12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/1889

tal-11 ta’ Novembru 2019

li jemenda Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (2) iġib fis-seħħ diversi miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074.

(2)

Fil-11 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1893 (3) li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 billi ddaħħal artikolu dwar l-ipproċessar ta’ data personali mill-Kunsill u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni.

(3)

Bil-għan tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2063, u sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali massima fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu ppubblikati l-ismijiet ta’ u d-data rilevanti l-oħra dwar il-persuni, l-entitajiet u l-korpi fiżiċi u ġuridiċi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom ikunu ġew iffriżati b’konformità ma’ dak ir-Regolament. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali jrid jikkonforma mar-Regolamenti (UE) 2016/679 (4) u (UE) 2018/1725 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/2063 jiġi emendat skont dan.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-artikolu segwenti jiddaħħal fir-Regolament (UE) Nru 2017/2063:

Artikolu 18 a

(1)

Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw id-data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Dawn il-kompiti jinkludu:

(a)

fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija ta’ emendi u l-emendar tal-Annessi IV u V;

(b)

fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta’ emendi għall-Annessi IV u V;

(c)

fir-rigward tal-Kummissjoni:

(i)

iż-żieda tal-kontenut tal-Annessi IV u V fil-lista elettronika u konsolidata tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi finanzjarji tal-Unjoni u fil-mappa interattiva tas-sanzjonijiet, li huma kollha disponibbli għall-pubbliku;

(ii)

l-ipproċessar tal-informazzjoni dwar l-impatt ta’ miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament bħall-valur tal-fondi ffriżati u l-informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti.

(2)

Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, id-data rilevanti relatata mar-reati kriminali mwettqa mill-persuni fiżiċi elenkati, mal-kundanni kriminali ta’ tali persuni jew mal-miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lil dawn il-persuni, biss sakemm dak l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Annessi IV u V.

(3)

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kunsill, is-servizz tal-Kummissjoni elenkat fl-Anness III għal dan ir-Regolament u r-Rappreżentant Għoli huma maħtura bħala “kontrolluri” fis-sens tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), sabiex jiġi żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1893 tal-11 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (Ara paġna 42 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).