5.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 315/68 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2015
tal-11 ta’ Marzu 2019
li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 16(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/1369 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati fir-rigward tat-tikkettar jew ir-riklassifikazzjoni tat-tikketti ta’ gruppi ta’ prodotti li jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u, fejn rilevanti, ta’ riżorsi oħra. |
(2) |
Il-pjan ta’ Ħidma tal-Ekodisinn 2016–2019 (2) stabbilit mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ ħidma fil-qafas tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija għall-perjodu 2016–2019. Il-Pjan ta’ Ħidma tal-Ekodisinn jidentifika l-gruppi ta’ prodotti relatati mal-enerġija li għandhom jitqiesu bħala prijoritajiet għall-impriża tal-istudji preparatorji u l-adozzjoni eventwali tal-miżuri ta’ implimentazzjoni, kif ukoll ir-rieżami tar-regolamenti attwali. |
(3) |
Hu stmat li l-miżuri mill-Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn għandhom il-potenzjal li b’kollox jipprovdu iżjed minn 260 TWh ta’ ffrankar annwali tal-enerġija finali fl-2030, jiġifieri ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ madwar 100 miljun tunnellata fis-sena fl-2030. It-tidwil huwa wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fil-Pjan ta’ Ħidma dwarl-Ekodisinn, bi stima ta’ ffrankar annwali tal-enerġija finali ta’ 41,9 TWh fl-2030. |
(4) |
Dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-enerġija ta’ prodotti tat-tidwil, jiġifieri lampi tal-elettriku u luminarji, ġew stabbiliti bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (4). |
(5) |
Il-prodotti tat-tidwil huma fost il-gruppi ta’ prodotti prijoritarji msemmija fl-Artikolu 11(5)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1369, li għalihom il-Kummissjoni mistennija tadotta att delegat biex tintroduċi tikketta bi skala ġdida mill-A sal-G. |
(6) |
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 874/2012 fih klawżola ta’ rieżami fl-Artikolu 7 li teżiġi li l-Kummissjoni teżamina mill-ġdid dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku. |
(7) |
Il-Kummissjoni rrieżaminat ir-Regolament Delegat (UE) Nru 874/2012 u analizzat l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi ta’ prodotti tat-tidwil kif ukoll l-imġiba tal-utent fil-ħajja reali. Ir-rieżami sar b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u mal-partijiet interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi. Ir-riżultati tar-rieżami ġew ippubblikati u ppreżentati lill-Forum Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/1369. |
(8) |
Ir-rieżami kkonkluda li ma kienx hemm bżonn li jiġu introdotti rekwiżiti riveduti tat-tikkettar tal-enerġija għall-prodotti tat-tidwil, jiġifieri għal sorsi tad-dawl. |
(9) |
L-aspett ambjentali tas-sorsi tad-dawl li ġie identifikat bħala sinifikanti għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huwa l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu. |
(10) |
Ir-rieżami wera li l-konsum tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament jista’ jitnaqqas aktar b’mod sinifikanti billi jiġu implimentati l-miżuri tat-tikketta tal-enerġija. |
(11) |
Peress li dan ir-Regolament iġib fi tmiem it-tikketta tal-enerġija ddedikata speċifikament għal-luminarji fir-Regolament Delegat (UE) Nru 874/2012, il-fornituri tal-luminarji jenħtieġ li jkunu eżentati mill-obbligi relatati mal-bażi tad-data tal-prodotti stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2017/1369. |
(12) |
Fid-dawl taż-żieda fil-bejgħ ta’ prodotti relatati mal-enerġija permezz tal-pjattaformi tal-bejgħ fuq l-Internet, minflok direttament mill-websajts tal-fornituri u tan-negozjanti, għandu jiġi ċċarat li l-pjattaformi tal-bejgħ fuq l-Internet għandhom ikunu responsabbli biex jippermettu l-wiri tat-tikketta pprovduta mill-fornitur qrib il-prezz. Huma għandhom jinfurmaw lin-negozjant dwar dak l-obbligu, iżda ma għandhomx ikunu responsabbli għall-akkuratezza jew il-kontenut tat-tikketta u l-iskeda informattiva dwar il-prodott ipprovduta. Madankollu, b’applikazzjoni tal-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) dwar il-kummerċ elettroniku, dawn il-pjattaformi ta’ hosting tal-Internet għandhom jaġixxu mingħajr dewmien biex ineħħu jew iwaqqfu l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-prodott inkwistjoni jekk ikunu konxji tan-nuqqas ta’ konformità (eż. tikketta jew skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott li jkunu nieqsa, mhux kompluti jew mhux korretti) pereżempju jekk ikunu ġew informati mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq. Fornitur li jbigħ direttament lill-utenti finali permezz tas-sit web tiegħu stess huwa kopert mill-obbligi tal-bejgħ mill-bogħod tan-negozjanti msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/1369. |
(13) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jispeċifika l-valuri ta’ tolleranza għall-parametri tat-tidwil filwaqt li jqis l-approċċ għad-dikjarazzjoni ta’ informazzjoni stabbilit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/254 (6) |
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ġew diskussi mill-Forum Konsultattiv u l-esperti tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/1369. |
(15) |
Għalhekk ir-Regolament Delegat (UE) Nru 874/2012 jenħtieġ li jitħassar, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar ta’ sorsi tad-dawl bit-tagħmir ta’ kontroll integrat inkella mingħajru, kif ukoll għall-forniment ta’ informazzjoni supplementari dwar dawn il-prodotti. Ir-rekwiżiti japplikaw ukoll għal sorsi tad-dawl imqiegħda fis-suq fi prodott kontenenti.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għas-sorsi tad-dawl speċifikati fil-punti 1 u 2 tal-Anness IV.
3. Is-sorsi tad-dawl speċifikati fil-punt 3 tal-Anness IV għandhom jikkonformaw biss mar-rekwiżiti tal-punt 4 tal-Anness V.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“sors tad-dawl” tfisser prodott li jaħdem bl-elettriku maħsub biex jemetti, jew, fil-każ ta’ sors ta’ dawl li mhuwiex inkandexxenti, maħsub biex ikun possibbilment issettjat biex jemetti d-dawl, jew it-tnejn, bil-karatteristiċi ottiċi kollha li ġejjin:
li juża l-inkandexxenza, il-fluworexxenza, skariku ta’ intensità għolja, dijodi inorganiċi li jemettu d-dawl (LED) jew dijodi organiċi li jemettu d-dawl (OLED), jew kombinazzjonijiet tagħhom bħala teknoloġija ta’ tidwil, u li jista’ jiġi vverifikat bħala sors tad-dawl skont il-proċedura tal-Anness IX. Sorsi ta’ dawl tas-sodju taħt pressjoni għolja (HPS) li ma jissodisfawx il-kondizzjoni (a) jitqiesu bħala sorsi tad- dawl għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Sorsi tad-dawl ma jinkludux:
|
(2) |
“tagħmir ta’ kontroll” tfisser apparat wieħed jew aktar, li jista’ jiġi fiżikament integrat f’sors tad-dawlu anke le, maħsub biex iħejji l-mejns għall-format elettriku meħtieġ minn wieħed jew aktar mis-sorsi tad-dawl speċifiċi skont il-kundizzjonijiet ta’ limitu stabbiliti mis-sikurezza elettrika u l-kompatibbiltà elettromanjetika. Dan jista’ jinkludi t-trasformazzjoni tal-vultaġġ tal-provvista u tal-istartjar, il-limitazzjoni tal-kurrent operazzjonali u tat-tisħin minn qabel, il-prevenzjoni tal-istartjar minn kiesaħ, il-korrezzjoni tal-fattur ta’ potenza u/jew it-tnaqqis tal-interferenza fil-frekwenzi tar-radju It-terminu “tagħmir ta’ kontroll” ma jinkludix provvisti tal-enerġija fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 (7). It-terminu lanqas ma jinkludi partijiet għall-kontroll tat-tidwil u partijiet li mhumiex tat-tidwil (kif definiti fl-Anness I), għalkemm partijiet bħal dawn jistgħu jkunu fiżikament integrati ma’ tagħmir ta’ kontroll jew kummerċjalizzati flimkien bħala prodott wieħed. Swiċċ tat-tip Power over Ethernet (PoE) mhuwiex tagħmir ta’ kontroll fis-sens ta’ dan ir-Regolament. “Swiċċ tal-Power-over-Ethernet” jew “swiċċ tal-PoE” tfisser tagħmir għall-forniment tal-elettriku u għall-immaniġġar tad-data li jiġi installat bejn il-mejns u t-tagħmir tal-uffiċċju u/jew sorsi tad-dawl għall-finijiet tat-trasferiment tad-data u l-forniment tal-elettriku; |
(3) |
“prodott kontenenti” tfisser prodott li fih sors wieħed jew aktar ta’ dawl, jew tagħmir ta’ kontroll separat, jew it-tnejn. Eżempji ta’ prodotti kontenenti huma luminarji li jistgħu jiżżarmaw biex jippermettu l-verifika separata tas-sors(i) tad-dawl li jinsabu fihom, apparati domestiċi li fihom sors(i) tad-dawl, għamara (xkafef, mirja, vetrini) li jkun fihom sors(i) tad-dawl. Jekk prodott kontenenti ma jistax jiżżarma għall-verifika tas-sors tad-dawl u tat-tagħmir ta’ kontroll separat, il-prodott kontenenti kollu kemm hu għandu jitqies bħala sors tad-dawl; |
(4) |
“dawl” tfisser radjazzjoni elettromanjetika b’tul tal-mewġa ta’ bejn 380 nm u 780 nm; |
(5) |
“mejns” jew “vultaġġ tal-mejns” (MV) tfisser provvista tal-elettriku ta’ 230 (± 10 %) Volt ta’ kurrent li jalterna f’50 Hz; |
(6) |
“LED die” jew “ċippa LED” tfisser blokka żgħira ta’ materjal semikonduttiv li temetti d-dawl, li fuqha jiġi ffabrikat ċirkwit funzjonali tal-LED; |
(7) |
“pakkett LED” tfisser komponent elettriku wieħed li jkun fih prinċipalment LED die waħda. Dan ma jinkludix tagħmir ta’ kontroll jew partijiet minnu, kappa jew partijiet elettroniċi attivi u mhuwiex konness direttament mal-vultaġġ tal-mejns. Jista’ jinkludi wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin: elementi ottiċi, konvertituri tad-dawl (fosfori), interfaċċji termali, mekkaniċi u elettriċi jew partijiet li jindirizzaw problemi ta’ skariku ta’ ċarġ elettrostatiku. Kwalunkwe apparat ieħor simili li jemetti d-dawl li huwa maħsub biex jintuża direttament f’luminarja tal-LED, huwa meqjus bħala sors ta’ dawl; |
(8) |
‘kromatiċità” tfisser il-proprjetà ta’ stimolu ta’ kulur iddefinita mill-koordinati tal-kromatiċità tiegħu (x u y); |
(9) |
“fluss luminuż” jew “fluss” (Φ), espress f’lumen (lm) ifisser il-kwantità derivata mill-fluss radjanti (potenza radjanti) billi tiġi evalwata r-radjazzjoni elettromanjetika skont is-sensittività spettrali tal-għajn umana. It-terminu jirreferi għall-fluss totali emess minn sors tad-dawl f’angolu solidu ta’ 4π steradians f’ċerti kundizzjonijiet (eż. tal-kurrent, tal-voltaġġ, tat-temperatura) speċifikati fi standards applikabbli. Jirreferi għall-fluss inizjali għas-sors tad-dawl mhux baxxut wara perjodu qasir ta’ funzjonament, sakemm ma jkunx speċifikat b’mod ċar li jkun mixtieq il-fluss f’kundizzjoni ta’ dawl baxxut inkella l-fluss wara perjodu partikolari ta’ tħaddim. Għal sorsi ta’ dawl li jistgħu jkunu aġġustati biex jemettu spettri u/jew intensitajiet tad-dawl massimi differenti, jirreferi għall-fluss f’“settings ta’ kontroll ta’ referenza” kif definiti fl-Anness I; |
(10) |
“indiċi tal-apparenza tal-kulur” (CRI) tfisser kejl tal-effett ta’ mezz ta’ illuminazzjoni fuq id-dehra tal-kulur ta’ oġġetti b’paragun konxju jew subkonxju mal-apparenza tal-kulur tagħhom taħt il-mezz ta’ illuminazzjoni ta’ referenza u huwa l-medja Ra tal-apparenza tal-kulur għall-ewwel 8 kuluri tat-test (R1-R8) definiti fl-istandards; |
(11) |
“inkandexxenza” tfisser il-fenomenu meta d-dawl jiġi prodott mis-sħana, f’sorsi tad-dawl tipikament prodotti minn konduttur simili għal ħajta (“filament”) li jissaħħan bil-passaġġ ta’ kurrent elettriku; |
(12) |
“sors tad-dawl tal-aloġenu” tfisser sors tad-dawl inkandexxenti b’konduttur irqiq tat-tungstenu mdawwar b’gass li fih l-aloġeni jew komposti tal-aloġenu; |
(13) |
“fluworexxenza” jew “sors tad-dawl fluworexxenti” (FL) tfisser fenomenu jew sors tad-dawl li juża skariku elettriku f’gass tal-merkurju bi pressjoni baxxa fejn il-biċċa l-kbira tad-dawl joħroġ minn saff wieħed jew iktar ta’ fosfru mqanqal mir-radjazzjoni ultravjola ġġenerata mill-iskariku. Is-sorsi tad-dawl fluworexxenti jista’ jkollhom konnessjoni waħda (“kappa waħda”) jew tnejn (“kappa doppja”) mal-provvista tal-elettriku tagħhom. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, is-sorsi tad-dawl b’induzzjoni manjetika jitqiesu wkoll bħala sorsi tad-dawl fluworexxenti; |
(14) |
“skariku ta’ intensità għolja” (HID) tfisser skariku elettriku f’gass li fih l-ark li jipproduċi d-dawl jiġi stabbilizzat bit-temperatura tas-superfiċje tal-bozza u l-kompartiment tal-ark jgħabbi s-superfiċje tal-bozza b’aktar minn 3 watts għal kull ċentimetru kwadru. Is-sorsi tad-dawl HID huma limitati għat-tipi tal-alid tal-metall, tas-sodju taħt pressjoni għolja u tal-fwar tal-merkurju, kif definit fl-Anness I; |
(15) |
“skariku f’gass” tfisser fenomenu fejn id-dawl jiġi prodott, b’mod dirett jew indirett, permezz ta’ skariku elettriku minn ġo gass, plażma, fwar metalliku jew taħlita ta’ diversi gassijiet u fwar; |
(16) |
“dijodu inorganiku li jemetti d-dawl (LED)” tfisser teknoloġija fejn id-dawl jiġi prodott minn apparat b’semikondutturi fi stat solidu li jinkorpora ġunzjoni P-N ta’ materjal inorganiku. Il-ġunzjoni temetti radjazzjoni ottika meta tiġi mqanqla minn kurrent elettriku; |
(17) |
“dijodu organiku li jemetti d-dawl (LED)” tfisser teknoloġija fejn id-dawl jiġi prodott minn apparat b’semikondutturi fi stat solidu li jinkorpora ġunzjoni P-N ta’ materjal organiku. Il-ġunzjoni temetti radjazzjoni ottika meta tiġi mqanqla minn kurrent elettriku; |
(18) |
“sors tad-dawl tas-sodju taħt pressjoni għolja” (HPS) tfisser sors tad-dawl bi skariku ta’ intensità għolja li fih id-dawl jiġi prodott primarjament mir-radjazzjoni minn fwar tas-sodju li jaħdem fi pressjoni parzjali ta’ madwar 10 kilopascals. Is-sorsi tad-dawl HPS jista’ jkollhom konnessjoni waħda (“tarf wieħed”) jew tnejn (“żewġt itruf”) mal-provvista tal-elettriku tagħhom; |
(19) |
“punt tal-bejgħ” tfisser post fiżiku fejn il-prodott huwa muri jew offrut għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs lill-klijent. |
Għall-finijiet tal-Annessi, definizzjonijiet addizzjonali huma stipulati fl-Anness I.
Artikolu 3
Obbligi tal-fornituri
1. Il-fornituri ta’ sorsi tad-dawl għandhom jiżguraw li:
(a) |
kull sors tad-dawl li jitqiegħed fis-suq bħala prodott indipendenti (jiġifieri mhux fi prodott kontenenti) u f’imballaġġ, ikun fornut b’tikketta stampata fil-format kif stipulat fl-Anness III; |
(b) |
il-parametri tal-iskeda informattiva dwar il-prodott, kif stipulat fl-Anness V, jiddaħħlu fil-bażi tad-data tal-prodotti; |
(c) |
jekk din tintalab b’mod speċifiku mill-bejjiegħ, l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandha tkun disponibbli f’forma stampata; |
(d) |
il-kontenut tal-dokumentazzjoni teknika, kif stabbilit fl-Anness VI, jiddaħħal fil-bażi tad-data tal-prodott; |
(e) |
kwalunkwe reklam viżiv għal mudell speċifiku ta’ sors tad-dawl ikun fih il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII u l-Anness VIII; |
(f) |
kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku dwar mudell speċifiku ta’ sors tad-dawl, inkluż materjal promozzjonali tekniku fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu ikun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII; |
(g) |
tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni stabbilita fl-Anness III issir disponibbli għall-bejjiegħa għal kull mudell ta’ sors tad-dawl; |
(h) |
skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott fil-format elettroniku, kif stabbilit fl-Anness V issir disponibbli għall-bejjiegħa għal kull mudell ta’ sors tad-dawl; |
(i) |
fuq talba mill-bejjiegħa u skont l-Artikolu 4(e), it-tikketti stampati għar-riklassifikazzjoni tal-prodotti huma pprovduti bħala stiker, tal-istess daqs bħal dak li diġà jeżisti. |
2. Il-fornituri tal-prodotti kontenenti għandhom:
(a) |
jipprovdu informazzjoni dwar is-sors(i) tad-dawl li jkun fihom, kif speċifikat fil-punt 2 tal-Anness V; |
(b) |
fuq talba mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, jipprovdu informazzjoni dwar kif is-sorsi tad-dawl jistgħu jitneħħew għall-finijiet ta’ verifika mingħajr ma ssirilhom ħsara permanenti. |
3. Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell għandha tiġi kkalkulata skont l-Anness II.
Artikolu 4
Obbligi tal-bejjiegħa
Il-bejjiegħa għandhom jiżguraw li:
(a) |
Fil-punt tal-bejgħ, kull sors ta’ dawl, li ma jkunx fi prodott kontenenti, jkollu t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont il-punt 1(a) tal-Artikolu 3, b’tali mod li t-tikketta jew il-klassi tal-enerġija tintwera t’ali mod li tkun tidher b’mod ċar, skont l-Anness III; |
(b) |
fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, it-tikketta u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott jiġu pprovduti, skont l-Annessi VII u VIII; |
(c) |
kwalunkwe reklam viżiv għal mudell speċifiku ta’ sors tad-dawl, inkluż fuq l-Internet, ikun fih il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII; |
(d) |
kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku dwar mudell speċifiku ta’ sors tad-dawl, inkluż materjal promozzjonali tekniku fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu ikun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII; |
(e) |
it-tikketti eżistenti fuq sorsi tad-dawl fil-punti tal-bejgħ jinbidlu b’tikketti riklassifikati b’tali mod li t-tikketti eżistenti jitgħattew, inkluż meta jiġu stampati jew imwaħħla mal-pakkett, fi żmien tmintax-il xahar wara li jibda japplika dan ir-Regolament. |
Artikolu 5
Obbligi tal-pjattaformi tal-hosting tal-Internet
Meta fornitur ta’ servizzi ta’ hosting kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE jippermetti l-bejgħ ta’ sorsi tad-dawl fuq is-sit tal-Internet tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi għandu jippermetti l-wiri tat-tikketta elettronika u tal-iskeda informattiva tal-prodott elettroniku mogħtija min-negozjant fuq il-mekkaniżmu ta’ display skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII u għandu jinforma lin-negozjant bl-obbligu li jurihom.
Artikolu 6
Metodi ta’ kejl
L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb b’metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-aktar metodu tal-kejl u tal-kalkolu avvanzati rrikonoxxut, kif stipulat fl-Anness II.
Artikolu 7
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IX meta jkunu qed iwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
Artikolu 8
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dan ir-rieżami, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għar-reviżjoni, lill-Forum Konsultattiv sa mhux iktar tard mill-25 ta' Diċembru 2024. Ir-rieżami għandu, fost affarijiet oħra, jivvaluta l-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika, il-metodi biex tiġi indirizzata l-effiċjenza enerġetika tas-sorsi tad-dawl fil-prodotti kontenenti u l-possibbiltà li jiġu indirizzati aspetti tal-ekonomija ċirkolari.
Artikolu 9
Tħassir
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 874/2012 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Settembru 2021, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 u l-paragrafu 2 tal-Artikolu 4 li jitħassru b’effett mill-25 ta' Diċembru 2019.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Settembru 2021. Madankollu, il-punt 1(b) tal-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1.
(2) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Il-Pjan ta’ Ħidma 2016-2019 dwar l-Ekodisinn. COM(2016) 773 final tat-30.11.2016.
(3) Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
(4) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil (ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/254 tat-30 ta’ Novembru 2016 li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, (UE) Nru 1062/2010, (UE) Nru 626/2011, (UE) Nru 392/2012, (UE) Nru 874/2012, (UE) Nru 665/2013, (UE) Nru 811/2013, (UE) Nru 812/2013, (UE) Nru 65/2014, (UE) Nru 1254/2014, (UE) 2015/1094, (UE) 2015/1186 u (UE) 2015/1187 fejn jidħol l-użu tat-tolleranzi fil-proċeduri tal-verifika (ĠU L 38, 15.2.2017, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku f’kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija u l-medja tal-effiċjenzi tal-istat attiv ta’ provvisti tal-elettriku esterni (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 3).
ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“sors tad-dawl tal-mejns” (MLS) tfisser sors tad-dawl li jista’ jitħaddem direttament fuq il-provvista tal-elettriku mill-mejns. Sorsi tad-dawl li joperaw direttament fuq il-mejns, u li jistgħu joperaw ukoll indirettament fuq il-mejns bl-użu ta’ tagħmir ta’ kontroll separat, għandhom jitqiesu bħala sorsi tad-dawl mill-mejns; |
(2) |
“sors tad-dawl mhux tal-mejns” (NMLS) tfisser sors tad-dawl li jeħtieġ tagħmir ta’ kontroll separat biex jaħdem fuq l-elettriku mill-mejns; |
(3) |
“tagħmir ta’ kontroll separat” tfisser tagħmir ta’ kontroll li mhuwiex fiżikament integrat ma’ sors tad-dawl u li jitqiegħed fis-suq bħala prodott separat jew bħala komponent ta’ prodott kontenenti; |
(4) |
“sors tad-dawl direzzjonali” (DLS) tfisser sors tad-dawl li għandu tal-anqas 80 % tal-fluss luminuż totali f’angolu solidu ta’ π sr (ekwivalenti għal kon b’angolu ta’ 120°); |
(5) |
“sors tad-dawl mhux direzzjonali” (NDLS), tfisser sors tad-dawl li mhuwiex sors tad-dawl direzzjonali; |
(6) |
“sors tad-dawl konness” (CLS) tfisser sors tad-dawl li jinkludi partijiet għall-konnessjoni tad-data li jkunu fiżikament jew funzjonalment separati mill-partijiet li jemettu d-dawl biex iżommu “s-settings ta’ kontroll ta’ referenza”. Is-sors tad-dawl jista’ jkollu partijiet għall-konnessjoni tad-data li jkunu fiżikament integrati fi struttura inseparabbli, inkella s-sors tad-dawl jista’ jkun ikkombinat ma’ partijiet fiżikament separati għall-konnessjoni tad-data mqiegħda fis-suq flimkien mas-sors tad-dawl bħala prodott uniku; |
(7) |
“partijiet għall-konnessjoni tad-data” tfisser partijiet li jwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet li ġejjin:
|
(8) |
“sors tad-dawl bil-kulur aġġustabbli” (CTLS) tfisser sors tad-dawl li jista’ jiġi ssettjat biex jemetti dawl b’varjetà kbira ta’ kuluri barra mill-medda definita fl-Artikolu 2 iżda li jista’ jiġi ssettjat ukoll biex jemetti dawl abjad fil-medda definita fl-Artikolu 2 li għaliha s-sors tad-dawl huwa fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Sorsi tad-dawl abjad aġġustabbli li jistgħu jiġu ssettjati biss biex jemettu d-dawl, b’temperaturi tal-kulur ikkorrelatati differenti, fil-medda definita fl-Artikolu 2, u sorsi tad-dawl dim-to-warm li kapaċi jbiddlu l-output ta’ dawl abjad tagħhom biex ibaxxu temperatura tal-kulur ikkorrelatata meta jiġu ddimmjati, b’imitazzjoni tal-imġiba ta’ sorsi tad-dawl inkandexxenti, mhumiex ikkunsidrati bħala CTLS; |
(9) |
“purità tal-eċitazzjoni” tfisser il-perċentwal ikkalkulat għal CTLS issettjat biex jemetti dawl ta’ kulur partikolari, bl-użu ta’ proċedura definita aktar fil-fond fl-istandards, billi tinqata’ linja dritta (x u y) fuq graff tal-ispazju tal-kulur minn punt bil-koordinati tal-kulur koordinati x = 0,333 u y = 0,333 (stimulu akromatiku; il-punt 1), li jgħaddi mill-punt li jirrappreżenta l-koordinati tal-kulur (x u y) tas-sors tad-dawl (il-punt 2), u jispiċċa fil-fruntiera ta’ barra tal-ispazju tal-kulur (locus; punt 3). Il-purità tal-eċitazzjoni tiġi kkalkulata bħala d-distanza bejn il-punti 1 u 2 diviża bid-distanza bejn il-punti 1 u 3. It-tul sħiħ tal-linja jirrappreżenta 100 % tal-purità tal-kulur (punt fuq il-locus). Il-punt ta’ stimulu akromatiku jirrappreżenta purità tal-kulur ta’ 0 % (dawl abjad); |
(10) |
“sors tad-dawl ta’ luminanza għolja” (HLLS) tfisser sors tad-dawl LED b’luminanza medja ogħla minn 30 cd/mm2 fid-direzzjoni tal-intensità massima; |
(11) |
“luminanza” (f’direzzjoni partikolari, f’ċertu punt ta’ superfiċje reali jew immaġinarji) tfisser il-fluss luminuż trażmess minn raġġ elementari li jgħaddi f’punt partikolari u bil-propagazzjoni fl-angolu solidu li jinkludi d-direzzjoni partikolari, diviż bl-erja tar-raġġ tas-sezzjoni ta’ dak ir-raġġ li jkun fih dak il-punt partikolari (cd/m2); |
(12) |
“luminanza medja” (Luminanza-HLLS) għal sors tad-dawl LED tfisser il-luminanza medja fuq erja li temetti d-dawl fejn il-luminanza hija ogħla minn 50 % tal-luminanza massima (cd/mm2); |
(13) |
“partijiet għall-kontroll tat-tidwil” tfisser partijiet li huma integrati f’sors tad-dawl, jew separati fiżikament imma kummerċjalizzati flimkien ma’ sors tad-dawl bħala prodott uniku, li mhumiex strettament meħtieġa biex is-sors tad-dawl jemetti d-dawl f’tagħbija sħiħa, imma li jippermettu l-kontroll manwali jew awtomatiku, dirett jew mill-bogħod tal-intensità luminuża, tal-kromatiċità, tat-temperatura tal-kulur ikkorrelatata, tal-ispettru tad-dawl u/jew tal-angolu tar-raġġ. Id-dimmers għandhom jitqiesu wkoll bħala partijiet għall-kontroll tat-tidwil. It-terminu jinkludi wkoll partijiet għall-konnessjoni tad-data, iżda t-terminu ma jinkludix apparati li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 (1); |
(14) |
“partijiet mhux tat-tidwil” tfisser partijiet li huma integrati f’sors tad-dawl, jew separati fiżikament imma kummerċjalizzati flimkien ma’ sors tad-dawl bħala prodott uniku, li mhumiex meħtieġa biex is-sors tad-dawl jemetti d-dawl f’tagħbija sħiħa, u li mhumiex “partijiet għall-kontroll tat-tidwil”. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: speakers (awdjo), kameras, repeaters għall-estensjoni tal-kopertura tas-sinjali tal-komunikazzjoni (eż. WiFi), partijiet ta’ sostenn tal-ekwilibriju tal-provvista (jaqilbu għall-batteriji interni fejn meħtieġ), ċarġers tal-batteriji, notifiki viżivi ta’ avvenimenti (meta tasal il-posta, iddoqq il-qanpiena tal-bieb, twissija), l-użu tal-Light Fidelity (Li-Fi, teknoloġija bidirezzjonali bla fili ta’ veloċità għolja u kompletament netwerkjata). It-terminu jinkludi wkoll partijiet għall-konnessjoni tad-data li jintużaw għal funzjonijiet oħrajn għajr il-kontroll tal-funzjoni tal-emissjoni tad-dawl; |
(15) |
“fluss luminuż utli” (Φuse) tfisser il-parti tal-fluss luminuż ta’ sors tad-dawl li jitqies biex tiġi ddeterminata l-effiċjenza enerġetika:
|
(16) |
“angolu tar-raġġ” ta’ sors tad-dawl direzzjonali tfisser l-angolu bejn żewġ linji immaġinarji fuq pjan li jaqsam l-assi tar-raġġ ottiku, b’tali mod li dawn il-linji jgħaddu miċ-ċentru tas-superfiċje ta’ quddiem tas-sors tad-dawl u minn punti li fihom l-intensità luminiża tkun ta’ 50 % tal-intensità tar-raġġ taċ-ċentru, fejn l-intensità tar-raġġ taċ-ċentru tkun il-valur tal-intensità luminuża mkejla fuq l-assi tar-raġġ ottiku. Għal sorsi tad-dawl li jkollhom angoli tar-raġġ differenti f’diversi pjani, l-akbar angolu tar-raġġ għandu jkun dak li jiġi kkunsidrat; Għal sorsi tad-dawl b’angolu tar-raġġ kontrollabbli mill-utent, l-angolu tar-raġġ li jikkorrispondi għas-“setting tal-kontroll ta’ referenza” għandu jkun dak li jiġi kkunsidrat; |
(17) |
“tagħbija sħiħa” tfisser il-kundizzjoni ta’ sors tad-dawl, fi ħdan il-kundizzjonijiet operattivi ddikjarati, li fiha jemetti l-ogħla (mhux baxxut) fluss luminuż; |
(18) |
“modalità standby” tfisser il-kundizzjoni ta’ sors tad-dawl, fejn dan ikun konness ma’ provvista tal-enerġija elettrika iżda s-sors tad-dawl intenzjonalment ma jemettix dawl, u s-sors tad-dawl ikun qed jistenna sinjal ta’ kontroll biex jerġa’ lura għal stat ta’ emissjoni tad-dawl. Il-partijiet għall-kontroll tat-tidwil li jippermettu funzjoni ta’ standby għandhom ikunu fil-modalità ta’ kontroll tagħhom. Il-partijiet mhux tat-tidwil għandhom ikunu skonnessi jew mitfija jew għandu jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija elettrika tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; |
(19) |
“modalità standby man-netwerk” tfisser il-kundizzjoni ta’ CLS, fejn dan ikun konness ma’ provvista tal-enerġija elettrika iżda s-sors tad-dawl intenzjonalment ma jkunx qed jemetti d-dawl u jkun qed jistenna sinjal ta’ kontroll mill-bogħod biex jerġa’ lura għal stat ta’ emissjoni tad-dawl. Il-partijiet għall-kontroll tat-tidwil għandhom ikunu fil-modalità ta’ kontroll tagħhom. Il-partijiet mhux tat-tidwil għandhom ikunu skonnessi jew mitfija jew għandu jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija elettrika tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; |
(20) |
“modalità ta’ kontroll” tfisser il-kundizzjoni tal-partijiet għall-kontroll tat-tidwil meta dawn ikunu konnessi mas-sors tad-dawl u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’tali mod li jista’ jiġi ġġenerat internament sinjal ta’ kontroll inkella b’tali mod li kmand mogħti mill-bogħod jista’ jiġi rċevut bil-fili jew bla fili, u pproċessat biex iseħħ tibdil fl-emissjoni tad-dawl tas-sors tad-dawl; |
(21) |
“kmand mogħti mill-bogħod” tfisser sinjal li jiġi minn barra s-sors tad-dawl, permezz ta’ netwerk; |
(22) |
“sinjal ta’ kontroll” tfisser sinjal analoġiku jew diġitali trażmess lis-sors tad-dawl mingħajr fili jew bil-fili kemm permezz ta’ modulazzjoni tal-vultaġġ f’kejbils separati ta’ kontroll jew permezz ta’ sinjal modulat fil-vultaġġ ta’ provvista. It-trażmissjoni tas-sinjal ma ssirx permezz ta’ netwerk imma pereżempju minn sors intern jew minn apparat ta’ kontroll mill-bogħod ipprovdut mal-prodott; |
(23) |
“netwerk” tfisser infrastruttura tal-komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet, arkitettura, inkluż il-komponenti fiżiċi, prinċipji organizzattivi, proċeduri u formati tal-komunikazzjonijiet (protokolli); |
(24) |
“potenza fil-modalità mixgħul” (Pon), espressa f’watt, tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika ta’ sors tad-dawl b’tagħbija sħiħa meta l-partijiet kollha għall-kontroll tat-tidwil u l-partijiet kollha mhux tat-tidwil ikunu skonnessi. Jekk dawn il-partijiet ma jistgħux jiġu skonnessi, huma għandhom jintfew inkella għandu jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija elettrika tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. F’każ ta’ sors tad-dawl mhux mill-mejns (NMLS) li jkun jeħtieġ tagħmir ta’ kontroll separat biex jopera, Pon tista’ titkejjel direttament fuq l-input tas-sors tad-dawl, inkella Pon tista’ tiġi determinata permezz ta’ tagħmir ta’ kontroll li l-effiċjenza tiegħu tkun magħrufa, li l-konsum tal-enerġija elettrika tiegħu sussegwentement jitnaqqas mill-valur imkejjel tal-input ta’ potenza elettrika mill-mejns; |
(25) |
“potenza standby” (Psb), espressa f’watt, hija l-konsum tal-enerġija elettrika ta’ sors tad-dawl fil-modalità standby; |
(26) |
“potenza standby man-netwerk” (Pnet), espressa f’Watt, hija l-konsum tal-enerġija elettrika ta’ CLS fil-modalità standby man-netwerk; |
(27) |
“settings ta’ kontroll ta’ referenza” (RCS) tfisser settings ta’ kontroll jew kombinazzjoni ta’ settings ta’ kontroll li jintużaw biex tiġi vverifikata l-konformità ta’ sors tad-dawl ma’ dan ir-Regolament. Dawn is-settings huma rilevanti għal sorsi tad-dawl li jippermettu lill-utent aħħari biex jikkontrolla, b’mod manwali jew awtomatiku, direttament jew mill-bogħod, l-intensità luminuża, il-kulur, it-temperatura tal-kulur ikkorrelatata, l-ispettru, u/jew l-angolu tar-raġġ tad-dawl emess. Fil-prinċipju, is-settings ta’ kontroll ta’ referenza għandhom ikunu dawk definiti minn qabel mill-manifattur bħala valuri prestabbiliti tal-fabbrika u li jsibhom l-utent mal-ewwel installazzjoni (parametri tal-prodott ġdid fil-kaxxa). Jekk il-proċedura tal-installazzjoni tipprevedi aġġornament awtomatiku tas-softwer matul l-ewwel installazzjoni, jew jekk l-utent għandu l-għażla li jwettaq tali aġġornament, it-tibdil li jirriżulta fis-settings (jekk ikun hemm) għandu jitqies. Jekk il-parametri tal-prodott ġdid fil-kaxxa jkunu ssettjati apposta differenti mis-setting ta’ kontroll ta’ referenza (eż. b’alimentazzjoni baxxa tal-elettriku għal skopijiet ta’ sikurezza), il-manifattur għandu jindika fid-dokumentazzjoni teknika kif jitreġġgħu lura s-settings ta’ kontroll ta’ referenza għall-finijiet tal-verifika tal-konformità u jagħti ġustifikazzjoni teknika għaliex il-valur tal-prodott ġdid fil-kaxxa huwa differenti mis-setting ta’ kontroll ta’ referenza. Il-manifattur tas-sors tad-dawl għandu jiddefinixxi s-settings ta’ kontroll ta’ referenza b’tali mod li:
Għal sorsi tad-dawl li jippermettu lill-manifattur ta’ prodott kontenenti li jagħmel għażliet ta’ implimentazzjoni li jinfluwenzaw il-karatteristiċi tas-sors tad-dawl (eż. definizzjoni tal-kurrent(i) operattiv(i); disinn termali), u li ma jistgħux jiġu kkontrollati mill-utent aħħari, is-settings ta’ kontroll ta’ referenza m’għandhomx għalfejn jiġu definiti. F’dak il-każ, japplikaw il-kundizzjonijiet nominali tat-test kif definiti mill-manifattur tas-sors tad-dawl; |
(28) |
“sors tad-dawl tal-merkurju taħt pressjoni għolja” tfisser sors tad-dawl bi skariku ta’ intensità għolja li fih il-parti l-kbira tad-dawl tiġi prodotta, direttament jew indirettament, primarjament mir-radjazzjoni mill-fwar tal-merkurju fi pressjoni parzjali ta’ aktar minn 100 kilopascals; |
(29) |
“sors tad-dawl tal-alid tal-metall” (MH) tfisser sors tad-dawl bi skariku ta’ intensità għolja li fih id-dawl jiġi prodott mir-radjazzjoni minn taħlita ta’ fwar metalliku, alidi tal-metall u l-prodotti ta’ dissoċjazzjoni tal-alidi tal-metall. Is-sorsi tad-dawl MH jista’ jkollhom konnessjoni waħda (“single-ended”) jew tnejn (“double ended”) mal-provvista tal-elettriku tagħhom. Il-materjal għat-tubu tal-arka ta’ sors tad-dawl MH jista’ jkun kwarz (QMH) jew ċeramika (CMH); |
(30) |
“sors tad-dawl fluworexxenti kumpatt” (CFL) tfisser sors tad-dawl fluworexxenti single-capped bi struttura ta’ tubu mgħawweġ iddisinjat biex joqgħod fi spazji żgħar. Is-CFLs jistgħu jkunu primarjament f’forma spirali (jiġifieri forma nnukklata) inkella fil-forma ta’ diversi tubi paralleli konnessi, ġewwa kompartiment ieħor simili għal bozza, inkella mingħajru. Is-CFLs huma disponibbli b’tagħmir ta’ kontroll integrat fiżikament (CFLi) jew mingħajru (CFLni); |
(31) |
“T2”, “T5”, “T8”, “T9” u “T12” ifissru sors tad-dawl tubulari b’dijametru ta’ madwar 7, 16, 26, 29 u 38 mm rispettivament, kif definit fl-istandards. It-tubu jista’ jkun dritt (lineari) inkella mgħawweġ (eż. fil-forma ta’ U jew ċirkolari); |
(32) |
“LFL T5-HE” tfisser sors tad-dawl fluworexxenti lineari T5 b’effiċjenza għolja, b’kurrent ta’ alimentazzjoni ta’ inqas minn 0,2 A; |
(33) |
“LFL T5-HO” tfisser sors tad-dawl fluworexxenti lineari T5 b’output għoli, b’kurrent ta’ alimentazzjoni ta’ 0,2 A jew ogħla; |
(34) |
“HL R7s” tfisser, sors tad-dawl lineari tal-aloġenu b’żewġ kappi alimentat b’vultaġġ tal-mejns, b’dijametru tal-kappa ta’ 7 mm; |
(35) |
“li jaħdem bil-batterija” tfisser prodott li jopera biss b’kurrent dirett (DC) alimentat minn sors li jkun jinsab fl-istess prodott, mingħajr ma jkun konness direttament jew indirettament mal-provvista tal-elettriku tal-mejns; |
(36) |
“kompartiment estern” tfisser it-tieni kompartiment ta’ barra ta’ sors tad-dawl HID li ma tkunx meħtieġa għall-produzzjoni tad-dawl, bħal pereżempju tubu estern li jipprevjeni r-rilaxx tal-merkurju u tal-ħġieġ fl-ambjent f’każ li tinkiser il-lampa. Għad-determinazzjoni tal-preżenza ta’ kompartiment estern, it-tubi tal-ark HID m’għandhomx jgħoddu bħala bozza; |
(37) |
“kompartiment mhux trasparenti” għal sors tad-dawl HID tfisser kompartiment ta’ barra mhux trasparenti jew tubu estern li fih it-tubu tal-arka li tipproduċi d-dawl ma jkunx jidher; |
(38) |
“skrin antirifless” tfisser regolatur reżistenti, mekkaniku jew ottiku, li jirrefletti jew le, iddisinjat biex jimblokka r-radjazzjoni viżibbli diretta emessa mill-emittur tad-dawl ta’ sors tad-dawl direzzjonali, sabiex jiġi evitat it-tgħammix parzjali (tgħammix ta’ diżabbiltà) jekk osservatur iħares dritt lejha. Ma jinkludix kisi tas-superfiċje tal-emittur tad-dawl fis-sors tad-dawl direzzjonali; |
(39) |
“tnemnim” tfisser il-perċezzjoni ta’ irregolarità viżiva indotta minn stimulu tad-dawl, li l-luminanza jew id-distribuzzjoni spettrali tiegħu tvarja mal-ħin, għal osservatur statiku f’ambjent statiku. Il-varjazzjonijiet jistgħu jkunu perjodiċi u mhux perijodiċi u jistgħu jiġu indotti mis-sors tad-dawl innifsu, mis-sors tal-enerġija elettrika jew minn fatturi oħra ta’ influwenza. Il-metrika għat-tnemnim li tintuża f’dan ir-Regolament hija l-parametru “Pst LM”, fejn “st” tirreferi għal perjodu qasir (short term) u “LM” għal metodu tal-flickermeter tad-dawl, kif definit fl-istandards. Valur ta’ Pst LM = 1 ifisser li l-osservatur medju jkollu probabbiltà ta’ 50 % li jidentifika t-tnemnim; |
(40) |
“effett stroboskopiku” tfisser bidla fil-perċezzjoni ta’ ċaqliq indotta minn stimulu tad-dawl, li l-luminanza jew id-distribuzzjoni spettrali tiegħu tvarja biż-żmien, għal osservatur statiku f’ambjent mhux statiku. Il-varjazzjonijiet jistgħu jkunu perjodiċi u mhux perijodiċi u jistgħu jiġu indotti mis-sors tad-dawl innifsu, mis-sors tal-enerġija elettrika jew minn fatturi oħra ta’ influwenza. Il-metrika għall-effett stroboskopiku li tintuża f’dan ir-Regolament hija “SVM” (kejl tal-viżibilità stroboskopika) kif definit fl-istandards. SVM = 1 tirrappreżenta l-limitu tal-viżibilità għal osservatur medju; |
(41) |
“R9” tfisser indiċi tal-apparenza tal-kulur għal oġġett tal-kulur aħmar kif definit fl-istandards; |
(42) |
“valur iddikjarat” għal parametru tfisser il-valur mogħti mill-fornitur fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/1369; |
(43) |
“intensità luminuża” (candela jew cd) tfisser il-kwozjent tal-fluss luminuż emess mis-sors u ppropagat fl-element ta’ angolu solidu li jinkludi direzzjoni partikolari, mill-element ta’ angolu solidu; |
(44) |
“temperatura tal-kulur ikkorrelatata” (CCT [K]) tfisser it-temperatura ta’ radjatur Planckjan (korp iswed) li l-kulur ipperċepit tiegħu jixbaħ l-iktar lil dak ta’ stimolu partikolari bl-istess qawwa u taħt kundizzjonijiet speċifiċi ta’ osservazzjoni; |
(45) |
“konsistenza tal-kulur” tfisser id-devjazzjoni massima tal-medja spazjata tal-koordinati tal-kromatiċità (x u y) inizjali (wara perjodu ta’ żmien qasir) ta’ sors tad-dawl wieħed minn punt ċentrali tal-kromatiċità (cx u cy) iddikjarata mill-manifattur jew l-importatur, espressa bħala d-daqs (f’livelli) tal-ellissi MacAdam iffurmat madwar il-punt ċentrali tal-kromatiċità (cx u cy); |
(46) |
“fattur ta’ spostament (cos φ1)” tfisser il-cosine tal-angolu tal-fażi φ1 bejn l-armoniku fundamentali tal-vultaġġ tal-provvista tal-mejns u l-armoniku fundamentali tal-kurrent tal-mejns. Dan jintuża għal sorsi tad-dawl tal-mejns li jużaw teknoloġija LED jew OLED. Il-fattur ta’ spostament jitkejjel b’tagħbija sħiħa, għas-settings ta’ kontroll ta’ referenza fejn applikabbli, bil-partijiet għall-kontroll tat-tidwil fil-modalità ta’ kontroll u bil-partijiet mhux tat-tidwil skonnessi, mitfija jew issetjati għall-inqas konsum tal-enerġija elettrika possibbli skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; |
(47) |
“fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen” (XLMF), tfisser il-proporzjon bejn il-fluss luminuż inizjali emess minn sors tad-dawl f’ħin partikolari fil-ħajja tiegħu u l-fluss luminuż inizjali; |
(48) |
“fattur ta’ sopravivenza” (SF) tfisser il-frazzjoni ddefinita tal-għadd totali ta’ sorsi tad-dawl li jibqgħu jaħdmu fi żmien partikolari taħt kundizzjonijiet u frekwenza ta’ kommutazzjoni ddefiniti; |
(49) |
“il-ħajja” għal sorsi tad-dawl LED u OLED tfisser il-ħin f’sigħat bejn il-bidu tal-użu tagħhom u l-mument meta, għal 50 % tal-popolazzjoni tas-sorsi tad-dawl, l-output tad-dawl ikun iddegrada gradwalment għal valur taħt is-70 % tal-fluss luminuż inizjali. Din tissejjaħ ukoll il-ħajja L70B50; |
(50) |
“mekkaniżmu tal-wiri” tfisser skrin, inkluż l-iskrins tattili jew teknoloġija viżiva oħra, li jintuża biex l-utenti jaraw il-kontenut tal-Internet; |
(51) |
“skrin tattili” tfisser skrin li jaħdem bil-mess, bħal dak tat-tablets, tal-kompjuters tat-tip slate jew tal-ismartphones; |
(52) |
“nested display” tfisser interfaċċja viżiva fejn wieħed ikollu aċċess għal immaġni jew għal sett tad-data billi jagħfas fuqhom bil-mouse, jew billi jmur fuqhom bil-mouse, jew billi jwessa’ l-iskrin tattili ta’ immaġni oħra jew ta’ sett ieħor tad-data; |
(53) |
“test alternattiv” tfisser test mogħti bħala alternattiva għal grafika li tippermetti li l-informazzjoni tiġi ppreżentata b’għamla mhux grafika meta l-apparat tal-unità tal-wiri ma jkunx jista’ juri l-grafika, jew bħala għajnuna għall-aċċessibbiltà bħala input għal applikazzjonijiet tal-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi; |
(54) |
“erja tas-superfiċje li temetti d-dawl projettat (A)” hija l-erja tas-superfiċje f’mm2 (millimetri kwadri) tad-dehra ta’ projezzjoni ortografika tas-superfiċje li temetti d-dawl mid-direzzjoni bl-ogħla intensità tad-dawl, fejn l-erja tas-superfiċje li temetti d-dawl hija l-erja tas-superfiċje tas-sors tad-dawl li jemetti d-dawl bil-karatteristiċi ottiċi ddikjarati, bħas-superfiċje approssimattivament sferika ta’ ark (a), superfiċje ċilindriku ta’ filament ta’ kojl (b) jew lampa bi skariku f’gass (c, d), kompartiment ċatt jew semisferiku ta’ dijodu li jemetti d-dawl (e). Għal sorsi tad-dawl b’kompartiment mhux trasparenti jew bi skrin antirifless, l-erja tas-superfiċje li temetti d-dawl hija l-erja kollha li minnha d-dawl joħroġ mis-sors tad-dawl. Għal sorsi tad-dawl li jkun fihom aktar minn emittent wieħed tad-dawl, il-projezzjoni tal-iżgħar volum gross li jenkapsula l-emittenti kollha għandha tittieħed bħala s-superfiċje li temetti d-dawl. Għal sorsi tad-dawl HID tapplika d-definizzjoni (a), sakemm ma japplikawx id-dimensjonijiet definiti f’(d) b’L > D, fejn L hija d-distanza bejn il-ponot tal-elettrodu u D huwa d-dijametru intern tat-tubu tal-lampa. |
(55) |
“kodiċi ta’ rispons rapidu (Kodiċi QR - Quick Response)” tfisser barcode matriċi li tkun fuq it-tikketta tal-enerġija ta’ mudell tal-prodott li tkun relatata mal-informazzjoni dwar il-mudell fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti. |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfija (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45).
ANNESS II
Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika u l-metodu tal-kalkolu
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tas-sorsi tad-dawl għandha tiġi ddeterminata kif stabbilit fit-Tabella 1, abbażi tal-effikaċja totali tal-mejns ηTM, li tiġi kkalkulata permezz tad-diviżjoni tal-fluss luminuż utli ddikkjarat Φuse (espress f’lm) bil-konsum iddikjarat tal-potenza elettrika fil-modalità mixgħul Pon (espress f’W) u l-moltiplikazzjoni bil-fattur applikabbli FTM tat-Tabella 2, i.e.:
ηTM = (Φuse/Pon) × FTM (lm/W).
Tabella1
Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tas-sorsi tad-dawl
Klassi tal-effiċjenza enerġetika |
Effikaċja totali tal-mejns ηΤM (lm/W) |
A |
210 ≤ ηΤM |
B |
185 ≤ ηΤM < 210 |
C |
160 ≤ ηΤM < 185 |
D |
135 ≤ ηΤM < 160 |
E |
110 ≤ ηΤM < 135 |
F |
85 ≤ ηΤM < 110 |
G |
ηΤM < 85 |
Tabella 2
Fatturi FTM skont it-tip ta’ sors tad-dawl
Tip tas-sors tad-dawl |
Il-fattur FTM |
Mhux direzzjonali (NDLS) alimentat mill-mejns (MLS) |
1,000 |
Mhux direzzjonali (NDLS) mhux alimentat mill-mejns (NMLS) |
0,926 |
Direzzjonali (DLS) alimentat mill-mejns (MLS) |
1,176 |
Direzzjonali (DLS) mhux alimentat mill-mejns (NMLS) |
1,089 |
ANNESS III
Tikketta għas-sorsi tad-dawl
1. TIKKETTA
Jekk is-sors tad-dawl ikun maħsub biex jitqiegħed fis-suq permezz ta’ punt tal-bejgħ, tikketta prodotta fil-format u li fiha l-informazzjoni kif stipulat f’dan l-Anness tiġi stampata fuq l-imballaġġ individwali.
Il-fornituri għandhom jagħżlu format tat-tikketta mill-punt 1.1 jew il-punt 1.2 ta’ dan l-Anness.
It-tikketta għandha tkun:
— |
għat-tikketta ta’ daqs standard tal-inqas wiesgħa 36 mm u għolja 75 mm; |
— |
għat-tikketta ta’ daqs żgħir (wisa’ inqas minn 36 mm) mill-inqas wiesgħa 20 mm u għolja 54 mm. |
L-imballaġġ ma għandux ikun iżgħar minn 20 mm mill-wisa’ u 54 mm mill-għoli.
F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq. It-tikketta ta’ daqs żgħir ma għandhiex tintuża fuq imballaġġi b’wisa’ ta’ 36 mm jew aktar.
It-tikketta u l-vleġġa li tindika l-klassi tal-enerġija jistgħu jiġu stampati b’kulur wieħed kif speċifikat fil-punti 1.1 u 1.2, biss jekk l-informazzjoni l-oħra kollha, inkluża l-grafika, fuq l-imballaġġ tkun stampata bil-monochrome.
Jekk it-tikketta ma tkunx stampata fuq il-parti tal-pakkett li tkun maħsuba biex tiffaċċja l-klijent prospettiv, għandha tintwera vleġġa li jkun fiha l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika kif indikat hawn taħt, bil-kulur tal-vleġġa li jaqbel mal-ittra u l-kulur tal-klassi tal-enerġija. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun f’tipa Calibri Bold u titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’bordura ta’ 0,5 pt 100 % sewda madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza.
Figura 1
Vleġġa kkulurita/monokroma mix-xellug/għal-lemin għall-parti tal-imballaġġ li tidher għall-klijent prospettiv
Fil-każ imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 4, it-tikketta bl-iskala l-ġdida għandu jkollha format u daqs li jippermettilha li tkopri u taderixxi mat-tikketta l-antika.
1.1. Tikketta ta’ daqs standard:
It-tikketta għandha tkun:
1.2. Tikketta ta’ daqs żgħir:
It-tikketta għandha tkun:
1.3. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta għas-sorsi tad-dawl:
I. |
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu; |
II. |
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur; |
III. |
l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G; |
IV. |
il-konsum tal-enerġija, espress f’kWh tal-konsum tal-elettriku għal kull 1 000 siegħa tas-sors tad-dawl fil-modalità mixgħul; |
V. |
il-kodiċi QR; |
VI. |
il-klassi tal-effiċjenza enerġetika skont l-Anness II; |
VII. |
in-numru ta’ dan ir-Regolament, li huwa “2019/2015”. |
2. DISINJI TAT-TIKKETTA
2.1. Tikketta ta’ daqs standard:
2.2. Tikketta ta’ daqs żgħir:
2.3. Fejn:
(a) |
Id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketti għandhom ikunu kif indikati fil-paragrafu 1 tal-Anness III u fid-disinji tat-tikketti għal tikketti ta’ daqs standard u ta’ daqs żgħir għas-sorsi tad-dawl. |
(b) |
L-isfond tat-tikketta għandu jkun 100 % abjad. |
(c) |
It-tipa għandha tkun Verdana u Calibri. |
(d) |
Il-kuluri għandhom ikunu dawk bil-kodiċi CMYK – cyan, maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 0-70-100-0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed. |
(e) |
It-tikketti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-figuri ta’ hawn fuq):
|
ANNESS IV
Eżenzjonijiet
1.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal sorsi tad-dawl ittestjati u approvati speċifikament biex joperaw:
(a) |
f’installazzjonijiet radjoloġiċi u tal-mediċina nukleari kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom (1); |
(b) |
għal użu ta’ emerġenza; |
(c) |
fi jew fuq stabbilimenti, tagħmir, vetturi tal-art, tagħmir tal-baħar jew inġenji tal-ajru, militari jew ta’ difiża ċivili, kif stabbilit fir-regolamenti tal-Istati Membri jew f’dokumenti maħruġa mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża; |
(d) |
fi jew fuq vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, tagħmir interkambjabbli irmunkat, komponenti u unitajiet tekniċi separati kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
(e) |
għall-użu fi jew fuq makkinarju mobbli mhux tat-triq, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u fit-trailers jew fuq it-trailers tagħhom; |
(f) |
fi jew fuq tagħmir interkambjabbli kif stabbilit fid-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u maħsuba biex jiġu rmunkati jew biex jiġu mmuntati u merfugħa kompletament mill-art jew li ma jistgħux jartikolaw madwar assi vertikali meta l-vettura li jkunu marbuta magħha tkun qed tintuża fit-triq permezz ta’ vetturi kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 167/2013; |
(g) |
fi jew fuq inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ċivili, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (7); |
(h) |
fit-tidwil tal-vetturi ferrovjarji kif stabbilit fid-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8); |
(i) |
għall-użu fit-tagħmir tal-baħar, kif stabbilit fid-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9); |
(j) |
f’apparati mediċi, kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (10) jew fir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u f’apparat mediku in vitro kif stabbilit fid-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). |
Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “ittestjat u approvat speċifikament “ tfisser li s-sors tad-dawl:
— |
ġie ttestjat speċifikament għall-kundizzjoni ta’ tħaddim jew l-applikazzjoni msemmija, skont il-leġiżlazzjoni Ewropea msemmija jew miżuri implimentattivi relatati, jew mal-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti jew, fin-nuqqas ta’ dawn, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri rilevanti; kif ukoll |
— |
huwa akkumpanjat minn evidenza, li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika, fil-forma ta’ ċertifikat, marka ta’ approvazzjoni tat-tip, rapport tat-test, li l-prodott ġie approvat speċifikament għall-kundizzjoni ta’ tħaddim jew l-applikazzjoni msemmija; u |
— |
jitqiegħed fis-suq speċifikament għall-kundizzjoni operattiva jew l-applikazzjoni msemmija, kif evidenzjat tal-anqas b’dokumentazzjoni teknika, u minbarra l-punt (d), l-informazzjoni fuq l-imballaġġ u kwalunkwe reklamar jew materjal tal-kummerċjalizzazzjoni. |
2.
Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
(a) |
l-unitajiet tal-wiri elettroniċi (eż. televixins, moniters tal-kompjuter, laptops, tablets, telefowns ċellulari, e-readers, consoles tal-logħob) inklużi l-unitajiet tal-wiri fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 (13) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 (14); |
(b) |
sorsi tad-dawl fl-estratturi tal-kukers fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 (15); |
(c) |
sorsi tad-dawl fi prodotti li jaħdmu bil-batterija, inkluż iżda mhux limitat għal eż. torċijiet, telefowns ċellulari b’torċ integrat, ġugarelli li jinkludu sorsi tad-dawl, lampi tal-iskrivaniji li joperaw biss bil-batteriji, lampi tal-idejn għaċ-ċiklisti, lampi solari għall-ġonna; |
(d) |
sorsi tad-dawl għar-roti u vetturi oħra mhux motorizzati; |
(e) |
sorsi tad-dawl għal applikazzjonijiet tal-spettroskopija u fotometriċi, bħal pereżempju l-ispettroskopija UV-VIS, l-ispettroskopija molekulari, l-ispettroskopija tal-assorbiment atomiku, l-analizi tal-infraaħmar mhux dispersiv (NDIR), l-infraaħmar tal-Fourier-transform (FTIR), l-analiżi medika, l-elissometrija, il-kejl tal-ħxuna tas-saffi, il-monitoraġġ tal-proċessi jew il-monitoraġġ ambjentali. |
3.
Kwalunkwe sors tad-dawl fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament Delegat għandu jkun eżentat mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-punt 4 tal-Anness V, jekk ikun speċifikament iddisinjat u kkumerċjalizzat għall-użu maħsub għalih f’mill-inqas waħda minn dawn l-applikazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
is-sinjalar (inkluż, iżda mhux limitat għal lampi għas-sinjalar tat-triq, tal-ferroviji, tal-baħar jew tal-ajru, għall-kontroll tat-traffiku jew bozoz tal-mitjar); |
(b) |
il-qbid tal-immaġni u l-projezzjoni ta’ immaġini (inkluż, iżda mhux biss, fotokopjar, stampar (direttament jew fi proċessar minn qabel), il-litografija, il-wiri ta’ films u vidjos, olografija); |
(c) |
is-sorsi tad-dawl b’enerġija ultravjola radjanti effettiva speċifika > 2 mW/klm u maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet li jirrikjedu kontenut għoli ta’ UV; |
(d) |
is-sorsi tad-dawl b’quċċata tar-radjazzjoni ta’ madwar 253,7 nm u maħsuba għal użu ġermiċidali (qerda tad-DNA); |
(e) |
is-sorsi tad-dawl li jemettu 5 % jew aktar ta’ radjazzjoni totali tal-enerġija tal-medda bejn 250 u 800 nm fil-medda ta’ 250–315 nm u/jew 20 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-medda bejn 250 u 800 nm fil-medda ta’ 315–400 nm, u maħsuba għad-diżinfezzjoni jew il-qbid tad-dubbien; |
(f) |
is-sorsi tad-dawl li l-għan primarju tagħhom huwa li jemettu radjazzjoni ta’ madwar 185,1 nm u maħsuba biex jintużaw għall-ġenerazzjoni tal-ożonu; |
(g) |
is-sorsi tad-dawl li jemettu 40 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-medda bejn 250 u 800 nm fil-medda ta’ 400–480 nm, u maħsuba għas-simbjożi tal-qroll zooxanthellae; |
(h) |
is-sorsi tad-dawl FL li jemettu 80 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-medda bejn 250 u 800 nm fil-medda ta’ 250-400 nm, u maħsuba għall-iskurar tal-ġilda tal-bniedem; |
(i) |
is-sorsi tad-dawl HID li jemettu 40 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-medda bejn 250 u 800 nm fil-medda ta’ 250-400 nm, u maħsuba għall-iskurar tal-ġilda tal-bniedem; |
(j) |
is-sorsi tad-dawl b’effikaċja fotosintetika ta’ > 1,2 μmol/J, u/jew li jemettu 25 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-medda bejn 250 u 800 nm fil-medda ta’ 700–800 nm, u maħsuba għal użu fl-ortikultura; |
(k) |
sorsi tad-dawl LED u OLED, li jikkonformaw mad-definizzjoni ta’ “xogħlijiet oriġinali tal-arti” kif definit fid-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), magħmulin mill-artist innifsu/innifisha f’numru limitat ta’ inqas minn 10 biċċiet. |
(1) id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
(5) Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE, (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53).
(6) Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
(8) Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (Tfassil mill-ġdid), (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).
(9) Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).
(10) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).
(11) Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
(12) Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 (ara l-paġna 241 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(14) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-kompjuters u s-servers informatiċi, (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 13).
(15) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 tal-1 ta’ Ottubru 2013 li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers (ĠU L 29, 31.1.2014, p. 1).
(16) Id-Direttiva Nru 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 dwar id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti (ĠU L 272, 13.10.2001, p. 32).
ANNESS V
Informazzjoni dwar il-prodott
1. L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott
1.1. |
Skont il-punt 1(b) tal-Artikolu 3, il-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti, l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella 3, inkluż meta s-sors tad-dawl ikun parti minn prodott kontenenti.
Tabella 3 L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott
Tabella 4 Fluss luminuż ta’ referenza għal dikjarazzjonijiet ta’ ekwivalenza
Tabella 5 Fatturi ta’ multiplikazzjoni għall-manutenzjoni tal-lumen
Tabella 6 Fatturi ta’ multiplikazzjoni għal sorsi tad-dawl LED
Tabella 7 Dikjarazzjonijiet ta’ ekwivalenza għal sorsi tad-dawl mhux direzzjonali
Tabella 8 Il-valuri minimi tal-effikaċja għal sorsi tad-dawl T8 u T5
Għal sorsi tad-dawl li jistgħu jiġu adattati biex jemettu d-dawl f’tagħbija sħiħa b’karatteristiċi differenti, il-valuri tal-parametri li jvarjaw b’dawn il-karatteristiċi għandhom jiġu rrappurtati fis-settings ta’ kontroll ta’ referenza. Jekk is-sors tad-dawl ma jkunx għadu jitqiegħed fis-suq tal-UE, il-fornitur għandu jqiegħed fil-bażi tad-data tal-prodotti d-data (ix-xahar, is-sena) meta jitwaqqaf it-tqegħid fis-suq tal-UE. |
2. L-informazzjoni li għandha tintwera fid-dokumentazzjoni għal prodott kontenenti
Jekk sors tad-dawl jitqiegħed fis-suq bħala parti minn prodott kontenenti, id-dokumentazzjoni teknika tal-prodott kontenenti għandha tidentifika b’mod ċar is-sors(i) tad-dawl inkluż(i), inkluża l-klassi tal-effiċjenza enerġetika.
Jekk sors ta’ dawl jitqiegħed fis-suq bħala parti minn prodott kontenenti, għandu jintwera t-test li ġej, b’mod li jista’ jinqara b’mod ċar, fil-manwal għall-utent jew fil-ktejjeb tal-istruzzjonijiet:
“Dan il-prodott fih sors tad-dawl tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika < X >”,
fejn < X > għandha tiġi ssostitwita bil-klassi tal-effiċjenza enerġetika tas-sors tad-dawl inkluż fil-prodott kontenenti.
Jekk il-prodott ikun fih aktar minn sors tad-dawl wieħed, is-sentenza tista’ tkun fil-plural, jew ripetuta għal kull sors tad-dawl, kif xieraq.
3. Informazzjoni li għandha tintwera fuq is-sit web b’aċċess ħieles tal-fornitur:
(a) |
Is-settings tal-kontroll ta’ referenza, u l-istruzzjonijiet dwar kif jistgħu jiġu implimentati, fejn applikabbli; |
(b) |
Struzzjonijiet dwar kif għandhom jitneħħew il-partijiet ta’ kontroll tat-tidwil u/jew il-partijiet li mhumiex tat-tidwil, jekk ikun hemm, jew dwar kif wieħed għandu jitfihom jew inaqqas il-konsum tal-enerġija tagħhom; |
(c) |
Jekk is-sors tad-dawl jistax jitbaxxa: lista ta’ dimmers li jkun kompatibbli magħhom, u l-istandard(s) ta’ kompatibbiltà bejn is-sors tad-dawl u d-dimmer li jkun kompatibbli miegħu jekk ikun hemm; |
(d) |
Jekk is-sors tad-dawl ikun fih il-merkurju: struzzjonijiet dwar kif jitnaddaf it-tifrik f’każ ta’ ksur aċċidentali; |
(e) |
Rakkomandazzjonijiet dwar kif wieħed għandu jiddisponi mis-sors tad-dawl fit-tmiem tal-ħajja tiegħu skont id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
4. Informazzjoni dwar il-prodotti speċifikati fil-punt 3 tal-Anness IV
Għas-sorsi tad-dawl speċifikati fil-punt 3 tal-Anness IV, għandhom jiġu ddikjarati fuq il-forom kollha ta’ imballaġġ, informazzjoni dwar il-prodott u reklamar, l-użu maħsub tagħhom flimkien ma’ indikazzjoni ċara li s-sors tad-dawl mhuwiex maħsub biex jintuża f’applikazzjonijiet oħra.
Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/1369 għandu jelenka l-parametri tekniċi li minħabba fihom, id-disinn speċifiku tal-prodott jikkwalifika għall-eżenzjoni.
(1) bidliet f’ dawn l-entrati ma għandhomx jitqiesu rilevanti għall-finijiet tal-punt 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(2) jekk il-bażi tad-data tal-prodott awtomatikament tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola, il-fornitur m’għandux idaħħal din id-data.
(3) “-”: mhux applikabbli;
“iva”: Dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza li tinvolvi l-potenza ta’ tip ta’ sors tad-dawl sostitwit tista’ tingħata biss:
— |
għal sorsi ta’ dawl direzzjonali, jekk it-tip tas-sors tad-dawl huwa elenkat fit-Tabella 4 u jekk il-fluss luminuż tas-sors tad-dawl f’kon ta’ 90° (Φ90°) mhuwiex inqas mill-fluss luminuż ta’ referenza korrispondenti fit-Tabella 4. Il-fluss luminuż ta’ referenza għandu jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 5. Għas-sorsi tad-dawl LED, dan għandu jiġi mmultiplikat ukoll bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 6; |
— |
għas-sorsi tad-dawl mhux direzzjonali, il-potenza ddikjarata ekwivalenti għal sors tad-dawl inkandexxenti (mqarrba għal 1 W) għandha tkun dik li fit-Tabella 7 tikkorrispondi mal-fluss luminuż tas-sors tad-dawl. |
Il-valuri intermedji kemm tal-fluss luminuż kif ukoll tal-potenza ekwivalenti ddikjarata tas-sors tad-dawl ekwivalenti (imqarrba għall-eqreb 1 W) għandhom jiġu kkalkulati b’interpolazzjoni lineari bejn iż-żewġ valuri ħdejn xulxin.
(4) “-”: mhux applikabbli;
“iva”: Dikjarazzjoni li sors tad-dawl LED jissostitwixxi sors tad-dawl fluworexxenti mingħajr ballast integrat ta’ wattage partikolari. Din id-dikjarazzjoni tista’ ssir biss jekk:
— |
l-intensità luminuża fi kwalunkwe direzzjoni madwar l-assi tat-tubu ma tiddevjax b’aktar minn 25 % tal-intensità medja tal-luminożità madwar it-tubu; kif ukoll |
— |
il-fluss luminuż tas-sors tad-dawl LED mhuwiex inqas mill-fluss luminuż tas-sors tad-dawl fluworexxenti tal-wattage iddikjarat. Il-fluss luminuż tas-sors tad-dawl fluworexxenti għandu jinkiseb billi l-wattage iddikjarat jiġi mmultiplikat bil-valur minimu tal-effikaċja luminuża li tikkorrispondi għas-sors tad-dawl fluworexxenti fit-Tabella 8; kif ukoll |
— |
il-wattage tas-sors tad-dawl LED mhuwiex ogħla mill-wattage tas-sors tad-dawl fluworexxenti li huwa maħsub jissostitwixxi. |
Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jipprovdi d-data li tappoġġa tali dikjarazzjonijiet.
(1) Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).
ANNESS VI
Dokumentazzjoni teknika
1.
Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 1(d) tal-Artikolu 3 għandha tinkludi:
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-fornitur; |
(b) |
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur; |
(c) |
l-identifikatur tal-mudell tal-mudelli ekwivalenti kollha li diġà tqiegħdu fis-suq; |
(d) |
identifikazzjoni u firma tal-persuna mogħtija s-setgħa li torbot lill-fornitur; |
(e) |
il-valuri ddikjarati u mkejla għall-parametri tekniċi li ġejjin:
|
(f) |
il-kalkoli mwettqa bil-parametri, inkluża d-determinazzjoni tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika; |
(g) |
ir-referenzi għall-istandards armonizzati applikati jew standards oħra użati; |
(h) |
il-kundizzjonijiet tal-ittestjar jekk ma jkunux deskritti biżżejjed fil-punt (g); |
(i) |
is-settings tal-kontroll ta’ referenza, u l-istruzzjonijiet dwar kif jistgħu jiġu implimentati, fejn applikabbli; |
(j) |
l-istruzzjonijiet dwar kif għandhom jitneħħew il-partijiet ta’ kontroll tat-tidwil u/jew il-partijiet li mhumiex tat-tidwil, jekk ikun hemm, jew kif għandhom jintfew jew jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija tagħhom matul l-ittestjar tas-sors tad-dawl; |
(k) |
prekawzjonijiet speċifiċi li għandhom jittieħdu meta l-mudell jiġi mmuntat, jiġi installat, issirlu manutenzjoni jew jiġi ttestjat. |
ANNESS VII
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-riklami viżwali, fil-materjal promozzjonali tekniku u fil-bejgħ mill-bogħod, ħlief il-bejgħ mill-bogħod fuq l-Internet
1.
Fir-reklami viżwali, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(e) tal-Artikolu 3 u fil-punt 1(c) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-enerġija u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
2.
Fil-materjal promozzjonali tekniku, għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(f) tal-Artikolu 3 u l-punt 1(d) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-enerġija u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
3.
Kull tip ta’ bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karta jrid juri l-klassi tal-enerġija u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza disponibbli fuq it-tikketta kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
4.
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom jintwerew, kif indikat fil-Figura 2, bi:
(a) |
vleġġa, li fiha l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika, 100 % bl-abjad, Calibri Bold u b’daqs tat-tipa li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz; |
(b) |
il-kulur tal-vleġġa li jaqbel mal-kulur tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika; |
(c) |
il-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli, b’kulur 100 % iswed; kif ukoll, |
(d) |
id-daqs għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’bordura ta’ 0,5 pt 100 % sewda madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika. |
B’deroga, jekk ir-reklam viżiv, il-materjal promozzjonali tekniku jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti jkunu stampati bil-monokrom, il-kulur tal-vleġġa f’dak ir-reklam viżiv, il-materjal promozzjonali jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti, jista’ jkun monokrom.
Figura 2
Vleġġa lemin/xellug bil-kulur, bil-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata
5.
Fil-każ bejgħ mill-bogħod permezz tat-telebejgħ, il-klijent irid jiġi infurmat b’mod speċifiku dwar il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott u dwar il-medda ta’ klassijiet tal-enerġija disponibbli fuq it-tikketta, u li l-klijent jista’ jaċċessa t-tikketta sħiħa u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott permezz ta’ sit web liberament aċċessibbli, jew billi jitlob kopja stampata.
6.
Għas-sitwazzjonijiet kollha msemmija fil-punti 1 sa 3 u 5, irid ikun possibbli għall-klijent li jaċċessa t-tikketta sħiħa u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott permezz ta’ link għas-sit web tal-bażi tad-data dwar il-prodotti, jew li jitlob kopja stampata.
ANNESS VIII
Informazzjoni li għandha tingħata f’każ ta’ bejgħ mill-bogħod fuq l-Internet
1.
It-tikketta xierqa, magħmula disponibbli mill-fornituri skont il-punt 1(g) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b’mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs speċifikat għat-tikketta standard fl-Anness III.It-tikketta tista’ tintwera permezz ta’ nested display, f’liema każ l-immaġni li tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta’ dan l-Anness. Jekk tintuża nested display, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel għafsa tal-mouse, mogħdija bil-mouse jew espansjoni tal-iskrin tattili fuq l-immaġni.
2.
L-immaġni li tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ ta’ nested display, kif indikat fil-Figura 3, għandha:
(a) |
tkun vleġġa li l-kulur tagħha jikkorrispondi għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta; |
(b) |
tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq il-vleġġa 100 % bl-abjad, b’tipa Calibri Bold ta’ daqs ekwivalenti għal dik tal-prezz; |
(c) |
ikollha l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli, b’kulur 100 % iswed; kif ukoll, |
(d) |
ikollha wieħed minn dawn iż-żewġ formati li ġejjin, u d-daqs tagħha għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’bordura viżibbli 100 % sewda madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika: Figura 3 Vleġġa lemin/xellug bil-kulur, bil-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata |
3.
Fil-każ ta’ nested display, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:
(a) |
l-immaġni msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tal-wiri qrib il-prezz tal-prodott; |
(b) |
l-immaġni għandha sservi ta’ link għat-tikketta stabbilita fl-Anness III; |
(c) |
it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jikklikkja l-mouse fuq l-immaġni, jew imur bil-mouse fuq l-istampa jew iwessa’ dik l-immaġni fuq l-iskrin tattili; |
(d) |
it-tikketta għandha tintwera permezz ta’ pop up, tab ġdida, paġna ġdida inkella tintwera permezz ta’ skrin ieħor fuq l-istess skrin; |
(e) |
għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir tattili; |
(f) |
it-tikketta m’għandhiex tibqa’ tintwera permezz ta’ għażla li tagħlaqha jew mekkaniżmu standard ieħor tal-għeluq; |
(g) |
it-test alternattiv għall-grafika, li għandu jintwera fin-nuqqas li tintwera t-tikketta, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott f’daqs tat-tipa ekwivalenti għal dak tal-prezz. |
4.
L-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott xierqa, magħmula disponibbli mill-fornituri skont il-punt 1(h) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs għandu jkun tali li l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott tista’ tintwera billi tintuża nested display jew billi ssir referenza għall-bażi tad-data tal-prodotti f’liema każ il-link li tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandha tindika b’mod ċar u li jinqara “Skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott”. Jekk tintuża nested display, l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandha tidher mal-ewwel hekk kif wieħed jikklikkja l-mouse darba, inkella hekk kif wieħed jgħaddi minn fuq il-link bil-mouse jew l-espansjoni tal-iskrin tattili fuq il-ħolqa.
ANNESS IX
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f’dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Dawn it-tolleranzi ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott ma għandhomx ikunu aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika.
Meta jivverifikaw il-konformità ta’ mudell ta’ prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament Delegat, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:
1. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell skont il-punti 2(a) u 2(b) ta’ dan l-Anness. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw 10 unitajiet tal-mudell tas-sors tad-dawl għall-punt 2(c) ta’ dan l-Anness. It-tolleranzi tal-verifika huma stabbiliti fit-Tabella 6 ta’ dan l-Anness. |
2. |
Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:
|
3. |
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a), (b) jew (c), il-mudell u kull mudell li jkun ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. |
4. |
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara li tittieħed deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell, f’konformità mal-punt 3 ta’ dan l-Anness. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 9 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta f’dan l-Anness. Għall-parametri fit-Tabella 9, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.
Tabella 9
Tolleranzi tal-verifika
Parametru |
Id-daqs tal-kampjun |
Tolleranzi tal-verifika |
Potenza elettrika fil-modalità mixgħul b’tagħbija sħiħa Pon [W]: |
|
|
Pon ≤ 2 W |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’iktar minn 0,20 W. |
2 W < Pon ≤ 5 W |
10 |
Il-valur determinat ma għandux ikun iżjed mill-valur dikjarat b’aktar minn 10 %. |
5 W < Pon ≤ 25 W |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’iktar minn 5 %. |
25 W < Pon ≤ 100 W |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’iktar minn 5 %. |
100 W < Pon |
10 |
Il-valur determinat ma għandux ikun iżjed mill-valur dikjarat b’aktar minn 2,5 %. |
Fattur ta’ spostament [0-1] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux ikun inqas minn 0,1 ta’ unità inqas mill-valur dikjarat. |
Fluss luminuż utli Φuse [lm] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux ikun inqas minn 10 % inqas mill-valur dikjarat. |
Il-potenza fil-modalità standby Psb u l-potenza standby man-netwerk Pnet [W] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’iktar minn 0,10 W. |
CRI u R9 [0–100] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b’aktar minn 2,0 unitajiet. |
Tnemnim [Pst LM] u effett stroboskopiku [SVM] |
10 |
Il-valur determinat ma għandux ikun iżjed mill-valur dikjarat b’aktar minn 10 %. |
Konsistenza tal-kulur [livelli tal-Ellissi MacAdam] |
10 |
In-numru ta’ livelli determinat m’għandux jaqbeż in-numru ta’ livelli dikjarat. Iċ-ċentru tal-ellissi MacAdam għandu jkun iċ-ċentru ddikjarat mill-fornitur b’tolleranza ta’ 0,005 unità. |
Angolu tar-raġġ (gradi) |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jiddevja mill-valur dikjarat b’aktar minn 25 %. |
Effikaċja totali tal-mejns TM [lm/W] |
10 |
Il-valur determinat (kwozjent) m’għandux ikun inqas minn 5 % inqas mill-valur dikjarat. |
Fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen (għal LED u OLED) |
10 |
Il-valur determinat ta’ XLMF % tal-kampjun ma għandux ikun inqas minn XLMF, MIN% skont it-test fl-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2020 (1) |
Fattur ta’ sopravivenza (għal-LED u l-OLED) |
10 |
Tal-inqas 9 sorsi tad-dawl tal-kampjun tat-test iridu jkunu operattivi wara li jitlesta t-test ta’ reżistenza fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/2020. |
Fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen (għal FL u HID) |
10 |
Il-valur determinat m’għandux ikun inqas minn 90 % tal-valur dikjarat. |
Fattur ta’ sopravivenza (għal FL u HID) |
10 |
Il-valur determinat m’għandux ikun inqas mill-valur dikjarat. |
Purità tal-eċitazzjoni [%] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux ikun inqas minn 5 % inqas mill-valur dikjarat. |
Temperatura tal-kulur ikkorrelatata [K] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jiddevja mill-valur dikjarat b’aktar minn 10 %. |
Intensità massima luminuża [cd] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jiddevja mill-valur dikjarat b’aktar minn 25 %. |
Għas-sorsi tad-dawl modulari b’ġeometrija lineari, iżda li huma twal ħafna, bħal strixxi jew ħbula tal-LED, it-testjar għall-finijiet ta’ verifika mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandu jqis tul ta’ 50 cm, jew jekk is-sors tad-dawl ma jkunx disponibbli f’dik l-iskala, l-eqreb valur għal 50 cm. Il-fornitur tas-sors tad-dawl għandu jindika liema tagħmir ta’ kontroll ikun xieraq għal dan it-tul.
Meta jivverifikaw li l-prodott huwa sors tad-dawl, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jipparagunaw il-valuri mkejlin tal-koordinati tal-kromatiċità (x u y), il-fluss luminuż, id-densità tal-fluss luminuż, u l-indiċi tal-apparenza tal-kulur direttament mal-valuri ta’ limitu stipulati fid-definizzjoni ta’ sors tad-dawl tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ma japplikaw l-ebda tolleranzi. Jekk kwalunkwe waħda mill-10 unitajiet fil-kampjun tissodisfa l-kundizzjonijiet biex titqies bħala sors tad-dawl, il-mudell tal-prodott għandu jitqies bħala sors tad-dawl.
Is-sorsi tad-dawl li jippermettu lill-utent aħħari biex jikkontrolla, b’mod manwali jew awtomatiku, direttament jew b’mod remot, l-intensità luminuża, il-kulur, it-temperatura tal-kulur ikkorrelatata, l-ispettru, u/jew l-angolu tar-raġġ tad-dawl emess għandhom jiġu evalwati skont is-settings ta’ kontroll ta’ referenza.
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2020 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għas-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separat skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 245/2009 u (UE) Nru 1194/2012 (ara l-paġna 209 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).