|
31.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 279/1 |
REGOLAMENT (UE) 2019/1795 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ Ottubru 2019
li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/501 u (UE) 2019/502 fir-rigward tal-perjodi ta’ applikazzjoni tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 91(1) u 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). It-Trattati ser jieqfu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta’ dan, sentejn wara li tkun saret dik in-notifika, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b’mod unanimu li jestendi dak il-perjodu. |
|
(2) |
Sabiex titħejja għall-possibbiltà li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim fit-30 ta’ Marzu 2019, fil-25 ta’ Marzu 2019, ġew adottati r-Regolament (UE) 2019/501 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li jimmira li jiżgura l-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tal-passiġġieri bit-triq bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, u r-Regolament (UE) 2019/502 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jimmira li jiżgura l-konnettività bażika bl-ajru bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. |
|
(3) |
Wara li ntlaħaq ftehim għall-ewwel estensjoni fit-22 ta’ Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/584 (5) fil-11 ta’ April 2019, fejn huwa qabel, wara talba ulterjuri mir-Renju Unit, li jestendi l-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) TUE sal-31 ta’ Ottubru 2019. Sakemm ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit ma jkunx daħal fis-seħħ sad-data ta’ wara dik li fiha t-Trattati jieqfu japplikaw għar-Renju Unit, jew il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, unanimament jiddeċiedi li jestendi l-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) TUE għat-tielet darba, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) TUE serjintemm fil-31 ta’ Ottubru 2019. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2019/501 jieqaf japplika fil-31 ta’ Diċembru 2019 u r-Regolament (UE) 2019/502 jieqaf japplika fit-30 ta’ Marzu 2020. Sabiex jiġi indirizzat l-impatt li jirriżulta mill-estensjoni tal-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) TUE b’seba’ xhur, jenħtieġ li jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji fundamentali sottostanti għall-miżuri ta’ kontinġenza u l-perjodi ta’ applikazzjoni tagħhom li kienu oriġinarjament maħsuba għalihom. |
|
(5) |
Minħabba l-estensjoni b’seba’ xhur tal-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) TUE, jenħtieġ li l-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/501 jiġi estiż b’seba’ xhur sal-31 ta’ Lulju 2020 sabiex jinżamm perjodu ta’ applikazzjoni ta’ disa’ xhur mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, kif inizjalment maħsub, u biex jiġi żgurat li, fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu, jinkiseb l-objettiv ta’ dak ir-Regolament li mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni tinżamm temporanjament il-konnettività bit-triq. |
|
(6) |
Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-passiġġieri jistgħu jinġabru u jitniżżlu fir-reġjun tal-fruntiera tal-Irlanda matul servizzi internazzjonali tat-trasport regolari u regolari speċjali tal-passiġġieri bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq għall-istess perjodu ta’ sitt xhur inizjalment maħsub. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza għad-data tat-tmiem imsemmija fil-punt (3)(d) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/501 tiġi sostitwita b’referenza għal perjodu ta’ sitt xhur mid-data tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. |
|
(7) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fil-ġbir u t-tniżżil tal-passiġġieri fir-reġjun tal-fruntiera tal-Irlanda matul servizzi internazzjonali tat-trasport regolari u regolari speċjali tal-passiġġieri bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq, jenħtieġ ukoll li l-validità tal-awtorizzazzjonijiet għall-operaturi ta’ servizzi tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit imsemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2019/501, tiġi aġġustata għad-data l-ġdida li fiha jieqaf japplika dak ir-Regolament. |
|
(8) |
Il-perjodu għall-Kummissjoni biex teżerċita s-setgħat delegati msemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/501 jenħtieġ li jiġi aġġustat għad-data l-ġdida li fiha jieqaf japplika dak ir-Regolament. |
|
(9) |
Minħabba l-estensjoni b’seba’ xhur tal-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) TUE u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe adattament, ir-Regolament (UE) 2019/502 ikun applikabbli għal inqas minn nofs il-perjodu inizjalment maħsub jekk jieqaf japplika fit-30 ta’ Marzu 2020. Dak jillimita b’mod sinifikanti l-perjodu li matulu t-trasportaturi tar-Renju Unit ikunu jistgħu joperaw titjiriet lejn l-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, sabiex jiġi rifless il-perjodu ta’ applikazzjoni previst inizjalment, jenħtieġ li l-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/502 jiġi estiż b’seba’ xhur. Sabiex jikkoinċidi mal-aħħar jum tal-istaġun tas-sajf 2020 tal-IATA, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/502 jieqaf japplika sa mhux aktar tard mill-24 ta’ Ottubru 2020. |
|
(10) |
Fid-dawl tal-urġenza li nħolqot mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, tqies li huwa xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, li huwa anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
|
(11) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika mill-jum ta’ wara dak li fih it-Trattati jieqfu japplikaw għar-Renju Unit. Madankollu, jenħtieġ li ma japplikax jekk ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) TUE jkun daħal fis-seħħ sa dik id-data, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/501
Ir-Regolament (UE) 2019/501 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, il-punt 3(d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. L-awtorizzazzjonijiet li jibqgħu validi taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkomplu jintużaw għall-iskopijiet speċifikati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk ikunu ġew imġedda taħt l-istess termini u kundizzjonijiet, jew jinbidlu f’termini ta’ waqfiet, nollijiet jew skeda, u soġġetti għar-regoli u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 11 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 għal perjodu ta’ validità li ma jestendix lil hinn mill-31 ta’ Lulju 2020.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 7(2) u 8(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju 2020.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 12, ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Dan ir-Regolament għandu jieqaf japplika fil-31 ta’ Lulju 2020.”. |
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (UE) 2019/502
Fl-Artikolu 16(4), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(b) |
l-24 ta’ Ottubru 2020.”. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-jum ta’ wara dak li fih it-Trattati jieqfu japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) TUE.
Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) TUE jkun daħal fis-seħħ sad-data ta’ wara dik li fiha t-Trattati jieqfu japplikaw għar-Renju Unit.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUTTURAINEN
(1) Opinjoni tal-25 ta’ Settembru 2019 (mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2019.
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/501 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2019 dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tal-passiġġieri bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni (ĠU L 85I, 27.3.2019, p. 39).
(4) Ir-Regolament (UE) 2019/502 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2019 dwar regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fit-trasport bl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni (ĠU L 85I, 27.3.2019, p. 49).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tal-11 ta’ April 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 101, 11.4.2019, p. 1).