|
29.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/58 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1978
tas-26 ta’ Novembru 2019
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 fir-rigward tal-piżijiet pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/95 (2) jipprevedi li l-President tal-Komunità tal-Varjetajiet tal-Pjanti (“l-Uffiċċju”) jista jippermetti l-għamliet alternattivi ta’ ħlas tal-piżijiet u tal-imposti miżjuda u jistabbilixxi lista ta’ dawk l-għamliet alternattivi. Sabiex tiżdied il-flessibbiltà u jiġu ssimplifikati l-proċessi, huwa xieraq li tali lista ta’ għamliet alternattivi ta’ ħlas tiġi inkluża fir-regoli dwar il-metodi ta’ tħaddim stabbiliti mill-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju abbażi tal-Artikolu 36(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94. |
|
(2) |
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 jistabbilixxi d-data li trid titqies bħala d-data li fiha jiġi riċevut il-ħlas. Abbażi tal-esperjenza fl-ipproċessar tal-ħlasijiet, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-ammont sħiħ tat-trasferiment irid jiddaħħal f’kont bankarju miżmum mill-Uffiċċju biex jiġi żgurat li ma jeżistu l-ebda obbligi pendenti lejn l-Uffiċċju. |
|
(3) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 jirrikjedi li l-persuna li tagħmel ħlas lill-Uffiċċju, tindika bil-kitba isimha u l-iskop tal-ħlas. Jekk l-iskop tal-ħlas ma jistax jiġi stabbilit, l-Uffiċċju jibgħat tfakkira fi żmien xahrejn. Sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-ipproċessar tal-ħlasijiet, jenħtieġ li din l-iskadenza titnaqqas minn xahrejn għal xahar. |
|
(4) |
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 jistabbilixxi t-tariffa fuq l-applikazzjoni. Sabiex jitħeġġeġ l-użu tas-sistema elettronika ta’ applikazzjoni online tal-Uffiċċju, it-tariffa għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet b’mezzi oħra, bħal applikazzjonijiet stampati, jenħtieġ li tiżdied minn EUR 650 għal EUR 800. Barra minn hekk, l-esperjenza prattika wriet li l-użu tas-sistema elettronika ta’ applikazzjoni online jsir aktar effiċjenti jekk ikun ikkumplimentat bl-użu obbligatorju tal-pjattaforma ta’ komunikazzjoni mingħajr karti tal-Uffiċċju għal kwalunkwe skambju ulterjuri mal-Uffiċċju. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 7(7) tar-Regolament (KE) Nru 1238/95, l-Uffiċċju jrid iżomm EUR 150 mit-tariffa fuq l-applikazzjoni jekk l-applikazzjoni ma tkunx valida skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li ssir rifużjoni tat-tariffa kollha fuq l-applikazzjoni. |
|
(6) |
B’rabta mat-tariffa annwali, l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 jistabbilixxi li l-Uffiċċju ma jirrifondi l-ebda ħlas li jkun ġie effettwat sabiex jinżamm fis-seħħ id-dritt Komunitarju għall-varjeta tal-pjanti. L-esperjenza wriet li, sabiex tittejjeb it-trasparenza, tista’ tiġi pprovduta rifużjoni jekk l-Uffiċċju jkun irċieva rinunzja bejn id-data tal-ħlas u l-anniversarju tad-data tal-għotja. |
|
(7) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 jistabbilixxi l-livell tat-tariffi għall-organizzazzjoni u t-twettiq tal-eżami tekniku ta’ varjetà li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (“it-tariffa fuq l-eżami”), li jridu jitħallsu lill-Uffiċċju. |
|
(8) |
Il-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju ddeċieda li jsegwi l-prinċipju tal-irkupru ta’ 100 % tal-ispejjeż sabiex l-uffiċċji tal-eżamijiet jiġi rimborżat abbażi tal-ispejjeż reali medji tal-eżamijiet. |
|
(9) |
Barra minn hekk, l-esperjenza bl-eżamijiet tekniċi turi li t-tariffi fuq l-eżamijiet jistgħu jinbidlu maż-żmien għal ċerti gruppi ta’ spiża. Għaldaqstant, jenħtieġ li t-tariffi mitluba mill-Uffiċċju jirriflettu l-ammont totali tat-tariffi għall-gruppi ta’ spiża rispettivi li l-Uffiċċju jrid iħallas lill-Uffiċċji tal-Eżamijiet. Għaldaqstant, it-tariffi stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 jenħtieġ li jiġu modifikati għall-gruppi ta’ spiża kollha kkonċernati. |
|
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1238/95 jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ April 2020 sabiex jippermetti biżżejjed żmien għall-Uffiċċju u għall-partijiet ikkonċernati biex jadattaw għal dawk l-emendi. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar id-Drittijiet ta’ Varjetajiet ta’ Pjanti fil-Komunità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-President tal-Uffiċċju jista jippermetti għamliet alternattivi ta’ ħlas f’konformità mar-regoli dwar il-metodi ta’ tħaddim li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 36(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94.” |
|
(2) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Id-data li fiha l-ħlas ta’ tariffi u ta’ imposti miżjuda għandhom jitqiesu li ġew rċevuti mill-Uffiċċju, għandha tkun id-data li fiha l-ammont sħiħ tat-trasferiment imsemmi fl-Artikolu 3(1) jiddaħħal f’kont bankarju miżmum mill-Uffiċċju.” |
|
(3) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Jekk l-Uffiċċju ma jistax jistabilixxi l-iskop tal-ħlas, għandu jeżiġi li l-persuna li tkun għamlet il-ħlas tinformah b’dan bil-miktub fi żmien xahar. Jekk l-iskop ma jiġix indikat f’dak il-perjodu taż-żmien, il-ħlas għandu jitqies li ma jkunx sar u għandha ssir rifużjoni tiegħu lill-persuna li tkun għamlitu.” |
|
(4) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. L-Uffiċċju ma għandux jagħti rifużjoni ta’ pagamenti fir-rigward tat-tariffa annwali li jkunu ġew effettwati sabiex iżomm fis-seħħ id-dritt ta' varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, sakemm l-Uffiċċju ma jkunx irċieva rinunzja tad-dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità bejn id-data tal-ħlas u l-anniversarju tad-data mogħtija kif speċifikata taħt il-punt (b) tal-paragrafu 2. Ir-rinunzji li jaslu wara l-anniversarju tad-data mogħtija ma għandhomx jitqiesu għal dawn il-ħlasijiet.” |
|
(6) |
L-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ April 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/95 tal-31 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi r-regoli tal-implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-piżijiet pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (ĠU L 121, 1.6.1995, p. 31).
ANNESS
“ANNESS I
It-tariffi fuq l-eżami tekniku kif imsemmi fl-Artikolu 8
It-tariffa li trid titħallas fuq l-eżami tekniku ta’ varjetà skont l-Artikolu 8 għandha tiġi determinata f’konformità mat-tabella:
|
(f’EUR) |
||
|
|
Grupp ta’ spiża |
Tariffa |
|
Grupp agrikolu |
||
|
1 |
Patata |
2 050 |
|
2 |
Żrieragħ tal-kolza |
2 150 |
|
3 |
Ħaxix |
2 920 |
|
4 |
Speċijiet agrikoli oħrajn |
1 900 |
|
Grupp tal-frott |
||
|
5 |
Tuffieħ |
3 665 |
|
6 |
Frawli |
3 400 |
|
7 |
Speċijiet ta’ frott oħrajn |
3 460 |
|
Grupp ornamentali |
||
|
8 |
Pjanti ornamentali b’kollezzjoni ta’ referenza ħajja, test fis-serra |
2 425 |
|
9 |
Pjanti ornamentali b’kollezzjoni ta’ referenza ħajja, test fil-beraħ |
2 420 |
|
10 |
Pjanti ornamentali mingħajr kollezzjoni ta’ referenza ħajja, test fis-serra |
2 400 |
|
11 |
Pjanti ornamentali mingħajr kollezzjoni ta’ referenza ħajja, test fil-beraħ |
2 200 |
|
12 |
Pjanti ornamentali, kundizzjonijiet fitosanitarji speċjali |
3 900 |
|
Grupp tal-ħxejjex agrikoli |
||
|
13 |
Ħxejjex agrikoli, test fis-serra |
2 920 |
|
14 |
Ħxejjex agrikoli, test fil-beraħ |
2 660 |