|
20.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/43 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/1926
tal-14 ta’ Novembru 2019
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-2 ta’ Marzu 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) Nru 2015/384 (1) dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal ( “il-Ftehim”) (2). Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-20 ta’ Novembru 2014 u għadu fis-seħħ. |
|
(2) |
IlProtokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim li bħalissa huwa fis-seħħ ser jiskadi fid-19 ta’ Novembru 2019. |
|
(3) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1925 (3), Protokoll ġdid li jimplimenta l-Ftehim ( “il-Protokoll”) ġie iffirmat fit-18 ta’ Novembru 2019. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd previsti fil-Protokoll jiġu allokati fost l-Istati Membri għall-perjodu kollu tal-applikazzjoni tal-Protokoll. |
|
(5) |
Il-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni jinbdew malajr. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika minn dik id-data, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti skont il-Protokoll għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri kif ġej:
|
(a) |
bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża:
|
|
(b) |
bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief:
|
|
(c) |
bastimenti tas-sajd bil-konz:
|
|
(d) |
bastimenti tat-tkarkir:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/384 tat- 2 ta’ Marzu 2015 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (ĠU L 65 tal-10.3.2015, p. 1).
(2) Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal (ĠU L 304, 23.10.2014, p. 3).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1925 tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal (ara paġna 11 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).