6.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1851
tat-28 ta’ Mejju 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar l-omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikulari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 20(14) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 24(21) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tinkiseb diliġenza dovuta robusta mill-investituri, u biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tagħhom tar-riskji skont l-għanijiet tar-Regolament (UE) 2017/2402, jenħtieġ li l-iskoperturi sottostanti ta’ titolizzazzjoni għandhom jaqsmu l-istess profili tar-riskju simili. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kriterji uniformi biex tiġi determinata l-omoġeneità ta’ aggregament partikulari ta’ skoperturi sottostanti. |
(2) |
Jenħtieġ li aggregament ta’ skoperturi sottostanti jitqies omoġenju biss meta jinkludi skoperturi ta’ tip wieħed ta’ assi. Għaldaqstant jenħtieġ li tipi ta’ assi distinti jiġu identifikati sabiex l-iskoperturi jkunu jistgħu jiġu assenjati skont dan. Il-prattika tas-swieq diġà identifikat tipi ta’ assi stabbiliti sew biex tiġi determinata l-omoġeneità ta’ aggregament partikulari ta’ skoperturi sottostanti. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-innovazzjoni finanzjarja ma tkunx limitata u l-prattika tas-swieq eżistenti ma tiġix imfixkla, jenħtieġ li aggregamenti partikulari ta’ skoperturi sottostanti li ma jikkorrispondux għal wieħed minn dawn it-tipi ta’ assi stabbiliti sew jitħallew jitqiesu wkoll bħala tip uniku ta’ assi abbażi tal-metodoloġiji u l-parametri interni li huma applikati b’mod konsistenti mill-oriġinatur jew mill-isponsor. Huwa possibbli wkoll li skopertura waħda tippermetti assenjar għal aktar minn tip wieħed ta’ assi. Minkejja dan, jenħtieġ li l-iskoperturi sottostanti kollha f’titolizzazzjoni partikulari jappartjenu għall-istess tip ta’ assi. |
(3) |
L-istandards ta’ sottoskrizzjoni huma mfassla biex ikejlu u jivvalutaw ir-riskju ta’ kreditu assoċjat mal-iskoperturi sottostanti għal titolizzazzjoni u għalhekk huma indikaturi utli tal-omoġeneità ta’ dawk l-iskoperturi. Skont dan, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ standards ta’ sottoskrizzjoni simili tintuża bħala indikatur li aggregament ta’ skoperturi sottostanti jkollha profili ta’ riskju simili filwaqt li l-applikazzjoni tal-istandards ta’ sottoskrizzjoni li mhumiex simili jistgħu jirriżultaw fi skoperturi bi profili ta’ riskji materjalment differenti, anke jekk dawn l-istandards ta’ sottoskrizzjoni huma kollha ta’ kwalità għolja. |
(4) |
Is-servizzjar tal-iskoperturi sottostanti, inkluż il-monitoraġġ, il-ġbir u l-amministrazzjoni tal-flus riċevibbli mill-iskoperturi sottostanti fuq in-naħa tal-assi tal-SSPE, għandha impatt sostanzjali fuq il-flussi tal-flus mistennija minn dawk l-iskoperturi sottostanti u għaldaqstant tiffaċilita l-projezzjonijiet tal-flussi tal-flus u tippermetti li l-investituri jkollhom suppożizzjonijiet statistikament affidabbli dwar karatteristiċi ta’ pagament u ta’ inadempjenza. Irrispettivament minn jekk is-servizzjar huwiex amministrat mill-oriġinatur, mill-oriġinaturi u minn parti terza jew partijiet terzi, jenħtieġ li l-amministrazzjoni tas-servizzjar tal-aggregament tal-iskoperturi sottostanti permezz ta’ proċeduri, sistemi u governanza simili tkun kundizzjoni neċessarja għar-rikonoxximent tal-aggregament tal-iskoperturi sottostanti bħala omoġenji. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-iskoperturi sottostanti fl-aggregament ikunu soġġetti għall-proċeduri ta’ servizzjar li huma simili biżżejjed biex investitur ikun jista’ jivvaluta b’mod kunfidenti l-impatt tas-servizzjar fi ħdan parametri simili. |
(5) |
Għal ċerti tipi ta’ assi, l-investituri jistgħu ma jkunux kapaċi jivvalutaw b’mod xieraq ir-riskji sottostanti tal-aggregament tal-iskoperturi sottostanti abbażi biss tal-użu ta’ servizzjar u standards ta’ sottoskrizzjoni simili. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu applikati ċerti fatturi għal xi tipi ta’ assi biex tiġi żgurata valutazzjoni preċiża tal-omoġeneità. Għaldaqstant, jenħtieġ li oriġinatur jew sponsor japplika fattur rilevanti wieħed jew aktar fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jqis it-tip ta’ titolizzazzjoni (jiġifieri titolizzazzjoni ABCP jew mhux ABCP), il-karatteristiċi speċifiċi għall-aggregament partikulari ta’ skoperturi sottostanti u jekk l-investituri humiex kapaċi jivvalutaw ir-riskji sottostanti tal-aggregament li jirriżulta abbażi ta’ metodoloġiji u parametri komuni. Madankollu, it-tipi ta’ assi “faċilitajiet ta’ kreditu għall-individwi għal finijiet ta’ konsum personali, familjali jew tal-unitajiet domestiċi” u “riċevibbli tan-negozju” huma meqjusa omoġenji biżżejjed bħala tipi ta’ assi, sakemm japplikaw ukoll standards ta’ sottoskrizzjoni u proċeduri ta’ servizzjar. L-applikazzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali għal dawk it-tipi ta’ assi fil-forma ta’ fatturi ta’ omoġeneità jwasslu għal konċentrazzjonijiet eċċessivi fil-portafolli titolizzati. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tal-fatturi ta’ omoġeneità ma għandhiex tkun meħtieġa għal dawk it-tipi ta’ assi. |
(6) |
Meta l-iskoperturi sottostanti jibdlu l-karatteristiki tagħhom fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ omoġeneità, inklużi l-fatturi ta’ omoġeneità, minħabba raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-oriġinatur jew tal-isponsor, u mhux minħabba ta’ żball min-naħa tal-oriġinatur, jenħtieġ li dan ma jitqiesx li jkollu impatt fuq l-omoġeneità tal-aggregament, sakemm l-iskoperturi jkunu mod ieħor konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fil-ħin tal-oriġinazzjoni tat-titolizzazzjoni u din il-bidla sseħħ wara l-oriġinazzjoni tat-titolizzazzjoni Minħabba li l-kundizzjonijiet biex tiġi determinata l-omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti huma rilevanti kemm għat-titolizzazzjonijiet ABCP kif ukoll dawk mhux ABCP, jenħtieġ li japplikaw dispożizzjonijiet uniformi għaż-żewġ tipi ta’ titolizzazzjoni, irrispettivament mill-fatturi ta’ omoġeneità individwali li jistgħu jkunu rilevanti biss għal ċerti tipi ta’ assi ta’ titolizzazzjonijiet ABCP jew mhux ABCP. |
(7) |
Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib billi jindirizzaw l-omoġeneità kemm għat-titolizzazzjonijiet ABCP kif ukoll dawk mhux ABCP. Sabiex jiżguraw koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u sabiex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni soġġetti għal dawk l-obbligi, huwa xieraq li ż-żewġ standards tekniċi regolatorji kollha dwar l-omoġeneità meħtieġa mir-Regolament (UE) 2017/2402 jiġu inklużi f’Regolament wieħed. Dan ir-Regolament hu bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni. |
(8) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea ħadmet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) qabel ma ppreżentat l-abbozzi tal-istandards tekniċi li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament. Hija wettqet ukoll konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti
Għall-finijiet tal-Artikoli 20(8) u 24(15) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi sottostanti għandhom jitqiesu omoġenji meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
jikkorrispondu għal wieħed minn dawn it-tipi ta’ assi:
|
(b) |
dawn huma sottoskritti skont l-istandards li japplikaw approċċi simili għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu assoċjat; |
(c) |
dawn huma servizzjati skont proċeduri simili għall-monitoraġġ, il-ġbir u l-amministrazzjoni tar-riċevibbli tal-flus fuq in-naħa tal-assi tal-SSPE; |
(d) |
fattur tal-omoġeneità wieħed jew aktar jiġu applikati skont l-Artikolu 2. |
Għall-finijiet tal-punt (a) ta’ dan l-Artikolu, meta skopertura sottostanti tikkorrispondi għal aktar minn tip wieħed ta’ assi, dik l-iskopertura għandha tiġi assenjata għal tip wieħed biss ta’ assi f’dik it-titolizzazzjoni.
Kwalunkwe bidla fl-iskoperturi sottostanti f’aggregament li jitqies omoġenju skont dan ir-Regolament ma għandhiex taffettwa din l-omoġeneità meta dawn il-bidliet ikunu dovuti għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-oriġinatur jew tal-isponsor.
Artikolu 2
Fatturi ta’ omoġeneità
1. Il-fatturi ta’ omoġeneità għat-tip ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1(a)(i) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
il-klassifikazzjoni tad-drittijiet ta’ sigurtà, li permezz tagħha l-aggregament tal-iskoperturi sottostanti jikkonsisti f’wieħed biss minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
tip ta’ proprjetà immobbli residenzjali, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti f’wieħed biss minn dawn it-tipi li ġejjin:
|
(c) |
ġuriżdizzjoni, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti fi skoperturi żgurati minn proprjetajiet immobbli residenzjali li jinsabu fl-istess ġuriżdizzjoni. |
2. Il-fatturi ta’ omoġeneità għat-tip ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1(a)(ii) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
il-klassifikazzjoni tad-drittijiet ta’ sigurtà, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti f’wieħed biss minn dawn it-tipi ta’ skoperturi sottostanti li ġejjin:
|
(b) |
tip ta’ proprjetà immobbli kummerċjali, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti f’wieħed biss minn dawn it-tipi li ġejjin:
|
(c) |
ġuriżdizzjoni, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti fi skoperturi sottostanti żgurati minn proprjetajiet li jinsabu fl-istess ġuriżdizzjoni. |
3. Il-fatturi ta’ omoġeneità għat-tip ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1(a)(iv) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
tip ta’ obbligant, li permezz tiegħu l-aggregament jikkonsisti f’wieħed biss minn dawn it-tipi ta’ obbliganti:
|
(b) |
ġuriżdizzjoni, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti f’wieħed biss minn dawn it-tipi ta’ skoperturi sottostanti li ġejjin:
|
4. Il-fatturi ta’ omoġeneità għat-tip ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1(a)(v) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
tip ta’ obbligant, li permezz tiegħu l-aggregament jikkonsisti fi skoperturi sottostanti b’tip wieħed biss minn dawn it-tipi ta’ obbliganti:
|
(b) |
ġuriżdizzjoni, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti fi skoperturi sottostanti għal obbliganti b’residenza fl-istess ġuriżdizzjoni. |
5. Il-fatturi ta’ omoġeneità għat-tip ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1(a)(vi) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
tip ta’ obbligant, li permezz tiegħu l-aggregament jikkonsisti fi skoperturi sottostanti b’tip wieħed biss minn dawn it-tipi ta’ obbliganti:
|
(b) |
ġuriżdizzjoni, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti fi skoperturi sottostanti għal obbliganti b’residenza fl-istess ġuriżdizzjoni. |
6. Il-fatturi ta’ omoġeneità għat-tip ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1(a)(viii) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
it-tip ta’ obbligant; |
(b) |
il-klassifikazzjoni tad-drittijiet ta’ sigurtà; |
(c) |
it-tip ta’ proprjetà immobbli; |
(d) |
ġuriżdizzjoni. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).