|
6.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 316/108 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1890 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal- Mediterran
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 291 tat‐ 12 ta' Novembru 2019)
Fil-paġna 8, fl-Artikolu 12(1),
minflok:
“Meta l-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, għandu jemenda l-Anness I kif xieraq.”,
aqra:
“Meta l-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2, għandu jemenda l-Anness I kif xieraq.”.