|
25.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1939
tas-7 ta’ Novembru 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 fir-rigward tal-Istrateġiji Awżiljarji għall-Kontroll tal-Emissjonijiet (AES), l-aċċess għall-informazzjoni tal-OBD tal-vettura u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, il-kejl tal-emissjonijiet matul il-perjodi ta’ startjar b’magna kiesħa u l-użu ta’ sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) biex jitkejlu n-numri ta’ partikuli, fir-rigward ta’ vetturi heavy duty
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u ta’ magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(3), 5(4), 6(2) u 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-regoli għad-dikjarazzjoni u l-valutazzjoni tal-Istrateġiji Awżiljarji għall-Kontroll tal-Emissjonijiet (AES) inbidlu reċentement għall-vetturi ħfief tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (2). F’ġieħ il-konsistenza, id-dispożjonijiet diġà stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (3) għall-vetturi heavy duty jenħtieġ jiġu allinjati. |
|
(2) |
L-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz jirrappreżenta wieħed mill-elementi kostitwenti tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura u jippermetti li r-rendiment tas-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet jiġi vverifikat tul il-ħajja operattiva ta’ vettura. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 jirrikjedi li t-testijiet jitwettqu permezz ta’ sistema portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS), li tivvaluta l-emissjonijiet f’kundizzjonijiet normali tal-użu. L-approċċ tal-PEMS jintuża bl-istess mod biex jiġu vverifikati l-emissjonijiet off-cycle waqt l-approvazzjoni tat-tip. |
|
(3) |
Attwalment ir-rendiment tal-emissjonijiet ta’ vetturi heavy duty fil-perjodu wara l-istartjar b’magna kiesħa ma jiġix ivvalutat bħala parti mit-test ta’ dimostrazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip jew mit-test ta’ konformità waqt is-servizz. Wara eżerċizzju ta’ monitoraġġ li matulu nġabret u ġiet analizzata d-data mit-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip u tal-konformità waqt is-servizz, instab li ammonti sinifikanti tal-emissjonijiet totali ta’ NOx kienu esklużi mill-analiżi b’riżultat tan-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-perjodu tal-istartjar b’magna kiesħa. Għaldaqstant, sabiex l-emissjonijiet fid-dinja reali jiġu rrappreżentati aħjar, jenħtieġ li l-proċedura tal-kejl tiġi reveduta biex tinkludi l-kejl tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu matul il-perjodu tal-istartjar b’magna kiesħa. |
|
(4) |
Il-kejliet tan-numru ta’ partikuli bl-użu tal-PEMS ġew implimentati b’suċċess skont ir-regoli tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief għall-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali (4). Wara studju pilota miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni li fih twettqet analiżi tat-tagħmir portabbli tan-numru ta’ partikuli għall-vetturi heavy duty, jitqies li huwa xieraq li jiġi introdott rekwiżit simili fir-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet għall-vetturi heavy duty. Skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009, il-Kummissjoni se tkun obbligata żżomm taħt rieżami l-livell tal-fattur ta’ konformità finali għall-emissjonijiet tan-numru ta’ partikuli, filwaqt li tqis il-progress tekniku. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-vetturi mgħammra b’magna ta’ tqabbid bl-ispark plaggs jew b’magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwils tat-tip ta’ Gass Naturali Kkompressat (CNG), Gass Naturali Likwifkat (LNG) jew Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG) jistgħu jirrikjedu adattamenti tekniċi biex jikkonformaw mal-fattur ta’ konformità tan-numru ta’ partikuli. Sabiex jiġi żgurat li l-manifatturi ta’ magni li jaħdmu bil-gass ikollhom biżżejjed żmien biex ikunu jistgħu jimmodifikaw il-prodotti tagħhom f’konformità mar-rekwiżiti stipulati b’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitħalla perjodu tranżizzjonali biex jikkonformaw mal-fattur massimu ta’ konformità permess għall-vetturi mgħammra b’tali magni. |
|
(6) |
Jenħtieġ li r-rekwiżiti introdotti b’dan ir-Regolament għall-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz ma japplikawx b’mod retroattiv għall-magni u għall-vetturi li saritilhom approvazzjoni tat-tip qabel l-introduzzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti. Għalhekk, l-emendi stabbiliti fl-Annessi I, II u III ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw biss għall-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz ta’ tipi ġodda ta’ magni jew ta’ vetturi, fi kliem ieħor għal magni jew għal vetturi li tkun saritilhom approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-emendi introdotti b’dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Ir-regoli dwar l-aċċess għall-informazzjoni tal-OBD tal-vettura u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura ġew inkorporati fir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li japplika mill-1 ta’ Settembru 2020. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 582/2011 rigward l-aċċess għal tali informazzjoni jitħallew barra b’effett minn dik id-data. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 582/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikoli 2a, 2b, 2c, 2d, 2e, 2f, 2 g u 2h jitħassru; |
|
(3) |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
fl-Artikolu 16, il-paragrafu 3 jitħassar; |
|
(11) |
fl-Artikolu 17a, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “3. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, minħabba raġunijiet marbuta mal-emissjonijiet, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi jew ta’ magni li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1939 (*4). B’deroga mill-ewwel subparagrafu, it-tipi ġodda ta’ magni ta’ tqabbid bl-ispark plaggs, il-magni tat-tip 1 A li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils u l-magni tat-tip 1B li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils (fil-modalità ta’ żewġ tipi ta’ fjuwils), u l-vetturi mgħammra b’tali magni, għandhom jikkonformaw mal-fattur ta’ konformità massimu permess għan-numru PM skont il-punt 6.3 tal-Anness II b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. Madankollu, mill-1 ta’ Jannar 2021, il-fattur ta’ konformità tat-tieqa operattiva tan-numru ta’ partikuli u l-fattur ta’ konformità tat-tieqa tal-massa ta’ CO2 għandhom jiġu ddikjarati fir-riżultati tat-test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għal finijiet ta’ monitoraġġ. 4. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2022, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/1939, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa fir-rigward ta’ dawk il-vetturi bħala li ma għadhomx validi iktar għall-finijiet tal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/858, u għal raġunijiet marbuta mal-emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, it-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024, fil-każ ta’ vetturi ġodda mgħammra b’magni bi tqabbid bl-ispark plaggs, b’magni tat-tip 1 A li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils u b’magni tat-tip 1B li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils (fil-modalità ta’ żewġ tipi ta’ fjuwils) li ma jikkonformawx mal-fattur ta’ konformità massimu permess għan-numru PM skont il-punt 6.3 tal-Anness II u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/1939, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa fir-rigward ta’ dawk il-vetturi bħala li ma għadhomx validi iktar għall-finijiet tal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/858, u għal raġunijiet marbuta mal-emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, it-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi. Madankollu, mill-1 ta’ Jannar 2022, il-fattur ta’ konformità tat-tieqa operattiva tan-numru ta’ partikuli u l-fattur ta’ konformità tat-tieqa tal-massa ta’ CO2 għandhom jiġu ddikjarati fir-riżultati tat-test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għal finijiet ta’ monitoraġġ. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2022 u għajr fil-każ ta’ magni ta’ sostituzzjoni għal vetturi fis-servizz, għal raġunijiet marbuta mal-emissjonijiet, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ magni ġodda li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/1939. B’deroga mit-tielet subparagrafu, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024 u għajr fil-każ ta’ magni ta’ sostituzzjoni għal vetturi fis-servizz, għal raġunijiet marbuta mal-emissjonijiet, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ magni ġodda bi tqabbid bl-ispark plaggs, ta’ magni ġodda tat-tip 1 A li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils u ta’ magni ġodda tat-tip 1B li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils (fil-modalità ta’ żewġ tipi ta’ fjuwils) li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/1939. (*4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1939 tas-7 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 fir-rigward tal-Istrateġiji Awżiljarji għall-Kontroll tal-Emissjonijiet (AES), l-aċċess għall-informazzjoni tal-OBD tal-vettura u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, il-kejl tal-emissjonijiet matul il-perjodi ta’ startjar b’magna kiesħa u l-użu ta’ sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) biex jitkejlu n-numri ta’ partikuli, fir-rigward ta’ vetturi heavy duty (ĠU L 303, 25.11.2019, p. 1).”;" |
|
(12) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(13) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(14) |
l-Anness VI huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
|
(15) |
fl-Anness VIII, il-punt 5.1.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(16) |
fl-Anness X, il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 2.4.1.3.:
|
|
(17) |
fl-Anness XI, fl-Appendiċi 1, fil-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni, jitħassru l-punti 2 sa 2.3; |
|
(18) |
fl-Anness XIII, it-tieni paragrafu tal-punt 12 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Dan l-Appendiċi japplika meta l-manifattur tal-vettura jitlob għal approvazzjoni tat-tip ta’ vettura b’magna approvata b’rabta mal-emissjonijiet f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u ma’ dan ir-Regolament.”; |
|
(19) |
l-Anness XVII jitħassar. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
L-Artikolu 1(15) għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 3.1, il-kliem introduttiv huwa sostitwit b’dan li ġej: Fil-każ ta’ magna b’approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata jew fil-każ ta’ vettura b’approvazzjoni tat-tip b’rabta mal-emissjonijiet, il-magna għandu jkollha fuqha:”; |
|
(2) |
il-punt 3.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
it-Taqsima 8 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(4) |
l-Appendiċi 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Appendiċi 5, fit-Tabella 6a (it-test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS) taħt il-punt 1.4.4 tal-Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, ir-ringieli li jikkonċernaw “Riżultati jekk il-vettura/il-magna għaddietx jew le” għall-“Fattur ta’ konformità waqt it-tieqa tax-xogħol” u għall-“Fattur ta’ konformità tat-tieqa tal-massa CO2” huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(6) |
fl-Appendiċi 7, fit-Tabella 6a (it-test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS) taħt il-punt 1.4.4 tal-Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, ir-ringieli li jikkonċernaw “Riżultati jekk il-vettura/il-magna għaddietx jew le” għall-“Fattur ta’ konformità waqt it-tieqa tax-xogħol” u għall-“Fattur ta’ konformità tat-tieqa tal-massa CO2” huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(7) |
fl-Appendiċi 9, it-Tabella 1 u d-Didaskalija li takkumpanjaha huma sostitwiti b’dan li ġej: “Tabella 1
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8) |
fl-Appendiċi 10, tiddaħħal in-nota ta’ spjegazzjoni li ġejja:
|
|
(9) |
jiżdied l-Appendiċi li ġej: “Appendiċi 11 Il-Pakkett ta’ Dokumentazzjoni tal-AES Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni tal-AES għandu jinkludi dan li ġej: Informazzjoni dwar l-AES kollha:
Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni tal-AES għandu jkun limitat għal 100 paġna u għandu jinkludi l-elementi prinċipali kollha li permezz tagħhom l-awtorità tal-approvazzjoni tkun tista’ tivvaluta l-AES (skont ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 2 tal-Anness VI), l-effettività tas-sistema ta’ inċitament u l-miżuri kontra t-tbagħbis. Il-pakkett jista’ jkun ikkomplementat b’annessi u b’dokumenti mehmuża oħra, li jkun fihom elementi addizzjonali u komplementari, jekk ikunu meħtieġa. Il-manifattur għandu jibgħat verżjoni ġdida tal-pakkett ta’ dokumentazzjoni tal-AES lill-awtorità tal-approvazzjoni kull darba li jiddaħħlu xi bidliet fl-AES. Il-verżjoni ġdida għandha tkun limitata għall-bidliet u għall-effett tagħhom. Il-verżjoni ġdida tal-AES għandha tiġi evalwata u approvata mill-awtorità tal-approvazzjoni. Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni tal-AES għandu jkun strutturat kif ġej: Pakkett ta’ Dokumentazzjoni tal-AES Nru YYY/OEM
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ tal-“NOx OTL” kif stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness X għall-magni u għall-vetturi bi tqabbid bil-kompressjoni u li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils u fit-Tabella 2 tal-Anness X għall-magni u għall-vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs.
(2) Ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ tal-“PM OTL” kif stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness X għall-magni u għall-vetturi bi tqabbid bil-kompressjoni u li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils.
(3) Ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ “CO OTL” kif stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness X għall-magni u għall-vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs.
(4) L-ispeċifikazzjonijiet tal-IUPR huma stabbiliti fl-Anness X. Il-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u l-vetturi mgħammra b’tali magni mhumiex soġġetti għall-IUPR.
(5) Id-dispożizzjonijiet addizzjonali dwar ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ kif stabbiliti fil-paragrafu 2.3.1.2 tal-Anness 9 A tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE.
(6) Ir-rekwiżit tal-ISC stabbilit fl-Appendiċi 1 tal-Anness II.
(7) Għall-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u għall-vetturi mgħammra b’tali magni.
(8) Għall-magni bi tqabbid bil-kompressjoni u li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils u għall-vetturi mgħammra b’tali magni.
(9) Ir-rekwiżiti tal-“Monitoraġġ tar-rendiment” kif stabbiliti fil-punt 2.1.1 tal-Anness X.
(10) Ir-rekwiżiti IUPR tad-“Dħul gradwali” kif stabbiliti fit-Taqsima 6 tal-Anness X.
(11) Ir-rekwiżiti tad-“dħul gradwali” tal-kwalità tar-reaġent kif stabbiliti fil-punt 7.1 tal-Anness XIII.
(12) Applikabbli biss għall-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u għall-vetturi mgħammra b’tali magni.
(13) Ir-rekwiżiti IUPR “Ġenerali” kif stabbiliti fit-Taqsima 6 tal-Anness X.
(14) Ir-rekwiżiti “ġenerali” tal-kwalità tar-reaġent kif stabbiliti fil-punt 7.1.1 tal-Anness XIII.
(15) Soġġett għall-miżuri tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 17a.
(Mhux applikabbli) Mhux applikabbli.”
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 4.1, bejn it-tieni u t-tielet paragrafu jiddaħħal dan li ġej: “F’każ li l-piż massimu legalment permissibbli tal-vettura jkun inqas mill-massa mgħobbija teknikament permissibbli tal-vettura, huwa permess li l-piż massimu legalment permissibbli tal-vettura jintuża biex tiġi ddeterminata t-tagħbija utli tal-vettura għall-prova tat-test.”; |
|
(2) |
il-punt 4.6.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
il-punt 6.3, inkluż it-Tabella 2, huwa sostitwit b’dan li ġej:
Tabella 2 Fatturi ta’ konformità massimi permessi għall-ittestjar tal-konformità tal-emissjonijiet waqt is-servizz
|
|
(4) |
il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.8.5:
|
|
(5) |
il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.9.5:
|
|
(6) |
il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.9.10:
|
|
(7) |
il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.9.19:
|
|
(8) |
il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.9.24:
|
|
(9) |
il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.10.12:
|
|
(10) |
il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.11.5:
|
|
(11) |
il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.11.9.:
|
|
(12) |
il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.1.12.4:
|
|
(13) |
l-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
l-Appendiċi 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(15) |
fl-Appendiċi 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
(1) Għall-magni bi tqabbid bil-kompressjoni.
(2) Għall-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs.
(3) Soġġett għall-miżuri tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 17a”
(4) Imkejla jew ikkoreġuti għal bażi mxarrba.
(5) Magni li jaħdmu bil-gass biss.
(6) Uża s-sensur tat-temperatura ambjentali jew sensur tat-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna.
(7) Il-valur irreġistrat għandu jkun jew (a) il-brake engine torque nett f’konformità mal-punt 2.4.4 ta’ dan l-Appendiċi jew (b) il-brake engine torque nett ikkalkulat mill-valuri tat-torque f’konformità mal-punt 2.4.4 ta’ dan l-Appendiċi.”
(*1) Definit fi stadju iktar tard.
ANNESS III
L-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Taqsima 8, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-AES hija deskritta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.”; |
|
(2) |
fl-Appendiċi I, it-tieni paragrafu tal-punt 3.1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “It-tagħbija utli tal-vettura għandha tkun 50-60 % tat-tagħbija utli massima tal-vettura. Devjazzjoni minn dik il-firxa tista’ tiġi miftiehma mal-awtorità tal-approvazzjoni. Ir-raġuni għal tali devjazzjoni għandha tiġi indikata fir-rapport tat-test. Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fl-Anness II. “; |
|
(3) |
jiżdied l-Appendiċi li ġej: “Appendiċi 2 Metodoloġija għall-valutazzjoni tal-AES Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-AES, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika mill-inqas jekk ir-rekwiżit stipulat f’dan l-Appendiċi ġiex issodisfat.
|