiba tal-fornituri tas-CPO kienet irrazzjonali minħabba li kienu profittabbli. Din il-pretensjoni tirrigwarda lill-fornituri tas-CPO li pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni kif ukoll lil PTPN (15). |
(127) |
Il-Kummissjoni qieset li l-kunċett ta’ mġiba irrazzjonali mhuwiex limitat għall-operat ta’ negozju bit-telf iżda jinkludi wkoll azzjonijiet li jqiegħdu operazzjoni kummerċjali f’pożizzjoni anqas vantaġġjuża (anqas profittabbli). Il-Kummissjoni stabbiliet differenza ċara fil-prezzijiet bejn il-prezzijiet domestiċi u dawk tal-esportazzjoni tas-CPO fl-Indoneżja, b’tali mod li, li ma kienx għal-levy tal-esportazzjoni, il-bejgħ għall-esportazzjoni kien ikun aktar profittabbli għall-fornituri tas-CPO. |
(128) |
Barra minn hekk, is-sejba li s-sistema ta’ trażżin fuq l-esportazzjonijiet stabbilita mill-GOI effettivament tipprevjeni lill-produtturi domestiċi tas-CPO milli jaġixxu b’mod razzjonali hija kkorroborata mill-fatt li l-esportazzjonijiet huma mistennija jiżdiedu b’riżultat tat-tneħħija tal-levy tal-esportazzjoni. F’dan ir-rigward, f’artiklu tal-istampa reċenti, ġie nnutat dan li ġej: “L-Assoċjazzjoni Indoneżjana taż-Żejt tal-Palm, jew GAPKI, stmat li l-esportazzjonijiet tas-CPO tal-pajjiż jistgħu jiżdiedu b’10 % sa 15 % wara li l-levy tal-esportazzjoni titnaqqas għal żero, mil-livell preċedenti ta’ $50 kull tunnellata, qal is-segretarju ġenerali Togar Sitanggang. Is-Sur Sitanggang ta stima li l-esportazzjonijiet tas-CPO ta’ kull xahar mill-Indoneżja diġà telgħu għal bejn 800,000 tunnellata u 900,000 tunnellata, minn medja ta’ 700,000 tunnellata preċedentement. “Ma jkunx sorprendenti li l-esportazzjonijiet tas-CPO ta’ kull xahar imissu l-miljun tunnellata jekk il-levy tal-esportazzjoni żero tibqa’ ,” żied jgħid. L-estimi tal-GAPK juru li l-Indoneżja diġà esportat 6 miljun tunnellata ta’ CPO din is-sena, madwar wieħed minn ħamsa mill-esportazzjonijiet globali tagħha s’issa ta’ CPO u derivati oħra taż-żejt tal-pal m” (16). |
(129) |
Artiklu ieħor fl-istampa jkompli jikkorrobora s-sejba li l-ġbir tal-levy tal-esportazzjoni għandu bħala effett li jġiegħel lill-fornituri tas-CPO jbigħu domestikament minflok ma jbigħu għal aktar profitt fis-suq tal-esportazzjoni. F’dak l-artikolu, analist indipendenti sab “din l-aħbar (jiġifieri l-iffissar tal-levy tal-esportazzjoni fil-livell ta’ żero) bħala pożittiva għall-kultivaturi upstream esposti għall-Indoneżja, minħabba li r-reviżjoni fir-rati tal-levy tal-esportazzjoni tista’ tgħin sabiex issostni l-prezzijiet tas-CPO fil-livelli kurrenti tagħhom. Madankollu, Ng ma tistenniex profitt nett fis-SF19F-20F għall-kultivaturi – u twissi li l-aħbar hija negattiva għall-proċessuri downstream Indoneżjani peress li l-levy riveduta bil-prezzijiet aktar baxxi tas-CPO se tnaqqas il-vantaġġ tal-marġni tagħhom, li bħalissa huwa d-differenza fil-prezzijiet bejn is-CPO u l-prodotti tal-palm ipproċessati. “Aħna nibqgħu tal-fehma li t-tneħħija tal-levy tal-esportazzjoni se żżid il-kompetittività tal-esportaturi Indoneżjani tal-prodotti taż-żejt tal-palm, peress li, kieku, dawn kienu jiffrankaw bejn USD$20-50 għal kull tunnellata f’taxxa fuq l-esportazzjoni meta l-prezz tas-CPO ikun anqas minn USD$570 għal kull tunnellata. Il-biċċa l-kbira tal-iffrankar x’aktarx li jmur lura għand il-bdiewa Indoneżjani permezz ta’ prezzijiet tas-CPO domestiċi ogħla”’ (17). |
(130) |
Dan l-artiklu tal-istampa tal-aħħar jikkorrobora wkoll is-sejba li l-effett intiż tal-levy tal-esportazzjoni, jiġifieri li trażżan il-prezzijiet domestiċi tas-CPO, inkiseb. Il-fatt li hemm xi esportazzjonijiet tas-CPO mill-Indoneżja ma jfissirx li l-miżuri meħuda mill-GOI biex iżommu s-CPO fl-Indoneżja ma wasslux lill-fornituri tas-CPO biex isegwu mġiba ekonomika irrazzjonali. Għalhekk, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni rrifjutat dawn il-pretensjonijiet. |
(131) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-pretensjoni (e), il-Kummissjoni osservat li sabiex issostni l-argument tagħha li PTPN taġixxi bħala prenditur tal-prezzijiet, Wilmar jikkwota biss parzjalment il-premessa (146) tar-Regolament proviżorju. B’dan, Wilmar sostna li l-Kummissjoni waslet għal konklużjoni li, fir-realtà, kienet tikkontradixxi l-konklużjoni li ntlaħqet f’dik il-premessa. B’mod partikolari, wara li ddikjarat li “Barra minn hekk, l-investigazzjoni indikat li f’termini ta’ saħħa fin-negozjati s-suq huwa ferm żbilanċjat favur ix-xerrejja tas-CP O”, kif ikkwotat korrettament minn Wilmar, il-Kummissjoni kompliet tispjega li “(…). F’dan il-kuntest, kwalunkwe xerrej ikollu livell sinifikanti ta’ setgħa ta’ xiri, b’tali mod li jkun jista’ jirreżisti kwalunkwe tentattiv mill-fornitur tiegħu li jitlob prezz ogħla minn dak stabbilit mill-GOI. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li billi jikkomunika b’mod trasparenti l-prezzijiet tas-CPO ta’ kuljum, il-GOI, permezz ta’ PTPN, effettivament qed jistabbilixxi l-prezzijiet massimi ta’ kuljum tas-CPO fl-Indoneżja.” Għalhekk, il-premessa (146) tar-Regolament proviżorju waslet għal konklużjoni kuntrarja għal dik iddikjarata minn Wilmar. PTPN fil-fatt taġixxi bħala stipulant tal-prezzijiet tas-CPO fis-suq peress li l-fornituri tas-CPO de facto jsegwu dan il-prezz, minkejja l-istruttura tas-suq (li fil-prinċipju turi li l-fornituri tas-CPO għandhom setgħa ta’ negozjar sinifikanti li ma tintużax kontra x-xerrejja). |
(132) |
Minbarra l-iżball fattwali msemmi hawn fuq, il-Kummissjoni ħadet nota wkoll tal-fatt li l-kumment ta’ Wilmar mhuwa sostnut minn ebda evidenza fattwali. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza fattwali ġdida, il-Kummissjoni rrifjutat din il-pretensjoni. |
(133) |
Wilmar iddikjara wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tipprova li l-GOI jġiegħel lill-fornituri tas-CPO jipprovdu CPO b’remunerazzjoni anqas minn dik adegwata. |
(134) |
Il-Kummissjoni osservat li Wilmar ma pprovda l-ebda evidenza li ssostni l-pretensjoni li dan mhuwiex il-każ. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar il-pretensjoni magħmula mill-EBB dwar in-numru limitat ta’ tweġibiet għall-kwestjonarju pprovduti mill-fornituri tas-CPO. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-fornituri tas-CPO, u fuq il-bażi tal-elementi li jinsabu fir-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kkunsidrat li hemm evidenza sinifikanti li turi li l-fornituri tas-CPO ġew fdati jew ordnati mill-GOI biex jipprovdu s-CPO għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika tal-GOI biex jappoġġa l-iżvilupp tal-industrija tal-bijodiżil. |
(135) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-pretensjoni ta’ Wilmar tikkontradixxi s-sejba fattwali mhux ikkontestata li prattikament ix-xiri domestiku kollu tas-CPO fl-Indoneżja jsir bil-prezzijiet ta’ kuljum ta’ PTPN, aġġustati għall-kostijiet tat-trasport diskussi fil-premessa (168) tar-Regolament proviżorju. Li kieku l-pretensjoni ta’ Wilmar kellha tkun korretta u l-fornituri tas-CPO jaġixxu b’mod totalment indipendenti minn kwalunkwe direzzjoni tal-gvern, dan l-allinjament perfett tal-prezzijiet tas-CPO ma jkunx jista’ jiġi spjegat f’suq li huwa fframmentat. |
(136) |
Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat din il-pretensjoni. |
(137) |
Wilmar iddikjara wkoll li l-Kummissjoni naqset milli turi provi ta’ inkarigu jew ta’ direzzjoni għall-fornituri tas-CPO sabiex jipprovdu s-CPO b’remunerazzjoni anqas minn dik adegwata. Il-pretensjoni ta’ Wilmar essenzjalment hija bbażata fuq il-fatt li (1) PTPN mhijiex stipulant tal-prezzijiet u, għalhekk, is-CPO ma jiġix ipprovdut b’remunerazzjoni anqas minn dik adegwata u (2) il-fornituri tas-CPO mhumiex ipprojbiti milli jbigħu fis-suq ta’ esportazzjoni. |
(138) |
Il-Kummissjoni diġà indirizzat u rrifjutat dawn il-punti ta’ hawn fuq fil-premessi (127) sa (135). Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-pretensjoni ta’ Willmar hija bbażata fuq fatti żbaljati u ma tistax tiġi aċċettata. L-evidenza disponibbli f’din l-investigazzjoni wriet li PTPN taġixxi bħala stipulant tal-prezzijiet għas-CPO fis-suq u li l-kapaċità tal-fornituri tas-CPO li jesportaw is-CPO hija mdgħajfa bil-miżuri adottati mill-GOI. |
(139) |
Saru pretensjonijiet simili mill-GOI, minn PT Intibenua Perkasatama u PT Musim Mas (“Musim Mas Group”) u minn Permata. Fil-kummenti tiegħu, il-GOI ddikjara li l-prezzijiet tas-CPO huma ddeterminati mill-forzi tas-suq u li x-xerrejja normalment isawru l-ideat tal-prezz tagħhom skont il-prezzijiet tas-suq internazzjonali. |
(140) |
Il-Kummissjoni diġà ddiskutiet argumenti simili fil-premessi (62) sa (96), u sabet li dawn ma jistgħux jiġu aċċettati. L-istess konklużjoni hija kkonfermata rigward il-pretensjonijiet tal-GOI. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat għal darb’oħra li l-GOI ma pprovda l-ebda evidenza ġdida sabiex isostni l-pretensjoni tiegħu. |
(141) |
Il-GOI ddikjara li l-Kummissjoni naqset milli tagħti prova li hemm rabta dimostrabbli bejn l-imġiba tal-produtturi tas-CPO u l-miżuri tal-GOI. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat għal darb’oħra is-sejba tal-premessa (168) tar-Regolament proviżorju, imfakkra fil-premessa (137). Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-fatt li l-fornituri indipendenti tas-CPO dejjem isegwu l-prezzijiet ta’ PTPN huwa prova inekwivoka tal-eżistenza ta’ din ir-rabta (iktar u iktar f’suq li huwa fframmentat f’termini tan-numru ta’ fornituri tas-CPO kif ukoll ġeografikament/bosta gżejjer). Aktar u aktar f’sitwazzjoni fejn il-prezzijiet domestiċi tas-CPO ma jirriflettux dak li jkun prezz tas-suq mingħajr distorsjoni li ma kienx għall-miżuri mmirati tal-GOI. |
(142) |
Fis-sottomissjoni tiegħu, il-GOI ddikjara wkoll li l-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-GOI u lill-fornituri indipendenti tas-CPO sabiex jipprovdu informazzjoni dettaljata iżda ma vverifikatx din l-informazzjoni. Il-GOI ddikjara wkoll li l-Kummissjoni injorat totalment din l-informazzjoni meta waslet għas-sejbiet tagħha. Fl-aħħar nett, f’dan ir-rigward il-GOI nnota li l-Kummissjoni applikat l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku għall-GOI għaliex il-GOI ma kompliex jipprova jikseb aktar tweġibiet bħal dawn u għaliex ma kisibx aktar informazzjoni mingħand PTPN. |
(143) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkunsidrat li din il-pretensjoni hija fattwalment żbaljata: il-Kummissjoni fil-fatt analizzat it-tweġibiet kollha li rċiviet mingħand il-fornituri tas-CPO. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li, minkejja t-tfakkiriet kollha li bagħtet, il-fornituri tas-CPO indipendenti kollha minbarra wieħed naqsu milli jipprovdu verżjoni miftuħa tat-tweġibiet tagħhom. Fid-dawl tal-Artikolu 29(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’ tinjora informazzjoni li tkun ġiet ipprovduta iżda li għaliha ma jkunx ġie pprovdut sommarju xieraq mill-parti li tkun ippreżentatha. Barra minn hekk, il-maġġoranza l-kbira tat-tweġibiet ma kinux kompluti u ħafna minnhom ma kienx fihom informazzjoni dwar il-profitabbiltà. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħet tasal għall-ebda konklużjoni minn dawn it-tweġibiet. Fil-fatt, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GOI kif ukoll mill-fornituri tas-CPO kien indikazzjoni ulterjuri li l-fornituri tas-CPO qed jaġixxu fuq l-ordnijiet tal-GOI b’appoġġ għall-produtturi tal-bijodiżil. |
(144) |
Bl-istess mod, il-pretensjoni tal-GOI li l-Kummissjoni injorat it-tweġiba ta’ PTPN mhijiex ġustifikata. Kif spjegat qabel, il-Kummissjoni talbet, mingħajr suċċess, f’diversi okkażjonijiet, il-kooperazzjoni ta’ PTPN. Kif imsemmi fil-premessi (29) u (30) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni osservat li PTPN, li l-GOI għandu s-sjieda sħiħa tagħha, ma rrispondietx għall-Appendiċi B tal-kwestjonarju tal-GOI sal-iskadenza stipulata. Għalhekk, il-Kummissjoni ħarġet ittra tal-Artikolu 28 lill-GOI, limitata għall-informazzjoni speċifika li ma ġietx ipprovduta. Kif ġie nnutat fil-premessa (98) tar-Regolament proviżorju, il-GOI ssottometta tweġiba għall-Appendiċi B għal PTPN fit-30 ta’ Ġunju 2019. Dan kien ferm wara l-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ dik l-informazzjoni (l-14 ta’ Marzu 2019) u wara li saret iż-żjara ta’ verifika fil-bini tal-GOI. Is-sottomissjoni kienet għalhekk sottomessa ħafna wara l-iskadenza, ma kinitx verifikabbli u l-GOI ma kienx aġixxa bl-aħjar mod li seta’ skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni użat l-evidenza kollha pprovduta minn PTPN u li setgħet tiġi vverifikata. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat b’mod xieraq l-informazzjoni pprovduta minn PTPN flimkien mal-fatti disponibbli l-oħra dwar is-suq tas-CPO fl-Indoneżja. |
(145) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI, Permata Group u Wilmar iddikjaraw li l-Kummissjoni wettqet żball meta sabet inkarigu jew direzzjoni tal-fornituri tas-CPO minħabba li:
|
(146) |
Il-Kummissjoni l-ewwel nett osservat li l-levy tal-esportazzjoni hija mfassla speċifikament biex tappoġġa l-OPPF u li l-OPPF hija mfassla biex tappoġġa lill-industrija taż-żejt tal-palm b’mod ġenerali iżda, kif spjegat fil-premessi (76) u (77) tar-Regolament proviżorju, de facto, tappoġġa biss l-industrija tal-bijodiżil. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-appoġġ tal-GOI għall-industrija tal-bijodiżil jinkiseb ukoll bil-provvista tas-CPO għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata. Dan l-objettiv jintlaħaq bl-effett kombinat ta’ diversi miżuri, inkluża l-levy tal-esportazzjoni. |
(147) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-impożizzjoni tal-levy tal-esportazzjoni sa mill-bidu tagħha għandha żewġ objettivi distinti: tiffinanzja l-OPPF u tkun parti minn sett ta’ miżuri biex jitwaqqgħu l-prezzijiet domestiċi. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-GOI pprova apposta jikseb dan l-effett fuq is-suq (u rnexxielu jagħmel dan) u dan mhuwiex sempliċi effett sekondarju ta’ politika governattiva. |
(148) |
Fir-rigward tal-pretensjoni li PTPN tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha permezz ta’ offerti kompetittivi u li għalhekk dak l-eżitu jenħtieġ li jitqies bħala prezz tas-suq, il-Kummissjoni ttenni li, kif innutat fil-premessi (91) sa (99) u (126) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-fornituri tas-CPO u PTPN. Fil-kummenti tagħhom dwar ir-Regolament proviżorju, l-ebda produttur esportatur ma pprovda xi evidenza dwar kif jifformulaw l-offerti tagħhom għas-CPO, ħlief fejn sostnew b’mod vag li huma ġeneralment ibbażati fuq “prezzijiet tas-suq internazzjonali”. Madankollu, ma kien hemm l-ebda evidenza diretta disponibbli dwar kif il-fornituri tas-CPO jistabbilixxu l-prezzijiet tagħhom; pjuttost, il-fatti juru l-allinjament tal-prezzijiet mal-prezz stabbilit minn PTPN. |
(149) |
F’dan ir-rigward, fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni definittiva, Wilmar enfasizza li s-servizzi tal-Kummissjoni matul iż-żjara ta’ verifika fil-bini tiegħu staqsew kif huwa jasal għad-deċiżjoni dwar il-prezz li jkollu jiġi offrut f’kull sejħa għall-offerti ta’ PTPN. Wilmar spjega wkoll li r-rapport tal-missjoni sussegwenti ma jindika l-ebda informazzjoni nieqsa. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li Wilmar ma jikkontestax li l-informazzjoni li kien ipprovda f’dak il-każ kienet vaga ħafna. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li Wilmar ma qiesx li kien xieraq li jipprovdi spjegazzjoni dettaljata aktar ta’ dan il-mekkaniżmu fi kwalunkwe stadju ulterjuri tal-investigazzjoni, minkejja li dan issemma ripetutament mill-Kummissjoni. |
(150) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza verifikabbli li ssostni din id-dikjarazzjoni, il-Kummissjoni rrifjutat din il-pretensjoni. Il-fornituri tas-CPO jsegwu l-prezzijiet tas-CPO effettivament stabbiliti minn PTPN minflok ma jistabbilixxu l-prezzijiet tagħhom b’mod indipendenti fid-dawl tal-prezzijiet internazzjonali. |
(151) |
Fir-rigward tal-allegazzjoni li PTPN hija profitabbli, il-Kummissjoni osservat li, flimkien ma’ dak li kien diġà spjegat fil-premessi (125) u (144), il-GOI ppreżenta tard il-kontijiet awditjati tal-2018 ta’ PTPN wara d-divulgazzjoni finali. Madankollu, traduzzjoni ġiet riċevuta biss għal parti minn dawn il-kontijiet. Il-kontijiet tal-2018 jidhru li juru li PTPN kienet profittabbli fl-2018. Madankollu, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta dan għaliex il-partijiet ewlenin tal-kontijiet ma ġewx tradotti u minħabba li dawn il-kontijiet koprew il-prodotti kollha mhux biss id-dħul mill-bejgħ tas-CPO. Barra minn hekk, kif spjegat hawn fuq, id-data ppreżentata kemm għall-bejgħ tas-CPO kif ukoll għall-kumpanija b’mod ġenerali ġiet sottomessa tard u għalhekk ma kinitx verifikabbli. Dan minbarra l-fatt li PTPN ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-akkuratezza tal-pretensjoni ma setgħetx tiġi vvalutata u kellha tiġi rrifjutata. Fir-rigward tal-pretensjoni skont il-punt (b) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni spjegat fil-premessa (133) tar-Regolament proviżorju li PTPN fil-fatt mhi taħt l-ebda obbligu li terġa’ toffri prezz ogħla jekk l-offerti riċevuti jkunu anqas mill-“idea tal-prezz” għal dak il-jum speċifiku. Fil-fatt, matul iż-żjara ta’ verifika, il-Kummissjoni kkonfermat li PTPN aċċettat offerti b’mod regolari taħt dan il-prezz. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-GOI jista’ jinfluwenza d-deċiżjonijiet ta’ PTPN fir-rigward tal-politika tal-ipprezzar PTPN, u fil-fatt jagħmel dan (18). |
(152) |
Fir-rigward tal-pretensjoni li l-allinjament tal-prezz tal-fornituri tas-CPO mal-prezzijiet ta’ kuljum ta’ PTPN huwa indikazzjoni tal-fatt li s-suq mhuwiex distort aktar milli indikazzjoni ta’ inkarigar jew direzzjoni, il-Kummissjoni osservat li l-fornituri indipendenti tas-CPO offrew prezzijiet li huma l-istess prezzijiet jew prezzijiet orħos meta mqabbla mal-prezz ta’ PTPN ta’ dak il-jum. Fil-fehma tal-Kummissjoni, dan ma jistax ikun indikazzjoni ta’ dinamika tas-suq mhux distorta: huwa kontrointuwittiv kif f’suq kompetittiv il-fornituri tas-CPO kollha ma jbigħux għal prezz ogħla minn dak stabbilit minn kompetitur (sakemm dak il-kompetitur ma jkunx effettivament qiegħed jistabbilixxi l-prezz massimu għal dak il-prodott fis-suq u l-gvern jew jobbliga jew jipperswadi lill-atturi l-oħra kollha biex jirrispettaw dak il-limitu massimu). |
(153) |
Fir-rigward tal-istqarrija tal-GOI li l-produtturi tas-CPO huma operaturi razzjonali fis-suq peress li 70 % tas-CPO huwa esportat, il-Kummissjoni osservat li skont sorsi pubbliċi, il-konsum domestiku tas-CPO jammonta għal 30 % tal-produzzjoni (19). Dan ifisser li l-produtturi tas-CPO jissodisfaw kompletament id-domanda domestika u, wara li jkunu ssodisfaw din id-domanda, huma jirrikorru għall-esportazzjoni. Għaldaqstant, il-fatt li 70 % tal-produzzjoni tas-CPO qed tiġi esportata ma jikkontradixxix is-sejba li l-fornituri tas-CPO huma mċaħħda minn għażla razzjonali, iżda l-kuntrarju. Kieku l-fornituri tas-CPO Indoneżjani jġibu ruħhom b’mod razzjonali, ma jissodisfawx id-domanda domestika, u jesportaw il-produzzjoni kollha tagħhom jew proporzjon sostanzjalment ikbar minnha fejn ikunu jistgħu jagħmlu profitt akbar. Dawk il-profitti addizzjonali potenzjali mill-esportazzjonijiet huma limitati mir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni użati mill-GOI biex iġiegħel lill-fornituri tas-CPO biex ibigħu domestikament u jissodisfaw il-ħtiġijiet lokali. Għalhekk, il-fatt li d-domanda domestika hija ssodisfata kollha pjuttost jindika li l-GOI laħaq l-għan tiegħu li jara li s-suq domestiku jkun fornut bi prezzijiet favorevoli għall-produtturi tal-bijodiżil. |
(154) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni definittiva, Wilmar sostna wkoll li l-fatt li wara l-iffissar tal-levy tal-esportazzjoni għal żero, is-sehem tal-esportazzjoni tas-CPO ma żdiedx hija evidenza li l-Kummissjoni żbaljat meta kkonkludiet li l-levy tal-esportazzjoni hija mfassla biex iżżomm is-CPO fil-pajjiż u tnaqqas il-prezz tiegħu. |
(155) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li d-data pprovduta minn Wilmar indikat li l-konsum domestiku żdied u li għalhekk ħa sehem akbar mill-produzzjoni totali tas-CPO. Dan jista’ jappoġġa l-pretensjoni ta’ Wilmar kieku l-GOI esprima l-intenzjoni tiegħu li jtemm is-sistema ta’ trażżin tal-esportazzjoni. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (108), l-intenzjoni tal-GOI mhijiex li jtemm il-mekkaniżmu ta’ trażżin tal-esportazzjoni. Pjuttost, huwa ċar li r-rata tas-sistema tat-trażżin tal-esportazzjoni sempliċiment hija żero b’reazzjoni għal fatturi esterni, jiġifieri t-tnaqqis globali tal-prezzijiet taż-żejt tal-palm. Il-produtturi Indoneżjani kollha huma konxji sew li dan il-livell huwa biss temporanju u għalhekk qed ikompli jagħtu preferenza għall-issodisfar tad-domanda domestika l-ewwel. |
(156) |
Wilmar ipprovda wkoll informazzjoni dwar il-prezz fit-tweġiba tiegħu, fejn argumenta li sa mill-ażżerar tal-levy tal-esportazzjoni, il-prezzijiet tas-CPO nazzjonali ma żdidux b’mod sostanzjali. Il-Kummissjoni analizzat dik l-informazzjoni u osservat li ma setgħetx tiddetermina s-sors tad-data użata minn Wilmar; għalhekk il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika u lanqas tivvaluta l-akkuratezza tagħha. Madankollu, il-Kummissjoni osservat li, kieku kellha tibbaża ruħha fuq dik id-data, minkejja n-natura temporanja tal-fatt li r-rata tal-levy tal-esportazzjoni hija żero, hija turi allinjament tal-prezz domestiku mal-prezzijiet għall-esportazzjoni. B’mod partikolari, filwaqt li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni d-differenza medja bejn iż-żewġ prezzijiet kienet ta’ madwar 50 USD/tunnellata, id-data pprovduta minn Wilmar indikat li l-prezzijiet domestiċi għolew qrib il-prezzijiet tal-esportazzjoni u d-differenza issa hija ta’ inqas minn 20 USD/tunnellata. Il-fatt li l-prezz domestiku ma żdiedx sostanzjalment f’termini assoluti huwa sempliċiment minħabba l-fatt li l-prezzijiet dinjija waqgħu. |
(157) |
Fil-fehma tal-Kummissjoni, dan jappoġġa s-sejba tagħha li s-sistema ta’ trażżin tal-esportazzjoni hija mfassla, fost l-oħrajn u flimkien mal-miżuri l-oħra, biex tnaqqas il-prezzijiet domestiċi tas-CPO. |
(158) |
Fir-rigward tal-pretensjoni tal-GOI li l-Kummissjoni ma vverifikatx it-tweġibiet indipendenti tal-fornituri tas-CPO, il-Kummissjoni tosserva li din hija allegazzjoni fattwali inkorretta. Kif diġà ġie indikat fil-premessa (143), il-Kummissjoni analizzat kif xieraq it-tweġibiet kollha li rċeviet iżda osservat li l-maġġoranza l-kbira tat-tweġibiet ma kinux kompluti, ħafna minnhom ma kienx fihom informazzjoni dwar il-profitabbiltà u ħafna minnhom ma pprovdewx verżjonijiet miftuħa tat-tweġibiet tagħhom. |
(159) |
Minbarra din il-pretensjoni, il-GOI ssottometta li d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni fid-divulgazzjoni finali, irrapportati fil-premessa (143), mhumiex korretti peress li ma setax jinstab kont tat-tfakkiriet fil-fajl miftuħ. B’referenza għal din il-pretensjoni, il-Kummissjoni osservat li dawk it-tfakkiriet huma parti mill-fajl limitat u jistgħu jinstabu fuq il-lista ta’ dokumenti limitati disponibbli għall-partijiet interessati. Minkejja dan, il-Kummissjoni pprovdiet lista ta’ numri rilevanti lill-GOI matul seduta ta’ smigħ li saret fis-16 ta’ Ottubru 2019. Il-Kummissjoni osservat ukoll li l-kwestjonarji lill-fornituri indipendenti tas-CPO kienu parti mill-kwestjonarju indirizzat lill-GOI, u għalhekk ir-responsabbiltà li jikkoordina u jiġbor it-tweġibiet kompluti u li jara li jintbagħtu fil-ħin kienet kompletament tal-GOI. |
(160) |
B’referenza għall-pretensjoni taħt (e) hawn fuq, il-Kummissjoni spjegat fil-premessi (124) sa (143) tar-Regolament proviżorju kif il-GOI, permezz ta’ PTPN, jaġixxi bħala stipulant tal-prezzijiet fis-suq domestiku Indoneżjan u kif il-fornituri indipendenti tas-CPO kollha jsegwu dawk l-indikazzjonijiet tal-prezz. Fil-kumment tiegħu għad-divulgazzjoni definittiva, il-GOI ddikjara li, fid-dawl tas-sehem mis-suq limitat ta’ PTPN, dak ir-riżultat huwa improbabbli. Madankollu, il-Kummissjoni osservat li l-GOI naqas milli jipprovdi xi evidenza fattwali biex isostni d-dikjarazzjoni tiegħu u biex jikkontradixxi s-sejba tal-Kummissjoni. |
(161) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni rrifjutat l-pretensjonijiet tal-GOI u tal-produtturi esportaturi u kkonfermat is-sejba tagħha ta’ inkarigu u direzzjoni. |
3.2.3. Nuqqas ta’ prova ta’ appoġġ għad-dħul jew għall-prezz skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament bażiku
(162) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-GOI u l-produtturi esportaturi ddikjaraw li l-Kummissjoni naqset milli tagħti prova tal-eżistenza ta’ appoġġ għall-introjtu u għall-prezz favur il-produtturi tal-bijodiżil skont l-istandard meħtieġ stabbilit mill-ġurisprudenza tad-WTO. |
(163) |
Dwar dan il-punt, il-Kummissjoni osservat li la l-GOI u lanqas il-produtturi esportaturi ma pprovdew informazzjoni jew evidenza ġdida sabiex isostnu pretensjoni ta’ nuqqas ta’ appoġġ għall-introjtu jew għall-prezz. L-allegazzjonijiet imqajma f’dan ir-rigward sempliċiment ma jaqblux mal-interpretazzjoni ġurisprudenzjali segwita mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-analiżi mwettqa fit-taqsima 3.3.3.7 tar-Regolament proviżorju tissodisfa l-istandard ta’ prova stabbilit mir-Regolament bażiku, mill-ftehim SCM u mill-ġurisprudenza tad-WTO. |
(164) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe element fattwali ġdid li jista’ jwassal għal rivalutazzjoni tas-sejba tagħha, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni li ntlaħqet fit-taqsima 3.3.3.7 tar-Regolament proviżorju. |
(165) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GOI sostna li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta sabet appoġġ għad-dħul u għall-prezzijiet għax dan jirrikjedi l-eżistenza ta’ miżura li tiggarantixxi ċertu riżultat, u mhux ta’ kwalunkwe miżura li jkollha effett inċidentali fuq il-prezzijiet. |
(166) |
F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni diġà spjegat fil-premessi (153) u (160) li s-sett ta’ miżuri għandu l-għan li jirregola u jnaqqas il-prezzijiet domestiċi, u li mhuwiex biss effett sekondarju tal-politika tal-GOI. Minbarra dan, il-Kummissjoni osservat li la l-GOI u lanqas il-produtturi esportaturi ma pprovdew informazzjoni jew evidenza ġdida sabiex isostnu pretensjoni ta’ nuqqas ta’ appoġġ għall-introjtu jew għall-prezz. |
(167) |
Wilmar iddikjara li l-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra l-pretensjonijiet tiegħu b’reazzjoni għad-divulgazzjoni proviżorja u ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel dan. |
(168) |
Għall-kuntrarju tal-allegazzjoni ta’ Wilmar, il-Kummissjoni analizzat dawk l-allegazzjonijiet u, kif indikat fil-premessa (163), ma setgħet issib ebda element fattwali ġdid. Minflok, Wilmar jispjega għaliex ma jaqbilx mal-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-ġurisprudenza tad-WTO u mal-fatti tal-każ. F’dawk il-kummenti, Wilmar jiddiskuti wkoll il-fehma tiegħu tax-xenarju kontrofattwali korrett. |
(169) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni tenniet li ma taqbilx mal-interpretazzjoni ta’ Wilmar tal-ġurisprudenza tad-WTO u mal-fatti tal-każ kif stabbilit fit-Taqsima III.B.3 tal-Kummenti għar-Regolament proviżorju u kkonfermat għal kollox il-konklużjoni li ntlaħqet fit-taqsima 3.3.3.7 tar-Regolament proviżorju. |
3.2.4. Nuqqas ta’ prova tal-eżistenza ta’ benefiċċju: żball fl-identifikazzjoni tal-parametru referenzjarju xieraq
(170) |
Fir-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet tal-esportazzjoni FOB tas-CPO mill-Indoneżja lejn il-bqija tad-dinja kif jinsabu fl-Istatistika dwar l-Esportazzjonijiet tal-Indoneżja huma parametru referenzjarju xieraq peress li huma stabbiliti skont il-prinċipji tas-suq ħieles, jikkompetu mal-prezzijiet ta’ prodotti oħra fi swieq barranin, jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fl-Indoneżja, u mhumiex imxekkla minn intervent tal-gvern. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-parametru referenzjarju użat huwa l-aktar sostitut qrib għal xi jkun prezz domestiku Indoneżjan mingħajr distorsjoni jekk ma jkunx hemm l-intervent tal-GOI. Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-prezzijiet FOB użati bħala parametru referenzjarju huma konformi mal-prezzijiet internazzjonali (bħal, pereżempju, CIF Rotterdam). |
(171) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkalkulat l-ammont ta’ sussidju kumpensabbli għal kull produttur esportatur f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevitur li nstab li kien jeżisti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni vvalutat il-benefiċċju bħala li huwa l-addizzjoni għad-differenzi bejn il-prezzijiet imħallsa għas-CPO mixtri domestikament u l-prezz referenzjarju tas-CPO kkalkulat kull xahar tal-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(172) |
Il-GOI, Wilmar u Permata Group iddikjaraw li l-Kummissjoni żbaljat (1) meta qieset dak il-parametru referenzjarju bħala wieħed xieraq u, (2) fil-kalkolu tal-benefiċċju totali. Il-GOI, Wilmar u Permata Group isostnu li dan huwa minħabba li l-prezz tal-esportazzjoni FOB jinkludi l-levy tal-esportazzjoni u għalhekk huwa distort. L-EBB ressaq ukoll pretensjoni simili ħafna. |
(173) |
Il-Kummissjoni osservat li l-allegazzjoni li l-prezz tal-esportazzjoni huwa distort essenzjalment tipprova taqleb kunċettwalment ir-raġunament tal-każ. Filwaqt li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-prezzijiet domestiċi tas-CPO huma artifiċjalment baxxi, l-esportaturi jiddikjaraw li huma l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet (bejn wieħed u ieħor allinjati mal-prezzijiet internazzjonali) li huma għoljin wisq. Fi kliem ieħor, l-esportaturi jiddikjaraw li l-levy tal-esportazzjoni tagħmel il-prezzijiet tal-esportazzjoni għoljin wisq. Madankollu, huwa l-prezz domestiku li huwa distort minħabba l-levy tal-esportazzjoni, fost affarijiet oħra. Fl-aħħar nett, il-GOI nnifsu ddikjara li l-levy tal-esportazzjoni mhijiex inkluża fil-prezz tal-esportazzjoni użat mill-Kummissjoni fil-kalkoli tagħha (20). Il-Kummissjoni nnutat din il-pretensjoni tal-GOI. Madankollu, qieset li l-effetti tal-levy tal-esportazzjoni huma fatturati fil-prezz FOB. Il-Kummissjoni fil-fatt ikkunsidrat li l-bejjiegħ iqis l-obbligu li jħallas il-levy meta jistabbilixxi l-prezz tal-esportazzjoni, li mbagħad jiġi kkomunikat lill-awtoritajiet tal-GOI għal skopijiet ta’ statistika. |
(174) |
Minbarra dan, kif stabbilit fil-premessa (198) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni qieset il-prezz tal-esportazzjoni FOB ta’ kull xahar, irrapportat fl-istatistiki Indoneżjani, bħala l-aktar parametru referenzjarju xieraq. Il-Kummissjoni kkunsidrat dan il-parametru referenzjarju bħala xieraq għat-tranżazzjonijiet individwali ta’ xiri. Il-Kummissjoni sabet li l-incoterm tal-FOB tal-prezz referenzjarju u l-incoterms tat-tranżazzjonijiet ta’ xiri domestiċi magħmula mill-produtturi esportaturi kienu komparabbli. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment f’dan ir-rigward mill-partijiet interessati. |
(175) |
Minbarra dan ta’ hawn fuq, Wilmar iddikjara li l-Kummissjoni għamlet żball meta kkalkolat l-ammont ta’ benefiċċju riċevut minn tal-ewwel għax kellha tnaqqas mill-kalkolu tal-benefiċċju l-ammonti li bihom il-prezz tax-xiri tas-CPO jaqbeż il-parametru referenzjarju. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li hija kienet qieset biss it-tranżazzjonijiet li għalihom ingħata benefiċċju (fi kliem ieħor, fejn il-prezz imħallas mill-produtturi esportaturi kien taħt il-parametru referenzjarju). Dawn huma t-tranżazzjonijiet fejn il-programm inkwistjoni jirriżulta fl-għoti ta’ benefiċċji lill-produtturi esportaturi. Għalhekk ma jagħmilx sens li jitnaqqsu t-tranżazzjonijiet fejn ma ngħata l-ebda vantaġġ minħabba li kienu konformi mas-suq. F’dan is-sens, il-Kummissjoni osservat li l-bord tad-WTO fl-Istati Uniti – Dazji Antidumping u Kumpensatorji Definittivi fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina (21), meta eżamina kif l-USDOC kien iddetermina l-ammont ta’ benefiċċju mogħti permezz tas-sussidju inkwistjoni bħala l-forniment ta’ “gomma” għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata (22), innota li s-sussidji allegati “jridu jiġu analizzati fir-rigward ta’ perjodu partikolari biex fl-aħħar mill-aħħar jinstab l-ammont globali ta’ sussidjar tal-prodott investigat” (23) u li “l-Artikolu 14(d) tal-Ftehim SCM ma fih l-ebda referenza għal xi kunċett ta’ tpaċija, jew ‘benefiċċji negattivi’ jew ta’ teħid tal-medja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, għal oġġett partikolari “ (24). It-tqabbil huwa paragun tat-tranżazzjonijiet individwali ta’ xiri ma’ parametru referenzjarju individwali għal dik it-tranżazzjoni ta’ xiri. Il-Kummissjoni wettqet tqabbil ta’ tranżazzjoni ma’ tranżazzjonijiet sabiex tistabbilixxi jekk kienx hemm benefiċċju u l-ammont ta’ dak il-benefiċċju. It-total tal-benefiċċji misjuba għal kull tranżazzjoni huwa l-ammont tas-sussidju. Għaldaqstant, din il-pretensjoni hija rrifjutata. |
(176) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI ddikjara wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tagħti prova tal-eżistenza ta’ benefiċċju għaliex (1) huwa illoġiku li jinstab benefiċċju fil-forma ta’ restrizzjonijiet tal-esportazzjoni f’suq finanzjarju kompetittiv, u (2) il-prezzijiet domestiċi tas-CPO jsegwu d-dinamika tas-suq kompetittiva. |
(177) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għal darb’oħra li l-benefiċċju f’dan il-każ huwa fil-forma ta’ forniment ta’ CPO għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata. Għalhekk, l-ewwel pretensjoni tal-GOI hija rrifjutata. |
(178) |
Fir-rigward tal-pretensjoni tal-GOI li l-prezzijiet domestiċi tas-CPO jsegwu dinamiċi markaturi kompetittivi u mhux distorti, il-Kummissjoni tirreferi għall-analiżi li saret, u b’mod partikolari fil-premessa (151). |
(179) |
Il-Kummissjoni għalhekk żammet is-sejba tagħha li din l-iskema tagħti benefiċċju lill-produtturi esportaturi. |
(180) |
Il-GOI sostna wkoll li l-Kummissjoni identifikat il-parametru referenzjarju żbaljat essenzjalment minħabba li dak li użat jinkludi l-levy tal-esportazzjoni u li għandha tnaqqas il-levy tal-esportazzjoni mill-parametru referenzjarju. |
(181) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni osservat kontradizzjoni bejn din id-dikjarazzjoni u t-tweġiba tal-GOI għall-ittra ta’ insuffiċjenza tal-14 ta’ Marzu 2019. F’dik it-tweġiba, il-GOI ddikjara li: “Il-GOI jikkonferma li l-istatistika tal-esportazzjoni lejn l-UE tkopri biss il-bijodiżil prodott fl-Indoneżja. Il-valur irrapportat tal-esportazzjoni huwa FOB u mhijiex inkluża taxxa/levy tal-esportazzjon i”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-GOI ma pprovda l-ebda element fattwali addizzjonali biex jappoġġa d-dikjarazzjoni tiegħu. Kif spjegat fil-premessa (173), il-Kummissjoni kkunsidrat li l-prezz FOB irrapportat de facto jinkludi l-effetti tal-levy tal-esportazzjoni. |
(182) |
Wilmar sostna li l-parametru referenzjarju użat biex jiġi kkalkulat il-benefiċċju kien eċċessiv minħabba li ntuża parametru referenzjarju ta’ “barra l-pajjiż”. Madankollu, biex jiġi ddeterminat il-parametru referenzjarju l-aktar akkurat u xieraq li għandu jintuża, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni ma użatx parametri referenzjarji “barra l-pajjiż” bħal dawk disponibbli fil-Malasja jew fl-Ewropa bħal CIF Rotterdam. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni Indoneżjani kienu użati minħabba li huma Indoneżjani (u f’dan is-sens huma prezzijiet fil-pajjiż) u minħabba li jirrappreżentaw bażi tas-suq affidabbli għal skopijiet ta’ tqabbil. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet irrifjutata. |
(183) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonfermat il-konklużjoni milħuqa fil-premessa (172). |
3.2.5. Speċifiċità
(184) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GOI ddikjara li l-Kummissjoni naqset milli tagħti prova tal-ispeċifiċità tal-programm. Skont il-GOI, sussidju huwa speċifiku jekk jirreferi għal industrija waħda biss. |
(185) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-pretensjoni. Il-Kummissjoni nnutat li l-Bord f’US - Upland Cotton spjega li: “Skont it-test tal-Artikolu 2 tal-Ftehim SCM, sussidju huwa “speċifiku” jekk ikun speċifiku għal intrapriża jew industrija jew grupp ta’ intrapriżi jew industriji (imsemmija fil-Ftehim SCM bħala “ċerti intrapriżi”) fil-ġuriżdizzjoni tal-awtorità li tagħti l-għajnuna.(…)”. Il-Bord spjega wkoll li “(…) “Speċifiċità” testendi għal grupp ta’ industriji minħabba li l-kliem “ċerti intrapriżi” huma definiti b’mod wiesa’ fit-termini ta’ ftuħ tal-Artikolu 2.1, bħala impriża jew industrija jew grupp ta’ intrapriżi jew industriji.” (25) |
(186) |
Il-Korp tal-Appelli fl-Istati Uniti – Dazji Anti-Dumping u Kumpensatorji (iċ-Ċina) qies it-tifsira ta’ “ċerti intrapriżi” fl-Artikolu 2: “Barra minn hekk, sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 2.1(a) tal-Ftehim SCM meta l-limitazzjoni espliċita tillimita l-aċċess għal dak is-sussidju għal “ċerti intrapriżi”. Ix-chapeau tal-Artikolu 2.1 jistabbilixxi li t-terminu “ċerti intrapriżi” jirreferi għal “intrapriża jew industrija jew grupp ta’ intrapriżi jew industriji”. Ninnutaw l-ewwel nett li l-kelma “ċerti” hija definita bħala “magħruf u partikolarizzat iżda mhux espliċitament identifikat: (b’nom singulari) partikolari, (b’nom plurali) xi wħud partikolari, xi wħud definiti”. Il-kelma “grupp”, min-naħa tagħha, hija komunement iddefinita bħala “numru ta’ persuni jew affarijiet li jitqiesu bħala unità jew entità sħiħa minħabba xi relazzjoni jew skop reċiproku jew komuni, jew ikklassifikati flimkien minħabba grad ta’ xebh”. Fir-rigward tan-nomi kkwalifikati minn “ċerti” u “grupp”, naraw li “intrapriża” tista’ tiġi definita bħala “ditta kummerċjali, kumpanija”, filwaqt li “industrija” tfisser “forma jew qasam partikolari ta’ xogħol produttiv; sengħa, manifattura”. Ninnutaw li l-bord fl-Istati Uniti – Upland Cotton, qies li “industrija, jew grupp ta’ “industriji”, ġeneralment tista’ ssir referenza għalihom skont it-tip ta’ prodotti li jipproduċu”; li “l-kunċett ta’ “industrija” huwa relatat ma’ produtturi ta’ ċerti prodotti”; u li “l-wisa’ ta’ dan il-kunċett ta’ “industrija” jista’ jiddependi fuq diversi fatturi f’każ partikolari”. Dan ta’ hawn fuq jissuġġerixxi li t-terminu “ċerti intrapriżi” jirreferi għal impriża waħda jew industrija waħda jew klassi ta’ intrapriżi jew industriji magħrufa u partikolarizzati. Madankollu naqblu maċ-Ċina li dan il-kunċett jinvolvi “ċertu ammont ta’ indeterminatezza fit-trufijiet”, u mal-bord fl-Istati Uniti – Upland Cotton li kwalunkwe determinazzjoni ta’ jekk numru ta’ intrapriżi jew industriji jikkostitwixxu “ċerti intrapriżi” tista’ ssir biss każ b’każ” (26). |
(187) |
Il-Kummissjoni għalhekk innotat li l-ġurisprudenza tad-WTO ma teħtieġx li sussidju jirreferi għal industrija waħda biex ikun speċifiku, iżda jista’ jirreferi wkoll għal “klassi ta’ intrapriżi jew industriji magħrufa u partikolarizzat i”. F’dan il-każ, il-Kummissjoni fil-premessa (202) tar-Regolament proviżorju kkonkludiet li s-sett ta’ miżuri huma speċifiċi minħabba li huma ta’ benefiċċju għal intrapriżi attivi fil-katina tal-valur taż-żejt tal-palm. Għalhekk, il-Kummissjoni – f’konformità mal-ġurisprudenza tad-WTO – ikkonkludiet li s-sett ta’ miżuri huma speċifiċi minħabba li jirreferu għal “klassi ta’ intrapriżi jew industriji magħrufa u partikolarizzat i”. Għalhekk, il-pretensjoni tal-GOI hija rrifjutata. |
3.3. L-appoġġ tal-Gvern għall-industrija tal-bijodiżil permezz tal-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni fuq makkinarju impurtat f’żoni tal-merkanzija marbuta
(188) |
Kif imsemmi fil-premessa (237) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kkalkulat il-benefiċċju għall-produtturi esportaturi li jirriżulta mill-eżenzjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni fuq makkinarju importat bħala l-ammont totali ta’ dazju mhux imħallas, allokat għall-perjodu ta’ investigazzjoni abbażi tal-ħajja utli tal-assi sottostanti. Il-produtturi esportaturi ddikjaraw li meta kkalkulat il-benefiċċji miksuba minħabba l-eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni fuq makkinarju importat, il-Kummissjoni missha allokat l-ammonti riċevuti fuq il-fatturat totali tal-kumpaniji rispettivi u mhux biss fuq il-fatturat tal-prodott ikkonċernat. Il-produtturi esportaturi spjegaw li dan huwa għaliex il-lista ta’ magni importati mingħajr dazju ma tinkludix biss magni użati għall-produzzjoni tal-bijodiżil, iżda anki għal prodotti oħra. |
(189) |
F’dan ir-rigward, diġà fil-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi l-Kummissjoni talbet lill-kumpaniji biex jipprovdu l-lista tal-magni u jindikaw l-użu tagħhom. Il-Kummissjoni nnutat li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi ma qajjem il-possibbiltà ta’ użu doppju ta’ magni speċifiċi qabel iż-żjara ta’ verifika, fiż-żmien meta kien ikun possibbli li tiġi vverifikata l-informazzjoni. Peress li ma kienx possibbli li din l-allegazzjoni tiġi vverifikata, il-pretensjoni ġiet rifjutata. |
(190) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ makkinarju għal żoni tal-merkanzija marbuta, wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-EBB dwar il-kooperazzjoni parzjali ta’ Wilmar f’dan ir-rigward. L-EBB fakkar il-fatt li Wilmar ma ddivulgax l-ammont ta’ sussidji li rċieva permezz tal-iskema ta’ sussidju taż-żoni tal-merkanzija marbuta. Barra minn hekk, l-EBB innota li d-dazju proviżorju impost fuq Wilmar mhuwiex l-ogħla rata ta’ dazju fost id-dazji proviżorji imposti għal din l-iskema. |
(191) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tal-UE kkonfermat li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni parzjali fir-rigward tad-data dwar iż-żoni tal-merkanzija marbuta, il-Kummissjoni f’dan ir-rigward applikat għal Wilmar il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. |
(192) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, PT Ciliandra Perkasa sostniet li l-Kummissjoni żbaljat meta rrifjutat il-pretensjoni tagħha li l-Kummissjoni kellha talloka l-ammonti rċevuti fuq id-dħul mill-bejgħ totali tal-kumpaniji rispettivi u mhux biss fuq id-dħul mill-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Skont PT Ciliandra Perkasa, dan huwa minħabba li l-Kummissjoni setgħet tissoponi mil-lista pprovduta jekk kull magna individwali tintużax għall-bijodiżil biss jew għandhiex użu doppju. |
(193) |
Il-Kummissjoni nnutat fil-premessa (189) li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi, inkluża PT Ciliandra Perkasa, ma qajjem il-possibbiltà ta’ użu doppju ta’ magni speċifiċi qabel iż-żjara ta’ verifika, fiż-żmien meta kien ikun possibbli li tiġi vverifikata l-informazzjoni. Peress li ma kienx possibbli li din l-allegazzjoni tiġi vverifikata, it-talba ġiet rifjutata. |
3.4. Kumment ġenerali dwar il-metodoloġija użata għall-kalkoli tas-sussidju
(194) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Wilmar saħaq li l-Kummissjoni wettqet żball meta kkalkulat l-ammonti ta’ sussidju minħabba li għamlet dan permezz ta’ allokazzjonijiet tal-fatturat. Wilmar jallega li, skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni missha kkalkulat l-ammont ta’ sussidju għal kull unità tal-prodott issussidjat minflok għal kull programm. |
(195) |
Il-Kummissjoni nnutat li ma ngħata l-ebda sussidju b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Għalhekk l-ammont tas-sussidju totali kien allokat fuq il-fatturat tal-bejgħ rilevanti tal-kumpaniji tal-grupp Wilmar f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku li jgħid hekk: “Fejn is-sussidju ma jingħatax b’referenza għall-kwantitajiet manufatturati, maħduma, esportati jew trasportati, l-ammont tas-sussidju kumpensabbli għandu jiġi determinat bl-allokazjoni tal-valur tas-sussidju totali, skont kif ikun il-każ, fuq il-livell ta’ produzzjoni, bejgħ, jew esportazzjoni tal-prodotti kkonċernati matul il-perjodu tal-investigazzjoni dwar is-sussidja r”. |
(196) |
Minħabba li l-ebda wieħed minn dawn is-sussidji ma jingħata b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati, il-valur tal-fatturat tal-bejgħ tal-kumpanija huwa l-aktar denominatur xieraq. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-fatturat rilevanti ġie determinat fuq bażi li tiżgura li jiġi rifless kemm jista’ jkun il-valur tal-bejgħ tal-prodotti mibjugħa mill-kumpanija benefiċjarja. Kull metodoloġija oħra proposta fil-kalkolu tal-ammont tas-sussidju kumpensabbli tkun kontra d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament bażiku (l-Artikoli 7 u 15) u l-prassi amministrattiva segwita mill-Kummissjoni fil-proċedimenti kontra s-sussidji tagħha hija u tagħżel in-numeratur/denominatur għall-allokazzjoni tal-ammont tas-sussidju kumpensabbli. Għalhekk, il-pretensjoni ta’ Wilmar ġiet rifjutata. |
3.5. Konklużjoni dwar is-sussidjar
(197) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-GOI kkummenta fuq l-istatus tal-appoġġ lill-industrija tal-bijodiżil permezz ta’ trasferiment dirett ta’ fondi permezz tal-OPPF kif ukoll permezz tal-forniment ta’ CPO għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata. B’mod partikolari, il-GOI kkummenta li l-OPPF kien waqqaf il-ħlas tal-fondi lill-esportaturi tal-bijodiżil f’Settembru 2018, u li l-levy tal-esportazzjoni fuq is-CPO kienet fil-livell ta’ żero mill-4 ta’ Diċembru 2018. |
(198) |
Bi tweġiba l-Kummissjoni nnutat li ż-żewġ programmi għadhom fis-seħħ u ma tħassrux formalment. Minħabba l-mod kif joperaw, il-benefiċċji li jirriżultaw minnhom għall-produtturi esportaturi se jkomplu fil-futur. Il-ħlasijiet mill-OPPF twaqqfu minħabba d-differenza bejn il-prezz ta’ referenza tad-diżil minerali u l-prezz ta’ referenza tal-bijodiżil, mhux minħabba li l-programm ġie eliminat. Barra minn hekk, f’Diċembru 2018 reġgħu bdew il-pagamenti tal-OPPF lill-produtturi tal-bijodiżil. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 15(1) kienu ssodisfati u rrifjutat din il-pretensjoni. |
(199) |
Ir-rati definittivi tas-sussidju fir-rigward tas-sett ta’ miżuri deskritti hawn fuq espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej: Tabella 1 Rati definittivi tas-sussidju
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
(200) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, il-produttur esportatur Indoneżjan Wilmar talab li jkun jaf jekk Masol, produttur Spanjol tal-bijodiżil u parti mill-kampjun, kenitx membru tal-industrija tal-Unjoni minħabba l-affiljazzjoni tagħha mal-produttur esportatur Indoneżjan Musim Mas Group u li l-kumpanija tixtri l-bijodiżil minbarra li timmanifatturah fl-Unjoni. |
(201) |
Il-Kummissjoni qieset li Masol taqa’ taħt id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni minħabba li tipproduċi bijodiżil fl-impjanti tagħha fl-Unjoni. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’ tinkludi produtturi tal-Unjoni fid-definizzjoni tal-industrija anke meta jimportaw ukoll il-prodott ikkonċernat (iżda mhijiex obbligata li tagħmel dan). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li l-enfasi ekonomika ta’ Masol hija wkoll fl-Unjoni peress li l-produzzjoni tagħha fl-Unjoni taqbeż bil-kbir ix-xiri tagħha ta’ bijodiżil mill-Indoneżja jew minn postijiet oħra. |
(202) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar mill-ġdid talab biex ikun jaf jekk Masol għandhiex tiġi eskluża mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, peress li hija sussidjarja li hija kollha kemm hi proprjetà tal-produttur esportatur Indoneżjan Musim Mas Group. |
(203) |
Il-Kummissjoni qieset dan il-punt iżda qieset li Masol tibqa’ parti mill-industrija tal-Unjoni bħala produttur tal-bijodiżil tal-Unjoni. Is-sjieda ta’ din il-kumpanija hija biss wieħed mill-elementi li tqiesu f’dan ir-rigward, u mhijiex deċiżiva fir-rigward tal-istatus tagħha ta’ produttur tal-Unjoni f’dan il-każ minħabba s-sehem sinifikanti tal-produzzjoni tagħha fl-Unjoni. |
(204) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Wilmar ikkummenta wkoll dwar il-livell tal-produzzjoni tal-Unjoni fit-Tabella 3 tar-Regolament proviżorju, u nnota li kieku l-produzzjoni żdiedet bl-istess rata perċentwali bħall-konsum (33 %) mill-2015 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-produzzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienet taqbeż il-konsum fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(205) |
Il-Kummissjoni nnutat li dan it-tqabbil kien affettwat minn arrotondament, minħabba li ż-żieda preċiża kienet ta’ 32,58 % tal-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produzzjoni kienet aktar baxxa mill-konsum tal-Unjoni fl-2015. B’konsegwenza ta’ dan, jekk iż-żewġ ċifri jiżdiedu bl-istess perċentwal, huwa matematikament impossibbli li ċ-ċifra l-aktar baxxa (il-produzzjoni) taqbeż iċ-ċifra inizjalment ogħla (konsum) jekk iż-żewġ ċifri jiġu miżjuda b’mod matematikament korrett bl-istess rata. |
(206) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni rrimarkat li d-dikjarazzjoni li saret fil-premessa (269) tar-Regolament proviżorju, li tinnota li l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma żammitx il-pass tad-domanda, hija fattwalment preċiża. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnutat li matul il-perjodu kollu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni kellha l-kapaċità żejda meħtieġa sabiex iżżid il-produzzjoni tagħha u tissodisfa ż-żieda fil-livell tal-konsum, li ma kisbitx minħabba l-importazzjonijiet issussidjati tal-bijodiżil. |
(207) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar reġa’ għamel l-istess kumment, filwaqt li nnota li l-produzzjoni tal-Unjoni kienet kważi 100 % tal-konsum tal-Unjoni fl-2015 u li għalhekk, jekk il-Kummissjoni tistenna li l-produzzjoni tiżdied eżattament b’konformità mal-konsum, allura l-industrija tal-Unjoni tkun effettivament qed timmonopolizza l-konsum sħiħ tal-UE. |
(208) |
Madankollu, il-premessa (269) tar-Regolament proviżorju sempliċement iddikjarat li l-produzzjoni tal-Unjoni ma żammitx mad-domanda tal-Unjoni, u li d-differenza kienet l-importazzjonijiet tal-bijodiżil fl-Unjoni. Din id-dikjarazzjoni tibqa’ fattwalment korretta. Huwa wkoll fattwalment skorrett li wieħed jitkellem dwar monopolju tal-industrija tal-Unjoni. Kif iddikjarat fil-premessa (264) tar-Regolament proviżorju, l-industrija tal-Unjoni tikkonsisti f’aktar minn 200 produttur li jikkompetu ma’ xulxin fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk mhux xieraq li wieħed jitkellem dwar monopolju possibbli mill-industrija tal-Unjoni f’dan il-każ. |
(209) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stipulati fil-premessi (264) sa (269) tar-Regolament proviżorju. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
(210) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-produttur esportatur Indoneżjan Wilmar innota li meta analizzat il-konsum tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma għamlitx referenza għat-Tieni Direttiva RED (27) (Renewable Energy Directive II, “RED II”) jew għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (28) li jirreferi għal materja prima b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art. |
(211) |
Il-Kummissjoni nnutat li dawn iż-żewġ dokumenti jittrattaw il-konsum tal-ġejjieni, u mhux tal-imgħoddi, u jkomplu l-politika tal-Unjoni ta’ tħeġġiġ tal-użu tal-bijodiżil f’magni diżil, u l-punt ta’ Wilmar li dawn il-liġijiet tassew jistgħu jillimitaw il-konsum tal-PME xejn ma għandu x’jaqsam mal-konsum totali tal-Unjoni tal-bijodiżil. |
(212) |
Barra minn hekk, Wilmar ikkonferma fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni proviżorja li l-konsum tal-PME jista’ jibqa’ fil-livell tal-2019 sa tmiem l-2023 (29). Huwa biss wara l-31 ta’ Diċembru 2023 li l-konsum ta’ materja prima b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art se jonqos. |
(213) |
Barra minn hekk, parti sinifikanti mill-PME bħalissa hija prodotta mill-industrija tal-Unjoni. L-importazzjonijiet Indoneżjani jistgħu jkomplu jiżdiedu fit-terminu medju billi jiġi ssostitwit il-PME li bħalissa huwa prodott mill-industrija tal-Unjoni. |
(214) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha ppreżentati fil-premessi (270) sa (278) tar-Regolament proviżorju. |
4.3. L-importazzjonijiet mill-Indoneżja u t-twaqqigħ tal-prezz
(215) |
Fir-rigward tal-volum u tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja, wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni rċiviet kummenti dwar il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Indoneżja matul il-perjodu kkunsidrat mill-esportaturi Indoneżjani, minn Gunvor (negozjant tal-bijodiżil mhux relatat) u mill-GOI. |
(216) |
Dawn ikkummentaw li l-analiżi tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja kienet difettuża, għaliex ma kinitx tkopri l-perjodu 2010-2012, jiġifieri qabel l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping fl-2013. |
(217) |
Il-Kummissjoni ħadet nota ta’ dawn il-kummenti iżda l-premessi (279) sa (282) tar-Regolament proviżorju ddeskrivew b’mod korrett il-volumi ta’ importazzjonijiet mill-Indoneżja, u fil-premessi (281) u (282) il-Kummissjoni għamlet ċar l-effett tad-dazji anti-dumping li kienu fis-seħħ. |
(218) |
Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-perjodu kkunsidrat jibda fl-2015 u, għalhekk, l-analiżi tal-volum tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja ma tistax tkun datata lura għall-2010-2012 mingħajr ma tinkiser il-konsistenza fil-perjodu kkunsidrat f’din l-investigazzjoni. It-tul tal-perjodu kkunsidrat f’dan il-każ huwa l-perjodu ta’ żmien normali użat għal investigazzjonijiet bħal dawn. Fi kwalunkwe każ, meta wieħed iħares lejn il-volumi tal-importazzjoni mill-Indoneżja kif stabbilit fl-investigazzjoni antidumping konkluża fl-2013, jista’ jiġi osservat li l-volumi tal-importazzjoni mill-Indoneżja fl-2010-2011 kienu simili għall-volumi eżistenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni attwali kif ukoll il-volumi mistennija fil-futur qrib, jekk il-miżuri ma jiġux imposti (30). |
(219) |
Gunvor ikkummenta wkoll li l-kunsiderazzjoni tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja waħedha naqset milli tqis il-livell tal-importazzjonijiet mill-Arġentina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, din l-analiżi twettqet fir-Regolament proviżorju skont it-Taqsima 6 Kawżalità, fil-premessi (368) sa (370) tar-Regolament proviżorju. |
(220) |
Fir-rigward tat-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni rċeviet kummenti wara d-divulgazzjoni proviżorja mingħand il-produtturi esportaturi Indoneżjani u mill-GOI li l-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz kienu jeħtieġu aġġustamenti jew kjarifika ulterjuri. |
(221) |
Ir-Regolament proviżorju stabbilixxa tliet metodi għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz bejn l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Indoneżja u l-bejgħ tal-bijodiżil fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni se tkompli tiċċara t-tliet metodi użati f’dan il-każ biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ twaqqigħ tal-prezz sinifikanti fuq il-bażi tad-data relatata mal-produtturi esportaturi fil-kampjun. |
(222) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI kkummenta dwar it-tliet metodi ta’ kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-Kummissjoni, u qal li l-Kummissjoni ma qisitx diversi sentenzi ġuridiċi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. |
(223) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx. It-tliet metodi ppreżentati hawn taħt janalizzaw fid-dettall it-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-Unjoni minn importazzjonijiet Indoneżjani tal-bijodiżil u t-tliet metodi kollha jirriżultaw f’sejba ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet. |
(224) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-GOI għamel ukoll xi osservazzjonijiet ġenerali dwar it-twaqqigħ tal-prezzijiet, li huma indirizzati hawnhekk. |
(225) |
L-ewwel, il-GOI qabbel il-PME u l-esteru metiliku taż-żejt tar-rapa (“RME”) u nnota li għandhom propjetajiet fiżiċi (wieħed għandu CFPP ta’ +13 C u l-ieħor ta’ -14 C) u prezzijiet differenti. |
(226) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-GOI u din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni ma għamlet l-ebda paragun dirett bejn il-bejgħ tal-PME u dak tal-RME. |
(227) |
It-tieni nett, il-GOI jikkwota l-Premessa (290) tar-Regolament proviżorju, li tiddikjara li “l-PME normalment ma jintużax fil-forma pura tiegħu iżda normalment jitħallat ma’ bijodiżils oħra biex jipproduċi taħlita b’CFPP aktar bax x”. |
(228) |
Huwa ċċarat li l-fatt li l-PME normalment jitħallat ma’ bijodiżils oħra ma jfissirx li l-PME mhuwiex imħallat direttament mad-diżil minerali. Analiżi tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun turi biċ-ċar il-bejgħ sinifikanti tal-PME pur direttament lil raffineriji tad-diżil minerali, li se jkunu f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-PME pur mill-Indoneżja. |
4.3.1. Osservazzjonijiet ġenerali dwar is-suq tal-bijodiżil tal-UE
(229) |
Il-bijodiżil huwa prodott omoġenju b’użu predominanti wieħed, jiġifieri bħala fjuwil f’magni diżil. Huwa prodott minn materja prima mhux fossili differenti. Skont il-materja prima, hemm ċerti differenzi fil-proprjetajiet fiżiċi, jiġifieri s-CFPP. Is-suq ħafna drabi jiddeskrivi l-bijodiżil f’CFPP partikolari bħall-FAMEX (31), bħall-FAME0 għall-bijodiżil b’CFPP ta’ 0 °C jew FAME5 għall-bijodiżil b’CFPP ta’ 5 °C. |
(230) |
Il-biċċa l-kbira tat-tipi ta’ bijodiżil, inkluż il-PME, jinbiegħu jew puri jew bħala taħlita ma’ tipi oħra ta’ bijodiżil. F’dan il-kuntest, it-terminu “taħlita” jirreferi għal taħlita li tikkonsisti f’tipi differenti ta’ bijodiżil, iżda mhux diżil minerali. Dan ma għandux jiġi konfuż mat-“taħlita” li normalment tinbiegħ fil-pompa, li pereżempju fl-Unjoni normalment tikkonsisti f’mhux aktar minn 10 % bijodiżil, u mhux inqas minn 90 % diżil minerali. |
(231) |
Id-domanda għall-bijodiżil hija xprunata minn żewġ fatturi ewlenin: il-konsum tal-fjuwil tad-diżil u l-kontenut ta’ bijodiżil f’dan il-fjuwil. Il-prezz tal-bijodiżil ma għandu l-ebda impatt notevoli fuq xi wieħed minn dawn il-fatturi, b’mod partikolari minħabba l-impatt limitat tal-prezz tal-bijodiżil fuq il-prezz tad-diżil fil-pompa. |
(232) |
Għalhekk, b’differenza għal ħafna prodotti oħra, id-domanda għall-bijodiżil mhijiex elastika fir-rigward tal-prezzijiet. Il-bijodijżil bi prezz baxx tipikament ma jwassalx għal żieda fil-konsum fis-suq tal-bijodiżil. Il-kompetizzjoni fil-prezzijiet fis-suq tal-bijodiżil hija għalhekk logħba b’somma żero, fejn il-kwantitajiet miksuba minn operatur tas-suq wieħed jintilfu fl-istess livell minn operaturi oħra fis-suq. |
(233) |
Għalhekk, b’domanda stabbli, iż-żieda fil-kwantitajiet tal-importazzjoni ta’ bijodiżil issussidjat, bi prezzijiet baxxi, se jkollu impatt fuq il-bilanċ tal-provvista/domanda, li jwassal għal provvista żejda fis-suq kollu tal-bijodiżil. F’sitwazzjoni ta’ provvista żejda fis-suq tal-bijodiżil kollu kemm hu, id-disponibbiltà ta’ għażla orħos, bħall-importazzjonijiet sussidjati, se teżerċita pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet ukoll fis-suq tal-bijodiżil kollu kemm hu, li jaffettwa b’mod negattiv lill-produtturi kollha tal-bijodiżil, irrispettivament mill-materja prima użata. |
4.3.2. Metodu 1 - Tqabbil tal-importazzjonijiet tal-PME mal-PME prodott fl-UE
(234) |
L-ewwel metodu fil-premessi minn (292) sa (295) tar-Regolament proviżorju qabbel l-importazzjonijiet tal-PME mill-Indoneżja mal-bejgħ tal-PME prodott fl-Unjoni Ewropea. Il-marġini ta’ twaqqigħ tal-prezz varjaw bejn 6,0 % u 11,6 %. |
(235) |
Biex jiġi ċċarat il-kalkolu, fuq talba ta’ dawk li ppreżentaw kummenti, il-paragun eżatt kien bejn il-PME f’punt fejn jingħalaq il-filtru kiesaħ (cold filter plugging point, “CFPP”) + 13 mill-Indoneżja u l-PME fil-PCFPP + 10 mill-industrija tal-Unjoni (32). Il-PME mibjugħ b’CFPP +10 ma tħallatx sabiex jilħaq dak is-CFPP, mal-bijodiżil żdied addittiv li jiswa anqas minn EUR 1 għal kull tunnellata metrika, jiġifieri madwar 0,1 % biss tal-kost tal-produzzjoni. Il-Kummissjoni ma tqisx li aġġustament għal dan l-addittiv huwa meħtieġ peress li ma jkollu l-ebda impatt fuq il-kalkoli. |
(236) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, Wilmar ikkummenta li fil-premessa (287) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tispjega aktar kif qieset is-sistema Ġermaniża speċifika ta’ “għadd doppju”. |
(237) |
Sabiex tiċċara l-metodoloġija, il-Ġermanja implimentat miri obbligatorji għall-emissjonijiet ta’ gass serra li jridu jintlaħqu mill-kumpaniji tal-petroleum. B’riżultat ta’ dan, tranżazzjonijiet b’livelli baxxi ta’ emissjonijiet ta’ CO2 jattiraw primjum fuq il-prezz. It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ għas-suq Ġermaniż kienu identifikati bl-użu tal-indikatur “2” fil-PCN fejn xieraq (emissjonijiet ta’ inqas minn 9 g/MJ) sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tqabbel dawn it-tranżazzjonijiet mal-importazzjonijiet Indoneżjani ekwivalenti għal Stati Membri oħra fejn hemm sistema ta’ għadd doppju fis-seħħ. |
(238) |
Il-Kummissjoni nnutat li kif stabbilit fil-premessa (288) tar-Regolament proviżorju, l-importazzjonijiet mill-Indoneżja mingħajr ċertifikat RED kienu mqabbla mal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b’ċertifikat RED. Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-produttur esportatur Wilmar u l-GOI ddikjaraw li l-bijodiżil mingħajr ċertifikat RED kien irħas minn dak b’ċertifikat RED u talbu aġġustament. |
(239) |
Il-Kummissjoni nnutat li dawn il-partijiet ma kkontestawx li dan il-prodott kien identiku għall-PME mibjugħ b’ċertifikat RED, u ma pprovdew l-ebda evidenza li dan il-prodott mhuwiex f’kompetizzjoni diretta mal-PME prodott mill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li ma hemmx bżonn ta’ aġġustament għad-differenza fil-prezz, b’mod partikolari peress li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza konklużiva li tikkonċerna din id-differenza fil-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(240) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni baqgħet tikkunsidra li dan il-metodu juri b’mod preċiż it-twaqqigħ tal-prezz ikkawżat mit-tip ta’ bijodiżil importat mill-Indoneżja. Fi kwalunkwe każ, il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz stabbilit għall-prodotti mingħajr ċertifikat RED jaqbeż b’mod sinifikanti d-differenza fil-prezz allegata minn Wilmar. Għalhekk, anki kieku l-aġġustament iddikjarat minn Wilmar kien ingħata, l-impatt ta’ aġġustament bħal dan ikun moderat, u xorta kien ikun hemm twaqqigħ tal-prezz sinifikanti għall-importazzjonijiet Indoneżjani. |
(241) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI u Wilmar it-tnejn talbu aġġustament biex titqies id-differenza fil-prezz bejn il-bijodiżil CFPP10 u dak CFPP13. |
(242) |
Ma nstabet l-ebda differenza fil-prezz mill-Kummissjoni u l-ebda evidenza ta’ differenza fil-prezz ma kienet ipprovduta mill-GOI jew minn Wilmar. Il-Kummissjoni sabet li l-bijodiżil ġie kkwotat fis-swieq bħala RME pur, FAME0, u PME pur. Il-kwotazzjonijiet għall-PME pur ma għamlu l-ebda referenza għas-CFPP attwali tal-prodott, iżda biss għall-PME, li jappoġġa l-argument tal-Kummissjoni li l-PME kollu jinbiegħ bi prezzijiet simili irrispettivament mis-CFPP preċiż. Din il-pretensjoni kienet għalhekk irrifjutata. |
(243) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni reġgħet irċeviet talba mingħand Wilmar u l-GOI għal aġġustament fil-prezz sabiex jitqabblu l-importazzjonijiet tal-PME mingħajr ċertifikat RED mal-produzzjoni tal-PME fl-Unjoni b’ċertifikat RED. |
(244) |
Il-Kummissjoni tenniet il-pożizzjoni tagħha li aġġustament bħal dan mhuwiex meħtieġ u ċaħdet it-talba. Hemm kwantitajiet kbar ta’ PME importat fl-Unjoni mill-Indoneżja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mingħajr ċertifikat RED, u dan il-PME huwa utli biss għat-taħlit mad-diżil minerali jekk ikollu ċertifikat RED mehmuż. Wilmar ma pprovda ebda evidenza li turi li l-PME importat mingħajr ċertifikat RED ma kienx f’kompetizzjoni mal-produzzjoni tal-PME fl-Unjoni b’ċertifikat RED. |
4.3.3. Metodu 2 – tqabbil tal-importazzjonijiet tal-PME mal-bejgħ tal-PME prodott fl-UE kif ukoll il-bijodiżil prodott fl-UE b’CFPP0 (FAME0)
(245) |
It-tieni metodu fil-premessi (296) sa (297) tar-Regolament proviżorju espanda l-kwantità ta’ bijodiżil prodott fl-Unjoni li ġie mqabbel mal-importazzjonijiet mill-Indoneżja, billi inkluda l-bejgħ ta’ bijodiżil FAME0 mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fit-tqabbil. |
(246) |
Sabiex il-bejgħ fl-Unjoni tal-FAME0 jitqabbel mal-importazzjonijiet tal-pajjiż kollu tal-PME mill-Indoneżja, il-prezz tal-bejgħ tal-FAME0 fl-Unjoni ġie aġġustat u, b’riżultat ta’ dan, tnaqqas għal-livell tal-prezz tal-bejgħ fl-Unjoni tal-PME sabiex jiġi kkunsidrat il-valur tas-suq tad-differenzi fil-proprjetajiet fiżiċi. |
(247) |
Sabiex jiġi ċċarat il-kalkolu, fuq talba ta’ dawk li ssottomettew kummenti, il-prezz tat-tnaqqis ta’ hawn fuq kien fil-medda ta’ EUR 100 sa 130 għal kull tunnellata metrika. Barra minn hekk, biex jiġi ċċarat il-kalkolu, 55 % tal-bejgħ kollu tal-industrija tal-Unjoni kopert minn dan it-tqabbil jinkludi kemm il-PME kif ukoll l-FAME0 (33). |
(248) |
Il-marġni għall-pajjiż kollu tat-twaqqigħ tal-prezz li nstab b’dan il-metodu kien ta’ 7,4 %. |
(249) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat dan il-kalkolu bħala stima raġonevoli tal-effett tal-importazzjonijiet Indoneżjani fuq il-prezz tal-FAME0. |
(250) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur Wilmar ikkontesta dan it-tqabbil, u kkwota s-sejbiet fil-każ tas-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO l-Unjoni Ewropea – Miżuri Antidumping fuq il-Bijodiżil mill-Indoneżja (34) fejn il-Kummissjoni għamlet aġġustament simili. Il-Bord qal fil-paragrafu 7.157: “Għalkemm kemm il-PME mill-Indoneżja kif ukoll il-bijodiżil imħallat CFPP 0 jistgħu jikkompetu għall-bejgħ mal-kumpaniji li jħalltu l-bijodiżil mad-diżil minerali, dan il-punt madankollu ma jindirizzax il-fatt li l-awtoritajiet tal-UE naqsu milli jispjegaw jekk il-paragun bejn il-bejgħ tal-PME u l-bijodiżil imħallat CFPP 0 sarx f’livell ta’ tqabbil xieraq, peress li l-PME huwa input għat-taħlitiet, inkluż il-bijodiżil CFPP 0.” |
(251) |
Il-Kummissjoni tinnota li s-suq tal-Unjoni nbidel mill-investigazzjoni oriġinali dwar l-importazzjonijiet mill-Indoneżja. Il-Bord innota li dak iż-żmien “il-PME jista’ jintuża biss f’taħlita, u fil-fatt huwa komponent tat-taħlitiet differenti mibjugħa lill-utenti finali fis-suq tal-UE .” (35) |
(252) |
Fl-investigazzjoni oriġinali kontra l-Indoneżja, il-Kummissjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tipproduċi l-PME miż-żejt tal-palm importat, peress li l-prezz tal-PME kien fil-fatt aktar baxx minn dak taż-żejt tal-palm. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni xtrat il-PME pur mill-Indoneżja u ħalltitu mal-produzzjoni tagħha ta’ bijodiżils oħra qabel il-bejgħ mill-ġdid (36). |
(253) |
Madankollu, fl-investigazzjoni attwali l-Kummissjoni sabet li PME li sar fl-Unjoni kien mibjugħ direttament lill-kumpaniji taż-żejt u għalhekk id-dinamika tas-suq inbidlet f’dan ir-rigward. |
(254) |
Il-Kummissjoni ma tikkontestax li l-PME huwa wkoll importat fl-Unjoni biex jitħallat ma’ bijodiżils oħra biex, pereżempju, isir FAME0. Madankollu l-kwantità ta’ PME importat hija ddeterminata mill-prezz ta’ dawn l-importazzjonijiet kif ukoll mill-karatteristiċi fiżiċi tagħhom, u għalhekk il-prezz tal-PME importat jeżerċita pressjoni fuq il-prezzijiet fuq it-taħlitiet ukoll. Il-PME huwa fost it-tipi ta’ bijodiżil li huma l-irħas li jistgħu jintużaw f’taħlitiet bħal FAME0 u FAME+5 li huma adattati għall-użu f’parti sinifikanti mis-suq tal-Unjoni matul is-sena. L-importazzjonijiet tal-PME għalhekk jikkompetu direttament ma’ tipi oħra ta’ bijodiżil prodotti fl-UE li nkella jkunu mħallta fi kwantitajiet akbar biex jinkiseb l-istess riżultat tat-taħlita. |
(255) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI rrifjuta dan il-metodu ta’ kalkolu, u qal li kien jittratta biss segment wieħed tas-suq tal-Unjoni u ma kienx ikopri t-tipi kollha ta’ prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ma taqbilx, fuq il-bażi li l-kalkolu mitlub mill-GOI, li jkun ikopri kull tip ta’ prodott mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni, huwa spjegat fid-dettall hawn taħt bħala l-Metodu 3. |
4.3.4. Metodu 3 – tqabbil tal-importazzjonijiet kollha tal-bijodiżil mill-Indoneżja mal-bejgħ kollu tal-bijodiżil fl-Unjoni mingħajr l-ebda aġġustament għall-prezz
(256) |
It-tielet metodu fil-premessi (298) sa (299) tar-Regolament proviżorju qabbel l-importazzjonijiet tal-pajjiż kollu tal-bijodiżil mill-Indoneżja mal-bejgħ kollu tal-bijodiżil tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz tal-pajjiż kollu li nstab b’dan il-metodu kien ta’ 17,1 % (37). |
(257) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li dan il-kalkolu, li jqabbel l-importazzjonijiet għall-pajjiż kollu tal-prodott ikkonċernat mill-Indoneżja mal-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, juri li anki meta wieħed iqabbel it-tipi kollha tal-prodott, ikun hemm twaqqigħ tal-prezz sinifikanti mill-Indoneżja. Dan huwa kkonfermat ukoll fuq il-bażi tad-data disponibbli u msemmija fil-premessa (284) tar-Regolament proviżorju. |
(258) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar irrefera għal inkonsistenza bejn il-volumi tal-bejgħ iddivulgati għall-Metodi 2 u 3, u l-proporzjon ta’ 55 % tal-bejgħ kollu tal-industrija tal-Unjoni kopert mill-Metodu 2. |
(259) |
Il-Kummissjoni tinnota din id-differenza fid-divulgazzjoni finali, peress li t-total tal-Metodu 2 mhuwiex 55 % tat-total tal-Metodu 3, kif kien fil-premessa (296) tar-Regolament proviżorju. |
(260) |
Il-Kummissjoni ċċarat li dan kien minħabba s-sorsi differenti użati biex jiġi kkalkulat it-twaqqigħ tal-prezzijiet bejn it-tliet Metodi, li kienu stabbiliti fil-premessi (292) sa (299) tar-Regolament proviżorju. |
(261) |
Il-Metodu 1 uża l-listi ta’ bejgħ tranżazzjoni bi tranżazzjoni tal-produtturi esportaturi Indoneżjani sabiex jikkalkula prezz ta’ unità għal kull tunnellata metrika għal kull PCN, u mbagħad qabbel dan il-prezz ta’ unità għal kull tunnellata metrika billi uża l-listi tal-bejgħ tranżazzjoni bi tranżazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
(262) |
Il-Metodu 2 ħa l-istess listi tranżazzjoni bi tranżazzjoni tal-Metodu 1 għall-produtturi esportaturi Indoneżjani, u mbagħad żied il-bejgħ ta’ FAME0 mil-listi tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
(263) |
Madankollu, il-Metodu 3 ġie kkalkulat billi tqabblu l-listi tranżazzjoni bi tranżazzjoni tal-Metodu 1 għall-produtturi esportaturi Indoneżjani għall-prezz unitarju tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun, kif ġie rrappurtat fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju aktar milli fil-lista tat-tranżazzjonijiet tagħhom. Dan biex jiġi żgurat li għall-Metodu 3 l-kopertura totali ma tinkludix il-kwantità mixtrija u mbagħad mibjugħa mill-ġdid mill-produtturi tal-Unjoni. |
(264) |
Għalhekk, it-totali tal-Metodi 1 u 2 mhumiex komparabbli direttament mat-total għall-Metodu 3 peress li s-sorsi huma differenti. |
(265) |
L-ebda parti interessata ma pproponiet metodu ieħor għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz bejn l-importazzjonijiet Indoneżjani u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, u l-ebda parti interessata ma ressqet kalkoli li ma juru l-ebda twaqqigħ tal-prezz fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(266) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar iddikjara li “l-uniku mod korrett biex jiġi kkalkulat it-twaqqigħ tal-prezz huwa li jitqabbel tip ta’ prodott ma’ tip ta’ prodott, b’aġġustamenti għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi li jaffettwaw il-prezzijiet ... filwaqt li jiġu indirizzati l-kumplessitajiet tal-komparabbiltà tal-prezzijiet kif instab mill-bord tad-WT O”. |
(267) |
Il-Kummissjoni ħadet nota tas-suġġeriment ta’ Wilmar fir-rigward tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet bl-użu tal-bejgħ kollu tal-industrija tal-Unjoni kif imsemmi hawn fuq. Madankollu, minħabba li ma għamlu l-ebda suġġeriment jew stima dwar l-ammont tal-aġġustamenti għal differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, jew kwalunkwe suġġeriment dwar kif għandhom jiġu ttrattati l-kumplessitajiet tal-komparabbiltà tal-prezzijiet kif instab mid-deċiżjoni tal-panel tad-WTO, l-ebda azzjoni ulterjuri dwar dan is-suġġeriment ma kienet possibbli. |
(268) |
Il-Kummissjoni wettqet diversi paraguni tal-prezzijiet sabiex tkopri l-konfigurazzjonijiet kollha possibbli tat-tipi ta’ prodotti, filwaqt li tiżgura komparabbiltà sħiħa sa fejn ikun possibbli. Il-Kummissjoni spjegat ukoll li s-sitwazzjoni tas-suq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet differenti mis-sitwazzjoni eżaminata mill-panel tad-WTO (issa bil-bejgħ dirett tal-PME mill-produtturi tal-Unjoni). Il-Kummissjoni eżaminat ukoll l-interazzjoni u r-relazzjoni kompetittiva bejn l-importazzjonijiet Indoneżjani tal-PME u l-bejgħ tal-Unjoni u kkonkludiet li l-PME, li huwa fost l-irħas tipi ta’ bijodiżil, jista’ jeżerċita pressjoni fuq il-prezzijiet fuq il-bejgħ fl-Unjoni. |
(269) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI ddeskriva dan il-kalkolu bħala t-tqabbil tal-PME Indoneżjan f’CFPP13 mal-FAME0 prodott mill-Unjoni u l-RME f’CFPP -14, u ddikjara li mingħajr aġġustamenti għall-karatteristiċi fiżiċi (jiġifieri, s-CFPP) dan it-tqabbil huwa essenzjalment bla sens. |
(270) |
Il-Kummissjoni tinnota li dan il-kalkolu huwa t-tqabbil tal-PME Indoneżjan f’CFPP13 mal-bejgħ kollu tal-UE tal-produzzjoni proprja tal-industrija tal-Unjoni, li jinkludi wkoll il-PME. Fir-rigward ta’ kwalunkwe aġġustament possibbli, ma ġiet ippreżentata l-ebda pretensjoni sostanzjata u kwantifikata għal aġġustament bħal dan. |
(271) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni skont it-tliet metodi eżaminati. |
4.3.5. Spejjeż ta’ wara l-importazzjoni
(272) |
Il-produttur esportatur Wilmar indika li l-livell ta’ aġġustament użat mill-Kummissjoni għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni ta’ EUR 8.50 għal kull tunnellata metrika, stabbilit fl-investigazzjoni anti-dumping preċedenti, kien baxx wisq u pprovda dokumentazzjoni li suppost issostni ċifra aġġustata ta’ EUR 14.50 għal kull tunnellata metrika. |
(273) |
Id-data ppreżentata kienet tikkonċerna vjeġġ wieħed li wasal wara l-perjodu ta’ investigazzjoni u l-biċċa l-kbira tal-kostijiet kienu relatati mal-ħażna wara l-importazzjoni li ma għandhiex tkun parti mill-kostijiet tal-importazzjoni. Il-Kummissjoni ma qisitx li din kienet bażi aktar affidabbli miċ-ċifra li kienet ġiet stabbilita qabel minn importatur mhux relatat u, għalhekk, ma aċċettatx l-aġġustament. |
(274) |
In-negozjant tal-bijodiżil Gunvor staqsa jekk id-data tiegħu ntużatx sabiex jiġu ddeterminati l-kostijiet tal-importazzjoni użati fil-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz. L-ispejjeż ippreżentati minn Gunvor fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tagħha kienu jinkludu ċifra kkombinata għall-ispejjeż tal-importazzjoni (li huma użati fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz) u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni (li jiġġarrbu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u li ma jitqisux fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz). |
(275) |
Matul l-investigazzjoni fuq il-post, Gunvor ipprovdiet ċifri riveduti bl-użu ta’ bażijiet differenti, filwaqt li ċ-ċifri finali pprovduti minn Gunvor kienu bbażati fuq stimi u mhux verifikabbli. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-kostijiet tal-importazzjoni użati fl-investigazzjoni li rriżultaw fid-dazji antidumping imposti mir-Regolament (UE) Nru 1194/2013, li ntużaw ukoll fl-investigazzjoni preċedenti kontra l-importazzjonijiet mill-Arġentina (38). Il-Kummissjoni qieset li dawn l-ispejjeż huma aktar affidabbli minn dawk ipprovduti minn Gunvor. |
(276) |
Minħabba li l-inflazzjoni fiż-żona tal-euro ilha baxxa ħafna mill-2012 (madwar 6 % b’kollox bejn l-2012 u l-2018), il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li tuża dawn l-ispejjeż tal-importazzjoni mingħajr ma taġġusta għall-inflazzjoni. Fi kwalunkwe każ, kwalunkwe aġġustament f’dan is-sens ma jkollu l-ebda impatt fuq il-marġnijiet ta’ twaqqigħ finali. |
(277) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (279) sa (301) tar-Regolament proviżorju. |
4.4. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Kummenti ġenerali
(278) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-Kummissjoni kkonfermat il-premessi (302) sa (308) tar-Regolament proviżorju. |
4.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
(279) |
Wara d-divulgazzjoni, il-GOI u Wilmar ikkumentaw dwar il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, billi osservaw iż-żieda fil-produzzjoni u fil-kapaċità tul il-perjodu kkunsidrat, iżda ma kkontestawx il-livell jew ix-xejra tal-indikaturi. Huma argumentaw li dawn iż-żidiet urew li l-bijodiżil Indoneżjan ma kienx qed jagħmel ħsara lill-industrija tal-Unjoni. |
(280) |
Dawn l-argumenti huma indirizzati fit-Taqsima 6 Kawżalità, il-premessi (368) sa (370) tar-Regolament proviżorju. |
(281) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-produzzjoni, tal-kapaċità tal-produzzjoni u tal-użu tal-kapaċità, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (309) sa (313) tar-Regolament proviżorju. |
4.4.2.2. Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
(282) |
Wara d-divulgazzjoni, il-GOI nnota li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fl-2015 kien dovut għall-fatt li l-industrija kienet “kważi monopolju assolut mingħajr kompetizzjoni ħielsa”. |
(283) |
Il-Kummissjoni nnutat li minħabba li l-industrija tal-Unjoni tikkonsisti f’aktar minn 100 kumpanija li jikkompetu ma’ xulxin, dan ma jistax jikkostitwixxi monopolju. Matul l-investigazzjoni ma ngħatat l-ebda evidenza dwar imġiba monopolistika tal-industrija tal-Unjoni. |
(284) |
L-esportatur Wilmar u l-GOI t-tnejn iddikjaraw li l-premessa (317) tar-Regolament proviżorju ma kinitx korretta peress li ma kinitx tikkunsidra l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina fl-UE fl-istess ħin. |
(285) |
Dawn l-importazzjonijiet huma kkunsidrati fit-Taqsima 6 Kawżalità, il-premessi (368) sa (370) tar-Regolament proviżorju. |
(286) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar argumenta li t-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni wara l-2015 ma kienx indikatur ta’ dannu “sa fejn l-industrija tal-Unjoni kienet tokkupa monopolju virtwal i” tas-suq tal-Unjoni. Wilmar jirreferi wkoll għas-sitwazzjoni speċjali maħluqa mid-dazji antidumping imposti bħala riżultat tal-investigazzjoni oriġinali. |
(287) |
L-ewwel nett, l-ambitu tal-investigazzjoni huwa limitat għall-perjodu kkunsidrat, li huwa definit fl-Avviż tal-bidu. Barra minn hekk, l-impatt tat-tneħħija tad-dazji antidumping huwa rikonoxxut fil-premessa (317) tar-Regolament proviżorju. Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat din il-pretensjoni. |
(288) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI qal ukoll li l-Kummissjoni ma kinitx indirizzat l-argumenti tagħhom dwar l-effett negattiv tal-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
(289) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għat-taqsima 6.2.1 tar-Regolament proviżorju, u t-taqsima 6.2.1 ta’ dan ir-Regolament, fejn l-effett tal-importazzjonijiet Arġentini fuq l-industrija tal-Unjoni kien indirizzat. |
(290) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-volum tal-bejgħ u tas-sehem mis-suq, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (314) sa (317) tar-Regolament proviżorju. |
4.4.2.3. It-tkabbir
(291) |
Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur Wilmar innota li l-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-2015 ’il quddiem jenħtieġ li tiġi studjata fid-dawl tal-“pożizzjoni ta’ monopolju virtwali” tagħha. Kif deskritt fil-premessa (283), ma ngħatat l-ebda evidenza ta’ sitwazzjoni monopolistika. |
(292) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (318) tar-Regolament proviżorju. |
4.4.2.4. L-impjiegi u l-produttività
(293) |
Il-GOI kkummenta dwar ix-xejriet ta’ żieda murija fit-Tabella 10 tar-Regolament proviżorju iżda ma kkontestax il-livelli jew ix-xejriet infushom. Huwa allega li dawn ix-xejriet ta’ żieda ma juru l-ebda sinjal ta’ dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
(294) |
Minħabba li l-każ huwa bbażat fuq theddida ta’ dannu, dawn il-kummenti ġew irrifjutati. |
(295) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-impjiegi u tal-produttività, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (319) sa (320) tar-Regolament proviżorju. |
4.4.2.5. Il-kobor tal-ammont tas-sussidji kumpensabbli u tal-irkupru mis-sussidjar jew mid-dumping fl-imgħoddi
(296) |
Fil-kummenti tiegħu ta’ wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur Wilmar innota li l-Kummissjoni ma vvalutatx l-effett tal-importazzjonijiet tal-bijodiżil sussidjat mill-Arġentina f’din it-taqsima. Il-Kummissjoni reġgħet innutat li l-analiżi tal-importazzjonijiet Arġentini hija stabbilita fil-premessi (368) sa (370) tat-taqsima Kawżalità tar-Regolament proviżorju. |
(297) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (321) u (324) tar-Regolament proviżorju. |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.4.3.1. Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
(298) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-GOI rrefera għax-xejra fil-prezzijiet tal-bejgħ ta’ unità u l-kost tal-produzzjoni ta’ unità, u nnota li ż-żewġ indikaturi żdiedu bi kważi 10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-GOI u l-produttur esportatur, Wilmar, innotaw rabta bejn il-kost tal-produzzjoni u l-prezz tal-bejgħ, li l-Kummissjoni ma tikkontestax. |
(299) |
Il-produttur esportatur Wilmar innota l-kumment tal-Kummissjoni fil-premessa (328) tar-Regolament proviżorju li l-bijodiżil huwa komodità u li twaqqigħ fil-prezzijiet ta’ 10 % ikun jixħet pressjoni sinifikanti ’l isfel fuq il-prezzijiet. Wilmar ma jaqbilx u jisħaq li dan imur kontra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni stess li hemm limitazzjonijiet għall-użu tal-PME minħabba l-livell CFPP tiegħu. |
(300) |
Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda kunflitt bejn iż-żewġ dikjarazzjonijiet. Wilmar ma jiddikjarax jekk il-limitu fuq l-użu tal-PME ntlaħaqx matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Anki li kieku dan l-allegat limitu ntlaħaq, il-fatt li l-PME jista’ jintuża waħdu, jew f’taħlita sabiex jitnaqqas il-prezz ta’ din it-taħlita jfisser li huwa inevitabilment għandu effett fuq il-prezzijiet. Il-Kummissjoni nnutat dan l-effett tat-taħlit fil-premessa (290) tar-Regolament proviżorju. |
(301) |
Wilmar innota wkoll li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta rat rabta bejn il-pressjoni fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet tal-PME u l-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fil-premessa (329) tar-Regolament proviżorju u rrefera għas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2012-2013 u Settembru 2017 għal din l-affermazzjoni. |
(302) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li l-konklużjoni fil-premessa (329) tar-Regolament proviżorju ntlaħqet wara li ġiet ikkunsidrata d-data mill-perjodu kkunsidrat, li hija stabbilita fil-bidu tal-investigazzjoni mingħajr referenza għal kwalunkwe fattur estern. Wilmar ma jikkontestax bħala tali l-korrelazzjoni stabbilita bejn iż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni u l-marġni ta’ profitt mhux sodisfaċenti minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet inkwistjoni. Għalhekk, dan l-argument ġie rrifjutat. |
(303) |
Barra minn hekk, Wilmar indika li kien hemm differenzi ċari fil-profitabbiltà, fil-fluss tal-flus u fir-redditu fuq l-investiment għal produtturi differenti tal-Unjoni fil-kampjun, li jenfasizza li hemn fatturi oħra minbarra l-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-produtturi Indoneżjani tal-bijodiżil li qed jaffettwaw il-profitti u l-qagħda finanzjarja tal-produttur tal-UE. |
(304) |
Il-Kummissjoni qieset li l-produtturi fil-kampjun kollha juru tendenzi individwali iżda l-effett ta’ anomaliji individwali jitnaqqas billi jiġu stabbiliti s-sejbiet fuq il-bażi tal-kampjun kollu kemm hu. Għalhekk, dan l-argument ġie rrifjutat. |
(305) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar tenna mill-ġdid l-argumenti tiegħu msemmija hawn fuq mingħajr ma pprovda ebda evidenza ġdida għad-dikjarazzjonijiet tiegħu. Il-pretensjonijiet tiegħu għalhekk reġgħu ġew miċħuda. |
(306) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (325) sa (329) tar-Regolament proviżorju. |
4.4.3.2. Il-kostijiet lavorattivi
(307) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (330) u (331) tar-Regolament proviżorju. |
4.4.3.3. Il-ħażniet
(308) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-GOI rrefera għat-tendenza fil-ħażniet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun iżda mingħajr ma kkontesta s-sejba tal-Kummissjoni fil-premessa (333) tar-Regolament proviżorju. |
(309) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (332) u (333) tar-Regolament proviżorju. |
4.4.3.4. Il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital
(310) |
Wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, il-GOI ħa nota tal-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu kkunsidrat u, għalhekk, tar-redditu fuq l-investiment. Il-GOI għamel kummenti dwar ix-xejra tal-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kontra l-volum ta’ importazzjonijiet mill-Indoneżja, u qal li l-profitabbiltà negattiva fl-2015 ma setgħetx tiġi attribwita għall-importazzjonijiet Indoneżjani tal-bijodiżil peress li matul dik is-sena dawn kienu negliġibbli. |
(311) |
Dan il-punt ġie ttrattat taħt it-Taqsima 6, il-Kawżalità, tar-Regolament proviżorju, il-premessi (361) sa (365). Tabilħaqq, il-profitabbiltà kemxejn negattiva fl-2015 ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil Indoneżjani fir-Regolament proviżorju. |
(312) |
Il-produttur esportatur, Wilmar, ikkummenta li d-dikjarazzjoni fil-premessa (329) tar-Regolament proviżorju (jiġifieri li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx ittejjeb il-marġni ta’ profitt mhux sodisfaċenti tagħha minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet sussidjati) hija bla bażi. |
(313) |
Wilmar indika li l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx tajba meta l-industrija tal-bijodiżil tal-UE kienet protetta mid-dazji annullati tal-bijodiżil mill-2012-2013 sa tal-anqas Settembru 2017 u, għalhekk, in-nuqqas ta’ titjib fil-qagħda finanzjarja tagħhom jista’ jiġi spjegat biss minn nuqqasijiet li jeżistu fl-industrija. |
(314) |
Il-Kummissjoni nnutat li wara ż-żieda f’daqqa fl-importazzjonijiet sussidjati tal-bijodiżil Indoneżjan wara l-annullament tad-dazji anti-dumping eżistenti f’Marzu 2018, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx ittejjeb il-marġni ta’ profitt mhux sodisfaċenti tagħha li kien sostanzjalment anqas mill-profitt fil-mira f’suq li kien qed jikber. Għaldaqstant, dan jikkonferma s-sejba proviżorja tal-Kummissjoni. |
(315) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur Wilmar tenna l-kummenti tiegħu fl-istadju proviżorju, kif ittrattat hawn fuq. Huwa allega wkoll li l-profitti baxxi ma setgħux ikunu marbuta mal-importazzjonijiet, minħabba l- “monopolju virtwali” tal-industrija tal-Unjoni fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. |
(316) |
Dan l-argument huwa bla bażi, peress li l-industrija tal-Unjoni kienet tikkonsisti f’aktar minn 200 kumpanija li jikkompetu ma’ xulxin fis-suq tal-Unjoni għall-bijodiżil u ma hemm l-ebda evidenza li hemm xi kollużjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni. |
(317) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stipulati fil-premessi (334) sa (340) tar-Regolament proviżorju. |
4.4.4. Konklużjoni dwar id-dannu
(318) |
Wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, il-GOI kkonkluda li fuq il-bażi tal-indikaturi fir-Regolament proviżorju, l-industrija tal-Unjoni kienet “fi stat robust”. |
(319) |
Il-Kummissjoni ma qablitx, u nnutat li industrija li l-profitabbiltà tagħha tibqa’ anqas minn 1 % tal-fatturat, u li tkun qed titlef kważi 15-il punt perċentwali tas-sehem mis-suq, u li ma tistax tibbenefika minn tkabbir tas-suq bi 33 % mhijiex industrija robusta. |
(320) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha dwar id-dannu ppreżentati fil-premessi (341) sa (346) tar-Regolament proviżorju. |
4.5. L-indikaturi ekonomiċi wara l-perjodu ta’ investigazzjoni
(321) |
Sabiex jiġi eżaminat aktar l-istat tal-industrija tal-Unjoni fil-kuntest li jsiru sejbiet dwar it-theddida ta’ dannu, il-Kummissjoni bagħtet mistoqsijiet addizzjonali lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun għal data għall-perjodu Ottubru 2018 – Ġunju 2019 (“wara l-PI”) u rċeviet tweġibiet mingħandhom. Id-data ta’ wara l-PI mogħtija aktar ’l isfel, bħall-indikaturi mikroekonomiċi, hija ppreżentata bħala medja ponderata tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
(322) |
Għal wara l-PI, għal ċerti indikaturi makroekonomiċi bħall-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, il-produzzjoni u l-bejgħ setgħet tiġi analizzata biss l-informazzjoni għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, minħabba t-termini ta’ żmien tal-investigazzjoni. Għalhekk, iċ-ċifri għall-perjodu ta’ investigazzjoni mhumiex direttament komparabbli maċ-ċifri għal wara l-PI. Huwa wkoll il-każ li l-Kummissjoni qed tqabbel it-12-il xahar tal-perjodu ta’ investigazzjoni mad-disa’ xhur ta’ wara l-PI, iżda f’dan l-istadju tal-investigazzjoni, għadhom mhumiex disponibbli 12-il xahar ta’ data ta’ wara l-PI. |
(323) |
Iċ-ċifri madankollu jippermettu analiżi tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun wara l-perjodu ta’ investigazzjoni, u ċ-ċifri huma indiċjati ma’ xulxin fuq bażi annwali. |
(324) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar mill-ġdid talab lill-Kummissjoni biex tiġbor 12-il xahar ta’ data ta’ wara l-PI (minn Ottubru 2018 sa Settembru 2019), u talab ukoll lill-Kummissjoni biex tiġbor data mingħand il-produtturi kollha tal-Unjoni. Madankollu, il-ġbir ta’ din l-informazzjoni addizzjonali ma kienx possibbli fiż-żmien disponibbli. Għaldaqstant, din it-talba ġiet irrifjutata. |
(325) |
Il-produzzjoni, il-bejgħ u l-kostijiet ta’ unità u l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej: Tabella 2 L-industrija tal-Unjoni matul u wara l-perjodu ta’ investigazzjoni
|
(326) |
Il-produzzjoni wara l-PI naqset bi ftit mill-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-bejgħ fis-suq tal-Unjoni baqa’ pjuttost kostanti. |
(327) |
Il-kost tal-produzzjoni ta’ unità għall-kumpaniji fil-kampjun naqas ftit wara l-PI filwaqt li l-prezz tal-bejgħ ta’ unità baqa’ stabbli. |
(328) |
Il-profitt tal-kumpaniji fil-kampjun ġie kkalkolat bl-użu tad-data mill-kwestjonarju ta’ wara l-PI, li ta profitt medju ta’ 3,8 % għall-kumpaniji fil-kampjun għad-disa’ xhur wara l-PI. Il-kumpaniji fil-kampjun ipprovdew data ta’ kull xahar u data dwar il-prezzijiet, li mbagħad il-Kummissjoni aggregatha għal medja għal kull trimestru u ddivulgatha hawn taħt fit-Tabella 3. |
(329) |
Madankollu, meta dak il-profitt jiġi analizzat kull tliet xhur, tidher xejra differenti: Tabella 3 Il-profitti wara l-PI
|
(330) |
Għalhekk, it-Tabelli 2 u 3 juru li wara l-PI, il-Kummissjoni osservat bidla relattivament żgħira meta mqabbla mal-perjodu ta’ investigazzjoni minbarra l-livell ta’ profitt tal-produtturi fil-kampjun, li żdied minn 0,8 % għall-perjodu ta’ investigazzjoni għal 3,8 % wara l-PI. Iż-żieda fil-profitt wara l-PI hija xprunata mir-raba’ trimestru tal-2018. |
(331) |
Il-profitti ogħla fix-xitwa tal-2018-19 kienu eċċezzjonali. Dawn ġew irreġistrati minn kumpanija waħda fil-kampjun li setgħet tieħu vantaġġ minn sitwazzjoni tat-trasport inċerta fir-reġjun tagħha. In-nuqqas temporanju ta’ provvista kkawżat minn din is-sitwazzjoni ppermetta lill-kumpanija żżid il-prezzijiet tagħha u, għalhekk, il-profitti tagħha f’dan il-perjodu, li affettwa r-raba’ semestru tal-2018 u parti mill-ewwel semestru tal-2019 (40). |
(332) |
Madankollu, il-profitti tal-kumpaniji l-oħra fil-kampjun baqgħu ferm anqas mill-profitt fil-mira matul it-trimestri kollha ta’ wara l-PI. Fit-tieni trimestru tal-2019, meta s-sitwazzjoni inċerta tat-trasport kienet issolviet, il-profitti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun naqsu għal telf ta’ 5 %. |
(333) |
Il-GOI argumenta li l-profitabbiltà negattiva fit-tieni trimestru tal-2019 kienet ikkawżata minn avvenimenti straordinarji f’Saipol matul dak it-trimestru. Madankollu, filwaqt li dan il-produttur tal-Unjoni tabilħaqq kellu kwistjoni eċċezzjonali wara l-PI, din il-kwistjoni affettwat l-ewwel trimestru tal-2019 u mhux it-tieni trimestru tal-2019. Għalhekk huwa kkunsidrat li t-tnaqqis fil-profitabbiltà huwa kkawżat minn kwantitajiet sostanzjali ta’ importazzjonijiet sussidjati li daħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet baxxi ħafna. |
(334) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar ikkummenta li kien tal-fehma li s-sommarji mhux kunfidenzjali tal-kwestjonarji ta’ wara l-PI ma kinux biżżejjed biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jwieġbu għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. |
(335) |
Madankollu, it-tweġibiet kollha għall-kwestjonarju kienu akkumpanjati minn verżjonijiet miftuħa sinifikanti. Meta d-data ma setgħetx tiġi miġbura fil-qosor fil-livell tal-kumpanija, il-Kummissjoni aggregatha u ppubblikatha fid-divulgazzjoni finali, u fit-Tabelli 2 u 3 aktar ’il fuq. |
(336) |
Għal aktar trasparenza, il-Kummissjoni identifikat informazzjoni mhux kunfidenzjali rilevanti li tindika li l-prezzijiet tal-RME laħqu l-ogħla livell li qatt kellhom minħabba livelli baxxi tal-ilma fix-xmara Rhine matul ix-xitwa tal-2018-19 u żiedet dik l-informazzjoni fil-fajl miftuħ. |
(337) |
Il-GOI wieġeb għal din l-informazzjoni, u argumenta li l-profitti eċċezzjonali fix-xitwa tal-2018-19 kienu wkoll minħabba ż-żieda fid-domanda għall-RME fl-Unjoni fix-xitwa minħabba l-karatteristiċi fiżiċi tagħha u t-tnaqqis fil-kostijiet tal-produzzjoni fl-industrija tal-Unjoni wara l-PI. |
(338) |
Huwa argumenta wkoll li l-prezz unitarju tal-bejgħ baqa’ stabbli u saħansitra naqas wara l-PI, li jindika li ż-żieda fil-prezz ma kinitx eċċezzjonali. |
(339) |
Il-GOI argumenta wkoll li l-problemi ta’ provvista għall-materja prima fix-xitwa tal-2018-2019 seta’ kellhom impatt fuq iċ-ċifri tal-profitabbiltà għall-industrija tal-UE għat-tieni trimestru tal-2019. |
(340) |
L-argumenti tal-GOI ġew irrifjutati minħabba li kienu bbażati fuq konġettura u mhux relatati mal-artikolu li l-Kummissjoni kienet poġġiet fil-fajl miftuħ biex tassisti lill-partijiet rigward is-sitwazzjoni partikolari fix-xitwa 2018-19. |
(341) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li wara l-PI, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kompliet tmur għall-agħar. |
5. THEDDIDA TA’ DANNU
5.1. In-natura tas-sussidji inkwistjoni
(342) |
Wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, il-produttur esportatur Wilmar ikkummenta li l-Kummissjoni ma kinitx stabbiliet rabta bejn is-sussidji li nstabu u t-twaqqigħ tal-prezzijiet u d-dipressjoni tal-prezzijiet. |
(343) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Hemm rabta ċara bejn id-disponibbiltà tas-CPO bi prezzijiet baxxi u t-twaqqigħ tal-prezz misjub matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, hekk kif il-membri tal-industrija tal-Unjoni, li jkollhom iġibu s-CPO tagħhom mis-suq dinji, iħallsu ħafna aktar għall-materja prima tagħhom u għalhekk ma jistgħux ilaħħqu mal-prezzijiet tal-bijodiżil sussidjat Indoneżjan. It-tkomplija ta’ dan il-programm, flimkien maż-żewġ programmi ta’ sussidji l-oħra li nstabu f’din l-investigazzjoni, huma kapaċi jżommu l-esportazzjonijiet tal-bijodiżil Indoneżjan f’livell ta’ prezz li jaffettwa l-industrija tal-Unjoni. |
(344) |
Wilmar imbagħad ikkummenta dwar il-premessa (350) tar-Regolament proviżorju, u tenna li hemm limitu naturali fuq l-importazzjonijiet tal-PME fl-Unjoni u, għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tgħid li l-importazzjonijiet jiżdiedu. |
(345) |
Minħabba li Wilmar ma qalx x’inhu dan il-“limitu naturali”, din l-allegazzjoni ma setgħetx tiġi ttestjata u, għalhekk, hija rrifjutata. Fil-fehma tal-Kummissjoni, ma hemm l-ebda impediment (minbarra d-domanda tas-suq, soġġett għal regoli ta’ kompetizzjoni ġusta) għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Indoneżja lejn l-UE. |
(346) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar reġa’ tenna l-punti tiegħu li saru fl-istadju proviżorju rigward ir-rabta bejn is-sussidji li nstabu u t-theddida ta’ dannu. Madankollu, ma saru l-ebda argumenti ġodda u għalhekk il-pretensjonijiet tiegħu għal darb’oħra ġew miċħuda. |
(347) |
Wilmar innota wkoll li Masol, l-akbar produttur tal-PME fl-Unjoni kienet relatata mal-produttur Indoneżjan tal-bijodiżil Musim Mas Group, u qajjem il-mistoqsija dwar b’liema prezz Masol setgħet takkwista ż-żejt tal-palm tagħha mill-Indoneżja. |
(348) |
Il-Kummissjoni ma kkummentatx dwar l-operazzjonijiet kummerċjali kunfidenzjali ta’ kumpaniji uniċi fl-Unjoni jew f’postijiet oħra. Madankollu, il-Kummissjoni stabbiliet li Masol takkwista ż-żejt tal-palm tagħha f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Ir-relazzjoni bejn Musim Mas Group u Masol għalhekk ma influwenzatx l-analiżi tad-dannu. |
(349) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI argumenta għal darb’oħra li l-OPPF ma kinitx skema ta’ sussidju u li l-levy tal-esportazzjoni fuq is-CPO kienet tnaqqset għal żero. |
(350) |
Il-Kummissjoni tinnota s-sejbiet tat-Taqsima 3 dwar is-sussidjar ta’ hawn fuq, li jikkonfermaw b’mod ċar l-oppost. |
(351) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (349) sa (350) tar-Regolament proviżorju. |
5.2. Rata sinifikanti ta’ żieda tal-importazzjonijiet sussidjati
(352) |
Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, il-GOI nnota li l-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra l-iżviluppi ta’ wara l-PI fl-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Indoneżja. |
(353) |
Il-Kummissjoni analizzat l-importazzjonijiet mill-Indoneżja minn tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni sal-aħħar ta’ Ġunju 2019 (għalhekk, mir-raba’ trimestru tal-2018 sat-tieni trimestru tal-2019): Tabella 4 Importazzjonijiet mill-Indoneżja matul u wara l-PI
|
(354) |
Il-Kummissjoni nnutat li għalkemm il-perjodu ta’ investigazzjoni jkopri erba’ trimestri mir-raba’ trimestru tal-2017 sat-tielet trimestru tal-2018, kien hemm importazzjonijiet sinifikanti fl-aħħar żewġ trimestri biss. Għar-referenza, l-erba’ trimestri tal-perjodu ta’ investigazzjoni huma riprodotti hawn: Tabella 5 Importazzjonijiet mill-Indoneżja matul il-PI
|
(355) |
Id-data turi li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja komplew wara tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni, u fi kwantitajiet sinifikanti. Madankollu, l-ogħla punt fl-2018 ta’ 263 678 MT fit-tielet trimestru ma jistax jitqabbel mat-tielet trimestru tal-2019, minħabba li l-importazzjonijiet matul dan it-trimestru huma affettwati mill-impożizzjoni tad-dazji proviżorji. Barra minn hekk, l-ewwel tliet trimestri wara l-perjodu ta’ investigazzjoni mhumiex direttament komparabbli mal-aħħar tliet trimestri tal-perjodu ta’ investigazzjoni minħabba differenzi staġjonali, u għalhekk id-data ta’ wara l-PI mhijiex konklużiva dwar jekk fil-futur għandhiex tkun mistennija żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet. |
(356) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI nnota li meta t-tieni trimestru tal-2019 jitqabbel mat-tieni trimestru tal-2018, l-importazzjonijiet mill-Indoneżja naqsu b’9 % u għalhekk dan għandu juri li mhumiex mistennija importazzjonijiet miżjuda b’mod sostanzjali. |
(357) |
Il-Kummissjoni rrifjutat din il-pretensjoni, peress li d-differenza ta’ 9 % hija ekwivalenti għal 20 000 MT jew għal konsenja ta’ bijodiżil waħda. Għalhekk, id-differenza bejn iż-żewġ trimestri tista’ tiġi spjegata minn vjeġġ wieħed li jaqa’ fuq naħa waħda jew l-oħra ta’ trimestru. Barra minn hekk, evidenza li tikkonċerna trimestru wieħed ma tikkontradixxix is-sejba tal-Kummissjoni dwar data mhux konklużiva dwar jekk għandhomx ikunu mistennija importazzjonijiet miżjuda sostanzjalment fil-futur. |
(358) |
Il-GOI u l-produttur esportatur Wilmar talbu wkoll li l-Kummissjoni tikkunsidra “sostanzjali” b’referenza għall-kwantità ta’ importazzjonijiet ta’ bijodiżil mill-Arġentina, minħabba li l-parti l-kbira taż-żieda fl-importazzjonijiet b’mod ġenerali ġiet mill-Arġentina. Il-Kummissjoni diġà rreferiet għall-impatt tal-importazzjonijiet mill-Arġentina fil-premessi minn (368) sa (370) tar-Regolament proviżorju, li la l-GOI u lanqas Wilmar ma jikkontestaw. L-effett tal-importazzjonijiet mill-Arġentina huwa parti mill-valutazzjoni tal-kawżalità u ma jpoġġix fid-dubju ż-żieda sostanzjali tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja. |
(359) |
Il-produttur esportatur Wilmar talab lill-Kummissjoni tikkunsidra “sostanzjali” b’referenza għall-importazzjonijiet mill-Indoneżja qabel il-perjodu kkunsidrat. Mhijiex il-prassi tal-Kummissjoni li testendi l-analiżi tagħha lil hinn mill-perjodu kkunsidrat u dan l-argument ma ġiex aċċettat. Fi kwalunkwe każ, kif ġie nnutat qabel, l-importazzjonijiet mill-Indoneżja jidhru li kienu qed jilħqu volumi simili għal dawk diġà osservati fil-kuntest tal-investigazzjoni antidumping tal-2013. |
(360) |
Imbagħad, kemm Wilmar kif ukoll il-GOI nnotaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva RED II li fil-ġejjieni se jillimitaw l-importazzjonijiet ta’ PME ta’ riskju għoli ta’ ILUC fl-UE. Il-Kummissjoni nnutat li dan il-limitu jibda jkollu effett mill-aħħar tal-2023 (41). Minħabba li l-effett ta’ din id-Direttiva ma jistax ikun previst, u li l-PME xorta jista’ jiġi importat fl-UE skont din id-Direttiva bil-kundizzjonijiet stipulati fiha, dan l-argument ġie rrifjutat ukoll minħabba li ma jaffettwax l-analiżi kurrenti tat-theddida tad-dannu li l-importazzjonijiet Indoneżjani joħolqu għall-industrija tal-Unjoni fil-futur qrib. |
(361) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar reġa’ ddikjara l-kummenti tiegħu ta’ hawn fuq rigward il-probabbiltà ta’ żieda fl-importazzjonijiet mill-Indoneżja u talab mill-ġdid lill-Kummissjoni biex tiftaħ il-perjodu kkunsidrat tagħha għal qabel l-2013. |
(362) |
Il-Kummissjoni rrifjutat dawn il-kummenti u b’mod partikolari t-talba biex jiġi estiż b’mod artifiċjali l-perjodu meqjus biex jitqiesu l-perjodi qabel l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping, li mhix il-prattika tal-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset xieraq f’dan il-każ li tiffoka l-eżami tagħha fuq il-perjodu kkunsidrat flimkien mal-iżviluppi ta’ wara l-PI. |
(363) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI nnota li xi pajjiżi jidhru li qed jirrestrinġu l-aċċess għas-suq għall-bijodiżils bbażati fuq iż-żejt tal-palm, u għamel referenza speċifika għan-Norveġja u Franza. |
(364) |
Il-Kummissjoni tinnota li n-Norveġja mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea u għalhekk il-leġiżlazzjoni tagħha ma għandha l-ebda impatt fuq is-suq tal-bijodiżil tal-UE. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-gvern Norveġiż jidher li impona l-istess kriterji ta’ sostenibbiltà (ILUC b’riskju għoli) li huwa fis-seħħ fl-UE (42). Il-Kummissjoni ma tara l-ebda rabta bejn il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fin-Norveġja u l-esportazzjonijiet mill-Indoneżja lejn l-UE. |
(365) |
Il-GOI għamel ukoll referenza speċifika għal Regolament li għadda fi Franza “li se jipprojbixxi l-użu taż-żejt tal-palm fil-bijofjuwils mill-31 ta’ Diċembru 2019” (43). |
(366) |
L-analiżi ta’ din il-liġi tidher li turi li l-gvern Franċiż se jwaqqaf l-eżenzjonijiet mit-taxxa għaż-żejt tal-palm fl-1 ta’ Jannar 2020, u għalhekk fi Franza ż-żejt tal-palm mhux se jitqies bħala bijofjuwil sakemm ma jkunx minn pjantaġġun ta’ riskju baxx (44). |
(367) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-liġi mhijiex se tidħol fis-seħħ qabel l-2020. Dan huwa l-bidu tal-perjodu taħt id-Direttiva RED II fejn l-importazzjonijiet fl-UE kollha ta’ bijodiżil b’riskju għoli ta’ ILUC, bħall-PME, se jkunu limitati għal-livelli tal-2019. |
(368) |
Il-Kummissjoni nnutat ukoll li peress li din il-liġi tidħol fis-seħħ biss fl-1 ta’ Jannar 2020, u fi Franza biss, ma għandha l-ebda effett fuq il-kwantità ta’ PME kkunsmata fl-Unjoni fl-2019, u minħabba li l-livell tal-2019 isir il-limitu massimu għall-2020, b’konsegwenza ta’ dan, il-liġi Franċiża mhux se jkollha effett fuq il-kwantità ta’ PME importat fl-Unjoni kollha li tgħodd għall-mandat tat-taħlit fis-snin ta’ wara. |
(369) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (351) sa (352) tar-Regolament proviżorju. |
5.3. Kapaċità liberament disponibbli suffiċjenti u l-kapaċità ta’ assorbiment ta’ pajjiżi terzi
(370) |
Il-GOI kkummenta li l-Kummissjoni ma kienet ipprovdiet l-ebda data speċifika biex tipprova l-kapaċità potenzjali tal-Istati Uniti tal-Amerika li jassorbu esportazzjonijiet addizzjonali mill-Indoneżja, li kienet ippreżentata fil-premessi (355) u (356) tar-Regolament proviżorju. |
(371) |
Minħabba l-livell għoli tal-miżuri fis-seħħ fl-Istati Uniti, il-Kummissjoni kkunsidrat li mhux plawżibbli li l-Istati Uniti jassorbu l-esportazzjonijiet mill-Indoneżja fil-futur qrib. |
(372) |
Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-aħħar rapport GAIN tal-Istati Uniti minn Jakarta (45) analizza l-istatistiki Indoneżjani dwar l-esportazzjoni u wera li l-esportazzjonijiet tal-bijodiżil lejn l-Istati Uniti ntemmu f’Novembru 2016 u ma reġgħux bdew. |
(373) |
Fit-tweġiba tiegħu għas-sett ta’ mistoqsijiet ta’ wara l-PI li ntbagħatlu, l-EBB nnota li l-kapaċità fl-Indoneżja kienet mistennija tiżdied minn 11,5 biljun litru għal 13-il biljun litru sal-2021, skont l-aħħar rapport GAIN tal-Istati Uniti dwar Jakarta. |
(374) |
Imbagħad il-GOI nnota wkoll li l-Indoneżja qed timxi minn mandat B20 għal mandat B30, jiġifieri qed timxi mit-taħlit ta’ 20 % ta’ bijodiżil ma’ diżil minerali għal taħlit ta’ 30 % ta’ bijodiżil, u li dan kien se jżid id-domanda domestika. L-istess punt tqajjem ukoll mill-produttur esportatur Wilmar. |
(375) |
Fil-kummenti tiegħu għas-sottomissjoni tal-EBB fir-rigward tad-data ta’ wara l-PI, il-GOI nnota li l-implimentazzjoni tal-mandat B30 se tassorbi l-kapaċità kollha tal-produzzjoni tal-bijodiżil fl-Indoneżja. |
(376) |
Il-Kummissjoni nnutat l-ambizzjoni tal-gvern Indoneżjan li jżid il-mandat minn B20 għal B30, iżda nnutat ukoll il-kummenti tal-EBB datati d-29 ta’ April 2019 li juru li l-operaturi Indoneżjani kienu qed jaffaċċjaw diffikultajiet fid-distribuzzjoni, fid-disponibbiltà tal-infrastruttura tal-ħżin u tat-taħlit fl-implimentazzjoni tal-mandat B20 u li l-għan taż-żieda tal-mandat huwa li jitnaqqsu l-importazzjonijiet tad-diżil minerali, aktar milli li jitnaqqsu l-esportazzjonijiet tal-bijodiżil għal swieq oħra bħall-UE. |
(377) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnutat il-kummenti mill-EBB fil-Lista B tal-mistoqsijiet tiegħu ta’ wara l-PI, ippreżentati fis-6 ta’ Settembru 2019, li għalkemm l-għadd ta’ punti ta’ taħlit qed jitnaqqas u d-daqs tagħhom qed jiżdied, il-mandat B30 huwa mistenni li jieħu ż-żmien sabiex jiġi implimentat. Ċerti setturi (pereżempju l-estrazzjoni) qed jitolbu implimentazzjoni aktar tard għall-mandat B30, jistgħu jkunu meħtieġa adattamenti tekniċi għall-vetturi sabiex jaħdmu bil-fjuwil B30 u fis-settur mhux tal-PSO, magni soġġetti għall-istandard ASTM jistgħu ma jibqgħux koperti bil-garanzija jekk jużaw fjuwil B30. |
(378) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li l-mixja minn mandat B20 għal mandat B30 se tillimita b’mod sinifikanti l-ammont ta’ bijodiżil esportat mill-Indoneżja lejn l-UE fil-futur qrib, b’mod partikolari minħabba l-kapaċitajiet żejda sinifikanti ħafna tal-industrija Indoneżjana tal-bijodiżil li l-GAIN tal-Istati Uniti stima għal 30 % għall-2019. |
(379) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI kkumenta li l-Kummissjoni ma kinitx indirizzat b’mod sħiħ l-argument tagħha, li kien li l-implimentazzjoni tal-mandat B30 huwa impenn tal-GOI bi provi sħaħ jibdew f’Novembru 2019. Barra minn hekk, il-GOI jsostni li l-Kummissjoni sempliċement tenniet l-argumenti tal-EBB. |
(380) |
Il-produttur esportatur Wilmar talab ukoll lill-Kummissjoni biex terġa’ teżamina l-effett tal-mandat B30 fuq il-kapaċità żejda futura tal-industrija Indoneżjana tal-bijodiżil. |
(381) |
Il-Kummissjoni ħadet nota tal-kummenti ulterjuri tal-GOI u Wilmar u qieset il-kwistjoni tal-mandat B30 bl-attenzjoni dovuta. |
(382) |
Madankollu, l-aħħar rapport GAIN tal-Istati Uniti minn Jakarta jappoġġa d-dubji tal-EBB dwar jekk il-mandat B30 jistax jintlaħaq fil-limitu ta’ żmien allegat mill-GOI. Ir-rapport GAIN jinnota li l-mandat B20, li kien diġà mira obbligatorja għall-2016, possibbilment se jintlaħaq għall-ewwel darba biss fl-2019, jiġifieri tliet snin wara l-iskadenza stabbilita. |
(383) |
Peress li ż-żieda medja fir-rati tat-taħlit hija bejn 2,5 (46) u 3,2 (47) punt perċentwali fis-sena, żieda minn 19,9 % għal 30 % f’sena waħda tidher estremament ambizzjuża. |
(384) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhux probabbli li se jiġi ssodisfat mandat B30 fil-futur qrib, u li dan jaffettwa b’mod sinifikanti l-kapaċità żejda fl-Indoneżja fil-futur qrib. |
(385) |
Fil-premessa (357) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni qieset li ma kien hemm l-ebda suq sinifikanti ieħor disponibbli għall-produtturi Indoneżjani meta jitqies il-livell projbittivament għoli tad-dazji applikabbli fuq l-importazzjonijiet fl-Istati Uniti. |
(386) |
Fir-reazzjoni tiegħu, Wilmar innota li jeżistu l-esportazzjonijiet lejn iċ-Ċina u jqis li ċ-Ċina għandha l-kapaċità li tassorbi l-esportazzjonijiet tal-PME mill-Indoneżja fil-ġejjieni. |
(387) |
Il-Kummissjoni nnutat li ma hemm l-ebda mandat ta’ taħlit fis-seħħ fiċ-Ċina u, għalhekk, il-bejgħ ma sarx fuq bażi fit-tul. L-EBB ipprovda data fis-sottomissjoni tiegħu għall-kwestjonarju ta’ wara l-PI li turi li ċ-Ċina timporta l-PME opportunistikament biss meta jkun irħas mid-diżil minerali. Dan ma jistax jitqies bħala alternattiva vijabbli fit-tul għall-esportazzjonijiet Indoneżjani għad-domanda li qed tikber b’mod kostanti għall-bijodiżil fis-suq tal-Unjoni minħabba l-mandat tat-taħlit. |
(388) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar reġa’ ddikjara li fir-rigward tal-esportazzjoni tal-PME u wkoll taż-żejt tal-palm mill-Indoneżja lejn iċ-Ċina, iċ-Ċina kienet “suq ta’ esportazzjoni kkonfermat u stabbli għall-bijodiżil Indoneżja n”. |
(389) |
Madankollu, Wilmar innota li ċ-Ċina timporta l-bijodiżil taż-żejt tal-palm “bis-saħħa tal-prezz baxx”. Din kienet il-konklużjoni tal-Kummissjoni fl-istadju proviżorju li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja lejn iċ-Ċina jseħħu biss meta l-PME jkun orħos mid-diżil minerali, u għalhekk l-esportazzjonijiet lejn iċ-Ċina huma bbażati fuq l-eżistenza tas-sussidju diġà misjub. |
(390) |
Minħabba li ċ-Ċina ma għandha l-ebda mandat fis-seħħ għat-taħlit tal-bijodiżil mad-diżil minerali, il-Kummissjoni ma kellhiex evidenza għad-dispożizzjoni tagħha li tikkonferma d-dikjarazzjoni ta’ Wilmar li ċ-Ċina hija suq ta’ esportazzjoni kkonfermat u stabbli għall-bijodiżil Indoneżjan. |
(391) |
Matul il-perjodu ta’ wara l-PI, iċ-Ċina kienet tirrappreżenta biss madwar 27 % tal-esportazzjonijiet Indoneżjani, filwaqt li l-Unjoni kienet responsabbli għal madwar 71 %. Għalhekk, minkejja l-bejgħ opportunistiku tal-bijodiżil Indoneżjan liċ-Ċina, l-Unjoni għadha l-aktar suq tal-esportazzjoni importanti għall-produtturi Indoneżjani. |
(392) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI nnota wkoll li ċ-Ċina kienet qed timporta kwantitajiet kbar ta’ żejt tal-palm mill-Indoneżja u li l-importazzjonijiet taż-żejt tal-palm huma mistennija jiżdiedu, u b’hekk jitnaqqas l-ammont taż-żejt tal-palm disponibbli fl-Indoneżja biex jinbidel f’bijodiżil. |
(393) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-GOI għalhekk jistenna li d-domanda miżjuda għaż-żejt tal-palm fiċ-Ċina tiġi fornuta billi ż-żejt tal-palm eżistenti mill-produzzjoni tal-bijodiżil jiġi ddevjat lejn il-bejgħ għall-esportazzjoni. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li l-esportazzjonijiet taż-żejt tal-palm se jwasslu għal nuqqas ta’ provvista ta’ żejt tal-palm għall-produtturi Indoneżjani tal-bijodiżil. Il-Kummissjoni tistenna li r-reazzjoni Indoneżjana għal żieda fid-domanda għaż-żejt tal-palm tkun li tiżdied il-provvista, minflok ma jiġu ddevjati l-provvisti eżistenti minn attivitajiet industrijali bħall-produzzjoni tal-bijodiżil. |
(394) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-esportazzjonijiet taż-żejt tal-palm lejn iċ-Ċina bl-użu tar-rapporti GAIN tal-Istati Uniti għall-2019 minn Jakarta. L-esportazzjonijiet lejn iċ-Ċina jidhru li żdiedu, iżda qed jissostitwixxu l-esportazzjonijiet lejn l-Indja, fejn id-dazji tal-importazzjoni fuq iż-żejt tal-palm huma għoljin. |
(395) |
Il-Kummissjoni għalhekk tqis li ma hemm l-ebda evidenza ta’ żieda fid-domanda għall-bijodiżil esportat mill-Indoneżja lejn iċ-Ċina, u l-ebda evidenza li żieda fid-domanda għaż-żejt tal-palm fiċ-Ċina tikkawża nuqqas ta’ provvista taż-żejt tal-palm biex jiġi prodott il-bijodiżil għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. |
(396) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (353) sa (357) tar-Regolament proviżorju. |
5.4. Il-livell tal-prezz tal-importazzjonijiet sussidjati
(397) |
Wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, Wilmar iddikjara li sejba ta’ twaqqigħ tal-prezz ma tistax issostni sejba ta’ theddida ta’ dannu, minħabba li t-twaqqigħ tal-prezz huwa differenti mid-depressjoni u mis-suppressjoni tal-prezzijiet. |
(398) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Is-sejbiet dwar twaqqigħ tal-prezz sinifikanti huma magħmula fil-kuntest ta’ stat tal-industrija tal-Unjoni li huwa estremament delikat għalkemm għad ma sarlux dannu materjali permezz tat-twaqqigħ tal-prezz osservat. Twaqqigħ tal-prezz bħal dan, jekk jitkompla, joħloq theddida li l-industrija tal-Unjoni ġġarrab dannu materjali. |
(399) |
Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni stabbilixxiet id-depressjoni tal-prezzijiet fil-premessa (328) tar-Regolament proviżorju, u kkonkludiet li minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet sussidjati Indoneżjani, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika mit-tnaqqis fil-kostijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, għaliex kellha tgħaddi għalkollox dan it-tnaqqis fil-kostijiet lill-klijenti tagħha sabiex tevita telf saħansitra akbar tas-sehem mis-suq. |
(400) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-esportazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Indoneżja lejn iċ-Ċina kienu bl-istess prezz għal kull tunnellata metrika bħall-esportazzjonijiet lejn l-UE fl-2018 u fl-ewwel semestru tal-2019. |
(401) |
Dan juri wkoll is-sitwazzjoni diffiċli tal-industrija tal-Unjoni u t-theddida attwali li l-importazzjonijiet inkwistjoni joħolqu. |
(402) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar reġa’ ddikjara li sejba ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet ma tistax tappoġġa sejba ta’ theddida ta’ dannu. Il-Kummissjoni għal darb’oħra twieġeb billi tgħid li t-twaqqigħ tal-prezzijiet li nstab joħloq theddida li l-industrija tal-Unjoni ġġarrab dannu materjali. |
(403) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat din il-pretensjoni u kkonfermat is-sejbiet tagħha stabbiliti fil-premessa (358) tar-Regolament proviżorju. |
5.5. Il-livell tal-ħażniet
(404) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha dwar id-dannu stabbiliti fil-premessa (359) tar-Regolament proviżorju. |
5.6. Konklużjoni
(405) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-importazzjonijiet mill-Indoneżja kienu jikkostitwixxu theddida ta’ dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni, u l-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha dwar it-theddida ta’ dannu materjali stabbiliti fil-premessa (360) tar-Regolament proviżorju. |
6. KAWŻALITÀ
6.1. L-effetti tal-importazzjonijiet sussidjati mill-Indoneżja
(406) |
Fir-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet proviżorjament li l-importazzjonijiet sussidjati mill-Indoneżja kienu qed jikkawżaw theddida ta’ dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
(407) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żieda fl-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u t-twaqqigħ u d-dipressjoni tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet sussidjati wasslu biex l-industrija tal-Unjoni titlef is-sehem mis-suq minkejja żidiet fil-produzzjoni u fil-kapaċità, u żammet lill-industrija tal-Unjoni milli tibbenefika minn sitwazzjoni tas-suq li minn aspetti oħra kienet favorevoli. |
(408) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-GOI u Wilmar osservaw li l-produzzjoni u l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, flimkien mal-kwantitajiet assoluti tal-bejgħ. Huma nnutaw ukoll li hekk kif żdiedu l-importazzjonijiet mill-Indoneżja, il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni żdiedet. |
(409) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-osservazzjonijiet, b’mod partikolari fuq il-profitti tal-industrija tal-Unjoni, li baqgħu f’faxxa ta’ -1 % sa 1 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, il-bidla fil-profitabbiltà matul il-perjodu kkunsidrat mhijiex sinifikanti. |
(410) |
Fir-rigward tal-produzzjoni u tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni, minkejja li dawn żdiedu f’termini assoluti matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tisfrutta bis-sħiħ iż-żieda fil-konsum, bl-importazzjonijiet mill-Indoneżja li ħadu sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni. |
(411) |
Il-produttur esportatur Indoneżjan Wilmar innota li fil-premessa (346) tar-Regolament proviżorju l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li ma kienx hemm eżistenza konklussiva ta’ dannu materjali. Imbagħad Wilmar iddikjara li dan imur kontra l-premessa (363) tar-Regolament proviżorju fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet sussidjati mill-Indoneżja kellhom impatt negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni. |
(412) |
Il-Kummissjoni ma rat l-ebda kontradizzjoni bejn in-nuqqas ta’ dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni, u minkejja dan impatt negattiv ċar fuq l-industrija tal-Unjoni, meta analizzat it-theddida ta’ dannu. |
(413) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar għal darb’oħra ddikjara l-punti tiegħu msemmija fil-premessi (408) u (411) li l-Kummissjoni għal darb’oħra tirrifjutahom. |
(414) |
Il-GOI kkummenta wkoll dwar dan il-punt wara d-divulgazzjoni finali. Għal darb’oħra ddikjara li ma jara l-ebda rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mill-Indoneżja u l-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ħadet nota tad-dikjarazzjoni mill-ġdid tal-opinjoni tal-GOI iżda xorta qieset li l-analiżi preċedenti wriet li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja huma theddida ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri. |
(415) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (365) tar-Regolament proviżorju. |
6.2. Fatturi oħra magħrufa
6.2.1. Importazzjonijiet mill-Arġentina
(416) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, kemm il-GOI kif ukoll Wilmar għamlu kummenti dwar l-effett tal-importazzjonijiet sussidjati tal-bijodiżil Arġentin fuq l-industrija tal-Unjoni. Dawn il-kummenti ssuġġerew li l-kawża tat-theddida ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni kienet biss l-importazzjonijiet mill-Arġentina. |
(417) |
Kif diġà stipulat fil-premessi (368) sa (370) tar-Regolament proviżorju, dawn l-importazzjonijiet kienu parti minn theddida ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u għalhekk il-Kummissjoni imponiet miżuri fuq dawn l-importazzjonijiet fi Frar 2019 u aċċettat impenji fuq il-prezzijiet. |
(418) |
Madankollu, il-fatt li l-importazzjonijiet Arġentini kienu theddida ta’ dannu matul il-perjodu kkunsidrat ma jfissirx li l-importazzjonijiet Indoneżjani ma kinux ukoll theddida ta’ dannu, b’mod partikolari wara li daħlu fis-seħħ il-miżuri kontra l-importazzjonijiet mill-Arġentina. Fil-fatt, meta tiġi eżaminata t-theddida ta’ dannu materjali fil-futur qrib, peress li diġà hemm miżuri kontra l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina, dawn l-importazzjonijiet ma jistgħux jibqgħu fost it-theddid għall-industrija tal-Unjoni. |
(419) |
Għalhekk, il-Kummissjoni sseparat u ddistingwiet l-effetti li l-importazzjonijiet mill-Arġentina jista’ jkollhom fuq l-industrija tal-Unjoni mill-effetti tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja fil-kuntest tat-twettiq tal-analiżi tat-theddida ta’ dannu materjali (48). |
(420) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar reġa’ tenna l-kummenti tiegħu fl-istadju proviżorju rigward l-importazzjonijiet mill-Arġentina, fejn sejjaħ ir-reazzjoni tal-Kummissjoni waħda “fuq fuq”. Il-Kummissjoni ma qablitx, u nnotat li l-effetti tal-importazzjonijiet mill-Arġentina huma indirizzati fit-Taqsima 6.2.1 tar-Regolament proviżorju. |
6.2.2. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
(421) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-GOI ddikjara li l-importazzjonijiet miċ-Ċina jistgħu jkunu fattur sinifikanti fi kwalunkwe kunsiderazzjoni futura tal-kawża ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni u nnota kemm iż-żieda ta’ 25 % fil-kwantità ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina mill-2017 sal-perjodu ta’ investigazzjoni u li mill-2016 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezz tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
(422) |
Il-GOI indika wkoll li għalkemm il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina huma bi prezzijiet ogħla minn dawk mill-Indoneżja, dan ma jfissirx li ma jistax ikollhom impatt negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni. |
(423) |
Huma nnutaw ukoll li l-bijodiżil Ċiniż juża materja prima differenti (żejt tat-tisjir użat) mill-bijodiżil Indoneżjan. Il-bijodiżil taż-żejt tat-tisjir użat għandu ffrankar għoli ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u huwa soġġett għar-reġim ta’ għadd doppju stabbilit fid-Direttiva RED. Għalhekk jidher li huwa għażla preferibbli għall-importazzjoni fl-UE. |
(424) |
Il-Kummissjoni nnutat l-eżistenza tal-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u eżaminat il-kwantità u l-prezz tagħhom fil-premessa (372) tar-Regolament proviżorju, filwaqt li nnutat li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu fi kwantitajiet aktar baxxi minn dawk mill-Indoneżja, u li l-prezz tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien ogħla minn dak mill-Indoneżja. |
(425) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-prezz tal-Unjoni huwa taħlita ta’ diversi tipi ta’ bijodiżil mibjugħa fl-Unjoni, inkluż bejgħ bi primjum b’għadd doppju u mingħajr. L-importazzjonijiet Ċiniżi huma tabilħaqq ukoll ta’ tip wieħed ta’ bijodiżil (magħmul miż-żejt tat-tisjir użat) li jattira primjum ta’ għadd doppju. |
(426) |
Madankollu f’termini ta’ volum, l-importazzjonijiet miċ-Ċina huma iżgħar minn dawk mill-Indoneżja (b’sehem mis-suq ta’ 1,7 % meta mqabbel ma’ 3,3 % għall-Indoneżja) u l-importazzjonijiet Ċiniżi, għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja, huma soġġetti wkoll għad-dazju doganali konvenzjonali ta’ 6,5 %. |
(427) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda evidenza li dawn l-importazzjonijiet qed ikollhom jew x’aktarx li se jkollhom impatt negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni jew kwalunkwe allegazzjoni ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet miċ-Ċina. Huwa importanti li jiġi enfasizzat mill-ġdid li l-prezzijiet tal-bijodiżil Ċiniż huma ogħla mill-prezzijiet tal-bijodiżil Indoneżjan. Fi kwalunkwe każ, anki li kieku l-importazzjonijiet miċ-Ċina kellhom jaffettwaw b’mod negattiv lill-industrija tal-Unjoni, dawn l-effetti mhumiex tali li jdgħajfu r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati mill-Indoneżja u t-theddida ta’ dannu li nstabet. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet irrifjutata. |
6.2.3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi wara l-perjodu ta’ investigazzjoni
(428) |
Fis-sottomissjoni tagħhom wara d-divulgazzjoni proviżorja, Wilmar għamel analiżi tal-importazzjonijiet tal-bijodiżil fl-UE minn pajjiżi terzi wara tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni u nnota li l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu, u li l-importazzjonijiet mill-Malasja żdiedu b’mod sinifikanti bi prezzijiet li qabdu jonqsu b’rata mgħaġġla. Huma nnotaw ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Malasja kienu anqas mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
(429) |
Fil-fehma ta’ Wilmar, dawn l-importazzjonijiet idgħajfu u jkissru r-rabta kawżali mat-theddida ta’ dannu stabbilita fir-Regolament proviżorju. |
(430) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi bejn Ottubru 2018 u Ġunju 2019 kienu kif ġej: Is-sehem mis-suq stmat għall-perjodu ta’ disa’ xhur huwa bbażat fuq il-konsum għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Tabella 6 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi Ottubru 2018 - Ġunju 2019
|
(431) |
L-importazzjonijiet mill-Arġentina kienu soġġetti għal miżuri kumpensatorji matul l-aħħar parti tal-perjodu ta’ wara l-PI. Filwaqt li l-kwantitajiet kienu kemxejn ogħla mill-importazzjonijiet mill-Indoneżja, il-prezzijiet Arġentini wkoll qabżu l-prezzijiet Indoneżjani, minkejja li kienu soġġetti għal dazju doganali konvenzjonali ta’ 6,5 %. Għalhekk ma jistgħux jitqiesu li kienu qed jistabbilixxu l-prezz matul dan il-perjodu. Barra minn hekk, kif indikat hawn fuq, peress li diġà hemm miżuri kontra l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina, tali importazzjonijiet ma jistgħux jibqgħu fost it-theddid għall-industrija tal-Unjoni. |
(432) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar reġa’ sostna li l-Kummissjoni għandha tqis l-importazzjonijiet Arġentini, minħabba li l-prezz tal-bijodiżil Arġentin wara l-PI kien inqas minn dak tal-industrija tal-Unjoni. |
(433) |
Il-Kummissjoni tenniet li l-prezz tal-importazzjonijiet mill-Arġentina żdied wara Frar 2019 meta l-miżuri fuq l-importazzjonijiet Arġentini daħlu fis-seħħ, u għalhekk it-tqabbil tal-prezzijiet jeħtieġ li jqis il-fatt li huwa fis-seħħ impenn fuq il-prezz. |
(434) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-prezzijiet Ċiniżi żdiedu bejn il-perjodu ta’ investigazzjoni u wara l-PI. Wara l-PI, dawn qabżu wkoll il-prezz medju mitlub mill-industrija tal-Unjoni, minkejja li kienu soġġetti għal dazju doganali konvenzjonali ta’ 6,5 %. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq tagħhom stabbilizza wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(435) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar reġa’ nnota l-importazzjonijiet miċ-Ċina u għamel kalkolu biex iqabbel il-prezz li nħatt l-art għall-bijodiżil Ċiniż fl-2018 (EUR 826 għal kull tunnellata metrika) mal-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (EUR 794 għal kull tunnellata metrika). |
(436) |
Billi l-kalkoli tiegħu wrew li l-prezz tal-importazzjoni Ċiniż kien ogħla mill-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni, u li dan huwa dak li huwa mistenni minħabba li l-bijodiżil Ċiniż jattira primjum doppju, il-Kummissjoni taċċetta li l-kalkolu ma wera l-ebda pressjoni fuq il-prezzijiet miċ-Ċina. |
(437) |
Filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Malasja żdiedu fil-kwantità u naqsu fil-prezz wara l-PI, il-kwantitajiet baqgħu anqas minn dawk tal-Indoneżja, u l-prezzijiet baqgħu ogħla, minkejja li kienu soġġetti għal dazju doganali konvenzjonali ta’ 6,5 %. Għalhekk ma jistgħux jitqiesu li kienu qed jistabbilixxu l-prezz lanqas matul dan il-perjodu. |
(438) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar reġa’ nnota ż-żieda fil-kwantità u t-tnaqqis fil-prezz tal-importazzjonijiet mill-Malasja. Il-Kummissjoni tenniet li l-prezzijiet mill-Malasja huma ogħla minn dawk mill-Indoneżja u soġġetti għal dazju doganali konvenzjonali. |
(439) |
L-istatistiki dwar l-importazzjoni juru li għalkemm hemm importazzjonijiet sinifikanti ta’ bijodiżil mill-Malasja u miċ-Ċina wara l-PI, il-Kummissjoni baqgħet tal-fehma li dawn la kienu fi kwantità u lanqas bi prezz tali li jnaqqsu r-rabta kawżali li nstabet bejn it-theddida ta’ dannu materjali u l-importazzjonijiet mill-Indoneżja. |
(440) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI nnota li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet fit-Tabella 6 ma kinux direttament komparabbli, peress li l-bijodiżil mill-Arġentina huwa SME pur, dak mill-Indoneżja huwa PME pur, u l-bijodiżil miċ-Ċina huwa magħmul minn żejt tat-tisjir użat (“UCOME”). |
(441) |
Il-GOI nnota li sabiex jiġi kkalkulat it-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni kienet għamlet aġġustament għall-prezz tal-bijodiżil FAME0 (SME Arġentin) biex tqabblu mal-PME (il-bijodiżil Indoneżjan). |
(442) |
Il-GOI ppreżenta data bbażata fuq l-istess metodoloġija li turi li l-prezz tal-importazzjoni komparabbli mill-Arġentina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien aktar baxx mill-prezz tal-importazzjoni mill-Indoneżja, u l-prezz tal-importazzjoni komparabbli miċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien konformi mal-prezz tal-importazzjoni mill-Indoneżja. |
(443) |
Madankollu, il-kalkolu tal-GOI żied b’mod eċċessiv id-daqs tal-aġġustament bi 30 %, u ma qiesx id-dazju doganali konvenzjonali applikabbli għall-importazzjonijiet mill-Arġentina u ċ-Ċina – iżda mhux applikabbli għall-importazzjonijiet Indoneżjani. |
(444) |
Meta jiġi applikat b’mod korrett l-aġġustament, u jiġi rifless b’mod korrett id-dazju doganali konvenzjonali, l-istampa hija pjuttost differenti. Il-prezz tal-importazzjoni komparabbli miċ-Ċina jaqbeż b’mod sinifikanti l-prezz tal-importazzjoni mill-Indoneżja, u d-differenza fil-prezz bejn l-importazzjonijiet Arġentini u l-importazzjonijiet Indoneżjani huwa mnaqqas b’mod sinifikanti. |
(445) |
Ir-Regolament proviżorju diġà rrikonoxxa li l-importazzjonijiet mill-Arġentina kienu sa ċertu punt responsabbli għall-iżvilupp negattiv ta’ xi indikaturi tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni, inkluż il-fatt li l-prezz medju tal-importazzjoni mill-Arġentina – anki f’termini assoluti – kien aktar baxx matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mill-prezz tal-importazzjoni mill-Indoneżja. |
(446) |
Il-prezzijiet Arġentini wara l-PI ma jirriflettux għal kollox l-impożizzjoni tal-miżuri kontra tagħhom, peress li l-miżuri kienu imposti biss fi Frar 2019, jiġifieri f’nofs il-perjodu ta’ wara l-PI. |
(447) |
Għalhekk, it-tqabbil tal-prezzijiet kif sottomess mill-GOI, ma jdgħajjifx ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet mill-Indoneżja u t-theddida ta’ dannu materjali. Il-fatt li fatturi oħra setgħu kkontribwew biex l-industrija domestika ssir “vulnerabbli” – jiġifieri aktar suxxettibbli għal dannu futur – ma jipprekludix sejba ta’ rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet suġġetti u theddida ta’ dannu futur għall-industrija domestika (49). |
6.2.4. Il-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni
(448) |
Il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda kumment dwar l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
6.2.5. Il-prezz tal-materja prima
(449) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-GOI għamel kummenti rigward il-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u rabta bejn din u l-prezz taż-żejt tal-kolza fl-Unjoni. Il-GOI ddikjara li l-prezzijiet tal-kolza kienu għoljin matul il-perjodu taħt kunsiderazjoni u li dawn kienu l-ispjegazzjoni ewlenija għaliex l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tagħmel profitti kbar matul dan iż-żmien. |
(450) |
In-negozjant tal-bijodiżil Gunvor innota wkoll li l-kolza hija materja prima għalja għall-bijodiżil u li din x’aktarx li kienet il-kawża tal-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. |
(451) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-produtturi tal-bijodiżil fil-kampjun fl-Unjoni użaw firxa ta’ materja prima (50) sabiex jaqdu d-domanda madwar l-Unjoni u matul l-istaġuni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma rat l-ebda korrelazzjoni diretta bejn il-prezzijiet tal-kolza u l-profitti tal-industrija tal-Unjoni fuq il-bażi li l-kolza hija biss materja prima waħda minn fost dawk użati mill-industrija tal-Unjoni sabiex tforni lis-suq tal-Unjoni. |
(452) |
Il-Kummissjoni nnutat il-kummenti tagħha fil-premessa (327) tar-Regolament proviżorju li l-kost tal-produzzjoni ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni segwa x-xejra tal-prezzijiet matul il-perjodu kkunsidrat. |
(453) |
Madankollu, il-Kummissjoni nnutat ukoll li fix-xitwa tal-2018-2019, il-prezz tal-bijodiżil taż-żejt tal-kolza (“RME”) fl-Unjoni żdied sew, filwaqt li l-prezz taż-żejt tal-kolza nnifsu baqa’ stabbli. Għalhekk ma hemm l-ebda rabta kostanti bejn il-prezz taż-żejt tal-kolza u l-prezz tal-RME fis-suq tal-Unjoni. |
(454) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar ikkontesta dan l-argument, u qal li dan ma kienx rifless fit-Tabella 2 jew xi mkien ieħor fid-dokument ta’ divulgazzjoni finali. B’mod partikolari, tali żieda fil-prezz tal-bejgħ tal-RME għandu jkollha impatt fuq il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li baqa’ stabbli, għaliex l-RME allegatament huwa l-aktar l-bijodiżil prodott fl-Unjoni. |
(455) |
Madankollu, kif iddikjarat fil-premessa (296) tar-Regolament proviżorju, FAME0 huwa t-tip l-aktar komuni ta’ bijodiżil mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Għalhekk, il-prezz medju tal-bejgħ huwa misjuq minn FAME0, kif ukoll mill-kwantitajiet sostanzjali ta’ PME u taħlitiet oħra mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun minbarra l-prezz tal-RME. Tabilħaqq, iż-żieda fil-prezz għall-RME hija kompletament riflessa fiċ-ċifri tal-profitabbiltà, b’mod partikolari għar-raba’ trimestru tal-2018. Dan huwa rifless ukoll sa ċertu punt fil-prezz medju tal-bejgħ li baqa’ stabbli minkejja l-pressjoni tal-prezz eżerċitata mill-kwantitajiet sinifikanti ta’ importazzjonijiet sussidjati. |
(456) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI ddikjara mill-ġdid l-argument teigħu li l-prezzijiet għoljin taż-żerriegħa tal-kolza fl-Unjoni kienu l-kawża tan-nuqqas ta’ profittabbiltà matul il-perjodu kkunsidrat. Il-Kummissjoni rrifjutat dan l-argument għar-raġunijiet iddikjarati fil-premessa (445). |
(457) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-prezzijiet tal-materja prima użata mill-industrija tal-Unjoni ma jdgħajfux ir-rabta kawżali. |
6.2.6. Il-kompetizzjoni interna tal-UE u d-differenzi fil-prestazzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun
(458) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wilmar talab li l-Kummissjoni tqis il-kompetizzjoni interna bejn il-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, din l-allegazzjoni ma kinitx sostanzjata. Wilmar sostna wkoll li l-prestazzjoni ta’ produttur partikolari li huwa rifless fid-data mikroekonomika tista’ tikkawża distorsjoni tar-riżultati kumplessivi tal-kampjun. |
(459) |
Ir-rappreżentattività tal-kampjun f’termini ta’ produzzjoni fl-Unjoni msemmija fil-premessa (265) tar-Regolament proviżorju, u f’termini ta’ volum ta’ bejgħ baqgħet prattikament l-istess matul il-perjodu kkunsidrat. |
(460) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun huma rappreżentattivi tal-industrija kollha tal-Unjoni u d-data mikroekonomika tagħhom hija rappreżentattiva tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni dejjem issir għall-industrija kollha tal-Unjoni. Il-pretensjoni kienet għalhekk irrifjutata. |
6.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
(461) |
Il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha dwar il-kawżalità stabbiliti fil-premessi minn (377) sa (380) tar-Regolament proviżorju. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
7.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
(462) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (382) sa (384) tar-Regolament proviżorju. |
7.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati
(463) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-GOI nnota li l-miżuri kienu se jolqtu lil dawk l-importaturi bil-faċilitajiet ta’ taħlit tal-bijodiżil jew ħwienet tad-distribuzzjoni tal-bijodiżil tagħhom stess. |
(464) |
Minħabba l-importazzjonijiet sostanzjali tal-bijodiżil mill-Malasja, miċ-Ċina u mill-Arġentina flimkien, li għalihom ma hemm l-ebda miżura, jew fejn hemm impenn fuq il-prezz fis-seħħ, il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-konklużjoni. |
(465) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (388) tar-Regolament proviżorju. |
7.3. Interess tal-utenti
(466) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-GOI ddikjara li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-Indoneżja toħloq monopolju għall-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Din iżżid il-prezzijiet tal-bijodiżil għall-utenti. |
(467) |
Il-Kummissjoni rrifjutat dawk il-pretensjonijiet. L-ewwel nett, industrija tal-Unjoni magħmula minn tant kumpaniji kompetituri mhijiex qrib li tkun monopolju. It-tieni, l-importazzjonijiet mill-Arġentina, miċ-Ċina u mill-Malasja mhumiex affettwati mill-miżuri kontra l-Indoneżja. Fl-aħħar nett, anki bil-miżuri fis-seħħ, l-Unjoni għadha tirċievi importazzjonijiet sinifikanti ta’ bijodiżil mill-Arġentina fid-dawl tal-impenn. |
(468) |
Il-GOI jiddikjara li l-importazzjonijiet affordabbli tal-bijodiżil fi kwantitajiet suffiċjenti huma ta’ importanza kbira għall-Unjoni. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din id-dikjarazzjoni, iżda nnutat li peress li l-kontenut tal-bijodiżil fil-pompa normalment ma jkunx aktar minn 10 %, l-effett negattiv taż-żieda fil-prezz tal-bijodiżil jingħadda parzjalment biss lill-konsumatur u, għalhekk, huwa insinifikanti. |
(469) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, Wilmar isostni li r-Regolament proviżorju ma qiesx l-impatt tal-miżuri fuq il-produtturi tal-fjuwil tad-diżil. |
(470) |
Il-produtturi tal-fjuwil tad-diżil huma l-utenti tal-bijodiżil, peress li jixtru l-bijodiżil qabel ibigħu taħlita ta’ bijodiżil u diżil minerali fil-pompa, kif imsemmi fil-premessa (462). Peress li l-ebda utent ma kkoopera f’din l-investigazzjoni (51), dan ifisser ukoll li l-ebda produttur tal-fjuwil tad-diżil ma kkoopera f’din l-investigazzjoni. |
(471) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (391) tar-Regolament proviżorju. |
7.4. Effetti ta’ distorsjoni tal-kummerċ ta’ sussidji u stabbiliment mill-ġdid tal-kompetizzjoni effettiva
(472) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (393) tar-Regolament proviżorju. |
7.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(473) |
Fil-qosor, l-ebda argument ippreżentat mill-partijiet interessati ma juri li hemm raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. |
(474) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (394) sa (395) tar-Regolament proviżorju. |
8. REĠISTRAZZJONI
(475) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-EBB ma qabilx mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ma kinitx iġġustifikata. |
(476) |
L-EBB oppona r-raġunament tal-Kummissjoni, u qal li l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku jirrikjedi biss li l-industrija tal-Unjoni tipprovdi “biżżejjed evidenza li tiġġustifika r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet” u li ma hemm l-ebda rabta bejn l-Artikolu 24(5) u l-Artikolu 16(4) fil-liġi. L-Artikolu 16(4) jistipula l-kundizzjonijiet għall-ġbir retroattiv tad-dazji matul il-perjodu ta’ reġistrazzjoni. |
(477) |
It-tieni, l-EBB qal li anki jekk il-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku kellhom jiġu rrispettati sabiex isseħħ ir-reġistrazzjoni, il-Kummissjoni hija intitolata li ssib “ċirkostanzi kritiċi fejn, għall-prodott sussidjat in kwistjoni, ikun ġie kkawżat dannu, li jkun diffiċilment rimedjabbli, minn importazzjonijiet kbar ħafna, fi żmien relattivament qasir, ta’ prodott li jkun gawda minn sussidji kumpensabbli.” |
(478) |
L-EBB iddikjara li l-Artikolu 2(d) tar-Regolament bażiku jippermetti lill-Kummissjoni taqra “theddida ta’ dann”" fejn hemm miktub “dannu” fir-Regolament. |
(479) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mal-allegazzjonijiet tal-EBB, peress li l-Artikolu 16(4) jagħmilha ċara li l-Kummissjoni għandha ssib “dannu li huwa diffiċli li jissewwa”. “Dannu li huwa diffiċli li jissewwa” tirreferi għal sitwazzjoni fejn, fin-nuqqas tal-ġbir retroattiv ta’ dazji, id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni jista’ jiġi aggravat minħabba importazzjonijiet massivi qabel ma jkunu jistgħu jiġu adottati miżuri. Dan mhuwiex il-każ fejn is-sejbiet f’investigazzjoni huma bbażati fuq theddida ta’ dannu materjali. |
(480) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li “theddida ta’ dannu li hija diffiċli biex tissewwa” ma taqax taħt l-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku. |
(481) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonferma s-sejbiet tar-Regolament proviżorju fil-premessi minn (403) sa (404). |
9. MIŻURI KUMPENSATORJI DEFINITTIVI
(482) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa dwar is-sussidju, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti dazji kumpensatorji definittivi sabiex jiġi evitat li sseħħ it-theddida imminenti ta’ dannu materjali kkawżata lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet sussidjati mill-Indoneżja. |
9.1. Livell tal-miżuri kumpensatorji
(483) |
Is-subparagrafu 3 tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku jiddikjara li l-ammont tad-dazju kumpensabbli ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli stabbilit. |
(484) |
Imbagħad, is-subparagrafu 4 tal-Artikolu 15(1) jiddikjara li “Fejn il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni kollha sottomessa, tista’ tikkonkludi b’mod ċar li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ miżuri f’konformità mat-tielet subparagrafu, l-ammont tad-dazju kumpensatorju għandu jkun inqas jekk tali dazju inferjuri jkun adegwat biex titneħħa l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni .” |
(485) |
L-ebda informazzjoni bħal din ma ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni, u, għalhekk, il-livell tal-miżuri kumpensatorji se jkun stabbilit b’referenza għas-subparagrafu 3 tal-Artikolu 15(1). |
(486) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur Wilmar innota n-nuqqas ta’ analiżi espliċita dwar il-marġni tad-dannu. B’mod partikolari, Wilmar argumenta li d-determinazzjoni ta’ jekk l-ammont ta’ miżuri għandux ikun fil-livell ta’ sussidji kumpensabbli għandha ssir fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati. |
(487) |
L-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati tqieset meta kienet qed issir din id-determinazzjoni. Filwaqt li tabilħaqq hemm numru limitat ta’ partijiet fl-Unjoni li esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għall-miżuri kumpensatorji b’mod ġenerali, huma ma pprovdew l-ebda informazzjoni għaliex ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti dazji kumpensatorji fil-livell tas-sussidji kumpensabbli. |
(488) |
B’mod partikolari, l-Artikolu 31(7) jirrikjedi li għall-analiżi tal-interess tal-Unjoni, l-informazzjoni għandha titqies biss meta tkun appoġġata minn evidenza attwali li tissostanzja l-validità tagħha. Dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni mhux sostanzjata għall-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji hija għalhekk ta’ rilevanza limitata ħafna f’dan ir-rigward. |
(489) |
Minħabba li l-miżuri definittivi f’dan il-każ se jkunu bbażati fuq l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli stabbilit, il-livell tal-marġni tad-dannu mhuwiex rilevanti. Għalhekk, it-test stipulat fis-subparagrafu ħamsa tal-Artikolu 15(1) mhuwiex applikabbli. |
9.2. Offerti għal impenn fuq il-prezz
(490) |
Produttur esportatur Indoneżjan (“l-applikant”) ippreżenta offerta volontarja ta’ impenn fuq il-prezz skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni analizzat l-offerta ta’ impenn u kkunsidrat li l-aċċettazzjoni tagħha ma tkunx prattika għar-raġunijiet li ġejjin. |
(491) |
Il-prezz minimu tal-importazzjoni (“PMI”) propost ma kienx xieraq, peress li ma kienx biżżejjed biex ipatti għall-ammont ta’ sussidji kumpensabbli. Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 13.1 tar-Regolament bażiku, iż-żieda fil-prezz fi ħdan l-impenn fuq il-prezz ma għandhiex tkun ogħla milli meħtieġ biex tpaċi l-ammont ta’ sussidji kompensatorji. |
(492) |
Il-livell annwali, jiġifieri l-limitu annwali ta’ importazzjonijiet soġġetti għall-impenn propost mill-applikant, kopra l-esportazzjonijiet totali ta’ bijodiżil mill-Indoneżja u kien vinkolanti għal esportaturi Indoneżjani oħrajn li ma ppreżentawx offerta ta’ impenn. L-offerta ma semmietx kif il-livell annwali jkun ikkontrollat sabiex tiġi żgurata l-osservanza tiegħu. |
(493) |
Il-Kummissjoni sabet li l-livell annwali ta’ importazzjonijiet fl-MIP huwa eċċessiv. Huwa qabeż is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-bijodiżil Indoneżjan matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Flimkien man-nuqqas ta’ limitu massimu trimestrali fuq l-importazzjonijiet il-livell annwali propost żied ħafna r-riskju li livell għoli ta’ importazzjonijiet jidħol fis-suq tal-Unjoni matul ċerti xhur. |
(494) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-applikant għandu struttura kumplessa ħafna u juża kanali ta’ bejgħ kumplessi. Anke taħt l-impenn addizzjonali mressaq dwar il-kanali tal-bejgħ dan iżid il-probabbiltà ta’ ċirkomvenzjoni u kumpens trażversali u jagħmilha mhux prattika li jsir monitoraġġ effettiv. |
(495) |
Il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-applikant, li fiha spjegat ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta ta’ impenn u tat lill-applikant il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-applikant fir-rigward tal-MIP, il-livell annwali u r-riskji ta’ kumpens trażversali, ukoll fil-kuntest tal-kummenti addizzjonali tal-EBB dwar l-offerta ta’ impenn inizjali. Flimkien mal-kummenti tiegħu, l-applikant irreveda wkoll ċerti elementi tal-offerta ta’ impenn wara l-iskadenza applikabbli. |
(496) |
Fil-kummenti tiegħu, l-applikant ma qabilx mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-PMI mhuwiex biżżejjed biex ipatti għall-ammont ta’ sussidji kumpensabbli. L-applikant ma bidilx il-metodoloġija tal-kalkolu tal-PMI propost. Il-Kummissjoni żammet is-sejbiet tagħha u għalhekk irrifjutat il-pretensjoni. |
(497) |
L-applikant kompla jiċċara li l-livell annwali stabbilit fl-offerta ta’ impenn ikopri biss l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti manifatturati jew innegozjati mill-applikant. Huwa ppropona wkoll li jitnaqqas il-livell annwali u li jiġi introdott limitu massimu trimestrali fuq l-użu tal-livell annwali. |
(498) |
Il-Kummissjoni laqgħet l-ispjegazzjoni fir-rigward tal-livell annwali u nnotat li l-livell annwali, kif spjegat mill-applikant, kien vinkolanti biss għall-applikant. Dan kien fost ir-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni tikkunsidra li l-livell huwa eċċessiv, peress li l-livell annwali propost qabeż is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-esportaturi kollha tal-bijodiżil Indoneżjani matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-livell kien maħsub għal esportatur wieħed biss - l-applikant. Il-livell propost ġdid kien inqas mil-livell annwali stabbilit fl-offerta ta’ impenn, iżda xorta baqa’ f’livell għoli ħafna peress li kien qrib il-livell totali ta’ importazzjonijiet ta’ bijodiżil mill-Indoneżja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-offerta riveduta lanqas ma semmiet kif il-livell annwali jkun ikkontrollat sabiex tiġi żgurata l-osservanza tiegħu. Il-Kummissjoni żammet is-sejbiet tagħha u għalhekk irrifjutat il-pretensjoni. |
(499) |
Fil-kummenti tiegħu, l-applikant ma qabilx mas-sejba tal-Kummissjoni dwar l-istruttura kumplessa u l-mezzi ta’ bejgħ kumplessi tal-applikant. L-applikant ma ppropona l-ebda impenn addizzjonali ma’ dawk inklużi fl-offerta ta’ impenn. Il-Kummissjoni żammet is-sejbiet tagħha u għalhekk irrifjutat il-pretensjoni. |
(500) |
Il-Kummissjoni qieset li l-monitoraġ tal-impenn huwa imprattikabbli u mhux fattibbli għar-raġunijiet ippreżentati fil-premessi (490) sa (499) aktar ’il fuq u għalhekk irrifjutat l-offerta finali. |
9.3. Miżuri definittivi
(501) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw fl-Indoneżja, skont ir-regoli fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku li jgħid li d-dazju definittiv għandu jikkorrispondi għall-ammont totali tas-sussidji kumpensabbli stabbilit. |
(502) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju kompensatorju definittiv, espressi skont il-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, huma kif ġej:
|
(503) |
Ir-rati tad-dazju kumpensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-kumpaniji. Għaldaqstant, dawk ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli fil-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Indoneżja u prodott minn dawk il-kumpaniji. Il-prodotti importati kkonċernati mmanifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawk ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
(504) |
Kumpanija tista’ titlob it-tkomplija tal-applikazzjoni ta’ dawk ir-rati tad-dazju individwali minkejja li sussegwentement tibdel isimha jew l-isem ta’ waħda mill-entitajiet tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti lill-kumpanija turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju individwali li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenifika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat avviż li jinnotifika dwar il-bidla fl-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(505) |
Jekk l-iżviluppi wara l-perjodu ta’ investigazzjoni jwasslu għal bidla dejjiema fiċ-ċirkustanzi, tista’ tittieħed azzjoni xierqa skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. |
(506) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (52), meta ammont irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rata tal-imgħax jenħtieġ li tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
9.4. Rilaxx tad-dazji proviżorji
(507) |
L-Artikolu 16(2) tar-Regolament bażiku jiddikjara li huwa f’idejn il-Kummissjoni li tiddeċiedi liema proporzjon tad-dazju proviżorju għandu jinġabar definittivament. |
(508) |
L-Artikolu 16(2) jiddikjara wkoll li f’każ ta’ theddida ta’ dannu materjali, ma għandhomx jinġabru dazji proviżorji sakemm ma jinstabx li t-theddida ta’ dannu materjali, fin-nuqqas ta’ miżuri proviżorji, tkun żviluppat f’dannu materjali. |
(509) |
Minħabba s-sejbiet ta’ dan il-każ, l-ammonti proviżorji għandhom jiġu rilaxxati u ma għandhomx jinġabru kif stipulat fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament bażiku. |
(510) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (53), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Qed jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u/jew ta’ żejt tal-gass paraffiniku, miksuba minn sinteżi u/jew minn trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili, f’forma pura jew f’taħlita, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċijiet TARIC 1516209821, 1516209829 u 1516209830), ex 1518 00 91 (kodiċijiet TARIC 1518009121, 1518009129 u 1518009130), ex 1518 00 95 (kodiċi TARIC 1518009510), ex 1518 00 99 (kodiċijiet TARIC 1518009921, 1518009929 u 1518009930), ex 2710 19 43 (kodiċijiet TARIC 2710194321, 2710194329 u 2710194330), ex 2710 19 46 (kodiċijiet TARIC 2710194621, 2710194629 u 2710194630), ex 2710 19 47 (kodiċijiet TARIC 2710194721, 2710194729 u 2710194730), 27102011, 27102015, 27102017, ex 3824 99 92 (kodiċijiet TARIC 3824999210, 3824999212 u 3824999220), 38260010 u ex 3826 00 90 (kodiċijiet TARIC 3826009011, 3826009019 u 3826009030), u li joriġinaw mill-Indoneżja.
2. Ir-rata tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn isfel għandha tkun kif ġej:
Kumpanija |
Dazju kumpensatorju definittiv |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
PT Ciliandra Perkasa |
8,0 % |
B786 |
PT Intibenua Perkasatama u PT Musim Mas (Musim Mas Group) |
16,3 % |
B787 |
PT Pelita Agung Agrindustri u PT Permata Hijau Palm Oleo (Permata Group) |
18,0 % |
B788 |
PT Wilmar Nabati Indonesia u PT Wilmar Bioenergi Indonesia (Wilmar Group) |
15,7 % |
B789 |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
18,0 % |
C999 |
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-ammonti ggarantiti bid-dazju kumpensatorju proviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1344 għandhom jiġu rrilaxxati b’mod definittiv.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(2) ĠU C 439, 6.12.2018, p. 16.
(3) ĠU L 212, 13.8.2019, p. 1.
(4) Is-CFPP huwa l-aktar temperatura baxxa li fiha volum partikolari ta’ (bijo)diżil jista’ jgħaddi minn filtru standard. Dan jagħti stima tal-limitu tat-temperatura l-aktar baxx għall-użu tal-(bijo)diżil.
(5) ĠU L 141, 28.5.2013, p. 6, premessi (35) u (36).
(6) ĠU L 315, 26.11.2013, p. 2, premessi (17) sa (21).
(7) ĠU L 331, 28.12.2018, p. 4.
(8) Ir-Rapport tal-Korp tal-Appelli, l-Istati Uniti – Dazji Antidumping u Kumpensatorji Definittivi fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina, WT/DS379/AB, il-11 ta’ Marzu 2011, il-paragrafu 317. Ara wkoll ir-Rapport tal-Korp tal-Appelli, l-Istati Uniti – Miżuri ta’ Dazju Kumpensatorju fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina, WT/DS437/AB/RW, adottat fis-16 ta’ Lulju 2019, il-paragrafu 5.96.
(9) Ir-Rapport tal-Korp tal-Appelli, l-Istati Uniti – Dazji Antidumping u Kumpensatorji Definittivi fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina, WT/DS379/AB, il-11 ta’ Marzu 2011, il-paragrafu 318.
(10) Il-Kummissjoni nnutat li produttur esportatur wieħed irrapporta spejjeż ogħla ta’ konverżjoni għal wieħed mill-impjanti tiegħu. Dak il-produttur spjega li dan kien minħabba li l-impjant huwa ġdid u d-deprezzament għandu impatt sinifikanti fuq l-ispejjeż. Madankollu, huwa spjega wkoll li l-ispejjeż tal-impjanti l-oħra tiegħu huma iktar rappreżentattivi. Dawk l-ispejjeż huma fil-firxa msemmija hawn fuq. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni injorat dak il-kost, li madankollu huwa inqas mill-kostijiet ta’ konverżjoni kkalkulati mill-GOI.
(11) Kummenti dwar id-dokument ta’ informazzjoni ġenerali finali f’isem il-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja, l-14 ta’ Ottubru 2019, il-paragrafu 16.
(12) Ir-reazzjoni kimika użata fil-proċess ta’ raffinar tipproduċi l-gliċerina bħala prodott sekondarju. Il-gliċerina mbagħad tinbiegħ fis-suq, u għalhekk ma tirrappreżentax spiża.
(13) ĠU C 394, 17.12.1998, p. 13.
(14) https://www.thejakartapost.com/news/2019/09/25/palm-oil-export-levies-suspended-to-help-producers-cope-with-low-prices.html, aċċessata l-aħħar fil-21 ta’ Ottubru 2019.
(15) Kif ġie diskuss hawn taħt fil-premessa (142), il-Kummissjoni ma setgħetx tasal għal xi konklużjoni mit-tweġibiet tal-fornituri tas-CPO fir-rigward tal-profitabbiltà tagħhom.
(16) https://lloydslist.maritimeintelligence.informa.com/LL1125599/Indonesia-CPO-exports-get-boost-from-levy-relief, aċċessat fit-23 ta’ Settembru 2019.
(17) https://www.theedgesingapore.com/new-indonesian-export-levies-great-news-upstream-planters-threat-processors-cgs-cimb, aċċessat fit-23 ta’ Settembru 2019.
(18) Kif spjegat fil-premessa (133) tar-Regolament proviżorju, “(…) meta l-prezz offrut minn xerrej prospettiv ikun inqas minn dik l-“idea tal-prezz”, il-kwistjoni tiġi riferuta lill-Bord tad-Diretturi li jista’ jiddeċiedi li jaċċetta l-offerta. Matul iż-żjara ta’ verifika, il-Kummissjoni kkonfermat li dawn l-aċċettazzjonijiet iseħħu fuq bażi regolari. Fi kwalunkwe każ, il-fatt li d-deċiżjonijiet dwar il-prezzijiet jittieħdu mill-bord tat-tmexxija ta’ PTPN fejn il-GOI biss huwa rrappreżentat jindika li l-GOI jeżerċita kontroll sinifikanti fuq PTPN u l-kondotta tagħha marbuta mad-deċiżjonijiet dwar l-ipprezzar”.
(19) Ir-rapport GAIN Indonesia Oilseeds and Products Annual 2019.
(20) t19.005028.
(21) Ara r-Rapport tal-Bord, l-Istati Uniti – Dazji Antidumping u Kumpensatorji Definittivi fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina (WT/DS379/R), il-paragrafi 11.38 – 11.69.
(22) Il-USDOC ikkalkula l-prezzijiet referenzjarji ta’ kull xahar tas-suq għal kull tip ta’ gomma, ibbażat fuq ix-xiri reali ta’ lastiku minn sorsi privati, u użat dawn il-parametri referenzjarji ta’ kull xahar biex jiddetermina fuq bażi ta’ kull xahar jekk ingħatax benefiċċju. Għal kull produttur tat-tajers, l-USDOC għadd l-ammonti tal-benefiċċji pożittivi hekk ikkalkulati għal kull tip ta’ gomma, biex jasal għal benefiċċju totali għall-perjodu ta’ investigazzjoni għal dak il-produttur tat-tajers minn dak it-tip ta’ gomma. Dawn it-totali ta’ benefiċċji speċifiċi għall-prodott tal-input imbagħad ġew miżjuda flimkien biex jinkiseb il-benefiċċju totali għall-produttur tat-tajers mill-provvista governattiva ta’ inputs tal-gomma ta’ kull tip matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Iċ-Ċina argumentat li jekk xi xirjiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni saru bi prezz ogħla mill-parametru referenzjarju jew ogħla mis-suq, l-ammont sħiħ ta’ dawn l-ammonti ta’ benefiċċji “negattivi”, kif imkejla skont il-prezz referenzjarju, irid, bħala kwistjoni ta’ liġi, jiġi paċut kontra l-ammonti ta’ benefiċċji “pożittivi”, matul il-perjodu sħiħ ta’ investigazzjoni.
(23) Ara r-Rapport tal-Bord, l-Istati Uniti – Dazji Antidumping u Kumpensatorji Definittivi fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina (WT/DS379/R), il-paragrafu 11.45. Ara wkoll l-istess effett tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019, T-300/16, Jindal Saw, ECLI:EU:T:2019:235, paragrafi 180 – 182.
(24) Ara r-Rapport tal-Bord, l-Istati Uniti – Dazji Antidumping u Kumpensatorji Definittivi fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina (WT/DS379/R), il-paragrafu 11.47.
(25) Panel Report, United States – Subsidies on Upland Cotton, WT/DS267/R, Add.1 għal Add.3 u Corr.1, adottat fil-21 ta’ Marzu 2005, kif immodifikat mir-Rapport tal-Korp tal-Appelli WT/DS267/AB/R, DSR 2005: II, p. 299, il-paragrafu 7.1140.
(26) WT/DS379/AB/R (L-Istati Uniti – Dazji Kumpensatorji u Antidumping fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina), Rapport tal-Korp tal-Appelli tal-11 ta’ Marzu 2011, DS 379, il-paragrafu 373.
(27) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(28) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/807 tat-13 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ materja prima b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art li għaliha qed tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta’ produzzjoni f’art b’ħażna kbira ta’ karbonju u ċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b’riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (ĠU L 133, 21.5.2019, p. 1).
(29) L-Artikolu 26(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
(30) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 490/2013 tas-27 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja, tabella 2 (ĠU L 141, 28.5.2013, p. 6).
(31) Mil-lat kimiku, il-bijodiżil huwa tipikament esteru ta’ metil ta’ aċidu xaħmi, jew FAME.
(32) PCNs P101P u P102P.
(33) Il-45 % li jifdal tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għandhom CFPP għajr + 10 u 0.
(34) WT/DS480/R L-Unjoni Ewropea – Miżuri Antidumping fuq il-bijodiżil mill-Indoneżja.
(35) Rapport tal-Bord, UE – Bijodiżil (Indoneżja), il-paragrafu 7.156.
(36) ĠU L 141, 28.5.2013, p. 19, premessi (133) sa (135).
(37) Ta’ min jinnota li l-premessa (298) tar-Regolament proviżorju kien fiha żball klerikali u semmiet marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 17,5 %.
(38) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/244 tal-11 ta’ Frar 2019 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina (ĠU L 40, 12.2.2019, p. 1).
(39) Id-data dwar il-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ għall-perjodu ta’ disa’ xhur ta’ wara l-investigazzjoni ((minn Ottubru 2018 sa Ġunju 2019), irreġistrata f’din it-tabella, ġiet estrapolata għal kull sena billi ġiet immultiplikata b’fattur ta’ 12/9 sabiex jinkisbu ċifri annwalizzati komparabbli tal-indiċi.
(40) Pereżempju ara l-artiklu tal-istampa dwar AGQM datat l-14 ta’ Novembru 2018: https://www.agqm-biodiesel.de/en/news/news/price-european-rme-hits-all-time-high-due-low-rhine-levels (aċċessat l-aħħar fit-22 ta’ Ottubru 2019).
(41) L-Artikolu 26(2) tad-Direttiva (UE) 2018/.
(42) Pereżempju ara https://www.regnskog.no/en/news/palmoil-in-biodiesel-sees-massive-drop-in-norway (aċċessata l-aħħar fil-21 ta’ Ottubru 2019).
(43) https://www.ofimagazine.com/news/france-bans-palm-oil-from-biofuels (aċċessat l-aħħar fil-21 ta’ Ottubru 2019).
(44) https://www.reuters.com/article/us-total-biofuels-palmoil/french-court-rules-against-tax-breaks-for-palm-oil-biofuel-idUSKBN1WQ0ZG (aċċessat l-aħħar fil-21 ta’ Ottubru 2019).
(45) US GAIN Biofuels Annual Jakarta Indonesia 8-9-2019.
(46) Medja 2011-2019.
(47) Medja 2016-2019.
(48) Ara r-Rapport tal-Bord, l-Istati Uniti – Miżuri Antidumping u Kumpensatorji fuq Ċerta Karta Miksija mill-Indoneżja, WT/DS491/R, adottata fit-22 ta’ Jannar 2018, il-paragrafi 7.204-7.212.
(49) Ara r-Rapport tal-Bord, l-Istati Uniti – Miżuri Antidumping u Kumpensatorji fuq Ċerta Karta Miksija mill-Indoneżja, WT/DS491/R, adottata fit-22 ta’ Jannar 2018, il-paragrafu 7.233.
(50) Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda informazzjoni preċiża dwar l-analiżi eżatta tal-materja prima użata mill-industrija tal-Unjoni.
(51) Il-premessa (389) tar-Regolament proviżorju.
(52) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(53) Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).