|
3.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 312/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2007
tat-18 ta’ Novembru 2019
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati u ħuxlief u tiben soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 47(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi r-regoli dwar it-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fuq annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni sabiex jivverifikaw il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-katina agroalimentari tal-Unjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/478 (3) emenda r-Regolament (UE) 2017/625 billi żied il-ħuxlief u t-tiben u l-oġġetti tal-ikel li fihom kemm prodotti li joriġinaw mill-pjanti kif ukoll prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali (“prodotti komposti”) mal-kategoriji ta’ oġġetti fil-punt (b) tal-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625, ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti minn pajjiżi terzi jenħtieġ li dejjem jiġu ppreżentati f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera biex jitwettqu l-kontrolli uffiċjali qabel id-dħul tagħhom fl-Unjoni. Minbarra l-annimali, il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-prodotti ġerminali, il-prodotti sekondarji mill-annimali, il-ħuxlief u t-tiben u l-prodotti komposti minnhom huma fost il-kategoriji li dejjem jenħtieġ li jiġu ppreżentati għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jeżiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi listi tal-annimali u tal-prodotti differenti li joriġinaw mill-annimali, tal-prodotti ġerminali, tal-prodotti sekondarji mill-annimali, tal-ħuxlief u tat-tiben u tal-prodotti komposti minnhom li jridu jiġu ppreżentati għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera bl-indikazzjoni tal-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) rispettiv tagħhom kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (4). |
|
(5) |
Minħabba li l-prodotti derivati huma subkategorija tal-prodotti sekondarji mill-annimali, jenħtieġ li dawn jiġu inklużi fil-listi u jenħtieġ li jiġu indikati l-kodiċijiet tan-NM tagħhom, skont il-bżonn. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (5) tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar l-annimali u l-prodotti, inklużi l-prodotti komposti, li huma soġġetti għall-verifiki veterinarji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri f’konformità mad-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE (6) u 97/78/KE. Il-kundizzjonijiet ġodda għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti komposti se japplikaw mill-21 ta’ April 2021 f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (7). Għalhekk jixraq li sa dakinhar jibqgħu japplikaw ir-regoli attwali stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/275/KE li jikkonċernaw il-prodotti komposti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li dan ir-Regolament ma japplikax għall-prodotti komposti. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE billi jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għall-prodotti komposti. |
|
(7) |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625, il-lista stabbilita f’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiddeskrivi, fid-dettall, l-annimali, il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-prodotti ġerminali, il-prodotti sekondarji mill-annimali u l-prodotti dderivati minnhom u l-ħuxlief u t-tiben soġġetti għal tali kontrolli uffiċjali. |
|
(8) |
Barra minn hekk, għal ċerti kodiċijiet tan-NM, dan ir-Regolament jelenka biss xi wħud mill-annimali u mill-prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura jew is-subintestatura rilevanti. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li dan ir-Regolament jagħti dettalji addizzjonali dwar l-annimali u l-prodotti rilevanti li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. |
|
(9) |
Minħabba li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2017/625 li jirregolaw il-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament japplikaw mill-14 ta’ Diċembru 2019, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati u ħuxlief u tiben li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-prodotti komposti.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
“prodotti li joriġinaw mill-annimali” tfisser prodotti li joriġinaw mill-annimali kif iddefiniti fil-punt 8.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8); |
|
2. |
“lanżit tal-ħnieżer mhux ittrattat” tfisser lanżit tal-ħnieżer mhux trattat kif iddefinit fil-punt 33 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (9); |
|
3. |
“rix u partijiet ta’ rix mhux ittrattati” tfisser rix u partijiet ta’ rix, minbarra rix jew partijiet ta’ rix, li jkunu ġew ittrattati kif iddefinit fil-punt 30 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 142/2011; |
|
4. |
“xagħar mhux ittrattat” tfisser xagħar mhux ittrattat kif iddefinit fil-punt 32 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 142/2011; |
|
5. |
“prodott intermedju” tfisser prodott intermedju kif iddefinit fil-punt 35 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 142/2011; |
|
6. |
“ġlud ittrattati” tfisser ġlud ittrattati kif iddefinit fil-punt 28 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011; |
|
7. |
“suf mhux ittrattat” tfisser suf mhux ittrattat kif iddefinit fil-punt 31 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 142/2011. |
Artikolu 3
Kontrolli uffiċjali tal-annimali u l-oġġetti elenkati fl-Anness I
L-annimali u l-oġġetti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 4
Emendi għad-Deċiżjoni 2007/275/KE
Id-Deċiżjoni 2007/275/KE hija emendata kif ġej:
|
1. |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “ Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2007 dwar listi ta’ prodotti komposti li jridu jkunu soġġetti għall-kontrolli fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntier a”; |
|
2. |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli rigward il-prodotti komposti li jridu jiġu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera mad-dħul tagħhom fl-Unjoni.”; |
|
3. |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Kontrolli uffiċjali tal-prodotti komposti elenkati fl-Anness I 1. Il-prodotti komposti elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) 2. L-għażla inizjali tal-prodotti komposti għall-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq il-bażi tan-Nomenklatura Magħquda fil-Kolonna (1) tal-Anness I għandha tiġi kkwalifikata b’referenza għat-test jew għal-leġiżlazzjoni speċifiċi msemmijin fil-Kolonna (3) tal-Anness I. (*1) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).”;" |
|
4. |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
5. |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Deroga għal ċerti prodotti komposti 1. Bħala deroga mill-Artikolu 3, il-prodotti komposti li ġejjin li ma fihomx prodotti tal-laħam, ma għandhomx ikunu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali:
2. Madankollu, kull prodott tal-ħalib inkluż fi kwalunkwe prodott kompost għandu jkun idderivat biss mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (*2), u ttrattat kif indikat f’dak l-Anness. (*2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).”;" |
|
6. |
L-Annessi I u II huma emendati f’konformita mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/478 tal-14 ta’ Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kategoriji ta’ kunsinni li jkunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (ĠU L 82, 25.3.2019, p. 4).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56)
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
ANNESS I
LISTA TA’ ANNIMALI, TA’ PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI, PRODOTTI ĠERMINALI, PRODOTTI SEKONDARJI TAL-ANNIMALI U PRODOTTI DDERIVATI U ĦUXLIEF U TIBEN SOĠĠETTI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI FIL-POSTIJIET TA’ KONTROLL FUQ IL-FRUNTIERI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3
Noti:
1. Kummenti ġenerali
Qed jiżdiedu xi rimarki ġenerali ma’ ċerti Kapitoli biex jiċċaraw liema huma l-annimali jew l-oġġetti li huma koperti fil-kapitolu rilevanti. Barra minn hekk, fejn meħtieġ, issir referenza għal rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (1).
2. Nota għall-Kapitolu
Il-listi f’dan l-Anness huma strutturati f’Kapitoli li jikkorrispondu mal-Kapitoli rilevanti fin-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2).
In-noti tal-Kapitoli huma spjegazzjonijiet, fejn meħtieġ estratti, min-Noti tal-Kapitoli individwali tan-NM.
3. Estratt min-Noti ta’ Spjega u l-Opinjonijiet tal-Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata
Ġiet estratta informazzjoni addizzjonali dwar il-Kapitoli differenti; fejn meħtieġ, min-Noti ta’ Spjega u mill-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali.
Tabelli:
4. Kolonna (1) — il-kodiċi NM
Din il-kolonna tindika l-kodiċi NM. In-NM, stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hija bbażata fuq il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija (magħrufa bħala s-Sistema Armonizzata jew l-SA) imfassla mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li saret l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO), u adottata mill-Konvenzjoni Internazzjonali, konkluża fi Brussell, fl-14 ta’ Ġunju 1983, u approvata f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE (3) (“il-Konvenzjoni dwar is-SA”). In-NM tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi tas-SA sa sitt ċifri, u s-seba’ u t-tmien ċifri b’mod esklussiv joħolqu subintestaturi oħrajn li huma speċifiċi għaliha.
Meta jintuża kodiċi b’erba’ ċifri: Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-prodotti kollha prefissi bi jew koperti minn dawn l-erba’ ċifri għandhom jiġu sottomessi għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Fil-maġġoranza ta’ dawn il-każijiet, il-kodiċijiet NM rilevanti inklużi fis-sistema TRACES stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE (4), huma mqassma f’kodiċi b’sitt jew bi tmien ċifri.
Meta ċerti prodotti speċifikati biss taħt kwalunkwe kodiċi b’erba’, b’sitt jew bi tmien ċifri jkunu meħtieġa li jiġu sottomessi għall-kontrolli uffiċjali u ma tkun teżisti l-ebda subdiviżjoni speċifika taħt dan il-kodiċi fin-NM, il-kodiċi jiġi mmarkat “ Ex”. F’dak il-każ, l-annimali u l-prodotti koperti minn dan ir-Regolament huma determinati mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM u minn dak tad-deskrizzjoni korrispondenti fil-kolonna (2) u l-kwalifikazzjoni u l-ispjega fil-kolonna (3).
5. Kolonna (2) — Deskrizzjoni
Id-deskrizzjoni tal-oġġetti hija kif ġie stabbilit fil-kolonna tad-deskrizzjoni tan-NM.
Bla ħsara għar-regoli għall-interpretazzjoni tan-NM, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-annimali u l-prodotti fil-kolonna (2) huwa meqjus li jkun ta’ valur indikattiv biss, ladarba l-oġġetti koperti b’dan ir-Regolament huma determinati mill-kodiċijiet NM.
6. Kolonna (3) — Kwalifika u spjega
Din il-kolonna tagħti d-dettalji tal-annimali jew l-oġġetti koperti. Aktar informazzjoni dwar l-annimali jew l-oġġetti koperti fil-Kapitoli differenti tan-NM tista’ tinstab fin-Noti ta’ Spjega tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (5).
Il-prodotti derivati minn prodotti sekondarji tal-annimali koperti mir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 142/2011 mhumiex identifikati b’mod speċifiku fil-liġi tal-Unjoni. Għandhom isiru l-kontrolli uffiċjali fuq prodotti li huma parzjalment ipproċessati iżda jibqgħu materja prima li għandha tiġi pproċessata aktar fi stabbiliment approvat jew irreġistrat fid-destinazzjoni. L-ispetturi uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera għandhom jivvalutaw u jispeċifikaw, meta jkun meħtieġ, jekk prodott derivat huwiex ipproċessat biżżejjed sabiex ma jkunx jeħtieġ aktar kontrolli uffiċjali previsti fil-liġi tal-Unjoni.
KAPITOLU 1
Annimali ħajjin
Nota relatata mal-Kapitolu 1 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu jkopri l-annimali ħajjin kollha, ħlief:
|
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“L-intestatura 0106 tinkludi, inter alia, l-annimali domestiċi jew slavaġ li ġejjin:
|
(A) |
Mammiferi
|
|
(B) |
Rettili (inklużi sriep u fkieren) |
|
(C) |
Għasafar
|
|
(D) |
Insetti, bħan-naħal (kemm jekk jivvjaġġaw f’kaxxi jew f’gaġeġ jew f’kaxxi tan-naħal u kemm jekk le). |
|
(E) |
Oħrajn, eż. żrinġijiet |
Din l-intestatura teskludi annimali li jiffurmaw parti minn ċirkli, minn wirjiet ta’ annimali li jivvjaġġaw minn post għal ieħor jew minn wirjiet simili oħra ta’ annimali li jivvjaġġaw (intestatura 95.08).”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
0101 |
Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tal-irkib ħajjin |
Kollha |
|
0102 |
Annimali tal-ifrat ħajjin |
Kollha |
|
0103 |
Majjali ħajjin |
Kollha |
|
0104 |
Nagħaġ u mogħoż ħajjin |
Kollha |
|
0105 |
Tjur ħajjin, jiġifieri, tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u farawni |
Kollha |
|
0106 |
Annimali ħajjin oħrajn |
Kollha, tkopri l-annimali mis-subintestaturi li ġejjin: 0106 11 00 (Primati) 0106 12 00 (Balieni, dniefel u dniefel suwed (mammiferi tal-ordni Cetacea); lamantini u dugongi (mammiferi tas-subordni Sirenia); foki, iljuni tal-baħar u odobeni (walruses) (mammiferi tas-subordni Pinnipedia). 0106 13 00 (Iġmla u kamelidi oħra (Camelidae)) 0106 14 (Fniek jew liebri) 0106 19 00 (Oħrajn): mammiferi ħlief dawk tal-intestatura 0101, 0102, 0103, 0104, 0106 11 , 0106 12 , 0106 13 u 0106 14 ; tkopri klieb u qtates 0106 20 00 (Rettili, inklużi sriep u fkieren) 0106 31 00 (Għasafar: Għasafar tal-priża) 0106 32 00 (Psittaciformes: (inklużi pappagalli, parrukketti, makawi u kakatuwi) 0106 33 00 (Ngħam; emu (Dromaius novaehollandiae) 0106 39 (Oħrajn): tkopri għasafar, ħlief dawk tal-intestatura 0105, 0106 31 , 0106 32 u 0106 33 , inklużi ħamiem. 0106 41 00 (Naħal) 0106 49 00 (Insetti oħra ħlief in-naħal) 0106 90 00 (Oħrajn): l-annimali ħajjin l-oħra kollha mhux koperti x’imkien ieħor, ħlief il-mammiferi, l-għasafar u r-rettili. Żrinġijiet ħajjin kemm jekk biex jinżammu ħajjin għall-vivarji, kemm jekk biex jinqatlu għall-konsum uman, huma koperti minn din l-intestatura. |
KAPITOLU 2
Laħam u ġewwieni li jittiekel
Nota dwar il-Kapitolu 2 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
...”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
0201 |
Laħam ta’ annimali tal-ifrat, frisk jew imkessaħ |
Kollha. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum uman mhijiex koperta minn dan il-kodiċi. |
|
0202 |
Laħam ta’ annimali tal-ifrat, iffriżat |
Kollha. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum uman mhijiex koperta minn dan il-kodiċi. |
|
0203 |
Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat |
Kollha. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum uman mhijiex koperta minn dan il-kodiċi. |
|
0204 |
Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat |
Kollha. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum uman mhijiex koperta minn dan il-kodiċi. |
|
0205 00 |
Laħam taż-żwiemel, ħmir jew bgħula, frisk, imkessaħ jew iffriżat |
Kollha. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum uman mhijiex koperta minn dan il-kodiċi. |
|
0206 |
Ġewwieni li jittiekel tal-annimali tal-ifrat, tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż, taż-żwiemel, tal-ħmir, tal-bgħula jew bgħula tal-irkib, frisk, imkessaħ jew iffriżat |
Kollha. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum uman mhijiex koperta minn dan il-kodiċi. |
|
0207 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel, tat-tjur tal-intestatura 0105, frisk, imkessaħ jew iffriżat |
Kollha. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum uman mhijiex koperta minn dan il-kodiċi. |
|
0208 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel ieħor, frisk, imkessaħ jew iffriżat |
Kollha. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum uman mhijiex koperta minn dan il-kodiċi. Din tkopri materja prima oħra għall-produzzjoni tal-ġelatina jew tal-kollaġen għall-konsum uman. Tkopri l-laħam u l-ġewwieni li jittiekel kollu mis-subintestaturi li ġejjin: 0208 10 (tal-fniek jew liebri) 0208 30 00 (ta’ primati) 0208 40 (ta’ balieni, dniefel u dniefel suwed (mammiferi tal-ordni Cetacea); tal-lamantini u dugongi (mammiferi tal-ordni Sirenia); ta’ foki, iljuni tal-baħar u odobeni (mammiferi tas-subordni Pinnipedia)). 0208 50 00 (tar-rettili, inklużi s-sriep u l-fkieren) 0208 60 00 (tal-iġmla u kamelidi oħra (Camelidae)) 0208 90 (Oħrajn: ta’ ħamiem domestiku; ta’ kaċċa, ħlief fniek jew liebri; eċċ.): tkopri l-laħam tas-summien, tar-renni jew ta’ kull speċi oħra ta’ mammiferi. Tkopri s-saqajn taż-żrinġijiet taħt il-kodiċi NM 0208 90 70 . |
|
0209 |
Xaħam tal-majjal, mingħajr ebda dgħif, u xaħam tat-tjur, mhux maħdum jew estratt mod ieħor, frisk, imkessaħ, iffriżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat |
Kollha, tkopri kemm xaħam kif ukoll xaħam ipproċessat kif deskritt fil-kolonna (2), anki jekk adattat biss għall-użu industrijali (mhux adattat għall-konsum uman). |
|
0210 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti mill-laħam jew mill-ġewwieni li jittiekel |
Kollha, tkopri l-laħam, il-prodotti tal-laħam u prodotti oħra ġejjin mill-annimali. Madankollu, il-materja prima li mhijiex maħsuba jew adattata għall-konsum uman mhijiex koperta minn dan il-kodiċi. Tkopri l-proteini pproċessati tal-annimali u l-widnejn tal-majjal imnixxfin għall-konsum uman. Anki meta t-tali widnejn tal-majjal imnixxfin jintużaw bħala għalf għall-annimali, l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1125/2006 (7) jikkjarifika li dawn jistgħu jiġu koperti mill-kodiċi 0210 99 49 . Madankollu, il-ġewwieni li jittiekel imnixxef u l-widnejn tal-majjal imnixxfin li mhumiex tajbin għall-konsum uman jaqgħu taħt il-kodiċi 0511 99 85 . L-għadam għall-konsum uman huma koperti taħt l-intestatura 0506. Iz-zalzett huwa kopert taħt l-intestatura 1601. L-estratti u s-sugu tal-laħam huma koperti taħt l-intestatura 1603. L-iskart tax-xaħam ta’ dam (greaves) huma koperti taħt l-intestatura 2301. |
KAPITOLU 3
Ħut u krustaċji, molluski u annimali invertebrati akkwatiċi oħrajn
Kummenti ġenerali
Dan il-kapitolu jkopri kemm ħut ħaj għat-trobbija u għar-riproduzzjoni, il-ħut ornamentali ħaj, u l-ħut ħaj jew il-krustaċji ħajjin li jiġi ttrasportat ħaj iżda li jiġi importat għall-konsum uman.
Il-prodotti kollha f’dan il-kapitolu huma suġġetti għall-kontrolli uffiċjali.
Noti relatati mal-Kapitolu 3 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
…”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
0301 |
Ħut ħaj |
Kollha: tkopri t-trot, is-sallur, il-karpjuni, jew kwalunkwe speċi oħra jew kwalunkwe ħuta oħra li tiġi importata għat-trobbija jew għar-riproduzzjoni. Il-ħut ħaj importat għall-konsum uman immedjat jiġi ttrattat, għal finijiet ta’ kontrolli uffiċjali, daqslikieku kien prodott. Tkopri ħut ornamentali fis-subintestaturi 0301 11 00 u 0301 19 00 . |
|
0302 |
Ħut, frisk jew imkessaħ, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
Kollha; tkopri l-fwied, il-bajd u l-isperma, friski jew imkessħa, fil-kodiċi NM 0302 91 00 . |
|
0303 |
Ħut, iffriżat, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
Kollha; tkopri l-fwied, il-bajd u l-isperma, iffriżati, fis-subintestatura 0303 91 . |
|
0304 |
Qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut (kapuljat jew mhuwiex), frisk, imkessaħ jew iffriżat |
Kollha |
|
0305 |
Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; ħut affumikat, kemm jekk imsajjar jew le qabel jew waqt il-proċess ta’ affumikar; dqiq, pasti u gerbub ta’ ħut, tajbin għall-konsum uman |
Kollha, tkopri prodotti oħra tas-sajd bħal dqiq, ikliet u gerbub tajbin għall-konsum uman magħmulin mill-ħut; tkopri rjus, dnub u grieżem tal-ħut u prodotti oħra tas-sajd. |
|
0306 |
Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; krustaċji affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta’ affumikazzjoni; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma, kemm jekk imkessħin jew le, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub ta’ krustaċji, tajbin għal konsum uman |
Kollha: il-krustaċji ħajjin importati għall-konsum uman immedjat jitqiesu u jiġu trattati għal finijiet ta’ kontrolli uffiċjali daqslikieku kienu prodotti. Tkopri x-xadini ornamentali tal-baħar u ċ-ċesti tagħhom għall-użu bħala annimali domestiċi; u l-krustaċji ornamentali ħajjin kollha kif previst bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 (8). |
|
0307 |
Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; molluski affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta’ affumikazzjoni; dqiq, pasti u gerbub ta’ molluski, tajbin għal konsum uman |
Din tkopri l-molluski li jistgħu jkunu ġew imsajrin u mbagħad affumikati. Il-molluski imsajrin l-oħra huma koperti fl-intestatura 1605. Tkopri l-molluski ornamentali ħajjin kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1251/2008. Molluski ħajjin importati għall-konsum uman immedjat jitqiesu u jiġu trattati għal finijiet ta’ kontrolli uffiċjali daqslikieku kienu prodotti. Tkopri kollox fis-subintestatura 0307 11 sa 0307 99 , bħalma huma l-eżempji li ġejjin: 0307 60 (bebbux ħlief bebbux tal-baħar): tkopri l-gastropodi terrestri tal-ispeċi Helix pomatia, Helix aspersa, Helix lucorum u speċijiet tal-familja Achatinidae. Tkopri l-bebbux ħaj (inkluż il-bebbux tal-ilma ħelu) għall-konsum uman immedjat u wkoll il-laħam tal-bebbux għall-konsum uman. Tkopri l-bebbux ipproċessat jew il-bebbux ipproċessat minn qabel. Prodotti pproċessati oħrajn huma koperti fl-intestatura 1605. 0307 91 00 (molluski oħrajn, ħajjin, friski jew imkessħin, jiġifieri ħlief gajdri, arzelli, maskli (Mytilus spp., Perna spp.), siċċ, klamari, qarnit, bebbux tal-baħar, gandoffli, arzell, arki, widnet il-baħar (Haliotis spp.) u strombi (Strombus spp.): tkopri laħam tal-ispeċi tal-bebbux tal-ilma baħar, kemm jekk fil-qoxra jew le). 0307 99 (molluski oħrajn, ħlief ħajjin, friski, imkessħin, jew iffriżati, jiġifieri ħlief gajdri, arzelli, maskli (Mytilus spp., Perna spp.), siċċ, klamari, qarnit, bebbux tal-baħar, gandoffli, arzell, arki, widnet il-baħar (Haliotis spp.) u strombi (Strombus spp.); oħrajn, inkluż dqiq, pasti u gerbub, tajbin għall-konsum uman). |
|
0308 |
Invertebrati akkwatiċi ħlief krustaċji u molluski, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi affumikati, ħlief krustaċji u molluski, kemm jekk imsajrin qabel jew waqt il-proċess tal-affumikar u kemm jekk le; dqiq, pasti u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi ħlief krustaċji u molluski, minbarra l-krustaċji u l-molluski, tajbin għall-konsum uman |
Kollha |
KAPITOLU 4
Prodotti tal-ħalib; bajd tat-tjur; għasel naturali; prodotti tajbin għall-ikel li ġejjin mill-annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra
Noti relatati mal-Kapitolu 4 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
L-espressjoni “ħalib” tfisser ħalib sħiħ mhux proċessat, u l-ħalib parzjalment jew kompletament xkumat. |
|
2. |
Għall-għanijiet tal-intestatura 0405:
|
|
3. |
Il-prodotti miksuba bil-konċentrazzjoni tax-xorrox u biż-żieda tal-ħalib jew tax-xaħam tal-ħalib għandhom jiġu kklassifikati bħala ġobon fl-intestatura 0406 sakemm dawn ikollhom it-tliet karatteristiċi li ġejjin:
|
|
4. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
…”
Estratti min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“L-intestatura 0408 tkopri l-bajd sħiħ mhux fil-qoxra, u l-isfra tal-bajd tat-tjur kollha. Il-prodotti ta’ din l-intestatura jistgħu jkunu friski, imnixxfin, imsajrin bl-istim jew bit-tgħollija, iffurmati, (pereżempju “bajd twil” ċilindriku), iffriżati jew preservati mod ieħor. Dawn kollha jaqgħu taħt din l-intestatura kemm jekk fihom zokkor miżjud jew sustanzi ħelwin oħra u kemm jekk biex jintużaw bħala ikel jew għal finijiet industrijali (pereżempju, fl-ikkunzar).
Din l-intestatura ma tkoprix:
|
(a) |
Iż-żejt tal-isfar tal-bajd (tal-intestatura 1506). |
|
(b) |
Il-preparazzjonijiet tal-bajd li fihom taħwir, ħwawar jew addittivi oħra (tal-intestatura 2106). |
|
(c) |
Il-leċitina (intestatura 2923). |
|
(d) |
L-abjad tal-bajd separat (albumina tal-bajd) (l-intestatura 3502). |
…
L-intestatura 0409 tkopri l-għasel prodott min-naħal (Apis mellifera) jew minn insetti oħra, iċċentrifugat jew fix-xehda jew li fih biċċiet ta’ xehda, sakemm ma jkunx ġie miżjud iz-zokkor jew sustanza oħra. Dan l-għasel jista’ jiġi kklassifikat skont is-sors, l-oriġini jew il-kulur tal-fjuri.
L-intestatura 0409 teskludi l-għasel artifiċjali u t-taħlitiet ta’ għasel naturali u artifiċjali (l-intestatura 1702).
…
L-intestatura 0410 tkopri l-prodotti ġejjin mill-annimali li huma tajbin għall-konsum uman, li mhumiex speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor fin-Nomenklatura Magħquda. Dan jinkludi:
|
(a) |
Il-bajd tal-fkieren. Dawn huma bajd tal-fkieren tax-xmajjar jew tal-baħar; jistgħu jkunu friski, imnixxfa jew ippreservati mod ieħor. |
Iż-żejt tal-fekruna huwa eskluż (l-intestatura 15.06).
|
(b) |
Il-bejtiet tas-Salanganes (“bejtiet tal-għasafar”). Dawn jikkonsistu minn sustanza li jipproduċu l-għasafar li tissolidifika malajr mal-espożizzjoni għall-arja. |
|
Il-bejtiet jistgħu jiġu ppreżentati mhux trattati, jew jistgħu jkunu ġew imnaddfa biex jitneħħewlhom ir-rix, iż-żajbar, it-trab u impuritajiet oħra sabiex isiru tajbin għall-konsum. Dawn huma ġeneralment fil-forma ta’ strixxi jew ħajtiet bajdana. |
|
Il-bejtiet tas-Salanganes għandhom kontenut għoli ta’ proteini u jintużaw kważi b’mod esklussiv fis-sopop jew fi preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn. |
L-intestatura 0410 teskludi d-demm tal-annimali, li jittiekel jew le, likwidu jew imnixxef (it-titolu 0511 jew 3002).
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
0401 |
Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr iż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu |
Kollha. Ħalib għall-għalf tal-annimali huwa kopert taħt din l-intestatura, filwaqt li l-għalf tal-annimali li fih il-ħalib huwa kopert fl-intestatura 2309. Ħalib għal użu terapewtiku/profilattiku huwa kopert fl-intestatura 3001. |
|
0402 |
Ħalib u krema, konċentrati jew biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu |
Kollha. |
|
0403 |
Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawwrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw |
Kollha, tkopri krema, ħalib imħawwar jew bi frott, iffriżat u fermentat, għall-konsum uman. Il-ġelat huwa kopert fl-intestatura 2105. Xorb li fih il-ħalib b’togħma ta’ kawkaw jew sustanzi oħra huwa kopert fl-intestatura 2202. |
|
0404 |
Xorrox, kemm jekk konċentrat kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu; prodotti magħmulin minn kostitwenti naturali tal-ħalib, kemm jekk biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew le, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra |
Kollha, tkopri prodotti tal-ħalib għat-trabi. Fil-kodiċi NM 0404 10 48 tkopri l-kolostru tal-ifrat, f’forma likwida, bix-xaħam imneħħi u dekaseinat, għall-konsum uman, u fil-kodiċi NM 0404 90 21 tkopri l-kolostru bix-xaħam imnaqqas li ma jkunx ġie dekaseinat u mnixxef bl-isprej, għall-konsum uman. |
|
0405 |
Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn magħmulin mill-ħalib; dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib |
Kollha. |
|
0406 |
Ġobon u baqta |
Kollha |
|
0407 |
Bajd tat-tjur, fil-qoxra, frisk, preservat jew imsajjar |
Kollha, tkopri bajd għat-tifqis u bajd speċifikat ħieles minn patoġeni (SPF) u bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni (0407 11 u 0407 19 ). tkopri bajd frisk (0407 21 sa 0407 29 ) u bajd ieħor (0407 90 ), kemm tajjeb kif ukoll dak mhux tajjeb għall-konsum uman. tkopri “bajd ta’ 100 sena”. Kemm albumina tal-bajd li mhijiex tajba kif ukoll dik tajba għall-konsum uman huma koperti bl-intestatura 3502. |
|
0408 |
Bajd tat-tjur, mhux fil-qoxra, u isfar tal-bajd, frisk, imnixxef, imsajjar bl-istim jew bit-togħlija, iffurmat, iffriżat jew ippreservat mod ieħor, kemm biż-żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħti ħlewwa kif ukoll jekk le |
Kollha: din l-intestatura tkopri l-prodotti tal-bajd kemm jekk ikunu ġew trattati bis-sħana u kemm jekk le u prodotti li mhumiex tajbin għall-konsum uman. |
|
0409 00 00 |
Għasel naturali |
Kollha |
|
0410 00 00 |
Prodotti tajbin għall-ikel u li joriġinaw mill-annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra |
Kollha Din l-intestatura tkopri r-“royal jelly” u l-propolis (użati fil-manifattura tal-prodotti farmaċewtiċi u supplimenti tal-ikel) u materjal ieħor ġej mill-annimali għall-konsum uman, ħlief l-għadam (li huma koperti fl-0506). Insetti jew bajd tal-insetti għall-konsum uman huma koperti f’dan il-kodiċi NM. |
KAPITOLU 5
Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra
Kummenti ġenerali
Rekwiżiti speċifiċi għal ċerti prodotti f’dan il-kapitolu huma stabbiliti fit-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011:
Ir-Ringiela 7: lanżit tal-ħnieżer
Ir-Ringiela 8: suf u xagħar mhux trattati prodotti minn annimali ħlief dawk mill-ispeċi porċini
Ir-Ringiela 9: rix ittrattat, partijiet ta’ rix u rix fin artab (down) trattati
Noti relatati mal-Kapitolu 5 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
…
|
3. |
Matul in-nomenklatura, nejbiet ta’ iljunfant, ipoppotamu, odobenu (walrus), narwal u ċingjal, qrun ta’ rinoċeront u s-snien tal-annimali kollha huma meqjusin bħala “avorju”. |
|
4. |
Matul in-Nomenklatura, l-espressjoni “krin” tfisser ix-xagħar tal-krinieri jew tad-dnub ta’ annimali ekwini jew bovini. L-intestatura 0511 tkopri, fost l-oħrajn, il-krin u l-iskart tal-krin, kemm jekk ikun użat jew le bħala saff b’materjal li jżommu jew le. |
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“L-intestatura 0505 tkopri
|
(1) |
Il-ġlud u partijiet oħra minn għasafar (eż., rjus, ġwienaħ) bir-rix jew l-ewwel rix tagħhom, u |
|
(2) |
Rix u bċejjeċ tar-rix (kemm bit-trufijiet mirqumin jew le), u żajbar |
sakemm dawn ikunu mhux maħdumin, jew ikunu sempliċiment imnaddfin, iddiżinfettati jew ittrattati għall-preservazzjoni imma ma jkunux maħdumin jew immuntati mod ieħor.
L-intestatura 0505 tkopri wkoll trab, grixa u skart mir-rix jew bċejjeċ tar-rix.”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
0502 10 00 |
Lanżit u xagħar tal-ħnieżer, majjali tas-simna (hogs) jew ċingjali u skart tagħhom |
Kollha, trattati u mhux trattati. |
|
0504 00 00 |
Imsaren, bżieżaq u stonki ta’ annimali (ħlief ħut), sħaħ jew bċejjeċ minnhom, friski, imkessħin, friżati, immellħin, fis-salmura, imqaddin jew affumikati |
Kollha: tkopri stonku, bżieżaq u intestini mnaddfin, immellħin, imnixxfin jew imsaħħnin ta’ annimali tal-ifrat, porċini, ovini, kaprini, jew ta’ oriġini tat-tjur. |
|
ex 0505 |
Ġlud u partijiet oħrajn minn għasafar, bir-rix, rix u bċejjeċ tar-rix (kemm bit-trufijiet mirqumin jew le), mhumiex maħdumin aktar minn imnaddfin, disinfettati jew trattati għall-preservazzjoni; trab u skart mir-rix jew minn bċejjeċ tar-rix |
Kollha, inklużi trofej tal-kaċċa tal-għasafar, iżda eskluż ir-rix dekorattiv ittrattat, rix ittrattat li jinġarr minn passiġġieri għall-użu privat tagħhom jew kunsinni ta’ rix ittrattat mibgħuta lil individwi privati għal finijiet mhux industrijali. L-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprojbixxi l-importazzjoni u t-tranżitu mill-Unjoni ta’ rix u partijiet ta’ rix u rix fin artab (down) mhux ittrattati. Il-kontrolli uffiċjali japplikaw għar-rix indipendentement mit-trattament tagħhom kif imsemmi fil-punt C tal-Kapitolu VII tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Hemm aktar rekwiżiti speċifiċi għat-trofej tal-kaċċa stabbiliti fit-Taqsima 5 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. It-Taqsima 6 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 tkopri r-rix li jintuża għall-mili; l-ewwel rix, rix mhux ipproċessat jew rix ieħor. |
|
0506 |
Għadam u ċ-ċentri tal-qrun, mhux maħduma, bix-xaħam imneħħi, sempliċement ippreparati (iżda mhux maqtugħin għall-forma), ittrattati bl-aċidu jew deġelatinizzati; trab u skart minn dawn il-prodotti |
tkopri l-għadam użat bħala magħda tal-klieb u l-għadam għall-produzzjoni tal-ġelatina, jew tal-kollaġen jekk ikunu derivati minn karkassi li jkunu nqatlu għall-konsum uman. Id-dqiq tal-għadam għall-konsum uman huwa kopert taħt l-intestatura 0410. Ir-rekwiżiti speċifiċi għal prodotti bħal dawn mhux intiżi għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 6 (trofej tal-kaċċa), fir-Ringiela 11 (għadam u prodotti tal-għadam (ħlief l-għadam mitħun), qrun u prodotti tal-qrun (ħlief il-qrun mitħun) u qwieqeb u prodotti tal-qwieqeb (ħlief qwieqeb mitħuna) għal użi ħlief bħala materjal ta’ għalf, fertilizzant organiku jew materjal li jtejjeb il-ħamrija), u r-Ringiela 12 (magħda tal-klieb) tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
0507 |
Avorju, il-qoxra tal-fekruna, l-għadma tal-balieni u x-xagħar tal-għadam tal-balieni, qrejjen, qrejjen imsaġġra, qwieqeb, dwiefer, dwiefer ippuntati u mnaqar, li mhumiex maħduma jew sempliċement ippreparati iżda mhumiex maqtugħin għall-forma; trab u skart minn dawn il-prodotti |
Tkopri t-trofej tal-kaċċa ttrattati minn għasafar u minn annimali bid-dwiefer li jkun biss għadam, qrejjen, qwieqeb, dwiefer ippuntati, qrejjen imsaġġra, snien jew ġlud minn pajjiżi terzi. Ir-rekwiżiti speċifiċi għat-trofej tal-kaċċa huma stabbiliti fir-Ringiela 6 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 0508 00 00 |
Qroll u materjali simili, mhux maħdumin jew sempliċiment preparati iżda mhux maħdumin mod ieħor; qxur ta’ molluski, krustaċej jew ekinodermi u għadam tas-siċċ, mhux maħdumin jew sempliċiment preparati iżda mhux maqtugħin għall-forma, trab u skart tagħhom |
Qxur vojta għall-użu fl-ikel u għall-użu bħala materja prima għall-glukożammina. Barra minn hekk, il-qxur, inkluż l-għadam tas-siċċ, b’laħam jew tessut artab, kif imsemmi fil-punt (k)(i) tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 huma koperti. |
|
ex 0510 00 00 |
Ambra griża, kastorju, żibett u misk, kantaridi, bila, imnixxfa jew le; glandoli u prodotti oħrajn ta’ annimali użati fil-preparazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi, friski, imkessħin, friżati jew preservati mod ieħor provviżorjament |
L-ambra griża u l-kantaridi huma esklużi. Il-glandoli, prodotti oħra tal-annimali u l-bila huma koperti minn dan il-kodiċi. Il-glandoli mnixxfa u l-prodotti tagħhom huma koperti mill-intestatura 3001. Jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għal prodotti sekondarji mill-annimali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi ħlief l-ikel mhux ipproċessat għall-annimali domestiċi u prodotti dderivati minnu għal użi barra mill-katina tal-għalf (għall-farmaċewtiċi u prodotti tekniċi oħra). |
|
ex 0511 |
Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, li mhumiex tajbin għall-konsum uman |
Kollha. Tkopri materjal ġenetiku (semen u embrijuni li ġejjin mill-annimali bħall-ispeċi bovina, ovina, kaprina, ekwina u porċina) u prodotti sekondarji tal-annimali ta’ materjali tal-Kategoriji 1 u 2, kif imsemmi fl-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ prodotti mill-annimali li jidħlu taħt is-subintestaturi 0511 10 sa 0511 99 : 0511 10 00 (semen minn annimali tal-ifrat). 0511 91 (prodotti tal-ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn): kollha, tkopri l-bajd tal-ħut għat-tifqis, l-annimali mejtin, il-prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi u għall-farmaċewtiċi u prodotti tekniċi oħra. Tkopri l-annimali mejtin kif imsemmi fil-Kapitolu 3, mhux tajbin biex jittieklu jew ikklassifikati li mhumiex tajbin għall-konsum uman, pereżempju, id-daphnids, magħrufin bħala briegħed tal-ilma, u ostrakoda jew fillopodi oħrajn, imnixxfa, biex jitimgħu lill-ħut tal-akkwarji; tkopri l-lixka tal-ħut. ex 0511 99 10 (muskoli jew għeruq; bċejjeċ u skart simili ta’ ġlud mhux proċessati. Huma meħtieġa kontrolli uffiċjali għall-ġlud mhux ittrattati kif imsemmi fil-punt C 2 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk ikunu konformi mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. ex 0511 99 31 (sponoż naturali mhux ipproċessati ġejjin mill-annimali): kollha, jekk għall-konsum uman; jekk mhux għall-konsum uman, dawk intiżi għall-annimali domestiċi biss. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-konsum mhux mill-bniedem huma stabbiliti fir-Ringiela 12 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. ex 0511 99 39 (ħlief sponoż naturali mhux ipproċessati ġejjin mill-annimali): kollha, jekk għall-konsum uman; jekk mhux għall-konsum uman, dawk intiżi għall-annimali domestiċi biss. Ir-rekwiżiti speċifiċi mhux għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 12 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. ex 0511 99 85 (prodotti oħra tal-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’ oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1, mhux tajbin għall-konsum uman): Tkopri l-embrijuni, l-ova, is-semen u l-materjal ġenetiku mhux koperti mill-kodiċi 0511 10 u ta’ speċijiet għajr l-annimali tal-ifrat li jidħlu taħt din l-intestatura. Tkopri l-prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi jew prodotti tekniċi oħrajn. Tkopri x-xagħar taż-żiemel mhux ittrattat, prodotti tal-apikultura ħlief xama’ għall-apikultura jew użu tekniku, spermaċeti għal użu tekniku, annimali mejta msemmija fil-Kapitolu 1 li ma jittiklux jew li mhumiex għall-konsum uman (pereżempju: klieb, qtates, insetti) materjal mill-annimali li l-karatteristiċi essenzjali tiegħu ma jkunux inbidlu, u d-demm tal-annimali li jittiekel li mhux derivat mill-ħut, għall-konsum uman. |
KAPITOLU 6
Siġar ħajjin u pjanti oħrajn; basal, għeruq u bħalhom; fjuri maqtugħin u weraq ornamentali
Kummenti ġenerali
Dan il-kapitolu jkopri spawn għall-faqqiegħ f’kompost ta’ demel sterilizzat li ġej mill-annimali.
Estratt min-Noti ta’ Spjega għan-NM
“ 0602 90 10 Spawn għall-faqqiegħ:
It-terminu żergħa bajda tal-fungi huwa referenza għal xibka ta’ ħjut fraġli (Thallus jew Mycelium) li spiss tinsab taħt l-art, li tgħix u tikber fuq is-superfiċi ta’ annimali jew materjal veġetali li jkun qed jiddekomponi u li tiżviluppa fit-tessuti stess u tipproduċi l-faqqiegħ.
Din is-subintestatura tinkludi wkoll prodott magħmul miż-żergħa bajda tal-fungi, mhux kompletament żviluppat, imqiegħed f’ammonti mikroskopiċi fuq saff tal-ħabb taċ-ċereali u mgeżwer f’kompost tad-demel taż-żwiemel sterilizzat (taħlita ta’ tiben u demel taż-żwiemel).”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 0602 90 10 |
Spawn għall-faqqiegħ |
Biss, jekk ikun fih demel ipproċessat li joriġina mill-annimali u r-regoli speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 1 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 12
Żrieragħ u frott żejtnin; diversi qmuħ, żrieragħ u frott; pjanti industrijali jew mediċinali; tiben u magħlef
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 1212 99 95 |
Prodotti veġetali tat-tip li jintuża primarjament għall-konsum uman, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra |
Polline tan-naħal |
|
ex 1213 00 00 |
Tiben u ħliefa taċ-ċereali, mhux preparati, kemm jekk imqattgħin bċejjeċ, mitħunin, magħsurin jew forma ta’ gerbub jew le |
Tiben biss |
|
ex 1214 90 |
Swedes, mangoldi, għeruq għall-għalf, ħuxlief, xnien (alfalfa), silla, sainfoin, kaboċċi għall-magħlef, lupini, ġulbiena u prodotti simili tal-għalf, kemm jekk f’forma ta’ gerbub kemm jekk le: ħlief xnien (alfalfa) mitħun oħxon u gerbub |
Ħuxlief biss |
KAPITOLU 15
Xaħmijiet u żjut ta’ annimali jew ħxejjex u prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet ippreparati tajbin għall-ikel; xamgħat ta’ annimali jew ħxejjex
Kummenti ġenerali
Xaħmijiet u żjut kollha dderivati mill-annimali. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti li ġejjin huma stabbiliti fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011:
|
1. |
xaħmijiet imdewba u żjut tal-ħut fir-Ringiela 3 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I; |
|
2. |
xaħmijiet imdewba mill-materjali tal-Kategorija 2 għal ċerti finijiet barra l-katina tal-għalf għal annimali mrobbija fl-irziezet (pereżempju finijiet oleokimiċi) fir-Ringiela 17 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II; |
|
3. |
id-derivattivi tax-xaħam fir-Ringiela 18 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II. |
Id-derivattivi tax-xaħam jinkludu l-prodotti tal-ewwel stadju dderivati minn xaħmijiet u żjut meta jkunu fl-istat pur tagħhom li jiġu prodotti b’metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.
Id-derivattivi mħallta ma’ materjali oħra huma suġġetti għall-kontrolli uffiċjali.
Noti relatati mal-Kapitolu 15 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
…
|
3. |
L-intestatura 1518 ma jkoprix xaħmijiet jew żjut jew il-frazzjonijiet tagħhom, żnaturati biss, li jiġu kklassifikati taħt l-intestatura xierqa għax-xaħmijiet u għaż-żjut u għall-frazzjonijiet korrispondenti tagħhom mhux żnaturati. |
|
4. |
Sapun sempliċi, tartru u residwi taż-żejt, żift tal-istearina, żift tal-gliċerol u residwi tax-xaħam tas-suf jidħlu fl-intestatura 1522.” |
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“L-intestatura 1516 tkopri x-xaħmijiet u ż-żjut tal-annimali u veġetali, li jkunu għaddew minn trasformazzjoni kimika speċifika ta’ tip imsemmi hawn taħt, iżda li ma jkunux ġew ippreparati aktar.
L-intestatura tkopri wkoll frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut tal-annimali jew veġetali li ġew ittrattati b’mod simili.
L-idroġenizzazzjoni, li tiġi affettwata billi l-prodotti jiġu f’kuntatt mal-idroġenu pur f’temperatura u taħt pressjoni adattati fil-preżenza ta’ katalista (ġeneralment nikil imfarrak b’mod fin), tgħolli l-punti tat-tidwib tax-xaħmijiet u żżid il-konsistenza taż-żjut billi tittrasforma l-gliċeridi mhux saturati (eż. ta’ aċidi olejki jew linolejki) fi gliċeridi saturati b’punti ta’ tidwib ogħla (eż. ta’ aċidi palmitiċi u steariċi).
“L-intestatura 1518 tkopri taħlitiet jew preparazzjonijiet li ma jittiklux ta’ xaħmijiet jew żjut tal-annimali jew veġetali jew ta’ frazzjonijiet ta’ xaħmijiet jew żjut differenti tal-Kapitolu, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra.”
Din il-parti tkopri, inter alia, iż-żejt tal-qali użat li fih, pereżempju, żejt tal-kolza, żejt tas-sojja u kwantità żgħira ta’ xaħam tal-annimali, għall-użu fil-preparazzjoni tal-għalf tal-annimali.
L-intestatura tinkludi wkoll xaħmijiet u żjut idroġenati, interesterifikati, riesterifikati jew elajdinizzati jew il-frazzjonijiet tagħhom, meta l-modifika tkun tinvolvi aktar minn xaħam jew żejt wieħed.”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
1501 |
Grass tal-majjal (inkluż ix-xaħam) u grass tat-tjur, ħlief dak tal-intestatura 0209 jew 1503 |
Kollha |
|
1502 |
Grass ta’ annimali tal-ifrat, nagħaġ u mogħoż, ħlief dawk tal-intestatura 1503 |
Kollha |
|
1503 00 |
Stearina tax-xaħam, żejt tax-xaħam, oleostearina u żejt tax-xaħam tad-dam, mhux emulsifikati jew imħalltin jew preparati b’xi mod ieħor |
Kollha |
|
1504 |
Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ ħut jew mammiferi tal-baħar, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament |
Kollha, iż-żjut tal-ħut u ż-żjut minn prodotti tas-sajd u minn mammiferi tal-baħar. Preparazzjonijiet diversi tajbin għall-ikel huma koperti b’mod ġenerali taħt l-intestatura 1517 jew il-Kapitolu 21. |
|
1505 00 |
Xaħam tas-suf u sustanzi xaħmin idderivati minnu (inkluża l-lanolina) |
Kollha, xaħam tas-suf importat bħala xaħam imdewweb kif stipulat fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jew il-lanolina importata bħala prodott intermedju. |
|
1506 00 00 |
Xaħam u żjut oħrajn ta’ annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament |
Kollha Xaħmijiet jew żjut mhux maqsumin, u wkoll il-frazzjonijiet inizjali tagħhom prodotti b’metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
1516 10 |
Xaħmijiet u żjut ta’ annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, parzjalment jew kompletament idroġenati, inter-esterifikati, ri-esterifikati jew elajdinizzati, raffinati jew le, iżda mhux ippreparati aktar |
Kollha: xaħmijiet u żjut mill-annimali. Għall-kontrolli uffiċjali d-derivattivi tax-xaħam jinkludu l-prodotti fl-ewwel stadju dderivati minn xaħmijiet u żjut tal-annimali meta fl-istat pur tagħhom prodotti b’metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 1517 |
Marġerina, taħlitiet li jittieklu jew preparazzjonijiet ta’ xaħmijiet jew żjut tal-annimali jew tal-ħxejjex jew frazzjonijiet ta’ xaħmijiet jew żjut differenti ta’ dan il-kapitolu, minbarra xaħmijiet jew żjut jew frazzjonijiet tagħhom tal-intestatura 1516 |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. |
|
ex 1518 00 91 |
Xaħmijiet u żjut ta’ annimali u veġetali u l-frazzjonijiet tagħhom, mgħollijin, ossidizzati, deidroġenizzati, ittrattati bil-kubrit, minfuħin, ippolimerizzati bis-sħana f’vakum jew f’gass inert jew mod ieħor modifikati kimikament, esklużi dawk tal-intestatura 1516 |
Oriġini ta’ annimali biss. Id-derivattivi tax-xaħam prodotti b’metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 17 (xaħmijiet imdewba) u r-Ringiela 18 (derivattivi tax-xaħam) tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 1518 00 95 |
Taħlitiet jew preparazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut ta’ annimali jew ta’ annimali u veġetali mhumiex tajbin għall-ikel jew l-frazzjonijiet tagħhom |
Xaħmijiet u preparazzjonijiet ta’ żjut, xaħam imdewweb u d-derivattivi dderivati mill-annimali biss; inkluż iż-żejt tat-tisjir użat, maħsub biex jintuża skont il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Id-derivattivi tax-xaħam prodotti b’metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 1518 00 99 |
Oħrajn |
Jekk ikun fihom xaħam li ġej mill-annimali biss. |
|
ex 1520 00 00 |
Gliċerol, mhux raffinat; ilmijiet u soluzzjonijiet tal-gliċerol |
Oriġini ta’ annimali biss. |
|
1521 90 91 |
Xema’ tan-naħal u xemgħat ta’ insetti oħrajn mhux ipproċessati |
Kollha, tkopri xemgħat naturali f’xehdiet naturali, xema’ tan-naħal mhux ipproċessat għall-apikultura jew għal finijiet tekniċi. L-Artikolu 25(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprojbixxi l-importazzjoni u t-tranżitu mill-Unjoni ta’ xema’ tan-naħal fil-forma ta’ xehda. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti sekondarji tal-apikultura huma stabbiliti fir-Ringiela 10 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
1521 90 99 |
Xema’ tan-naħal u xemgħat ta’ insetti oħrajn, kemm jekk raffinati jew kuluriti jew le, ħlief dawk mhux ipproċessati |
Kollha, tkopri xema’, ipproċessata jew irfinuta, kemm jekk ibbliċjata jew ikkulurita u kemm jekk le, għall-apikultura jew għal finijiet tekniċi. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti sekondarji tal-apikultura huma stabbiliti fir-Ringiela 10 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Prodotti sekondarji tal-apikultura ħlief xema’ tan-naħal għandhom jiġu sottomessi għall-kontrolli uffiċjali taħt il-kodiċi NM 0511 99 85 ‘Oħrajn’. |
|
ex 1522 00 |
Degras; fdal li jibqa’ mit-trattament ta’ sustanzi xaħmin jew xemgħat ta’ annimali jew veġetali |
Oriġini ta’ annimali biss. Ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 18 (derivattivi tax-xaħam) tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 16
Preparazzjonijiet ta’ laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn
Noti relatati mal-Kapitolu 16 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix laħam, fdal tal-laħam, ħut, krustaċej, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, imħejjija u ppreservati bil-proċessi speċifikati fil-Kapitolu 2 jew 3 jew fl-intestatura 0504. |
|
2. |
Preparazzjonijiet tal-ikel jaqgħu f’dan il-kapitolu sakemm ikollhom aktar minn 20 % skont il-piż f’zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċej, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, jew kull taħlita tagħhom. Meta l-preparazzjoni jkun fiha tnejn jew aktar mill-prodotti msemmijin fuq, hija tkun klassifikata fl-intestatura tal-Kapitolu 16 li jikkorrispondi għall-komponent jew komponenti li jippredominaw skont il-piż. Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għall-prodotti mimlijin tal-intestatura 1902 jew għall-preparazzjonijiet tal-intestatura 2103 jew 2104. |
Għal preparazzjonijiet li fihom il-fwied, id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza ma japplikawx biex ikunu determinati s-subintestaturi fl-intestatura 1601 jew 1602.
…”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
1601 00 |
Zalzett u prodotti simili, ta’ laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti |
Kollha, tkopri laħam ippreservat f’forom differenti. |
|
ex 1602 |
Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn preparati jew preservati |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. |
|
ex 1603 00 |
Estratti u sugu ta’ laħam, ħut jew krustaċej, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. Kollha, tkopri l-estratti tal-laħam u konċentrati tal-laħam, il-proteini tal-ħut f’forma ta’ ġel sew jekk imkessħin sew jekk iffriżati, kif ukoll il-qarquċa tal-klieb il-baħar. |
|
ex 1604 |
Ħut preparat jew preservat; kavjar u sostituti tal-kavjar imħejjija minn bajd tal-ħut |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss, preparazzjonijiet kulinari msajra jew imsajra minn qabel li jkun fihom il-ħut jew jitħalltu ma’ ħut jew prodotti tas-sajd. Tkopri preparazzjonijiet tas-surimi taħt il-kodiċi NM 1604 20 05 . Tkopri ħut fil-laned u kavjar fil-laned f’kontenituri bla arja, kif ukoll sushi (sakemm dawn ma jridux jiġu kklassifikati taħt kodiċi NM imsemmi fil-Kapitolu 19). L-hekk imsejħa skewers tal-ħut (laħam tal-ħut/gambli mhux ipproċessat bil-ħaxix ippreżentati fuq stikka tal-injam) huma kklassifikati bil-kodiċi NM 1604 19 97 . |
|
ex 1605 |
Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra, ippreparati jew ippreservati |
Il-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss. Tkopri bebbux ippreparat b’mod sħiħ jew ippreparat minn qabel, krustaċji fil-laned, jew invertebrati akkwatiċi oħrajn kif ukoll trab tal-maskli. |
KAPITOLU 17
Zokkor u ħelu taz-zokkor
Noti relatati mal-Kapitolu 17 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
…
…” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 1702 |
Zokkrijiet oħrajn, inklużi laktows kimikament pur, maltosju, glukows u fruktows, f’forma solida; ġuleppijiet taz-zokkor li ma fihomx ħwawar u materjal li jagħti l-kulur miżjudin; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma’ għasel naturali kif ukoll jekk le |
Laktows. Zokkor u għasel artifiċjali, jekk imħallat ma’ għasel naturali. |
KAPITOLU 18
Kawkaw u preparazzjonijiet tal-kawkaw
Noti relatati mal-Kapitolu 18 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix il-preparazzjonijiet tal-intestatura 0403, 1901, 1904, 1905, 2105, 2202, 2208, 3003 jew 3004. |
|
2. |
L-intestatura 1806 tinkludi ħelu taz-zokkor li fih il-kawkaw u, suġġett għan-nota 1 ta’ dan il-kapitolu, preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw. |
…”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 1806 |
Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw |
Prodotti li joriġinaw mill-annimali biss, pereżempju, prodotti tal-ħalib. |
KAPITOLU 19
Preparazzjonijiet ta’ ċereali, dqiq, lamtu jew ħalib; prodotti ta’ koki tal-għaġina
Noti relatati mal-Kapitolu 19 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
…”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 1901 |
Preparazzjonijiet tal-ikel tad-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 40 % skont il-piż kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; preparazzjonijiet tal-ikel ta’ oġġetti tal-intestaturi 0401 sa 0404, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 5 % kawkaw skont il-piż ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. Tkopri oġġetti tal-ikel mhux imsajrin (eż. pizez) li jkun fihom prodotti li joriġinaw mill-annimali. Il-preparazzjonijiet kulinari huma koperti mill-Kapitoli 16 u 21. |
|
1902 11 00 |
Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew ippreparat mod ieħor, li fih il-bajd |
Kollha |
|
ex 1902 20 10 |
Għaġin mimli, imsajjar jew ippreparat mod ieħor jew le li fih iktar minn 20 % skont il-piż ħut, krustaċej, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. |
|
ex 1902 20 30 |
Għaġin mimli, imsajjar jew ippreparat mod ieħor jew le li fih iktar minn 20 % skont il-piż zalzett u bħalu, tal-laħam u fdal tal-laħam ta’ kull tip, inklużi xaħam ta’ kull tip u oriġini |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. |
|
ex 1902 20 91 |
Għaġin mimli msajjar. |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. |
|
ex 1902 20 99 |
Oħrajn [għaġin mimli ieħor, mhux imsajjar]. |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. |
|
ex 1902 30 |
Għaġin ieħor ħlief l-għaġin tas-subintestaturi 1902 11 , 1902 19 u 1902 20 . |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. |
|
ex 1902 40 |
Kuskus |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. |
|
ex 1904 10 10 |
Ikel ippreparat permezz tan-nefħa jew ix-xiwi ta’ qamħirrun |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. |
|
ex 1904 90 10 |
Ikel ippreparat miksub mir-ross. |
Prodotti ġejjin mill-annimali, pereżempju, sushi (sakemm dawn mhux se jiġu kklassifikati fil-Kapitolu 16). |
|
ex 1905 |
Prodotti tal-għaġina |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. |
KAPITOLU 20
Preparazzjonijiet ta’ ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn tal-pjanti
Noti relatati mal-Kapitolu 20 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
…
…” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 2001 |
Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati u ppreservati bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. |
|
ex 2004 |
Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżati, ħlief prodotti tal-intestatura 2006 |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. |
|
ex 2005 |
Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżati, ħlief prodotti tal-intestatura 2006 |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. |
KAPITOLU 21
Preparazzjonijiet diversi tajbin għall-ikel
Noti relatati mal-Kapitolu 21 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix: |
…
|
(e) |
preparazzjonijiet tal-ikel għajr il-prodotti deskritti f’2103 jew f’2104 li fihom aktar minn 20 % skont il-piż f’zalzett, laħam, ġewwieni li jittiekel, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, jew kull taħlita tagħhom (Kapitolu 16). |
…
|
3. |
Għall-għanijiet tal-intestatura 2104, l-espressjoni “preparazzjonijiet komposti ta-ikel omoġenizzati” tfisser preparazzjonijiet magħmulin minn taħlita omoġenizzata fina ta’ żewġ ingredjenti bażiċi jew aktar bħal laħam, ħut, ħxejjex frott jew ġewż, ippreżentati għall-bejgħ bl-imnut bħala ikel għat-trabi jew għal għanijiet dietetiċi, f’kontenituri b’kontenut ta’ piż nett li ma jaqbiżx il-250 g. Għall-applikazzjoni ta’ din it-tifsira, ma għandhomx jitqiesu kwantitajiet żgħar ta’ xi ingredjenti li jistgħu jiżdiedu mat-taħlita għat-taħwir, preservazzjoni jew għanijiet oħrajn. Dawn il-preparazzjonijiet jistgħu jkun fihom kwantità żgħira ta’ bċejjeċ viżibbli ta’ ingredjenti. |
Noti addizzjonali
…
|
5. |
Preparazzjonijiet oħra tal-ikel ippreżentati f’dożi mkejlin, bħalma huma l-kapsuli, il-pastilji u l-pilloli, u li huma intiżi biex jintużaw bħala supplimenti tal-ikel, għandhom ikunu kklassifikati fl-intestatura 2106, sakemm ma humiex speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor. |
…”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 2103 90 90 |
Zlazi u preparazzjonijiet tagħhom; kondimenti mħalltin u ħwawar imħalltin; dqiq u pasta tal-mustarda u mustarda ppreparata — Oħrajn |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. |
|
ex 2104 |
Sopop u brodi u preparazzjonijiet tagħhom; preparazzjonijiet tal-ikel komposti omoġenizzati |
Prodotti ġejjin mill-annimali biss. Inkluż ikel tat-trabi f’kontenituri b’kontenut ta’ piż nett li ma jaqbiżx il-250 g. |
|
ex 2105 00 |
Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. |
|
ex 2106 10 |
Konċentrati ta’ proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġin |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. ħlief supplimenti tal-ikel ippakkjati għall-konsumatur finali, li fihom ammonti żgħar (inqas minn 20 % b’kollox) ta’ prodotti pproċessati mill-annimali (inkluż il-glukożammina, il-kondrojtin u/jew il-kitosan) ħlief il-prodotti tal-laħam.” |
|
ex 2106 90 51 |
Ġulepp tal-laktows |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. ħlief supplimenti tal-ikel ippakkjati għall-konsumatur finali, li fihom ammonti żgħar (inqas minn 20 % b’kollox) ta’ prodotti pproċessati mill-annimali (inkluż il-glukożammina, il-kondrojtin u/jew il-kitosan) ħlief il-prodotti tal-laħam.” |
|
ex 2106 90 92 |
Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn mhux speċifikati jew inklużi band’oħra, li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib, sukrows, isoglukows, glukows jew lamtu jew fihom, bil-piż, inqas minn 1,5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrows jew isoglukows, 5 % glukows jew lamtu. |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. ħlief supplimenti tal-ikel ippakkjati għall-konsumatur finali, li fihom ammonti żgħar (inqas minn 20 % b’kollox) ta’ prodotti pproċessati mill-annimali (inkluż il-glukożammina, il-kondrojtin u/jew il-kitosan) ħlief il-prodotti tal-laħam.” |
|
ex 2106 90 98 |
Preparazzjonijiet oħra tal-ikel mhux speċifikati jew inklużi band’oħra |
Il-prodotti ġejjin mill-annimali biss. ħlief supplimenti tal-ikel ippakkjati għall-konsumatur finali, li fihom ammonti żgħar (inqas minn 20 % b’kollox) ta’ prodotti pproċessati mill-annimali (inkluż il-glukożammina, il-kondrojtin u/jew il-kitosan) ħlief il-prodotti tal-laħam.” |
KAPITOLU 22
Xorb, Spirti u Ħall
Noti relatati mal-Kapitolu 22 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
“…
|
3. |
Għall-għanijiet tal-intestatura 2202, it-terminu “xorb mhux alkoħoliku” ifisser xorb ta’ qawwa alkoħolika skont il-volum li ma tkunx iktar minn 0,5 % vol. Ix-xorb alkoħoliku huwa kklassifikat fl-intestaturi 2203 sa 2206 jew fl-intestatura 2208 skont ir-rilevanza. |
...”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 2202 99 99 |
Xorb ieħor mhux alkoħoliku, mhux meraq tal-frott jew tal-ħxejjex tal-intestatura 2009 u li fih 2 % jtal-piż tagħhom magħmul minn xaħam miksub mill-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404. |
Ħalib u prodotti tal-ħalib biss. |
KAPITOLU 23
Fdal u skart mill-industrija tal-ikel; għalf tal-annimali ppreparat
Nota dwar il-Kapitolu 23 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
L-intestatura 2309 tinkludi prodotti ta’ kwalità użata għall-għalf tal-annimali, mhux speċifikati jew imsemmijin band’oħra, magħmulin bl-ipproċessar ta’ materjali veġetali jew annimali f’tali stat li jkunu tilfu l-karatteristiċi essenzjali tal-materjal oriġinali, ħlief skart veġetali, fdal veġetali u riżultati ta’ dan l-ipproċessar. |
…”
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“Qrieqeċ, it-tessuti tal-membrana li jifdal wara li jkunu ddewbu ix-xaħmijiet tal-ħnieżer jew ta’ annimali oħra. Dawn jintużaw prinċipalment fil-preparazzjoni tal-ikel tal-annimali (eż., gallettini tal-klieb), iżda dawn jibqgħu taħt l-intestatura 2301, anki jekk ikunu tajbin għall-konsum uman.”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
2301 |
Dqiq, pasta u gerbub, ta’ laħam jew fdal ta’ laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, mhumiex tajbin għal konsum uman; skart tax-xaħam ta’ dam (greaves) |
Kollha, tkopri l-proteini pproċessati mill-annimali mhux għall-konsum uman, pasta tal-laħam mhux għall-konsum uman, u skart tax-xaħam ta’ dam (greaves), għall-konsum uman jew le. Il-pasta tar-rix huwa kopert fl-intestatura 0505. Ir-rekwiżiti speċifiċi għal proteina pproċessata mill-annimali huma mniżżla fir-Ringiela 1 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 2309 |
Preparazzjonijiet ta’ tip użati għall-għalf tal-annimali |
Kollha, jekk ikun fihom prodotti li joriġinaw mill-annimali, ħlief is-subintestaturi 2309 90 20 u 2309 90 91 . Tkopri, fost affarijiet oħra, ikel tal-klieb jew tal-qtates, ippreżentat għal bejgħ bl-imnut (subintestatura 2309 10 ), li jkun fih prodotti ġejjin mill-annimali u sustanzi li jinħallu tal-ħut jew tal-mammiferi tal-baħar (kodiċi NM 2309 90 10 ). Prodotti għal finijiet ta’ għalf tal-annimali, inklużi taħlitiet ta’ pasti (bħal qawqab u qrun). Din is-subintestatura tkopri l-ħalib likwidu, kolostru u prodotti li fihom prodotti tal-ħalib, kolostru jew karboidrati, ilkoll mhumiex tajbin għall-konsum uman iżda tajbin għall-għalf tal-annimali. tkopri l-ikel tal-annimali domestiċi, il-magħda tal-klieb u t-taħlitiet ta’ pasti; it-taħlitiet jistgħu jinkludu insetti mejta. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ikel tal-annimali domestiċi inkluż il-magħda tal-klieb huma stabbiliti fir-Ringiela 12 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. Tkopri l-prodotti tal-bajd mhux għall-konsum uman u prodotti pproċessati oħra li joriġinaw mill-annimali li mhumiex għall-konsum uman. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti tal-bajd huma stabbiliti fir-Ringiela 9 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 28
Kimiċi inorganiċi; komposti organiċi jew inorganiċi ta’ metalli prezzjużi, ta’ elementi kimiċi metalliċi rari (rare-earth metals), ta’ elementi radjuattivi jew ta’ isotopi
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 2835 25 00 |
Idroġenuortofosfat tal-kalċju (“fosfat tad-dikalċju”) |
Oriġini mill-annimali biss. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-fosfat tad-dikalċju huma stabbiliti fir-Ringiela 6 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 2835 26 00 |
Fosfati oħrajn tal-kalċju |
Il-fosfat trikalċiku ġej mill-annimali biss. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-fosfat trikalċiku huma stabbiliti fir-Ringiela 7 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 29
Kimiċi organiċi
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||
|
ex 2922 49 |
Amino-aċti, ħlief dawk li fihom iktar minn tip wieħed ta’ funzjoni-ossiġnu, u l-esteri tagħhom; melħ tagħhom |
Oriġini ta’ annimali biss. |
||||
|
ex 2925 29 00 |
Imini oħra u d-derivattivi tagħhom ħlief il-Klordimeformi (ISO); melħ tagħhom |
Kreatina li toriġina mill-annimali. |
||||
|
ex 2930 |
Komposti organo-sulfuriċi |
Amino-aċti ġejjin mill-annimali bħal:
|
||||
|
ex 2932 99 00 |
Komposti eteroċikliċi b’etero-atomu(i) ta’ ossiġnu biss. |
Oriġini mill-annimali biss, pereżempju, il-glukożammina, il-glukożammina-6-fosfat u s-sulfati tagħhom. |
||||
|
ex 2942 00 00 |
Komposti organiċi oħrajn |
Oriġini mill-annimali biss. |
KAPITOLU 30
Prodotti farmaċewtiċi
Kummenti ġenerali
Il-prodotti mediċinali lesti, li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u mir-Regolament (UE) Nru 142/2011, huma esklużi mil-lista. Il-prodotti intermedji huma inklużi.
Fl-intestatura 3001, (Glandoli u organi oħrajn għal użi organo-terapewtiċi, imnixxfin, magħmulin trab jew le; estratti ta’ glandoli jew organi oħrajn jew tat-tnixxijiet tagħhom għal użi organo-terapewtiċi; ħeparina u l-melħ tagħha; sustanzi oħrajn umani jew annimali ppreparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra) huma biss prodotti dderivati mill-annimali tas-subintestaturi 3001 20 u 3001 90 li huma rilevanti għall-kontrolli uffiċjali. Irreferi għall-ħtiġijiet speċifiċi li ġejjin fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011:
|
1. |
Ir-Ringiela 2 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II għall-prodotti tad-demm għall-prodotti tekniċi esklużi dawk mill-ekwidi, u |
|
2. |
Ir-Ringiela 3 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II għad-demm u prodotti tad-demm mill-ekwidi, u |
|
3. |
Ir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II għall-prodotti sekondarji mill-annimali għall-fabbrikazzjoni ta’ ikel tal-annimali domestiċi ħlief ikel mhux ipproċessat tal-annimali domestiċi u ta’ prodotti derivati għal użu barra mill-katina alimentari. |
Fl-intestatura 3002 (demm uman; demm ta’ annimali ppreparat għal użi terapewtiċi, profilattiċi jew dijanjostiċi; antisera u frazzjonijiet oħrajn tad-demm u prodotti immunoloġiċi modifikati, miksubin permezz ta’ proċessi bijoteknoloġiċi jew le; vaċċini, tossini, kolturi ta’ mikro-organiżmi (ħlief ħmira) u prodotti simili) is-subintestaturi 3002 12 u 3002 90 biss huma rilevanti għall-kontrolli uffiċjali. Id-demm uman ta’ 3002 90 10 u l-vaċċini tas-subintestaturi 3002 20 u 3002 30 m’għandhomx għalfejn ikunu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali.
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
3001 20 90 |
Estratti ta’ glandoli jew ta’ organi oħrajn jew tat-tnixxijiet tagħhom, ta’ oriġini mhux mill-bniedem |
Kollha; tkopri prodott li jaġixxi bħala sostitut għall-kolostru matern u li jintuża biex jintgħallfu l-għoġġiela. |
|
ex 3001 90 91 |
Sustanzi tal-annimali ppreparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi: ħeparina u l-melħ tagħha. |
Il-prodotti kollha tal-annimali ddestinati għal aktar ipproċessar f’konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għall-manifattura tal-prodotti derivati msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 33 tal-istess Regolament. |
|
3001 90 98 |
Sustanzi oħrajn mill-annimali ħlief il-ħeparina u l-melħ tagħha ppreparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra. |
Kollha. Bħala żieda għall-glandoli u l-organi l-oħrajn imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 3001, (A), din is-subintestatura tinkludi l-ipofisi, il-kapsuli surrenali u l-glandola tat-tirojde; ħlief dawk speċifikati fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. |
|
ex 3002 12 00 |
Antiseri u frazzjonijiet tad-demm oħra |
Prodotti dderivati mill-annimali biss. Teskludi l-prodotti mediċinali lesti għall-konsumatur finali. Teskludi l-antikorpi u d-DNA. Taħt l-intestatura 3002, ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti għall-prodotti sekondarji mill-prodotti koperti bit-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u speċifikati fir-ringieli li ġejjin: Ir-Ringiela 2: prodotti tad-demm ħlief mill-ekwidi; Ir-Ringiela 3: demm u prodotti tad-demm mill-ekwidi. |
|
3002 90 30 |
Demm tal annimali ppreparat għal użi terapewtiċi, profilattiċi jew dijanjostiċi |
Kollha |
|
ex 3002 90 50 |
Kolturi ta’ mikro-organiżmi |
Patoġeni u kolturi ta’ patoġeni għall-annimali biss. |
|
ex 3002 90 90 |
Oħrajn |
Patoġeni u kolturi ta’ patoġeni għall-annimali biss. |
|
ex 3006 92 00 |
Farmaċewtiċi skart |
Prodotti derivati mill-annimali biss. Skart farmaċewtiku, prodotti farmaċewtiċi li mhumiex tajbin għall-iskop oriġinali maħsubin għalih. |
KAPITOLU 31
Fertilizzanti
Noti relatati mal-Kapitolu 31 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
…”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3101 00 00 |
Fertilizzanti ta’ annimali jew veġetali, imħalltin flimkien jew trattati kimikament jew le; fertlizzanti magħmulin bit-taħlit jew trattament kimiku ta’ prodotti ta’ annimali jew veġetali |
Prodotti dderivati mill-annimali biss f’forma mhux adulterata. Tkopri l-gwanu ħlief il-gwanu mineralizzat. Tkopri d-demel imħallat bi proteina pproċessata mill-annimali, jekk jintuża bħala fertilizzant; iżda t-taħlitiet tad-demel u tas-sustanzi kimiċi użati bħala fertilizzanti huma esklużi (ara l-intestatura 3105, li tkopri biss il-fertilizzanti minerali jew kimiċi). Ir-rekwiżiti speċifiċi għal demel, demel ipproċessat jew prodotti tad-demel ipproċessati huma stabbiliti fir-Ringiela 1 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 3105 10 00 |
Oġġetti ta’ dan il-kapitolu f’għamla ta’ bċejjeċ jew forom simili jew f’pakki ta’ piż gross mhux aktar minn 10 kg |
Fertilizzanti li jkun fihom prodotti dderivati mill-annimali biss. Ir-rekwiżiti speċifiċi għad-demel, għad-demel ipproċessat jew għall-prodotti tad-demel ipproċessat huma stabbiliti fir-Ringiela 1 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 32
Estratti għall-ikkunzar jew għaż-żbigħ; tannini u derivattivi tagħhom; żebgħa, pigmenti u materjal ieħor taż-żbigħ; żebgħa u verniċi; stokk u gomom oħrajn; linek
Noti relatati mal-Kapitolu 32 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
“...
|
3. |
L-intestaturi 3203, 3204, 3205 u 3206 japplikaw ukoll għal preparazzjonijiet ibbażati fuq materjal taż-żbigħ (inklużi, fil-każ tal-intestatura 3206, pigmenti taż-żbigħ tal-intestatura 2530 jew tal-Kapitolu 28, qxur tal-metall u trab tal-metall), ta’ tip użati għaż-żbigħ ta’ kull materjal jew użati bħala ingredjenti fil-manifattura ta’ preparazzjonijiet għaż-żbigħ. L-intestaturi ma japplikawx, iżda, għal pigmenti mferrxin f’mezzi, f’forma likwida jew ta’ pasta, ta’ tip użati fil-manifattura taż-żebgħa, inklużi enamel (intestatura 3212), jew għal preparazzjonijiet oħrajn tal-intestaturi 3207, 3208, 3209, 3210, 3212, 3213 jew 3215. |
…”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3203 |
Materjal taż-żbigħ ta’ oriġni veġetali jew ta’ annimali (inklużi estratti taż-żbigħ iżda eskluż iswed ta’ annimali), definiti kimikament jew le; preparazzjonijiet kif speċifikat fin-nota 3 ta’ dan il-kapitolu bbażati fuq materjal taż-żbigħ ta’ oriġni veġetali jew ta’ annimali |
Id-dispersjonijiet tal-kulur fil-bażi tax-xaħam fil-ħalib biss, użati għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf. |
|
ex 3204 |
Materjal taż-żbigħ organiku sintetiku, definit kimikament jew le; preparazzjonijiet kif speċifikati fin-nota 3 għal dan il-kapitolu bbażati fuq materjal taż-żbigħ organiku sintetiku; prodotti organiċi sintetiċi ta’ tip użati bħala aġenti li jdawlu fluworexxenti jew bħala luminofori, definiti kimikament jew le |
Id-dispersjonijiet tal-kulur fil-bażi tax-xaħam fil-ħalib biss, użati għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf. |
KAPITOLU 33
Żjut essenzjali u reżinojdi; preparazzjonijiet ta’ fwejjaħ, kosmetiċi jew tat-twaletta
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3302 |
Taħlit ta’ sustanzi li jfuħu u taħlit (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b’bażi ta’ waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta’ tip użati bħala materja prima fl-industrija; preparazzjonijiet oħrajn ibbażati fuq sustanzi li jfuħu, ta’ tip użati għall-manifattura tax-xorb |
It-taħwir fil-bażi tax-xaħam fil-ħalib biss, użat għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf.” |
KAPITOLU 35
Sustanzi albuminojdali; lamti modifikati; kolol; enzimi
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3501 |
Kaseina, kaseinati u derivattivi oħrajn ta’ kaseina; kolol ta’ kaseina |
Kaseina għall-konsum uman, għalf tal-annimali jew finijiet tekniċi. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ħalib, għall-prodotti bbażati fuq il-ħalib u għall-kolostru li mhumiex tajbin għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 4 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 3502 |
Albumini (inklużi konċentrati ta’ żewġ proteini jew aktar tax-xorrox, li fihom skont il-piż iktar minn 80 % ta’ proteini tax-xorrox, meqjusin fuq il-materjal xott), albuminati u derivattivi oħrajn ta’ albumina |
Tkopri prodotti derivati mill-bajd u derivati mill-ħalib kemm jekk għall-konsum uman jew mhux għall-konsum uman (inkluż għal finijiet tal-għalf tal-annimali). Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ħalib, għall-prodotti bbażati fuq il-ħalib u l-kolostru li mhumiex tajbin għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 4 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u dawk għall-prodotti tal-bajd li mhumiex tajbin għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 9 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
3503 00 |
Ġelatina (inkluża ġelatina f’folji rettangulari (inklużi kwadri), kemm jekk bil-wiċċ maħdum jew ikkulurit jew le) u derivattivi tal-ġelatina; ġeli ċar (isinglass); kolol oħrajn ta’ oriġni ta’ annimali, ħlief kolol tal-kaseina tal-intestatura 3501; |
Tkopri l-ġelatina għall-konsum uman, għall-għalf tal-annimali u għall-użu tekniku. Il-ġelatina kklassifikata taħt l-intestatura 3913 (proteini mwebbsin) u taħt l-intestatura 9602 (ġelatina maħduma, mhux imwebbsa u oġġetti tal-ġelatina mhux imwebbsa), pereżempju, kapsuli vojta jekk mhux maħsuba għall-konsum uman jew mill-annimali, huma esklużi mill-kontrolli uffiċjali. Ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għall-ġelatina u għall-proteina idrolizzata mhux għall-konsum uman u fit-Taqsima 11 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament għall-fotoġelatina.” |
|
ex 3504 00 |
Peptuni u derivattivi tagħhom; sustanzi oħrajn ta’ proteini u derivattivi tagħhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; trab għal ġilda (hide powder), kromat jew le. |
Tkopri l-kollaġen u l-proteini idrolizzati għall-konsum uman, għall-għalf tal-annimali u għall-użu tekniku. Tkopri l-prodotti tal-kollaġen ibbażati fuq il-proteini derivati mill-ġlud u mill-għeruq (tendons) tal-annimali, inkluż l-għadam fil-każ tal-ħnieżer, tat-tjur u tal-ħut. Tkopri l-proteini idrolizzati li jikkonsistu minn polipeptidi, peptidi jew amminoaċidi, u taħlitiet tagħhom, miksuba permezz tal-idroliżi tal-prodotti sekondarji tal-annimali. Dawn huma esklużi minn kontrolli uffiċjali meta jintużaw bħala addittivi fil-preparazzjonijiet tal-ikel (l-intestatura 2106). Tkopri kwalunkwe prodotti sekondarji tal-ħalib għall-konsum uman fil-każ li ma jkunux koperti fl-intestatura 0404. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-kollaġen huma stabbiliti fir-Ringiela 8 u għall-proteina idrolizzata fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 3507 10 00 |
Tames u konċentrati tiegħu |
Tames u konċentrati għall-konsum uman, li ġejjin minn prodotti tal-annimali biss. |
|
ex 3507 90 90 |
Enzimi oħra ħlief l-ilma tat-tames u l-konċentrati magħmula minnu, il-lipażi tal-lipoproteina u l-proteażi alkalina tal-Aspergillus. |
Oriġini ta’ annimali biss. |
KAPITOLU 38
Diversi prodotti kimiċi
Noti relatati mal-Kapitolu 38 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
“…
|
4. |
Fin-nomenklatura kollha, “skart muniċipali” tfisser skart ta’ tip li jinġabar mid-djar, lukandi, ristoranti, sptarijiet, ħwienet, uffiċċji, eċċ., knis tat-triq u tal-bankina, kif ukoll skart tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ. L-iskart muniċipali ġeneralment ikun fih varjetà kbira ta’ materjali bħal plastik, gomma, injam, karta, tessuti, ħġieġ, metalli, materjali tal-ikel, għamara mkissra u oġġetti oħrajn imkissrin jew mormijin. |
...”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3822 00 00 |
Reaġenti dijanjostiċi jew ta’ laboratorju fuq rinforz, reaġenti ppreparati dijanjostiċi jew ta’ laboratorju fuq rinforz jew le, ħlief dawk tal-intestatura 3002 jew 3006; materjali ta’ referenza ċertifikati |
Li ġejjin minn prodotti tal-annimali biss, ħlief apparat mediku kif iddefinit fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (9) u apparat mediku dijanjostiku in vitro kif iddefiniti fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 98/79/KE (10). |
|
ex 3825 10 00 |
Skart muniċipali |
L-iskart tal-catering li fih prodotti tal-annimali biss, jekk dan ikun jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (g) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, ħlief l-iskart tal-catering li joriġina direttament minn mezzi ta’ trasport li joperaw internazzjonalment u li jintrema skont l-Artikolu 12(d) tal-istess Regolament. Iż-żejt tal-ikel użat maħsub biex jintuża fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, pereżempju, għall-fertilizzant organiku jew għall-bijogass, jista’ jkun kopert minn dan il-kodiċi NM. |
KAPITOLU 39
Plastiks u oġġetti tagħhom
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 3913 90 00 |
Polimeri naturali oħra (ħlief l-aċtu alġiniku, il-melħ u l-esteri tiegħu) u polimeri naturali modifikati (pereżempju, proteini mwebbsin, derivattivi kimiċi ta’gomma (lastiku) naturali), li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, f’forom primarji. |
Prodotti dderivati mill-annimali biss, pereżempju, is-sulfat tal-kondrojtin, il-kitosan, il-ġelatina mwebbsa. |
|
ex 3917 10 10 |
Imsaren artifiċjali (tubi għaz-zalzett) ta’ proteina mwebbsa jew ta’ materjali ċellulożiċi |
Prodotti dderivati mill-annimali biss. |
|
ex 3926 90 92 |
Oġġetti oħrajn tal-plastiks u oġġetti ta’ materjali oħrajn tal-intestaturi 3901 sa 3914 magħmula mill-folja. |
Kapsuli vojta ta’ ġelatina mwebbsa għall-konsum mill-annimali; ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
ex 3926 90 97 |
Oġġetti oħrajn tal-plastiks u oġġetti ta’ materjali oħrajn tal-intestaturi 3901 sa 3914 li mhumiex magħmula mill-folja. |
Kapsuli vojta ta’ ġelatina mwebbsa għall-konsum mill-annimali; ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 41
Ġlud mhux maħdumin u ġlud (ħlief ferijiet) u ġilda
Kummenti ġenerali
Ġlud tal-ungulati koperti fl-intestaturi 4101, 4102, 4103 biss għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali.
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ġlud tal-annimali bid-dwiefer huma stabbiliti fir-Ringiela 4 u 5 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.
Noti relatati mal-Kapitolu 41 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
…”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 4101 |
Ġlud mhux maħdumin ta’ bhejjem tal-ifrat (inkluż buflu) jew annimali ekwini (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, imnaddfin jew ippreparati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, mħejjijin għal parċmina jew ippreparati aktar), bix-xagħar imneħħi jew maqsumin jew le |
Ġlud u qxur friski, imkessħin jew ittrattati biss, inklużi mnixxfin, immellħin fix-xott, jew ippreservati bi proċess ħlief bi proċess ta’ kkunzar jew proċess ekwivalenti. Tista’ tkun possibbli l-importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet għall-ġlud ittrattati kif imsemmi fil-punt C 2 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk ikunu konformi mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, b’mod partikolari għall-ex 4101 20 80 u l-ex 4101 50 90 . |
|
ex 4102 |
Ġlud mhux maħdumin ta’ nagħaġ jew ħrief (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, imnaddfin jew ippreparati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, imħejjijin għal parċmina jew ippreparati aktar), bis-suf imneħħi jew maqsumin jew le, ħlief dawk imħollijin barra bin-nota 1 (c) ta’ dan il-kapitolu |
Ġlud u qxur friski, imkessħin jew ittrattati biss, inklużi mnixxfin, immellħin fix-xott, jew ippreservati bi proċess ħlief bi proċess ta’ kkunzar jew proċess ekwivalenti. Tista’ tkun possibbli l-importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet għall-ġlud ittrattati kif imsemmi fil-punt C 2 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk ikunu konformi mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, b’mod partikolari għall-ex 4102 21 00 u l-ex 4102 29 00 . |
|
ex 4103 |
Ġlud mhux maħdumin oħrajn (friski, jew immellħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, imnaddfin jew ippreparati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, imħejjijin għall-parċmina jew ippreparati aktar), bix-xagħar imneħħi jew maqsumin jew le, ħlief dawk imħollijin barra bin-Nota 1 (b) jew 1 (c) ta’ dan il-Kapitolu |
Ġlud u qxur friski, imkessħin jew ittrattati biss, inklużi mnixxfin, immellħin fix-xott, jew ippreservati bi proċess ħlief bi proċess ta’ kkunzar jew proċess ekwivalenti. Tista’ tkun possibbli l-importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet għall-ġlud ittrattati kif imsemmi fil-punt C 2 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk ikunu konformi mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, b’mod partikolari għall-ex 4103 90 00 . |
KAPITOLU 42
Oġġetti tal-ġilda; oġġetti tas-sarraġ u xedd; oġġetti għas-safar, boroż tal-idejn u kontenituri simili; oġġetti tal-musrana ta’ annimali (ħlief musrana tad-dudu tal-ħarir)
Noti relatati mal-Kapitolu 42 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
“…
|
2. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix (fost prodotti oħra) dawn li ġejjin ta’ interess uffiċjali:
|
…
|
(ij) |
kordi, ġlud għat-tnabar jew bħalhom, jew oħrajn ta’ strumenti mużikali (intestatura 9209). |
…”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 4205 00 90 |
Oġġetti oħrajn tal-ġilda jew ta’ ġilda artifiċjali |
Tkopri l-magħda tal-klieb u materjal għall-manifattura tal-magħda tal-klieb. |
|
ex 4206 00 00 |
Oġġetti mill-imsaren (ħlief musrana tad-dudu tal-ħarir), goldbeater’s skin, mill-bżieżaq tal-awrina jew mill-għeruq |
Tkopri l-magħda tal-klieb u materjal għall-manifattura tal-magħda tal-klieb. |
KAPITOLU 43
Ferijiet u fer artifiċjali; manifatturi tagħhom
Noti relatati mal-Kapitolu 43 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Matul in-nomenklatura, riferenzi għal “ferijiet”, ħlief għal ferijiet mhux maħdumin tal-intestatura 4301, japplikaw għal ġlud tal-annimali kollha li kienu kkunzati jew ippreparati bix-xagħar jew suf mhux imneħħi. |
|
2. |
Dan il-kapitolu ma jkoprix:
|
...”
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“Intestatura 4301: Il-ferijiet jitqiesu bħala mhux maħdumin u jaqgħu taħt din l-intestatura mhux biss meta jkunu fl-istat naturali, iżda wkoll jekk ikunu mnaddfin u ppreservati minn deterjorazzjoni, eż., billi jiġu mnixxfin jew immellħin (fin-niedi jew fin-niexef).
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||
|
ex 4301 |
Ferijiet mhux maħdumin (bl-irjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħrajn, tajbin għal użu ta’ min jaħdem il-fer), ħlief ġlud mhux maħdumin tal-intestaturi 4101, 4102 jew 4103 |
Kollha, eskluż ferijiet ittrattati f’konformità mal-Kapitolu VIII tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk f’konformità mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Tkopri s-subintestaturi li ġejjin:
|
KAPITOLU 51
Suf, xagħar fin jew aħrax ta’ annimali; ħjut u drapp minsuġin minn krin
Kummenti ġenerali
Għall-intestaturi minn 5101 sa 5103 huma stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għal suf u xagħar mhux ittrattat fir-Ringiela 8 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.
Nota dwar il-Kapitolu 51 (estratt min-Noti relatati ma’ dan il-Kapitolu tan-NM)
|
“1. |
Matul in-nomenklatura:
|
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“Matul in-nomenklatura, it-terminu “xagħar aħrax tal-annimali” tfisser ix-xagħar kollu tal-annimali li mhux “xagħar fin tal-annimali” ħlief suf (intestatura 5101), xagħar tal-krinieri jew tad-dnub ta’ annimali ekwini jew bovini (ikklassifikati bħala ‘krin ”intestatura 0511), lanżit u xagħar tal-ħnieżer, majjali tas-simna (hogs) jew ċingjali; xagħar tal-baġer u xagħar ieħor għall-manifattura tal-ixkupilji (intestatura 0502) (ara n-Nota 1 (c)).”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 5101 |
Suf, mhux mimxut jew imqardex |
Suf mhux ittrattat. |
|
ex 5102 |
Xagħar fin jew aħrax ta’ annimali, mhux mimxut jew imqardex |
Xagħar mhux ittrattat, inkluż xagħar aħrax mit-taħrika tal-falda tal-annimali tal-ifrat (bovini) jew ekwini. |
|
ex 5103 |
Skart tas-suf jew ta’ xagħar fin jew aħrax ta’ annimali, inkluż skart tal-ħjut iżda eskluż materjal “garnetted” |
Suf jew xagħar mhux itrattat. |
KAPITOLU 67
Rix u l-ewwel rix (down) ippreparati u oġġetti magħmulin minn rix jew mill-ewwel rix; fjuri artifiċjali; oġġetti tax-xagħar uman
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“L-intestatura 6701 tkopri:
|
(A) |
Ġlud u partijiet oħrajn minn għasafar bir-rix jew l-ewwel rix tagħhom, ir-rix u l-ewwel rix, u partijiet mir-rix, li għalkemm għadhom ma jikkostitwixxux oġġetti magħmula, għaddew minn proċess ħlief trattament sempliċi ta’ tindif, diżinfettar jew preservazzjoni (ara n-Nota ta’ Spjega għall-intestatura 0505); l-oġġetti ta’ din is-subintestatura jistgħu, pereżempju, ikunu bbliċjati, miżbugħa, innukklati jew mibruma. |
|
(B) |
Oġġetti magħmula minn ġlud jew partijiet oħra ta’ għasafar bir-rix jew l-ewwel rix tagħhom, oġġetti magħmulin mir-rix jew l-ewwel rix jew partijiet mir-rix, anke jekk ir-rix jew l-ewwel rix, eċċ., mhumiex maħdumin iżda sempliċement imnaddfin, iżda dawn ma jinkludux oġġetti magħmulin minn zkuk jew rix. L-intestatura għalhekk tinkludi:
|
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 6701 00 00 |
Ġlud u partijiet oħrajn ta’ għasafar bir-rix jew bl-ewwel rix, rix, partijiet tar-rix, l-ewwel rix u partijiet tiegħu (ħlief oġġetti tal-intestatura 0505 u pinen tal-ġwienaħ u qasab tar-rix maħdumin) |
Ġlud u partijiet oħrajn ta’ għasafar bir-rix jew bl-ewwel rix tagħhom, bir-rix u bl-ewwel rix, u partijiet mir-rix. Oġġetti ta’ ġlud mhux maħdumin jew sempliċiment imnaddfa, rix jew l-ewwel rix, u partijiet mir-rix; Eskluż ir-rix dekorattiv ittrattat, ir-rix ittrattat li jinġarr minn vjaġġaturi għall-użu personali tagħhom jew kunsinni ta’ rix ittrattat mibgħuta lil individwi privati għal finijiet mhux industrijali. Ir-rekwiżiti speċifiċi għar-rix huma stabbiliti fir-Ringiela 9 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 71
Perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż, metalli prezzjużi, metalli miksijin b’metall prezzjuż, u oġġetti tagħhom; ġojjelli artifiċjali; munita
Opinjoni ta’ Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata 7101.21 /1:
“Il-gajdri li mhumiex tajbin għall-konsum uman, li fihom perla kultivata waħda jew aktar, ippreservati fis-salmura u mqiegħda f’kontenituri tal-metall mitbuqa.”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 7101 21 00 |
Perli kultivati mhux madumin. |
Jinkludu gajdri li mhumiex tajbin għall-konsum uman, li fihom perla kultivata waħda jew aktar, ippreservati fis-salmura jew b’metodi differenti, ippakkjati f’kontenituri mitbuqa. Perli kultivati mhux maħduma kif stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 sakemm ma jkunux esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 kif stipulat fil-punt (f) tal-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament. |
KAPITOLU 95
Ġugarelli, logħob u rekwiżiti tal-isports; partijiet u aċċessorji tagħhom
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“Divertiment tal-fieri, ċirkli li jivvjaġġaw, wirjiet tal-annimali li jivvjaġġaw u teatri li jivvjaġġaw jaqgħu taħt l-intestatura 9508 sakemm dawn jinkludu l-unitajiet essenzjali kollha meħtieġa għall-operazzjoni normali tagħhom. L-intestatura tinkludi wkoll oġġetti ta’ tagħmir awżiljarju sakemm dawn ikunu ppreżentati ma’ dawn id-diversi forom ta’ divertiment, u bħala komponenti tagħhom, minkejja li meta jiġu ppreżentati separatament, dawn l-oġġetti (eż. tined, annimali, strumenti mużikali, impjanti tal-enerġija, muturi, fittings tad-dawl, sits u armi u munizzjon jaqgħu taħt intestaturi oħra tan-Nomenklatura.”
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 9508 10 00 |
Ċirkli u wirjiet ta’ annimali li jivvjaġġaw minn post għal ieħor |
Annimali ħajjin biss. |
|
ex 9508 90 00 |
Oħrajn: divertiment tal-fieri, teatri li jivvjaġġaw |
Annimali ħajjin biss. |
KAPITOLU 96
Oġġetti manifatturati varji
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
Għall-għanijiet ta’ din l-intestatura, l-espressjoni “maħdum” tirreferi għall-materjali li jkunu għaddew minn proċessi li jestendu lil hinn mill-preparazzjonijiet sempliċi permessi fl-intestatura għall-materja prima in kwistjoni (ara n-Noti ta’ Spjega tal-intestaturi 05.05 sa 05.08). L-intestatura għalhekk tkopri biċċiet ta’ avorju, vireg, eċċ., maqtugħin għall-forma (inkluż kwadru jew rettangulari) jew illostrati jew maħdumin mod ieħor bi tħin, titqib, tidwir, eċċ. Madankollu, il-biċċiet li huma identifikabbli bħala partijiet ta’ oġġetti huma esklużi minn din l-intestatura jekk tali partijiet ikunu koperti minn intestatura oħra tan-Nomenklatura. Għalhekk, il-pjanċi fil-qafas tat-tasti tal-pjanu u l-pjanċi li jiddaħħlu fil-manku tal-armi tan-nar jidħlu taħt l-intestaturi 92.09 u 93.05 rispettivament. Madankollu, materjali maħduma mhux identifikabbli bħala komponenti minn oġġetti jibqgħu kklassifikati f’din l-intestatura (eż. diski sempliċi, pjanċi jew strixxi għall-intarsjar, eċċ., jew għall-użu sussegwenti fil-manifattura tat-tasti tal-pjanu).
L-intestatura 9602 tinkludi l-folji tal-ġelatina mhux imwebbsa maqtugħin għal forma mhux kwadra jew rettangolari. Folji maqtugħin f’forma rettangolari (inkluża forma kwadra), kemm jekk bil-wiċċ maħdum sew jekk le, jidħlu taħt l-intestatura 35.03 jew taħt il-Kapitolu 49 (eż. kartolini) (ara n-Noti ta’ Spjega għall-intestatura 35.03). L-oġġetti tal-ġelatina mhux imwebbsa jinkludu, pereżempju:
|
(i) |
Diski żgħar biex jitwaħħlu l-ponot tal-istikek tal-biljard. |
|
(ii) |
Kapsuli għal prodotti farmaċewtiċi u għal karburant mekkaniku iktar ħafif.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 9602 00 00 |
Ġelatina maħduma, mhux imwebbsa (ħlief il-ġelatina tal-intestatura 3503) u oġġetti tal-ġelatina mhux imwebbsa |
Kapsuli vojta tal-ġelatina mhux imwebbsa għall-ikel jew għall-konsum mill-annimali; ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għall-konsum mill-annimali. |
KAPITOLU 97
Xogħlijiet tal-arti, biċċiet tal-kollezzjoni u antikitajiet
Estratt min-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata
“(A) L-intestatura tinkludi l-kollezzjonijiet u l-biċċiet tal-kollezzjoni ta’ interess żooloġiku, botaniku, tal-mineraloġija jew anatomiku, bħal:
|
(1) |
Annimali mejtin ta’ kwalunkwe speċi, ippreservati fin-niexef jew f’likwidu; annimali bbalzmati għall-kollezzjonijiet. |
|
(2) |
Bajd żvujtat bl-infiħ jew bl-aspirazzjoni; insetti f’kaxxi, frejmijiet, eċċ. (ħlief oġġetti mmuntati li jikkostitwixxu ġojjelli artifiċjali); qxur vojta, ħlief dawk ta’ tip adattat għal użu industrijali. |
|
(3) |
Żrieragħ jew pjanti, imnixxfin jew ippreservati f’likwidu; erbarji. |
|
(4) |
Kampjuni ta’ minerali (li mhumiex ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż li jaqgħu taħt il-Kapitolu 71); kampjuni ta’ petrifikazzjoni. |
|
(5) |
Kampjuni osteoloġiċi (skanetri, irjus ta’ skanetri, għadam). |
|
(6) |
Kampjuni anatomiċi u patoloġiċi.” |
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 9705 00 00 |
Kollezzjonijiet u biċċiet tal-kollezzjoni ta’ interess żooloġiku, botaniku, tal-mineraloġija, anatomiku, storiku, arkeoloġiku, paleontoloġiku, etnografiku jew numismatiku |
Prodotti derivati mill-annimali biss. Teskludi trofej tal-kaċċa u preparazzjonijiet oħra ta’ kwalunkwe speċi ta’ annimali li jkunu għaddew minn trattament komplut ta’ bbalzmar li jiżgura l-preservazzjoni tagħhom f’temperaturi ambjentali. Teskludi trofej tal-kaċċa u preparazzjonijiet oħra ta’ speċijiet ħlief annimali ungulati u għasafar (kemm jekk ittrattati kif ukoll jekk le). Ir-rekwiżiti speċifiċi għal trofej tal-kaċċa huma stabbiliti fir-Ringiela 6 tat-Tabella 2 fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
KAPITOLU 99
Kodiċijiet speċjali tan-Nomenklatura Magħquda
Kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti movimenti speċifiċi ta’ oġġetti
Kummenti ġenerali
Dan il-kapitolu jkopri oġġetti li joriġinaw minn pajjiżi terzi u jitwasslu lil bastimenti u inġenji tal-ajru fl-Unjoni Ewropea taħt proċedura ta’ tranżitu doganali (T1).
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifika u spjega |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
ex 9930 24 00 |
L-oġġetti tal-Kapitoli 1 sa 24 tan-NM li jitwasslu lill-bastimenti u lill-inġenji tal-ajru. |
Prodotti li joriġinaw mill-annimali ddestinati għall-provvista tal-bastimenti kif previst fl-Artikolu 77(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
|
ex 9930 99 00 |
Oġġetti kklassifikati band’oħra li jitwasslu lill-bastimenti u lill-inġenji tal-ajru. |
Prodotti li joriġinaw mill-annimali ddestinati għall-provvista ta’ bastimenti kif previst fl-Artikolu 77(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta’ April 1987 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha (ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63).
(5) Noti ta’ Spjega tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1), kif ġew emendati wara.
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1125/2006 tal-21 ta’ Lulju 2006 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanzji fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 3).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).
(10) Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).
(11) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
ANNESS II
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2007/275/KE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1), kif sussegwentement emendata.”;
(*2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1).”;”