|
22.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/3 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1935
tat-13 ta’ Mejju 2019
li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jadattaw l-ammonti bażi tal-euro għal assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali u għall-kapaċità finanzjarja tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) hija meħtieġa li tirrevedi regolarment l-ammonti bażi għal assigurazzjoni ta’ indemnità professjonali u kapaċità finanzjarja ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni biex jitqiesu l-bidliet fl-indiċi Ewropew ta’ prezzijiet tal-konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat. Matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2017, l-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur prodott għall-Unjoni mill-Eurostat żdied bi 4,03 %. B’riżultat ta’ dan, l-ammonti bażi msemmija hawn fuq għandhom jiġu adattati b’dik iż-żieda perċentwali. |
|
(2) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2016/97 tiġi emendata skont dan. |
|
(3) |
Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw l-ammonti bażi rilevanti fid-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom u biex l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita. |
|
(4) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-EIOPA lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
L-EIOPA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp ta’ Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva (UE) 2016/97
L-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/97 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6, il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ].
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).