20.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/45 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1927
tad-19 ta’ Novembru 2019
dwar id-derogi mir-regoli dwar il-“prodotti oriġinarji” stabbiliti fil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore li japplikaw fil-limiti tal-kwoti annwali għal ċerti prodotti minn Singapore
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 58(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1599 (2), il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore ġie ffirmat fid-19 ta’ Ottubru 2018. Il-konklużjoni ta’ dak il-Ftehim (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) ġiet approvata f’isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1875 (3). |
(2) |
Il-Protokoll 1 tal-Ftehim għandu x’jaqsam mad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti li joriġinaw” u mal-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva. L-Anness B ta’ dak il-Protokoll jistabbilixxi lista tax-xogħol jew tal-proċessi meħtieġa li jridu jsiru fuq materjali li ma joriġinawx sabiex il-prodott immanifatturat ikun jista’ jikseb l-istatus ta’ oriġini. Addendum ta’ dak l-Anness (imsejjaħ l-Anness B(a)) jistabbilixxi regoli alternattivi li jistgħu japplikaw flok ir-regoli stabbiliti fl-Anness B għal ċerti prodotti li għandhom jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw f’Singapore, iżda l-benefiċċju ta’ dawk ir-regoli alternattivi huwa limitat minn kwota annwali. |
(3) |
Il-prodotti li għalihom japplikaw ir-regoli alternattivi stabbiliti fl-Anness B(a) jistgħu jiġu importati fl-Unjoni sakemm ikunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness. |
(4) |
Jenħtieġ li l-kwoti annwali stabbiliti fl-Anness B(a) jiġu ġestiti abbażi tal-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont ir-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4). |
(5) |
Kif previst fl-avviż rilevanti ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5), il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Novembru 2019. Sabiex jiġu żgurati l-ġestjoni effettiva tal-kwoti tal-oriġini stabbiliti fl-Anness B(a) u l-applikazzjoni f’waqtha tagħhom, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika minn dik id-data sabiex il-partijiet interessati jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-prodotti mniżżlin fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, id-derogi stabbiliti fl-Anness B(a) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll 1”) għandhom japplikaw fil-limiti tal-kwoti stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-kwoti stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
Artikolu 3
Biex jibbenefikaw minn kwota stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-prodotti għandu jkollhom magħhom dikjarazzjoni tal-oriġini ffirmata mill-esportatur approvat (kif iddefinit fil-Protokoll 1), li tkun tiċċertifika li dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness B(a) tal-Protokoll 1. Id-dikjarazzjoni tal-oriġini għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-Protokoll 1 u għandu jkun fiha l-istqarrija li ġejja bl-Ingliż: “Derogation — Annex B(a) of Protocol Concerning the definition of the concept of ‘originating products’ and methods of administrative cooperation of the EU-Singapore FTA”.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-21 ta’ Novembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1599 tal-15 ta’ Ottubru 2018 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (ĠU L 267, 25.10.2018, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1875 tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (ĠU L 294, 14.11.2019, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
(5) Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (ĠU L 293, 14.11.2019, p. 1).
ANNESS
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema preferenzjali għandu jiġi stabbilit, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, mill-kodiċijiet tan-NM kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), fil-verżjoni kif emendata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1602 (2), u mid-deskrizzjoni tal-prodott mogħtija fir-raba’ kolonna tat-tabella ta’ dan l-Anness, meħudin flimkien.
Nru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Sottodiviżjoni tat-TARIC |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-kwota |
Volum tal-kwota (f’tunnellati ta’ piż nett) |
|
09.7951 |
ex |
1601 00 10 |
11, 91 |
Zalzett bix-xama’ tat-tiġieġ, tal-ħanżir u fwied frisk |
Mill-21 ta’ Novembru 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 Mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru f’kull sena sussegwenti |
56 tunnellata |
ex |
1601 00 91 |
05 |
||||
ex |
1601 00 99 |
11, 91 |
||||
ex |
1602 32 11 |
10 |
Luncheon meat tat-tiġieġ fil-landa; floss tat-tiġieġ; ross tal-gluteina tat-tiġieġ; samosa tat-tiġieġ mitħun; dumplings ta’ laħam tal-pollam; shaomai tat-tiġieġ; gyoza tat-tiġieġ |
|||
ex |
1602 32 19 |
10 |
500 tunnellata |
|||
ex |
1602 32 30 |
10 |
||||
ex |
1602 32 90 |
10 |
||||
ex |
1602 49 19 |
20 |
Luncheon meat tal-ħanżir fil-landa; floss tal-laħam tal-ħanżir Luncheon meat taċ-ċanga |
|||
ex |
1602 50 10 |
10 |
fil-landa; samosa tal-laħam taċ-ċanga mitħun |
|||
ex |
1602 50 95 |
10 |
||||
ex |
1902 20 30 |
21 |
Samosa tat-tiġieġ mitħun; dumplings ta’ laħam tal-pollam; shaomai tat-tiġieġ; gyoza tat-tiġieġ; samosa tal-laħam taċ-ċanga mitħun |
|||
|
|
91 |
||||
ex |
1602 41 10 |
10 |
Diversi tipi ta’ prieżet imkessħin |
|||
ex |
1602 41 90 |
10 |
||||
ex |
1603 00 10 |
10 |
Essenza fil-flixkun ta’ serje tat-tiġieġ |
|||
ex |
1603 00 80 |
10 |
||||
09.7952 |
ex |
1604 20 10 |
05 |
Blalen tal-ħut bil-kàri magħmula minn laħam tal-ħut, kàri, lamtu tal-qamħ, melħ, zokkor u kondimenti komposti; rolls b’erba’ kuluri magħmulin minn laħam tal-ħut, stikk tal-granċ, algi, ġilda taż-żerriegħa tal-pjanti, żejt veġetali, zokkor, melħ, lamtu tal-patata, glutamat tal-monosodju u ħwawar |
Mill-21 ta’ Novembru 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 Mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru f’kull sena sussegwenti |
45 tunnellata |
ex |
1604 20 30 |
05 |
||||
ex |
1604 20 40 |
05 |
||||
ex |
1604 20 50 |
05 |
||||
ex |
1604 20 90 |
05 |
400 tunnellata |
|||
ex |
1604 16 00 |
10 |
Inċovi jqarmċu bi ħwawar jaħarqu (sambal ikan bilis) magħmulin mill-inċova, basal, pejst taċ-ċili, tamarind, belakan, zokkor kannella, u melħ |
|||
09.7953 |
ex |
1605 10 00 |
05 |
Blalen tal-granċ magħmulin minn lamtu tal-qamħ, melħ, zokkor, kondimenti komposti, laħam u mili tal-granċ |
Mill-21 ta’ Novembru 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 Mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru f’kull sena sussegwenti |
39 tunnellata |
ex |
1902 20 10 |
21 |
Har gow magħmul minn gambli, lamtu tal-qamħ, tapjoka, ilma, basla tal-għonq twil, ġinġer, zokkor, u melħ; shaomai magħmul minn gambli primarjament, tiġieġ, lamtu tal-qamħirrum, żejt veġetali, bżar iswed, żejt tal-ġunġlien, u ilma; wonton tal-gambli moqlijin magħmula minn gambli, melħ, żejt, zokkor, ġinġer, bżar, bajd, ħall u zalza tas-sojja |
|||
|
|
91 |
||||
ex |
1605 21 10 |
05 |
350 tunnellata |
|||
ex |
1605 21 90 |
05 |
||||
ex |
1605 29 00 |
05 |
||||
ex |
1605 54 00 |
10 |
Blalen tas-siċċa magħmulin minn mili tas-siċċa, lamtu tal-qamħ, melħ, zokkor u kondimenti komposti; blalen b’togħma tal-awwista: laħam tas-siċċa, laħam tal-ħut u laħam tal-granċ |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana. (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1602 tal-11 ta’ Ottubru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 273, 31.10.2018, p. 1).