8.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1865

tas-6 ta’ Ġunju 2019

li jirrettifika l-verżjoni bir-Rumen tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 111(1)(k) tagħha,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bir-Rumen tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (2) fiha żball fl-Anness XVII, il-Parti F, il-punt 2(g) fir-rigward tat-tifsira bil-maqlub ta’ sentenza.

(2)

Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 jiġi rettifikat skont dan. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).