25.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 303/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1943

tal-25 ta’ Novembru 2019

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2016 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686.

(2)

Fid-dawl tat-theddida kontinwa ta’ ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied persuna waħda mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.


ANNESS

L-entrata li ġejja tiżdied mal-lista stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686:

“5.

Guillaume PIROTTE; data tat-twelid: 7 ta’ Ġunju 1994; post tat-twelid: Grasse (Franza); nazzjonalità: Franċiża”.