5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/187


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2019

tal-1 ta’ Ottubru 2019

li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2009/125/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u ta’ kummerċ fl-Unjoni, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom, mingħajr ma jinvolvu kostijiet eċċessivi.

(2)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2016)773 (2) (il-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn) maħruġa mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2009/125/KE tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ ħidma skont il-qafas tal-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija għall-perjodu 2016-2019. Il-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn jidentifika l-gruppi ta’ prodotti relatati mal-enerġija li għandhom jitqiesu bħala prijoritajiet, biex isiru studji preparatorji dwar miżuri ta’ implimentazzjoni u biex eventwalment dawn jiġu adottati, kif ukoll biex isir rieżami tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 (3) u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 (4).

(3)

Huwa stmat li l-miżuri mill-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn għandhom il-potenzjal li jwasslu total li fl-2030, jaqbeż 260 TWh ta’ ffrankar tal-enerġija finali annwali, ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass serra ta’ madwar 100 miljun tunnellata fis-sena fl-2030. L-apparat refriġeranti huwa wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fil-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn, b’ammont stmat ta’ 10 TWh f’iffrankar tal-enerġija finali annwali fl-2030.

(4)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti tad-dar fir-Regolament (KE) Nru 643/2009 u skont dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrevedi r-Regolament fuq bażi regolari fid-dawl tal-progress teknoloġiku.

(5)

Il-Kummissjoni wettqet rieżami tar-Regolament (KE) Nru 643/2009 u analizzat l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-apparat refriġeranti kif ukoll l-imġiba tal-utenti fil-ħajja reali. Ir-rieżami sar b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u mal-partijiet interessati mill-Unjoni u l-pajjiżi terzi. Ir-riżultati tar-rieżami ġew ippubblikati u ppreżentati fil-Forum ta’ Konsultazzjoni stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE.

(6)

Ir-rieżami juri l-benefiċċju ta’ rekwiżiti kontinwati u mtejba, adattati għall-progress teknoloġiku tal-apparat refriġeranti. B’mod speċifiku juri li jistgħu jiġu introdotti rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika għall-apparat tal-ħżin tal-inbid u li l-fatturi ta’ korrezzjoni jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa b’mod sinifikanti.

(7)

Il-konsum annwali tal-enerġija ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament fl-Unjoni ġie stmat li fl-2015 kien ta’ 86 TWh, li jikkorrispondi għal 34 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ekwivalenti għas-CO2. Il-konsum ta’ enerġija tal-apparat refriġeranti f’xenarju ta’ żamma tal-istatus quo huwa mistenni jonqos sal-2030. Madankollu, dan it-tnaqqis huwa mistenni jbatti sakemm ma jiġux aġġornati r-rekwiżiti eżistenti dwar l-ekodisinn.

(8)

L-aspetti ambjentali tal-apparat refriġeranti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu, użu ikbar ta’ enerġija tul il-ħajja tal-prodott minħabba gaskets tal-bibien li jnixxu, possibbiltà baxxa ta’ tiswija u għażliet ta’ preservazzjoni tal-ikel subottimali li jwasslu għal ħela tal-ikel li tista’ tiġi evitata.

(9)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni COM(2015)0614 final (5) (pjan ta’ azzjoni għal ekonomija ċirkolari) u l-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn jissottolinjaw l-importanza tal-użu tal-qafas tal-ekodisinn biex tiġi appoġġata l-bidla lejn ekonomija ċirkolari aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) tirreferi għad-Direttiva 2009/125/KE u tindika li r-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) billi jittrattaw il-kwistjonijiet eqreb lejn is-sors. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti xierqa għal dan.

(10)

Apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandu jkun soġġett għal regolament dwar l-ekodisinn separat.

(11)

Jenħtieġ li ċ-chest freezers, inklużi ċ-chest freezers professjonali, ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, peress li mhumiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 (7) u jistgħu jintużaw f’ambjenti oħrajn minbarra dawk professjonali.

(12)

L-apparat tal-ħżin tal-inbid u l-apparat refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju (bħall-minibars), inkluż dak b’bibien trasparenti, ma għandux funzjoni ta’ bejgħ dirett. Normalment, l-apparat għall-ħżin tal-inbid jintuża f’ambjenti domestiċi jew fir-ristoranti, filwaqt li l-minibars jintużaw l-aktar fil-kmamar tal-lukandi. Għalhekk, l-apparat għall-ħżin tal-inbid u l-minibars, inklużi dawk b’bibien trasparenti, għandhom ikunu koperti b’dan ir-Regolament.

(13)

Jenħtieġ li l-parametri rilevanti tal-prodotti jitkejlu b’metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli. Jenħtieġ li dawk il-metodi jikkunsidraw metodi ta’ kejl tal-ogħla livell rikonoxxuti inklużi, fejn disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(14)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(15)

Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jenħtieġ li jipprovdu t-tagħrif imsemmi fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE, safejn dak it-tagħrif ikollu x’jaqsam mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(16)

Għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, jenħtieġ li l-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jingħataw il-possibbiltà li jirreferu għall-bażi tad-data tal-prodott jekk id-dokumentazzjoni teknika skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 (9) tinkludi l-istess tagħrif.

(17)

Biex titjieb l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament u biex jiġu mħarsa l-konsumaturi, jenħtieġ li jiġu pprojbiti dawk il-prodotti li awtomatikament ibiddlu l-prestazzjoni tagħhom f’kundizzjonijiet ta’ ttestjar biex itejbu l-parametri ddikjarati.

(18)

Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu identifikati punti ta’ referenza indikattivi għall-aħjar teknoloġiji disponibbli biex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom soġġetta għal dan ir-Regolament tkun disponibbli b’mod wiesgħa u tkun faċilment aċċessibbli, skont il-punt (2) tal-parti 3 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE.

(19)

Jenħtieġ li r-rieżami ta’ dan ir-Regolament jivvaluta l-adegwatezza u l-effikaċja tad-dispożizzjonijiet tiegħu biex jintlaħqu l-miri tiegħu. Jenħtieġ li r-rieżami isir meta d-dispożizzjonijiet kollha jkunu implimentati u jkunu qed juru effett fis-suq.

(20)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 643/2009 jitħassar.

(21)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ apparat refriġeranti li jitħaddem bl-elettriku mill-mejns b’volum totali ta’ aktar minn 10 litri u ta’ inqas jew ekwivalenti għal 1 500 litru.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)

kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali u kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, bl-eċċezzjoni ta’ chest freezers professjonali;

(b)

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett;

(c)

apparat refriġeranti mobbli;

(d)

apparat li l-funzjoni primarja tiegħu ma tkunx il-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel permezz tar-refriġerazzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“mejns” jew “mejns tal-elettriku” tfisser il-provvista tal-elettriku mill-grilja ta’ 230 (± 10 %) volt ta’ kurrent alternat b’50 Hz;

(2)

“apparat refriġeranti” tfisser kabinett iżolat b’kompartiment wieħed jew aktar ikkontrollati b’temperatura speċifika, imkessaħ b’konvezzjoni naturali jew sfurzata fejn it-tkessiħ jinkiseb b’mezz wieħed jew aktar li jikkonsma l-enerġija;

(3)

“kompartiment” tfisser spazju magħluq f’apparat refriġeranti, li jkun direttament aċċessibbli minn bieba esterna waħda jew aktar u li jkun diviż minn subkompartiment ieħor/subkompartimenti oħra permezz ta’ diviżjoni, kontenitur jew kostruzzjoni simili, u li hu stess jista’ jkun diviż f’subkompartimenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, “kompartiment” tirreferi kemm għall-kompartimenti kif ukoll għas-subkompartimenti;

(4)

“bieba esterna” hija l-parti tal-kabinett li tista’ tiġi spostjata jew titneħħa biex tal-inqas tippermetti li t-tagħbija tiddaħħal jew tinħareġ mill-kabinett;

(5)

“subkompartiment” tfisser spazju magħluq f’kompartiment, li jkollu temperatura tat-tħaddim differenti minn dik tal-kompartiment li jifforma parti minnu;

(6)

“volum totali” (V) tfisser il-volum tal-ispazju fuq ġewwa tal-kisi intern tal-apparat refriġeranti, ekwivalenti għall-ammont totali tal-volumi tal-kompartiment(i), espress f’dm3 jew litri;

(7)

“volum tal-kompartiment” (Vc) tfisser il-volum tal-ispazju fuq ġewwa tal-kisi intern tal-kompartiment, espress f’dm3 jew litri;

(8)

“kabinett għall-ħżin refriġerat professjonali” tfisser apparat refriġeranti b’iżolament li jintegra kompartiment wieħed jew aktar aċċessibbli permezz ta’ bieba jew kexxun wieħed jew aktar, li kapaċi jżomm kontinwament it-temperatura ta’ oġġetti tal-ikel fi ħdan il-limiti preskritti f’temperatura ta’ operazzjoni ta’ tkessiħ jew iffriżar, bl-użu ta’ ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar, u li jintuża għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel f’ambjenti mhux domestiċi iżda mhux għall-wiri jew għall-aċċess għall-konsumaturi, kif definit fir-Regolament (UE) 2015/1095;

(9)

“kabinett ta’ refriġerazzjoni rapida” tfisser apparat refriġeranti b’iżolament maħsub primarjament biex ikessaħ malajr oġġetti tal-ikel sħan għal temperatura ta’ inqas minn 10 °C fil-każijiet tat-tkessiħ, u għal temperatura ta’ inqas minn – 18 °C fil-każ ta’ ffriżar, kif definit fir-Regolament (UE) 2015/1095;

(10)

“chest freezer professjonali” tfisser freezer li l-kompartiment(i) tiegħu jkun/u aċċessibbli min-naħa ta’ fuq tal-apparat jew li jkollu kemm kompartimenti tat-tip li jinfetaħ minn fuq kif ukoll tat-tip wieqaf, iżda li l-volum gross tal-kompartiment(i) tat-tip li jinfetaħ minn fuq jaqbeż il-75 % tal-volum gross totali tal-apparat, użat għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel f’ambjenti mhux domestiċi;

(11)

“freezer” tfisser apparat refriġeranti li jkollu biss kompartimenti 4-star;

(12)

“kompartiment tal-friża” tfisser tip ta’ kompartiment b’temperatura mira ta’ 0 °C jew aktar baxxa; li jkun kompartiment 0-star, 1-star, 2-star, 3-star jew 4-star, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;

(13)

“tip ta’ kompartiment” tfisser it-tip ta’ kompartiment iddikjarat konformi mal-parametri tal-prestazzjoni tar-refriġerazzjoni Tmin, Tmax, Tc u parametri oħra kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;

(14)

“temperatura minima” (Tmin) tfisser it-temperatura minima ġewwa l-kompartiment waqt l-ittestjar tal-ħżin, kif definita fit-Tabella 3 tal-Anness III;

(15)

“temperatura massima” (Tmax) tfisser it-temperatura massima ġewwa l-kompartiment waqt l-ittestjar tal-ħżin, kif definita fit-Tabella 3 tal-Anness III;

(16)

“temperatura mira” (Tc) tfisser it-temperatura ta’ referenza ġewwa kompartiment waqt l-ittestjar, kif stabbilita fit-Tabella 3 tal-Anness III, u hija t-temperatura għall-ittestjar tal-konsum tal-enerġija espressa bħala l-medja fuq perjodu ta’ żmien u fuq sett ta’ sensuri;

(17)

“kompartiment 0-star” u “kompartiment li jagħmel is-silġ” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ 0 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;

(18)

“kompartiment 1-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -6 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;

(19)

“kompartiment 2-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -12 °C, kif stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness III;

(20)

“kompartiment 3-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -18 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;

(21)

“kompartiment ta’ freezer” jew “kompartiment 4-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -18 °C u li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kapaċità tal-iffriżar speċifika;

(22)

“kapaċità tal-iffriżar” tfisser l-ammont ta’ oġġetti tal-ikel friski li jistgħu jiġu ffriżati f’kompartiment ta’ freezer f’24 siegħa; din ma għandhiex tkun inqas minn 4,5 kg għal kull 24 siegħa għal kull 100 litru ta’ volum tal-kompartiment ta’ freezer, b’minimu ta’ 2,0 kg/24 siegħa;

(23)

“apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett” tfisser apparat refriġeranti li jintuża għall-funzjonijiet ta’ wiri ta’ oġġetti b’temperaturi speċifiċi aktar baxxi mit-temperatura ambjentali, u l-bejgħ tagħhom lill-konsumaturi, li jkun direttament aċċessibbli minn ġnub li jinfetħu jew minn bieba waħda jew aktar, jew minn kxaxen, jew mit-tnejn, inklużi wkoll kabinetti b’żoni speċifiċi għall-ħżin jew għas-servizz assistit ta’ oġġetti mhux aċċessibbli għall-konsumaturi u bl-esklużjoni tal-minibars u tal-apparati għall-ħżin tal-inbid, kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 (10);

(24)

“minibar” tfisser apparat refriġeranti b’volum totali ta’ mhux aktar minn 60 litru, maħsub primarjament għall-ħżin u l-bejgħ ta’ oġġetti tal-ikel fi kmamar ta’ lukandi u ta’ stabbilimenti simili;

(25)

“apparat għall-ħżin tal-inbid” tfisser apparat refriġeranti ddedikat għall-ħżin tal-inbid, b’kontroll preċiż tat-temperatura għall-kundizzjonijiet ta’ ħżin u b’temperatura mira ta’ kompartiment għall-ħżin tal-inbid, kif definita fit-Tabella 3 tal-Anness III, u mgħammar b’mezzi kontra l-vibrazzjonijiet;

(26)

“apparat refriġeranti ddedikat” tfisser apparat refriġeranti b’tip ta’ kompartiment wieħed biss;

(27)

“kompartiment għall-ħżin tal-inbid” tfisser kompartiment mhux tal-friża b’temperatura mira ta’ 12 °C, firxa ta’ umdità interna ta’ bejn 50 % u 80 % u kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn 5 °C u 20 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;

(28)

“apparat refriġeranti mobbli” tfisser apparat refriġeranti li jista’ jintuża meta ma jkunx hemm aċċess għall-grilja elettrika tal-mejns u li bħala s-sors ta’ enerġija għall-funzjonalità tar-refriġerazzjoni juża elettriku b’voltaġġ baxx ħafna (< 120 V DC), jew karburant, jew it-tnejn li huma, inkluż apparat refriġeranti li, minbarra bl-elettriku b’voltaġġ baxx ħafna jew b’karburant, jew bit-tnejn li huma, jista’ jitħaddem ukoll permezz tal-mejns tal-elettriku. Apparat li jitqiegħed fis-suq b’konverter AC/DC ma jitqiesx bħala apparat refriġeranti mobbli;

(29)

“oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xarbiet, inkluż inbid u oġġetti oħra użati primarjament għall-konsum li jirrikjedu refriġerazzjoni f’temperaturi speċifikati;

(30)

“Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika” (EEI) tfisser numru tal-indiċi għall-effiċjenza enerġetika relattiva ta’ apparat refriġeranti espress bħala perċentwali, kif stabbilit fil-punt 5 tal-Anness III;

(31)

“apparat refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju” tfisser apparat refriġeranti mingħajr kompressjoni tal-fwar u b’emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja ta’ inqas minn 27 decibel b’ponderazzjoni A relattivament għal 1 pico watt (dB(A) re 1 pW);

(32)

“emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja” tfisser il-livell tal-qawwa tal-ħoss ta’ apparat refriġeranti, espress f’deċibel b’ponderazzjoni-A relattivament għal 1 pico watt (dB(A) re 1 pW);

(33)

“apparat ikkombinat” tfisser apparat refriġeranti li jkollu aktar minn tip wieħed ta’ kompartiment, li tal-inqas wieħed minnhom ikun kompartiment mhux tal-friża;

(34)

“kompartiment mhux tal-friża” tfisser tip ta’ kompartiment b’temperatura mira ta’ 4 °C jew ogħla; li jkun kompartiment pantry, għall-ħżin tal-inbid, kantina jew għall-ikel frisk b’kundizzjonijiet ta’ ħżin u temperaturi mira, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;

(35)

“kompartiment pantry” tfisser kompartiment mhux tal-friża b’temperatura mira ta’ 17 °C u kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn 14 °C u 20 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;

(36)

“kompartiment kantina” tfisser kompartiment mhux tal-friża b’temperatura mira ta’ 12 °C u kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn 2 °C u 14 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;

(37)

“kompartiment għall-ikel frisk” tfisser kompartiment mhux tal-friża b’temperatura mira ta’ 4 °C u kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn 0 °C u 8 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;

(38)

“ħiter antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali” tfisser ħiter antikondensazzjoni fuq l-apparat refriġeranti u li l-kapaċità tat-tisħin tiegħu tiddependi fuq it-temperatura ambjentali jew fuq l-umdità ambjentali jew fuq it-tnejn li huma;

(39)

“ħiter antikondensazzjoni” tfisser ħiter li jippreveni l-kondensazzjoni fuq l-apparat refriġeranti;

(40)

“enerġija awżiljarja” (Eaux ) tfisser l-enerġija użata minn ħiter antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali, espressa f’kWh/a.

Għall-finijiet tal-Annessi, definizzjonijiet addizzjonali huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw mid-dati indikati fih.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stipulata fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema ta’ ġestjoni stipulata fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi kopja tal-informazzjoni dwar il-prodott ipprovduta skont il-punt 4 tal-Anness II, u d-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli stipulati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

3.   Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:

(a)

minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta, iżda li jkun ġie prodott minn manifattur differenti; jew

(b)

permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti, jew it-tnejn li huma.

id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, inkluż l-identifikaturi tal-mudell.

4.   Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi l-informazzjoni fl-ordni u kif stabbilit fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/2016. Għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-punt 2(g) tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE, jirreferu għad-dokumentazzjoni teknika mtella’ fil-bażi tad-data tal-prodotti li fiha l-istess tagħrif stipulat fir-Regolament (UE) 2019/2016.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IV meta jwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/125/KE.

Artikolu 6

Ċirkomvenzjoni

Il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma għandux iqiegħed prodotti fis-suq li jkunu ġew iddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxu b’mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test bl-għan li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri ddikjarati mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat fid-dokumentazzjoni teknika jew inklużi fi xi dokumentazzjoni pprovduta.

Il-konsum tal-enerġija tal-prodott u l-parametri ddikjarati l-oħra kollha ma għandhomx jiddeterjoraw wara aġġornament tas-software jew tal-firmware meta dan jitkejjel bl-istess standard tat-test użat oriġinarjament għad-dikjarazzjoni tal-konformità, ħlief bil-kunsens espliċitu tal-utent aħħari qabel l-aġġornament.

Artikolu 7

Parametri referenzjarji indikattivi

Il-parametri referenzjarji indikattivi għall-prodotti u t-teknoloġiji bl-aqwa prestazzjoni disponibbli fis-suq fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament huma stipulati fl-Anness V.

Artikolu 8

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dan ir-rieżami, inkluż, jekk ikun xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni lill-Forum Konsultattiv sal-25 ta' Diċembru 2025.

Ir-rieżami għandu jivvaluta b’mod partikolari:

(a)

ir-rekwiżiti tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-apparat refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju u l-apparat tal-ħżin tal-inbid, inklużi dawk b’bibien trasparenti;

(b)

kemm hu adegwat li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-apparati kkombinati b’kompartiment(i) tal-friża b’livell baxx ta’ storbju;

(c)

it-trattament ta’ chest freezers professjonali;

(d)

il-livell tat-tolleranzi;

(e)

l-adegwatezza ta’ sinjal awdjo mandatorju għal ftuħ tal-bieba fit-tul;

(f)

il-fatturi ta’ kumpens u l-parametri ta’ mmudellar;

(g)

kemm hu adegwat li jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali dwar l-effiċjenza fir-riżorsi għall-prodotti skont il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, inkluż jekk għandhomx jiġu inklużi aktar spare parts;

(h)

kemm hu adegwat li jiġu inklużi apparat jew funzjonijiet awżiljarji oħra minbarra l-ħiter antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali biex tiġi stabbilita l-enerġija awżiljarja;

(i)

il-metodoloġija biex jiġu kkunsidrati d-defrost awtomatiku u intelliġenti.

Artikolu 9

Tħassir

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Marzu 2021.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Marzu 2021. Madankollu, l-Artikolu 6 għandu japplika mill-25 ta' Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019, COM(2016)773 final tat-30.11.2016.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar (ĠU L 191, 23.7.2009, p. 53).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17).

(5)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari, COM/2015/0614 final tat-2.12.2015.

(6)  Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta’ Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess (ĠU L 177, 8.7.2015, p. 19).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(9)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 (Ara paġna 102 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Ara paġna 313 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“bieba/bibien trasparenti” tfisser bieba/bibien magħmula minn materjal trasparenti li jippermetti lill-utent aħħari jara l-oġġetti minnha/minnhom, mill-inqas 75 % tal-għoli tal-armarju intern u 75 % tal-wisa' tal-armarju intern għandhom ikunu trasparenti, meta mkejla t-tnejn li huma min-naħa ta' quddiem tal-kabinett;

(2)

“iffriżar rapidu” tfisser funzjoni li l-utent aħħari jista' jattiva skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, tal-importatur, jew tar-rappreżentant awtorizzat, li tnaqqas it-temperatura tal-ħżin tal-kompartiment(i) tal-freezer biex jiffriża l-oġġetti tal-ikel mhux iffriżati fi żmien iqsar;

(3)

“setting tax-xitwa” tfisser funzjoni ta' kontroll għal apparat ikkombinat b'kumpressur wieħed u termostat wieħed, li skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, tal-importatur, jew tar-rappreżentant awtorizzat jista' jintuża f'temperaturi ambjentali taħt + 16 °C, li jkun magħmul minn funzjoni jew komponent tal-iswiċċjar li jiggarantixxi, anke jekk dan ma jkunx meħtieġ għall-kompartiment ta' fejn jinstab it-termostat, li l-kumpressur ikompli jaħdem biex jinżammu t-temperaturi tal-ħżin xierqa fil-kompartimenti l-oħra;

(4)

“kompartiment chiller” tfisser kompartiment li kapaċi jikkontrolla t-temperatura medja tiegħu f'medda speċifika mingħajr aġġustamenti tal-kontroll tiegħu mill-utent, b'temperatura mira ta' 2 °C, u b'kundizzjonijiet ta' ħżin li jvarjaw bejn -3 °C u 3 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;

(5)

“pannell iżolanti bil-vakwu” (VIP) tfisser pannell iżolanti li jikkonsisti minn materjal sod u poruż ħafna miksi b'envelop irqiq estern li ma jippermettix li jidħlu gassijiet, li minnu jinġibdu 'l barra l-gassijiet u li jkun issiġillat biex il-gassijiet esterni ma jidħlux fil-pannell;

(6)

“żona 2-star” tfisser parti minn kompartiment 3-star jew 4-star li ma jkollhiex bieba jew għatu tal-aċċess individwali tagħha stess u b'temperatura mira u kundizzjonijiet ta' ħżin ta' - 12 °C;

(7)

“gasket ta' bieba” tfisser siġill mekkaniku li jimla l-ispazju bejn il-bieba u l-kabinett tal-apparat refriġeranti biex tiġi evitata tnixxija mill-kabinett lejn l-arja esterna;

(8)

“spare part” tfisser parti separata li tista' tissostitwixxi parti bl-istess funzjoni jew funzjoni simili fi prodott;

(9)

“sewwej professjonali” tfisser operatur jew impriża li tipprovdi servizzi professjonali ta' tiswija u manutenzjoni ta' apparat refriġeranti;

(10)

“apparat awtonomu” tfisser apparat refriġeranti li ma jkunx apparat inkorporat;

(11)

“apparat inkorporat” tfisser apparat refriġeranti li jkun iddisinjat, ittestjat u kkummerċjalizzat b'mod esklussiv:

(a)

biex jiġi installat f'kabinett jew imdawwar (minn fuq, taħt u l-ġnub) b'pannelli; u

(b)

biex jitwaħħal sod mal-ġnub, fuq jew taħt ta' kabinett jew ma' pannelli; u

(c)

biex ikun mgħammar b'wiċċ integrali b'finitura tal-fabbrika jew b'pannell frontali magħmul għall-esiġenzi tal-individwu;

(12)

“garanzija” tfisser kwalunkwe impenn li jagħmel il-bejjiegħ bl-imnut jew il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat lill-konsumatur biex:

(a)

jiġi rimborżat il-prezz imħallas; jew

(b)

jissostitwixxi, isewwi jew jimmaniġġja apparat refriġeranti fi kwalunkwe mod jekk dan ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-reklamar rilevanti;

(13)

“klassi klimatika” tfisser il-medda ta' temperaturi ambjentali, kif stabbilita fil-punt 1(i) tal-Anness III, li l-apparati refriġeranti huma maħsuba li jintużaw fiha, u li għaliha t-temperaturi ta' ħżin meħtieġa speċifikati fit-Tabella 3 tal-Anness III jiġu ssodisfati b'mod simultanju fil-kompartimenti kollha;

(14)

“bażi tad-data tal-prodotti” tfisser ġabra ta' data li tikkonċerna l-prodotti, li tkun irranġata b'mod sistematiku u li tikkonsisti minn parti pubblika orjentata lejn il-konsumaturi, fejn l-informazzjoni li tikkonċerna l-parametri tal-prodotti individwali tkun aċċessibbli b'mezzi elettroniċi, portal online għall-aċċessibbiltà u parti dwar il-konformità, b'rekwiżiti ta' aċċessibbiltà u ta' sigurtà speċifikati b'mod ċar, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

(15)

“konsum tal-enerġija annwali” (AE) tfisser il-konsum tal-enerġija kuljum medju mmultiplikat bi 365 (jiem fis-sena), espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/a), kif ikkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness III;

(16)

“konsum tal-enerġija kuljum” (Edaily ) tfisser l-elettriku li jintuża minn apparat refriġeranti f'24 siegħa fil-kundizzjonijiet ta' referenza espress f'kilowatt-siegħa kull 24 siegħa (kWh/24 h), ikkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness III;

(17)

“distributur” tfisser apparat li jiddistribwixxi tagħbija mkessħa jew iffriżata minn apparat refriġeranti fuq xewqa tal-utent, bħal pereżempju distributuri tas-silġ jew distributuri tal-ilma mkessaħ;

(18)

“kompartiment b'temperatura varjabbli” tfisser kompartiment maħsub għall-użu bħala żewġ (jew aktar) tipi ta' kompartimenti alternattivi (pereżempju, kompartiment li jista' jservi bħala kompartiment għall-ikel frisk jew bħala kompartiment ta' freezer) u li jkun jista' jiġi ssettjat mill-utent biex iżomm il-medda tat-temperatura tat-tħaddim applikabbli b'mod kontinwu għal kull tip ta' kompartiment iddikjarat. Kompartiment li jkun maħsub għall-użu bħala tip ta' kompartiment singolu li jista' jissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet ta' ħżin ta' tipi ta' kompartimenti oħra (pereżempju, kompartiment chiller li jista' jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta' kompartiment 0-star) mhuwiex kompartiment b'temperatura varjabbli;

(19)

“netwerk” tfisser infrastruttura ta' komunikazzjoni b'topoloġija ta' konnessjonijiet, arkitettura, inkluż il-komponenti fiżiċi, prinċipji organizzattivi, proċeduri u formati tal-komunikazzjonijiet (protokolli);

(20)

“konsum tal-enerġija elettrika f'kundizzjonijiet stabbli” (Pss ) tfisser il-konsum tal-enerġija medju f'kundizzjonijiet stabbli, espress f'watts (W);

(21)

“konsum tal-enerġija inkrementali għad-defrost u għall-irkupru” (ΔΕd-f ) tfisser il-konsum tal-enerġija medju supplimentari għal funzjoni ta' defrost jew ta' rkupru, espress f'watt hour (Wh);

(22)

“defrost awtomatiku” tfisser funzjoni li permezz tagħha l-kompartimenti jiġu defrostjati mingħajr l-intervent tal-utent biex tinbeda t-tneħħija tal-akkumulazzjoni tas-silġ fil-konfigurazzjonijiet kollha tal-kontroll tat-temperatura jew biex jiġi stabbilit mill-ġdid it-tħaddim normali, fejn ir-rimi tal-ilma defrostjat isir b'mod awtomatiku;

(23)

“intervall ta' defrost” (td-f ) tfisser l-intervall medju rappreżentattiv, espress f'sigħat (h), ta' bejn il-ħin tal-attivazzjoni tal-ħiter tad-defrost u tal-attivazzjoni sussegwenti tiegħu, f'żewġ ċikli sussegwenti ta' defrost u ta' rkupru; jew jekk ma jkunx hemm ħiter tad-defrost, l-intervall ta' bejn il-ħin tad-diżattivazzjoni tal-kumpressur u tad-diżattivazzjoni sussegwenti tiegħu, f'żewġ ċikli sussegwenti ta' defrost u ta' rkupru;

(24)

“perjodu ta' defrost u ta' rkupru” tfisser il-perjodu minn meta jinbeda ċ-ċiklu ta' kontroll tad-defrost sakemm jerġgħu jiġu stabbiliti kundizzjonijiet tat-tħaddim stabbli;

(25)

“tip ta' defrost” tfisser il-metodu li bih titneħħa l-akkumulazzjoni tas-silġ minn fuq l-evaporatur(i) ta' apparat refriġeranti; jiġifieri defrost awtomatiku jew defrost manwali;

(26)

“defrost manwali” tfisser li ma jkunx hemm defrost awtomatiku;

(27)

“fattur ta' tagħbija” (L) tfisser fattur li jqis it-tagħbija ta' tkessiħ supplimentari (aktar milli diġà antiċipata bl-ogħla temperatura ambjentali medja għall-ittestjar) dovuta għall-introduzzjoni ta' oġġetti tal-ikel sħan, bil-valuri kif stabbilit fil-punt 3(a) tal-Anness III;

(28)

“konsum tal-enerġija annwali standard” (SAE) tfisser il-konsum tal-enerġija annwali ta' referenza ta' apparat refriġeranti espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/a), kif ikkalkulat skont il-punt 4 tal-Anness III;

(29)

“parametru ta' kombinament” (C) tfisser parametru ta' mmudellar li jqis l-effett ta' sinerġija ta' meta tipi ta' kompartimenti differenti jkunu kkombinati f'apparat wieħed, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness III;

(30)

“fattur ta' telf tas-sħana mill-bieba” (D) tfisser fattur ta' kumpens għal apparati kkombinati skont in-numru ta' kompartimenti b'temperaturi differenti jew in-numru ta' bibien esterni, liema minnhom ikun l-iżgħar u kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III. Għal dan il-fattur, “kompartiment” ma tirreferix għal subkompartiment;

(31)

“fattur tad-defrost” (Ac ) tfisser fattur ta' kumpens li jqis jekk l-apparat refriġeranti jkollux defrost awtomatiku jew defrost manwali, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III;

(32)

“fattur ta' apparat inkorporat” (Bc ) tfisser fattur ta' kumpens li jqis jekk l-apparat refriġeranti jkunx inkorporat jew awtonomu, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III;

(33)

“Mc” u “Nc” ifissru parametri ta' mmudellar li jqisu d-dipendenza tal-konsum tal-enerġija fuq il-volum, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness III;

(34)

“parametru termodinamiku” (rc ) tfisser parametru ta' mmudellar li jikkoreġi l-konsum tal-enerġija annwali standard għal temperatura ambjentali ta' 24 °C, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness III;

(35)

“mudell ekwivalenti” tfisser mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tiġi pprovduta, iżda li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz mill-istess manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat bħala mudell ieħor b'identifikatur differenti tal-mudell;

(36)

“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' prodott minn mudelli oħrajn bl-istess trademark jew l-istess isem tal-fornitur;

(37)

“friġġ-freezer” tfisser apparat ikkombinat li jkollu mill-inqas kompartiment ta' freezer wieħed u mill-inqas kompartiment għall-ikel frisk wieħed.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).


ANNESS II

Rekwiżiti tal-ekodisinn

1.   Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika:

(a)

Mill-1 ta’ Marzu 2021, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) tal-apparat refriġeranti ma għandux ikun ogħla mill-valuri kif stabbiliti fit-Tabella 1.

Tabella 1

EEI massimu għall-apparati refriġeranti, espress f’%

 

EEI

apparat refriġeranti dedikat b’livell baxx ta’ storbju b’kompartiment(i) għall-ikel frisk

375

apparat refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju b’bibien trasparenti

380

apparat refriġeranti ieħor b’livell baxx ta’ storbju, bl-eċċezzjoni ta’ apparati kkombinati b’kompartiment(i) tal-friża b’livell baxx ta’ storbju

300

apparat għall-ħżin tal-inbid b’bibien trasparenti

190

apparat ieħor għall-ħżin tal-inbid

155

l-apparat refriġeranti l-ieħor kollu, bl-eċċezzjoni ta’ apparati kkombinati b’kompartiment(i) tal-friża b’livell baxx ta’ storbju

125

(b)

Mill-1 ta’ Marzu 2024, l-EEI tal-apparat refriġeranti ma għandux ikun ogħla mill-valuri stabbiliti fit-Tabella 2.

Tabella 2

EEI massimu għall-apparati refriġeranti, espress f’%

 

EEI

apparat refriġeranti dedikat b’livell baxx ta’ storbju b’kompartiment(i) għall-ikel frisk

312

apparat refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju b’bieba/bibien trasparenti

300

apparat refriġeranti ieħor b’livell baxx ta’ storbju, bl-eċċezzjoni ta’ apparati kkombinati b’kompartiment(i) tal-friża b’livell baxx ta’ storbju

250

apparat għall-ħżin tal-inbid b’bieba/bibien trasparenti

172

apparat ieħor għall-ħżin tal-inbid

140

l-apparat refriġeranti l-ieħor kollu, bl-eċċezzjoni ta’ apparati kkombinati b’kompartiment(i) tal-friża b’livell baxx ta’ storbju

100

2.   Rekwiżiti funzjonali:

Mill-1 Marzu 2021, l-apparat refriġeranti għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Sa mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li tiġi attivata mill-utent aħħari skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, tal-importatur, jew tar-rappreżentant awtorizzat, kull funzjoni tal-iffriżar rapidu, jew kwalunkwe funzjoni simili li ssir possibbli bil-bdil fis-settings tat-temperatura f’kompartimenti ta’ friżer, għandha terġa’ lura awtomatikament għall-kundizzjonijiet normali preċedenti tal-ħżin.

(b)

Il-karatteristika settings tax-xitwa għandha tiġi attivata jew diżattivata b’mod awtomatiku skont il-ħtieġa li l-kompartiment(i) tal-friża jinżamm/u fit-temperatura t-tajba.

(c)

Kull kompartiment għandu jkun immarkat bis-simbolu ta’ identifikazzjoni xieraq. Għall-kompartimenti tal-ikel iffriżat dan għandu jkun in-numru ta’ stilel tal-kompartiment. Għall-kompartimenti tal-ikel imkessaħ u mhux iffriżat, dan għandu jkun indikazzjoni, magħżula mill-manifattur, l-importatur, jew ir-rappreżentant awtorizzat, tat-tip ta’ ikel għandu jinħażen fil-kompartiment.

(d)

Jekk l-apparat refriġeranti jkollu pannelli iżolanti bil-vakwu, l-apparat refriġeranti għandu jkun tikkettat bl-ittri “VIP” b’mod ċar u li jista’ jinqara.

(e)

Għal subkompartimenti 2-star jew żoni 2-star:

is-subkompartiment 2-star jew iż-żona 2-star ikunu separati mill-volum 3-star jew 4-star permezz ta’ diviżjoni, kontenitur jew kostruzzjoni simili;

il-volum tas-subkompartiment 2-star jew taż-żona 2-star ma jkunx aktar minn 20 % tal-volum totali tal-kompartiment ewlieni.

(f)

Għall-kompartimenti 4-star, il-kapaċità tal-iffriżar speċifika għandha tkun ta’ tip li l-ħin tal-iffriżar meħtieġ biex it-temperatura tat-tagħbija ħafifa (3,5 kg/100 l) titbaxxa minn +25 għal – 18 °C f’temperatura ambjentali ta’ 25 °C ikun ta’ 18,5 siegħa jew inqas.

Sal-1 ta’ Marzu 2024, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2(a) u (b) ma għandhomx japplikaw għall-apparat kombinat b’termostat elettromekkaniku wieħed u b’kompressur wieħed li mhuwiex mgħammar b’konsol elettroniku.

3.   Rekwiżiti tal-effiċjenza fir-riżorsi:

Mill-1 Marzu 2021, l-apparat refriġeranti għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Disponibbiltà ta’ spare parts:

(1)

il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ apparat refriġeranti għandhom jagħmlu disponibbli mill-inqas dawn l-ispare parts għas-sewwejja professjonali: termostati, sensers tat-temperatura, ċirkwiti stampati u sorsi ta’ dawl, għal perjodu minimu ta’ seba’ snin wara t-tqegħid tal-aħħar unità tal-mudell fis-suq;

(2)

il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ apparat refriġeranti għandhom jagħmlu disponibbli mill-inqas dawn l-ispare parts għas-sewwejja professjonali u l-utenti aħħarin: pumi tal-bibien, ċpiepet tal-bibien, trejs u qfuf għal perjodu minimu ta’ seba’ snin, u gaskits tal-bibien għal perjodu minimu ta’ 10 snin wara t-tqegħid tal-aħħar unità tal-mudell fis-suq;

(3)

il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawn l-ispare parts ikunu jistgħu jinbidlu bl-użu ta’ għodod faċilment disponibbli, u mingħajr ma ssir ħsara permanenti lill-apparat;

(4)

il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punt 1, u l-proċedura għall-ordni tagħhom għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat, mhux aktar tard minn sentejn wara t-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell u sat-tmiem tal-perjodu ta’ disponibbiltà ta’ dawn l-ispare parts;

(5)

il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punt 2, u l-proċedura għall-ordni tagħhom u l-istruzzjonijiet għat-tiswija għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur fil-ħin tat-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell u sat-tmiem tal-perjodu ta’ disponibbiltà ta’ dawn l-ispare parts.

(b)

L-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni:

Wara perjodu ta’ sentejn wara t-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell jew ta’ mudell ekwivalenti, u sa tmiem il-perjodu msemmi f’(a), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-apparat lis-sewwejja professjonali fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

is-sit web tal-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jindika l-proċess li jridu segwu s-sewwejja professjonali biex jirreġistraw għall-aċċess għall-informazzjoni; biex jaċċettaw tali talba, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu lis-sewwej professjonali juri li:

(i)

is-sewwej professjonali għandu l-kompetenza teknika biex isewwi l-apparat refriġeranti u li dan huwa konformi mar-regolamenti applikabbli għas-sewwejja tat-tagħmir elettriku fl-Istati Membri fejn jopera. Referenza għal sistema ta’ reġistrazzjoni uffiċjali bħala sewwej professjonali, fejn sistema bħal din tkun teżisti fl-Istati Membri kkonċernati, għandha tiġi aċċettata bħala prova ta’ konformità ma’ dan il-punt;

(ii)

is-sewwej professjonali huwa kopert minn assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-attività tiegħu, irrispettivament minn jekk dan huwiex meħtieġ jew le mill-Istat Membru;

(2)

il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jaċċettaw jew jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mid-data tat-talba tas-sewwej professjonali;

(3)

il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu ħlas raġonevoli u proporzjonat għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jew biex jibgħatu aġġornamenti regolari. Ħlas jitqies raġonevoli jekk ma jiskoraġġixxix l-aċċess billi jonqos milli jqis il-punt safejn is-sewwej professjonali jagħmel użu mill-informazzjoni;

Ladarba jiġi rreġistrat, sewwej professjonali għandu jkollu aċċess, fi żmien jum wieħed tax-xogħol wara li jkun talabha, għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. L-informazzjoni disponibbli dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għandha tinkludi:

l-identifikazzjoni mhux ekwivoka tal-apparat;

mappa taż-żarmar jew dijagramma kompożittiva;

lista tat-tagħmir meħtieġ għat-tiswija u l-ittestjar;

l-informazzjoni dwar il-komponenti u informazzjoni dijanjostika (bħal valuri teoretiċi minimi u massimi tal-kejl);

dijagramma deskrittiva tas-sistema tal-wajers u tas-sistema ta’ konnessjoni;

kodiċijiet dijanjostiċi tal-ħsara u tal-errur (inklużi kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur, fejn applikabbli); u

rekords tad-data ta’ inċidenti rrappurtati ta’ ħsara maħżuna fl-apparat refriġeranti (fejn applikabbli).

(c)

Żmien massimu għall-konsenja tal-ispare parts:

(1)

matul il-perjodu msemmi fil-punt 3(a)(1) u l-punt 3(a)(2), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jiżgura l-konsenja tal-ispare parts għall-apparat refriġeranti fi żmien 15 jum tax-xogħol wara l-wasla tal-ordni;

(2)

fil-każ ta’ spare parts disponibbli biss għas-sewwejja professjonali, din id-disponibbiltà tista’ tkun limitata għas-sewwejja professjonali rreġistrati skont il-punt b.

(d)

Rekwiżiti għaż-żarmar għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-materjali filwaqt li jiġi evitat it-tniġġis:

(1)

il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati refriġeranti jkunu ddisinjati b’tali mod li l-materjali u l-komponenti msemmija fl-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE jkunu jistgħu jiġu żarmati bl-użu ta’ għodod faċilment disponibbli;

(2)

il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fil-Punt 1 tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/19/UE.

4.   Rekwiżiti ta’ informazzjoni:

Mill-1 ta’ Marzu 2021, il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, u s-sit web bla ħlas tal-manifatturi, tal-importaturi jew tar-rappreżentanti awtorizzati għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej:

(a)

l-għażla ta’ kxaxen, basktijiet u xkafef li jwasslu għall-aktar użu effiċjenti tal-enerġija minn dak l-apparat refriġeranti;

(b)

gwida ċara dwar fejn u kif għandhom jinħażnu l-prodotti tal-ikel f’apparat refriġeranti għall-aħjar preservazzjoni tul l-itwal perjodu, biex tiġi evitata l-ħela tal-ikel;

(c)

l-issettjar tat-temperaturi rrakkomandat f’kull kompartiment għall-preservazzjoni ottimali tal-ikel. Dawn is-settings m’għandhomx jikkontradixxu l-kundizzjonijiet tal-ħżin stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness III;

(d)

stima tal-impatt tal-issettjar tat-temperatura fuq il-ħela tal-ikel;

(e)

deskrizzjoni tal-effetti ta’ modi u funzjonijiet speċjali, u b’mod partikolari kif it-temperaturi jiġu affettwati f’kull kompartiment u għal kemm;

(f)

għall-apparat għall-ħżin tal-inbid: “dan l-apparat huwa ddisinjat għall-użu esklussiv tal-ħżin tal-inbid”. Dan ma għandux japplika għal apparat refriġeranti li ma jkunx iddisinjat speċifikament għall-ħżin tal-inbid iżda jista’ jintuża għal dan l-iskop, jew għal apparat refriġeranti li jkollu kompartiment għall-ħżin tal-inbid kombinat ma’ kwalunkwe tip ta’ kompartiment ieħor;

(g)

struzzjonijiet għall-installazzjoni korretta u għall-manutenzjoni korretta min-naħa tal-utent aħħari, inkluż it-tindif, tal-apparat refriġeranti;

(h)

għal apparat indipendenti: “dan l-apparat refriġeranti mhuwiex maħsub biex jintuża bħala apparat inkorporat”;

(i)

għal apparat mingħajr kompartiment 4-star: “dan l-apparat refriġeranti mhuwiex xieraq għall-iffriżar ta’ oġġetti tal-ikel”;

(j)

aċċess għat-tiswija professjonali, bħal siti web, indirizzi, dettalji ta’ kuntatt;

(k)

tagħrif rilevanti għall-ordni ta’ spare parts, direttament jew permezz ta’ kanali oħra pprovduti mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat;

(l)

il-perjodu minimu li matulu l-ispare parts, neċessarji għat-tiswija tal-apparat, ikunu disponibbli;

(m)

id-durata minima tal-garanzija tal-apparat refriġeranti offruta mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat;

(n)

għall-apparat refriġeranti bi klassi klimatika:

temperatura moderata estiża: “dan l-apparat refriġeranti huwa intiż biex jintuża f’temperaturi ambjentali li jvarjaw minn 10 °C sa 32 °C”;

temperatura moderata: “dan l-apparat refriġeranti huwa intiż biex jintuża f’temperaturi ambjentali li jvarjaw minn 16 °C sa 32 °C”;

temperatura subtropikali: “dan l-apparat refriġeranti huwa intiż biex jintuża f’temperaturi ambjentali li jvarjaw minn 16 °C sa 38 °C”;

temperatura tropikali: “dan l-apparat refriġeranti huwa intiż biex jintuża f’temperaturi ambjentali li jvarjaw minn 16 °C sa 43 °C”;

(o)

struzzjonijiet dwar kif tinstab l-informazzjoni dwar il-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti, kif definit fir-Regolament (UE) 2019/2016 permezz ta’ link elettronika li tirreferi għat-tagħrif dwar il-mudell kif irreġistrat fil-bażi tad-data tal-prodotti jew link elettronika li twassal għall-bażi tad-data tal-prodotti u għal informazzjoni dwar kif wieħed isib l-identifikatur tal-mudell fuq il-prodott.


ANNESS III

Metodi ta’ kejl u ta’ kalkolu

Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti u jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn taħt. In-numri ta’ referenza ta’ dawn l-istandards armonizzati ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

1.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-ittestjar:

(a)

għall-apparati refriġeranti b’ħiters antikondensazzjoni li jistgħu jinxtegħlu jew jintfew mill-utent aħħari, il-ħiters antikondensazzjoni għandhom jinxtegħlu u — jekk ikunu aġġustabbli — jiġu ssettjati fuq it-tisħin massimu u inklużi fil-konsum tal-enerġija annwali (AE) bħala konsum tal-enerġija kuljum (Edaily );

(b)

għall-apparat refriġeranti b’ħiters antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali, il-ħiters antikondensazzjoni tal-elettriku b’kontroll ambjentali għandhom jintfew jew jiġu diżattivati, fejn possibbli, waqt il-kejl tal-konsum tal-enerġija;

(c)

għall-apparati refriġeranti b’distributuri li jistgħu jinxtegħlu jew jintfew mill-utent aħħari, id-distributuri għandhom jinxtegħlu waqt it-test tal-konsum tal-enerġija, iżda ma għandhomx jitħaddmu;

(d)

għall-kejl tal-konsum tal-enerġija, il-kompartimenti b’temperatura varjabbli għandhom ikunu qed jaħdmu bl-aktar temperatura baxxa li tista’ tiġi ssettjata mill-utent aħħari biex tinżamm il-medda tat-temperatura, kif stabbilit fit-Tabella 3, tat-tip ta’ kompartiment li jkollu l-aktar temperatura baxxa;

(e)

għall-apparati refriġeranti li jistgħu jiġu konnessi ma’ netwerk, il-modulu ta’ komunikazzjoni għandu jkun attivat iżda waqt it-test tal-konsum tal-enerġija mhux meħtieġ li jkun hemm xi tip speċifiku ta’ komunikazzjoni u/jew ta’ skambju ta’ data. Waqt it-test tal-konsum tal-enerġija jrid jiġi żgurat li l-unità tkun konnessa man-netwerk;

(f)

għall-prestazzjoni ta’ kompartimenti chillers:

(1)

għal kompartiment b’temperatura varjabbli kklassifikat bħala kompartiment għall-ikel frisk u/jew kompartiment chiller, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) għandu jiġi ddeterminat għal kull kundizzjoni ta’ temperatura u għandu jiġi applikat l-ogħla valur;

(2)

kompartiment chiller għandu jkun kapaċi jikkontrolla t-temperatura medja tiegħu f’medda speċifika mingħajr l-aġġustament tal-kontrolli tiegħu mill-utent aħħari; dan jista’ jiġi vverifikat waqt it-testijiet tal-konsum tal-enerġija f’temperatura ambjentali ta’ 16 °C u ta’ 32 °C;

(g)

għal kompartimenti b’volum aġġustabbli, meta l-volumi ta’ żewġ kompartimenti jkunu jistgħu jiġu aġġustati wieħed relattivament mal-ieħor mill-utent aħħari, il-konsum tal-enerġija u l-volum għandhom jiġu ttestjati meta l-volum tal-kompartiment bl-ogħla temperatura mira jkun aġġustat għall-volum minimu tiegħu;

(h)

il-kapaċità tal-iffriżar speċifika tiġi kkalkulata bħala l-piż tat-tagħbija ħafifa mmultiplikat bi 12 u diviż bil-ħin tal-iffriżar meħtieġ biex it-temperatura tat-tagħbija ħafifa titbaxxa minn +25 għal – 18 °C f’temperatura ambjentali ta’ 25 °C, espressa f’kg/12 h u mqarrba sal-ewwel pożizzjoni deċimali; il-piż tat-tagħbija ħafifa huwa 3,5 kg kull 100 litru tal-volum tal-kompartimenti tal-friża “t”, u għandu jkun ta’ mill-inqas 2,0 kg;

(i)

biex jiġu ddeterminati l-klassijiet klimatiċi, l-akronimu għall-medda ta’ temperaturi ambjentali, jiġifieri SN, N, ST jew T:

(1)

il-klassi “temperatura estiża” (SN) għandha medda ta’ temperaturi ta’ minn 10 °C sa 32 °C;

(2)

il-klassi “temperatura moderata” (N) għandha medda ta’ temperaturi ta’ minn 16 °C sa 32 °C;

(3)

il-klassi “subtropikali” (ST) għandha medda ta’ temperaturi ta’ minn 16 °C sa 38 °C; u

(4)

il-klassi “tropikali” (T) għandha medda ta’ temperaturi ta’ minn 16 °C sa 43 °C.

2.   Il-kundizzjonijiet tal-ħżin u t-temperaturi mira għal kull tip ta’ kompartiment:

It-Tabella 3 tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-ħżin u t-temperatura mira għal kull tip ta’ kompartiment.

3.   Determinazzjoni tal-AE:

(a)

Għall-apparati refriġeranti kollha, għajr għall-apparati refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju:

Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ ttestjar f’temperatura ambjentali ta’ bejn 16 °C u 32 °C.

Biex jiġi ddeterminat il-konsum tal-enerġija, it-temperaturi medji tal-arja f’kull kompartiment għandhom ikunu daqs jew inqas mit-temperaturi mira speċifikati fit-Tabella 3 għal kull tip ta’ kompartiment kif iddikjarati mill-manifattur, l-importatur, jew ir-rappreżentant awtorizzat. Valuri ogħla jew aktar baxxi mit-temperaturi mira jistgħu jintużaw biex jiġi stmat il-konsum tal-enerġija bit-temperatura mira għal kull kompartiment rilevanti permezz ta’ interpolazzjoni, fejn ikun xieraq.

Il-komponenti ewlenin tal-konsum tal-enerġija li jridu jiġu ddeterminati huma:

sett ta’ valuri tal-konsum tal-enerġija elettrika f’kundizzjonijiet stabbli (Pss ), espressi f’W u mqarrba sal-ewwel pożizzjoni deċimali, kull wieħed b’temperatura ambjentali speċifika u b’sett ta’ temperaturi tal-kompartiment, li mhumiex neċessarjament it-temperaturi mira;

il-konsum tal-enerġija inkrementali għad-defrost u għall-irkupru rappreżentattiv (ΔΕd-f ) espress f’Wh, u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali, għal prodotti b’sistema waħda jew aktar ta’ defrost awtomatiku (kull waħda biċ-ċiklu ta’ kontroll tad-defrost tagħha) imkejjel b’temperatura ambjentali ta’ 16 °C (ΔΕd-f16 ) u ta’ 32 °C (ΔΕd-f32 );

l-intervall tad-defrost (td-f ), espress f’h u mqarreb sa tliet pożizzjonijiet deċimali, għal prodotti b’sistema waħda jew aktar ta’ defrost awtomatiku (kull waħda biċ-ċiklu ta’ kontroll tad-defrost tagħha) imkejjel b’temperatura ambjentali ta’ 16 °C (td-f16 ) u ta’ 32 °C (td-f32 ). td-f għandu jiġi ddeterminat għal kull sistema f’ċerta firxa ta’ kundizzjonijiet;

għal kull test imwettaq, il-valuri ta’ Pss u ΔΕd-f għandhom jingħaddu flimkien biex jifformaw konsum tal-enerġija kuljum f’ċerta temperatura ambjentali ET = 0,001 × 24 × (Pss + ΔΕd-f /td-f ), espress f’kWh/24 h, specifiku għall-konfigurazzjonijiet applikati;

Eaux , espress f’kWh/a u mqarreb sa tliet pożizzjonijiet deċimali. Eaux huwa limitat għall-ħiter antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali u huwa ddeterminat mill-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter f’numru ta’ kundizzjonijiet ta’ temperatura ambjentali u umdità ambjentali, immultiplikat bil-probabbiltà li din il-kundizzjoni tat-temperatura u l-umdità ambjentali iseħħ u magħduda flimkien; sussegwentement, dan ir-riżultat jiġi immultiplikat b’fattur ta’ telf, li jirrappreżenta t-tnixxigħ ta’ sħana fil-kompartiment u t-tneħħija sussegwenti ta’ dik is-sħana mis-sistema ta’ refriġerazzjoni.

Tabella 3

Il-kundizzjonijiet tal-ħżin u t-temperatura mira għal kull tip ta’ kompartiment

Grupp

Tip ta’ kompartiment

Nota

Kundizzjonijiet tal-ħżin

Tc

Tmin

Tmax

Isem

Isem

nru.

°C

°C

°C

Kompartimenti mhux tal-friża

Pantry

 (1)

+14

+20

+17

Għall-ħżin tal-inbid

 (2)  (6)

+5

+20

+12

Kantina

 (1)

+2

+14

+12

Għall-ikel frisk

 (1)

0

+8

+4

Kompartiment chiller

Chiller

 (3)

-3

+3

+2

Kompartimenti tal-friża

0-star u li fih isir is-silġ

 (4)

m.a.

0

0

1-star

 (4)

m.a.

-6

-6

2-star

 (4)  (5)

m.a.

-12

-12

3-star

 (4)  (5)

m.a.

-18

-18

freezer (4-star)

 (4)  (5)

m.a.

-18

-18

m.a. = mhux applikabbli

Kull wieħed minn dawn il-parametri għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ test separat jew sett ta’ testijiet separati. Tittieħed medja tad-data tal-kejl tul perjodu tat-test, li tittieħed wara li l-apparat ikun ilu jopera għal ċertu żmien. Biex jittejbu l-effiċjenza u l-preċiżjoni tal-ittestjar, it-tul tal-perjodu tat-test m’għandhomx ikun wieħed fiss; għandu jkun tali li l-apparat ikun f’kundizzjoni stabbli matul dan il-perjodu tat-test. Dan jiġi vvalidat billi d-data kollha fi ħdan dan il-perjodu tat-test tiġi eżaminata u mqabbla ma’ sett ta’ kriterji ta’ stabbiltà u billi jiġi eżaminat jekk inġabritx biżżejjed data f’din il-kundizzjoni stabbli.

AE, espress f’kWh/a u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali, għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

AE = 365 × Edaily/L + Eaux

fejn

il-fattur ta’ tagħbija L = 0,9 għall-apparati refriġeranti b’kompartimenti ffriżati biss, u L = 1,0 għall-apparati l-oħra kollha; u

Edaily , espressa f’kWh/24 h u mqarrba sa’ tliet pożizzjonijiet deċimali kkalkulata minn ET b’temperatura ambjentali ta’ 16 °C (E16 ) u b’temperatura ambjentali ta’ 32 °C (E32 ) kif ġej:

Edaily = 0,5 × (E16 + E32 )

fejn E16 u E32 jiġu derivati permezz ta’ interpolazzjoni tat-test tal-enerġija bit-temperaturi mira stabbiliti fit-Tabella 3.

(b)

Għall-apparati refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju:

Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat kif previst fil-punt 3(a), iżda b’temperatura ambjentali ta’ 25 °C minflok ta’ 16 °C u ta’ 32 °C.

Edaily , espressa f’kWh/24 h u mqarrba sa tliet pożizzjonijiet deċimali għall-kalkolu tal-AE imbagħad hija kif ġej:

Edaily = E25

fejn E25 hija ET b’temperatura ambjentali ta’ 25 °C u tiġi derivata permezz ta’ interpolazzjoni tat-testijiet tal-enerġija bit-temperaturi mira stabbiliti fit-Tabella 3.

4.   Determinazzjoni tal-konsum tal-enerġija annwali standard (SAE):

(a)

Għall-apparati refriġeranti kollha:

SAE, espress f’kWh/a u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali, jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn

“c” huwa n-numru tal-indiċi għal tip ta’ kompartiment u li jvarja minn 1 sa “n”, fejn “n” huwa n-numru totali ta’ tipi ta’ kompartimenti;

Vc , espress f’dm3 jew litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali huwa l-volum tal-kompartiment;

V, espress f’dm3 jew litri, aġġustat għall-eqreb numru sħiħ huwa l-volum totali b’

Formula
;

rc, Nc, Mc u C huma parametri ta’ mmudellar speċifiċi għal kull kompartiment bil-valuri tagħhom kif stabbilit fit-Tabella 4; u

Ac , Bc u D huma l-fatturi ta’ kumpens bil-valuri tagħhom kif stabbilit fit-Tabella 5.

Waqt it-twettiq tal-kalkoli ta’ hawn fuq, għall-kompartimenti b’temperatura varjabbli, jintgħażel it-tip ta’ kompartiment bl-aktar temperatura mira baxxa li jkun iddikjarat xieraq għaliha.

(b)

Parametri ta’ mmudellar għal kull tip ta’ kompartiment għall-kalkolu tal-SAE:

Il-parametri ta’ mmudellar huma stabbiliti fit-Tabella 4.

Tabella 4

Il-valuri tal-parametri ta’ mmudellar għal kull tip ta’ kompartiment

Tip ta’ kompartiment

rc  (1)

Nc

Mc

C

Pantry

0,35

75

0,12

bejn 1,15 u 1,56 għal apparat kombinat b’kompartimenti (2) 3-star jew 4-star, 1,15 għal apparat kombinat ieħor, 1,00 għal apparati refriġeranti oħra

Għall-ħżin tal-inbid

0,60

Kantina

0,60

Għall-ikel frisk

1,00

Chiller

1,10

138

0,12

0-star u li fih isir is-silġ

1,20

138

0,15

1-star

1,50

2-star

1,80

3-star

2,10

Freezer (4-star)

2,10

(c)

Il-fatturi ta’ kumpens għal kull tip ta’ kompartiment għall-kalkolu tal-SAE:

Il-fatturi ta’ kumpens huma stabbiliti fit-Tabella 5.

Tabella 5

Il-valuri tal-fatturi ta’ kumpens għal kull tip ta’ kompartiment

Tip ta’ kompartiment

Ac

Bc

D

 

Defrost manwali

Defrost awtomatiku

Apparat awtonomu

Apparat awtonomu

≤ 2 (3)

3 (3)

4 (3)

> 4 (3)

Pantry

1,00

1,00

1,02

1,00

1,02

1,035

1,05

Għall-ħżin tal-inbid

Kantina

Għall-ikel frisk

Chiller

1,03

0-star u li fih isir is-silġ

1,00

1,10

1,05

1-star

2-star

3-star

Freezer (4-star)

5.   Determinazzjoni tal-EEI:

EEI, espress bħala % u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali, huwa kkalkulat bħala:

EEI = AE/SAE.


(1)   Tmin u Tmax huma l-valuri medji mkejla fuq il-perjodu tat-test (medja fuq perjodu ta’ żmien u fuq sett ta’ sensuri).

(2)  Il-varjazzjoni medja tat-temperatura fuq il-perjodu tat-test għal kull sensur m’għandhiex tkun ta’ aktar minn ± 0,5 Kelvin (K). Waqt perjodu ta’ defrost u ta’ rkupru, il-medja tas-sensuri kollha mhix permessa titla’ aktar minn 1,5 K ogħla mill-valur medju tal-kompartiment.

(3)   Tmin u Tmax huma l-valuri istantanji ta’ waqt il-perjodu tat-test.

(4)   Tmax hija l-valur massimu mkejjel fuq il-perjodu tat-test (massimu fuq perjodu ta’ żmien u fuq sett ta’ sensuri).

(5)  Jekk il-kompartiment ikun tat-tip b’defrost awtomatiku, it-temperatura (definita bħala t-temperatura massima tas-sensuri kollha) mhix permessa titla’ aktar minn 3,0 K waqt il-perjodu ta’ defrost u ta’ rkupru.

(6)   Tmin u Tmax huma l-valuri medji mkejla fuq il-perjodu tat-test (medja fuq perjodu ta’ żmien għal kull sensur) u jiddefinixxu l-medda tat-temperatura tat-tħaddim massima permessa.

(1)   rc = (Ta-Tc)/20; b’Ta = 24 °C u Tc bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 3.

(2)   C għal apparat kombinat b’kompartimenti 3-star jew 4-star jiġi ddeterminat kif ġej:

fejn frzf huwa l-volum Vfr tal-kompartiment 3-star jew 4-star bħala frazzjoni ta’ V b’frzf = Vfr/V:

jekk frzf ≤ 0,3 then C = 1,3 + 0,87 × frzf;

jew jekk if 0,3 < frzf < 0,7 allura C = 1,87 – 1,0275 × frzf;

inkella C = 1,15.

(3)  numru ta’ bieben esterni jew ta’ kompartimenti, liema minnhom ikun l-iżgħar.


ANNESS IV

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f’dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew għall-interpretazzjoni ta’ dawn il-valuri bl-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar bi kwalunkwe mezz.

Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.

Għall-verifika tal-konformità ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja għar-rekwiżiti msemmija fl-Anness II:

1.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell.

2.

Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-punt (g) tiegħu; u

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, u kull informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott li jippubblikaw il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma jkunx fiha valuri aktar favorevoli għall-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat mill-valuri dikjarati; u

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiċċekkjaw l-unità tal-mudell, huma jivverifikaw jekk il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ikunx implimenta sistema li tikkonforma mar-rekwiżiti tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 6; u

(d)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiċċekkjaw l-unità tal-mudell, din tikkonforma mar-rekwiżiti funzjonali tal-punti 2(a) sa (f) tal-Anness II u mar-rekwiżiti dwar l-aspetti ta’ effiċjenza fir-riżorsi tal-punt 3 tal-Anness II; u

(e)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri ddeterminati (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi stabbiliti fit-Tabella 6.

3.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a), (b), (c) jew (d), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

4.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(e), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. B’mod alternattiv, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ mudell(i) ekwivalenti.

5.

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati tkun konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi stabbiliti fit-Tabella 6.

6.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punti 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

7.

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3 jew 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 6 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 6, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.

Tabella 6

Tolleranzi tal-verifika

Parametri

Tolleranzi tal-verifika

Il-volum totali u l-volum tal-kompartimenti

Il-valur (1) iddeterminat m’għandux ikun aktar baxx minn 3 % jew b’litru wieħed inqas — skont liema wieħed minnhom ikun l-ogħla valur — mill-valur iddikjarat.

Il-kapaċità tal-iffriżar

Il-valur (1) iddeterminat m’għandux ikun aktar baxx mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %.

E16, E32

Il-valur (1) iddeterminat m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %.

Eaux

Il-valur (1) iddeterminat m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %.

Il-konsum tal-enerġija annwali

Il-valur (1) iddeterminat m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %.

L-umdità interna tal-apparat għall-ħżin tal-inbid (%)

Il-valur (1) iddeterminat m’għandux ivarja mil-limiti tal-medda preskritta b’aktar minn 10 %.

Emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja

Il-valur (1) iddeterminat m’għandux ikun ogħla b’2 dB(A) re 1 pW mill-valur iddikjarat.


(1)  fil-każ ta’ ttestjar ta’ tliet unitajiet addizzjonali skont kif preskritt fil-punt 4, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.


ANNESS V

Parametri referenzjarji

Fiż-żmien id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għall-apparat refriġeranti f’termini tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) u tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja ġiet identifikata kif deskritt hawn taħt.

Iċ-ċifri li jidhru hawn taħt inkisbu permezz ta’ konverżjoni ssimplifikata mill-valuri EEI kif stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 643/2009. Iċ-ċifri fil-parentesi jindikaw il-valur tal-EEI kif stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 643/2009.

Apparati refriġeranti:

Apparat refriġeranti ddedikat għall-ikel frisk (“friġġ”):

Kbir:

EEI = 57 % [18 %],

V = 309 litru,

AE = 70 kWh/a

Għal fuq il-mejda:

EEI = 63 % [22 %],

V = 150 litru,

AE = 71 kWh/a

Apparat għall-ħżin tal-inbid:

Bieba esterna iżolata:

EEI = 113 % [33 %],

V = 499 litru,

AE = 111 kWh/a

Bieba trasparenti:

EEI = 140 % [42 %],

V = 435 litru,

AE = 133 kWh/a

Friġġ-freezer:

EEI = 59 % [18 %],

V = 343 litru (223/27/93 litru għal ikel frisk/chill/freezer),

AE = 146 kWh/a

Freezer:

Wieqaf Żgħir:

EEI = 52 % [20 %],

V = 103 litru,

AE = 95 kWh/a

Wieqaf Daqs Medju:

EEI = 63 % [22 %],

V = 206 litru,

AE = 137 kWh/a

Chest:

EEI = 55 % [22 %],

V = 230 litru,

AE = 116 kWh/a

L-inqas storbju rrapportat (mill-mudelli kollha): 34-35 dB(A) re 1 pW

Apparat refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju (apparat refriġeranti b’kompartiment kantina jew kompartiment pantry):

Bieba esterna iżolata:

EEI = 233 % [73 %],

V = 30 litru,

AE = 182 kWh/a

Bieba trasparenti:

EEI = 330 % [102 %],

V = 40 litru,

AE = 255 kWh/a

Apparat b’livell baxx ta’ storbju huwa rrapportat li jkollu emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja ta’ inqas minn 15 dB(A) re 1 pW skont l-istandards ta’ ttestjar attwali.