|
22.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 268/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1747
tal-15 ta’ Ottubru 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward ta’ rekwiżiti tekniċi għal ċerti liċenzji u ċertifikati tal-ekwipaġġi tat-titjir, regoli dwar l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u l-awtoritajiet kompetenti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(1), l-Artikolu 27(1) u l-Artikolu 62(14) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għal rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili. |
|
(2) |
L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 uriet li ċerti rekwiżiti kien fihom żbalji editorjali jew ambigwitajiet. Barra minn hekk, għadd ta’ skadenzi jew dispożizzjonijiet, li oriġinarjament ġew inklużi biex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex iġibu r-regoli nazzjonali tagħhom konformi mar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, skadew. Dan wassal għal problemi fir-rigward tal-implimentazzjoni u ċ-ċarezza tar-regoli tal-Unjoni. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ċċarati u kkorreġuti. Għandhom jiġu introdotti definizzjonijiet ġodda biex jiġi żgurat li t-termini jiġu implimentati b’mod uniformi. |
|
(3) |
Sabiex jittejbu l-proporzjonalità u t-trasparenza tas-sistema regolatorja għall-avjazzjoni ġenerali, ir-regoli applikabbli għal bdoti ta’ inġenji tal-ajru ħfief, bdoti privati, bdoti ta’ gliders u bdoti ta’ blalen tal-arja għandhom jiġu emendati biex jipprovdu għall-espansjoni tal-privileġġi u biex jiġi ċċarat il-kontenut tat-taħriġ u tal-eżamijiet. Meta tiġi prevista l-espansjoni tal-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet fuq il-baħar, ir-rekwiżiti ta’ attivitajiet reċenti, ir-rekwiżiti tal-eżamijiet ta’ għarfien teoriku u r-rekwiżiti tal-ikkreditar għandhom jiġu ċċarati. |
|
(4) |
Ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni tal-istrumenti fir-rigward tal-ajruplani u l-ħelikopters għandhom jiġu emendati biex jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet dwar l-għarfien teoriku u t-tagħlim fit-titjir, kif ukoll ir-rekwiżiti dwar il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid. |
|
(5) |
Għandhom isiru emendi għar-rekwiżiti dwar il-klassifikazzjoni tal-klassi u tat-tip biex ikun hemm kjarifika u tiġi żgurata l-konsistenza fir-rigward tal-varjanti, il-validità u t-tiġdid. Barra minn hekk, għandhom isiru emendi biex jiġu ċċarati l-klassifikazzjoni ajrubatika, il-klassifikazzjonijiet tal-ġbid ta’ gliders u strixxuni, il-klassifikazzjoni ta’ billejl u r-rekwiżiti dwar il-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji. |
|
(6) |
L-implimentazzjoni tar-regoli żvelat li xi wħud mir-rekwiżiti applikabbli għall-għalliema u l-eżaminaturi mhumiex ċari. B’riżultat ta’ dan, fir-rigward tal-għalliema, ir-rekwiżiti b’rabta maċ-ċertifikati, il-prerekwiżiti, il-valutazzjoni tal-kompetenza, il-validità, il-privileġġi u l-kundizzjonijiet, il-kontenut tal-kors ta’ taħriġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-għalliema għandhom jiġu emendati. Fir-rigward tal-eżaminaturi, ir-rekwiżiti b’rabta maċ-ċertifikati, l-istandardizzazzjoni, il-prerekwiżiti, il-valutazzjoni tal-kompetenza, il-validità, il-privileġġi u l-kundizzjonijiet, il-valutazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-eżaminaturi għandhom jiġu emendati. |
|
(7) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1139 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu rikonoxxuti t-taħriġ u l-esperjenza fir-rigward tal-inġenji tal-ajru mhux soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 (l-Anness I “Inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 2(3)”) bil-għan li tinkiseb liċenzja skont il-Parti-FCL. Għal din ir-raġuni, ir-regoli rilevanti għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu emendati biex ikun jista’ jsir tali rikonoxximent. |
|
(8) |
L-implimentazzjoni tar-regoli relatati mal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ iddikjarati (DTOs) (3) żvelat il-ħtieġa li jiġu ċċarati r-regoli applikabbli biex tiġi żgurata sorveljanza regolatorja effettiva tad-DTOs. Ir-rekwiżiti għandhom jiġu emendati biex jiġi żgurat li l-possibbiltà li wieħed jitħarreġ f’DTO għandha tkun permessa biss jekk dik id-DTO tkun tinsab fit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. |
|
(9) |
L-implimentazzjoni tar-regoli relatati mal-possibbiltà li jiġu ttrasferiti l-liċenzji skont il-Parti-FCL u ċ-ċertifikati mediċi assoċjati żvelat il-ħtieġa li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti involuti u l-iskedar tat-trasferiment tar-responsabbiltà tas-sorveljanza. Għal din ir-raġuni, ir-regoli rilevanti għandhom jiġu emendati. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ġew issuġġeriti fl-Opinjoni Nru 05/2017 li nħarġet mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 u fil-kuntest ta’ diskussjonijiet tekniċi sussegwenti. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1(3) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(3) ċertifikati mediċi differenti għall-bdoti, il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka ta’ ċertifikati mediċi, il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta’ ċertifikati mediċi;” |
|
(2) |
Fl-Artikolu 2, jitħassru l-punti (4), (9), (10) u (13); |
|
(3) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jitħassar; |
|
(4) |
L-Artikolu 4(6) huwa sostitwit b’dan li ġej: “6. Minkejja l-paragrafu 3, id-detenturi ta’ ċertifikat ta’ għalliem għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew ta’ ċertifikat ta’ eżaminatur li jkollhom privileġġi b’rabta ma’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed għandu jkollhom dawk il-privileġġi kkonvertiti f’ċertifikat ta’ għalliem għall-klassifikazzjoni tat-tip jew ċertifikat ta’ eżaminatur għal ajruplani bi bdot wieħed.”; |
|
(5) |
L-Artikolu 5 huwa jitħassar; |
|
(6) |
L-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Rigward il-ħruġ ta’ liċenzji skont il-Parti-FCL f’konformità mal-Anness I, taħriġ mibdi qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament skont ir-rekwiżiti u l-proċeduri tal-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni, taħt is-sorveljanza regolatorja tal-Istat Membru rrakkomandat għal rikonoxximent reċiproku fis-sistema tal-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni b’rabta mal-JARs rilevanti, għandu jingħata kreditu sħiħ sakemm it-taħriġ u t-testijiet ikunu ġew ikkompletati mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2016 u liċenzja skont il-Parti-FCL tinħareġ sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2020.”; |
|
(7) |
L-Artikolu 10a huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
Fl-Artikolu 10b, il-paragrafi 2 u 3 jitħassru; |
|
(9) |
Fl-Artikolu 10c, il-paragrafi 2 u 3 jitħassru; |
|
(10) |
Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 jitħassar; |
|
(11) |
Fl-Artikolu 11a, il-paragrafi 2 u 3 jitħassru; |
|
(12) |
Fl-Artikolu 12, il-paragrafi 1b, 2, 3, 5 u 6 jitħassru; |
|
(13) |
L-Artikolu 12(7) huwa sostitwit b’dan li ġej: “7. Meta Stat Membru jagħmel użu mir-rekwiżiti tal-paragrafi 2a u 4, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija. Din in-notifika għandha tiddeskrivi r-raġunijiet għal tali deroga kif ukoll il-programm tal-implimentazzjoni bl-azzjonijiet previsti u l-iskedar relatat tagħhom.” |
|
(14) |
L-Anness I (il-Parti-FCL), l-Anness VI (il-Parti-ARA) u l-Anness VIII (il-Parti-DTO) huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, il-punti (57), (58), (59) u (66) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-21 ta’ Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat- 3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1119 tal-31 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ iddikjarati (ĠU L 204, 13.8.2018, p. 13).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 (il-Parti-FCL) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt FCL.010 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Il-punt FCL.025 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Il-punt FCL.040 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.040 L-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzji L-eżerċitar tal-privileġġi mogħtija minn liċenzja għandu jiddependi fuq il-validità tal-klassifikazzjonijiet inklużi fiha, jekk applikabbli, u taċ-ċertifikat mediku kif xieraq għall-privileġġi eżerċitati.”; |
|
(4) |
Il-punt FCL.055 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.055 Profiċjenza fil-lingwa
|
|
(5) |
Il-punt FCL.060(c)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(6) |
Fil-punt FCL.115, jiżdied il-punt ġdid (d) kif ġej:
|
|
(7) |
Il-punt FCL.120 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.120 LAPL – Eżami tal-għarfien teoriku
|
|
(8) |
Il-punt FCL.105.A huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.105.A LAPL(A) — Privileġġi u kundizzjonijiet
|
|
(9) |
Il-punt FCL.135.A(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(10) |
Il-punt FCL.140.A huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.140.A LAPL(A) – Rekwiżiti ta’ attività riċenti
|
|
(11) |
Il-punt FCL.140.H huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.140.H LAPL(H) — Rekwiżiti ta’ attività riċenti Id-detenturi ta’ LAPL(H) għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom fuq tip speċifiku biss jekk fl-aħħar 12-il xahar ikunu jew:
|
|
(12) |
Il-punt FCL.215 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.215 Eżami tal-għarfien teoriku
|
|
(13) |
Il-punt FCL.205.A(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(14) |
Il-punt FCL.205.H(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(15) |
Il-punt FCL.625 IR huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.625 IR– Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid
|
|
(16) |
Il-punt FCL.625.A(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(17) |
Il-punt FCL.625.H huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.625.H IR(H) – Validazzjoni mill-ġdid
|
|
(18) |
Il-punt FCL.710 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.710 Klassifikazzjoni tal-klassi u tat-tip — varjanti
|
|
(19) |
Fil-punt FCL.725(b), jiżdied il-punt (5) li ġej:
|
|
(20) |
Il-punt FCL.740 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.740 Validità u tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip
|
|
(21) |
Il-punt FCL.805 (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(22) |
Fil-punt FCL.810, is-sentenza introduttorja tal-punt (a)(1) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(23) |
Il-punt FCL.815(e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(24) |
Il-Punt FCL.900(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(25) |
Il-punt FCL.935(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(26) |
Il-punt FCL.940 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.940 Validità taċ-ċertifikati ta’ għalliem Bl-eċċezzjoni tal-MI, u mingħajr preġudizzju għall-punti FCL.900 (b)(1) u FCL.915 (e)(2), iċ-ċertifikati tal-għalliema għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ 3 snin.”; |
|
(27) |
Il-punt FCL.905.FI huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.905.FI Privileġġi u kundizzjonijiet Il-privileġġi tal-FIs huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’:
F’dan il-każ, l-FIs għandhom iwettqu l-ewwel ħames sessjonijiet ta’ għalliema taħt is-superviżjoni ta’ TRI(A), MCCI(A) jew SFI(A) ikkwalifikat għal tagħlim fit-titjir ta’ MPL.”; |
|
(28) |
Il-punt FCL.915.FI huwa emendat kif ġej:
|
|
(29) |
Fil-punt FCL.930.FI, jiżdied il-punt (c) li ġej:
|
|
(30) |
Il-punt FCL.940.FI huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.940.FI– Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid
|
|
(31) |
Fil-punt FCL.905.TRI, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(32) |
Il-punt FCL.910.TRI huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.910.TRI Privileġġi ristretti
|
|
(33) |
Il-punt FCL.915.TRI(c)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(34) |
Il-punt FCL.930.TRI huwa emendat kif ġej:
|
|
(35) |
Il-punt FCL.935.TRI huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.935.TRI Valutazzjoni tal-kompetenza
|
|
(36) |
Il-punt FCL.940.TRI huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.940.TRI Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid
|
|
(37) |
Fil-punt FCL.905.CRI, jiddaħħal il-punt (ba) li ġej wara l-punt (b)
|
|
(38) |
Il-punt FCL.930.CRI(a)(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(39) |
Il-punt FCL.940.CRI huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.940.CRI Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid
|
|
(40) |
Il-punt FCL.915.IRI(b)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(41) |
Il-punt FCL.930.IRI(a)(3)(ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(42) |
Il-punt FCL.905.SFI huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.905.SFI Privileġġi u kundizzjonijiet
|
|
(43) |
Il-punt FCL.910.SFI huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.910.SFI Privileġġi ristretti Il-privileġġi ta’ SFIs għandhom ikunu ristretti għall-FTD 2/3 jew l-FFS tat-tip ta’ inġenji tal-ajru li fih ikun sar il-kors ta’ taħriġ ta’ SFI. Il-privileġġi jistgħu jkunu estiżi għal FSTDs oħra li jirrappreżentaw aktar tipi tal-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru jekk id-detenturi jkunu:
Il-privileġġi tal-SFI għandhom jiġu estiżi għal aktar varjanti skont l-OSD jekk l-SFI ikun lesta l-partijiet rilevanti tat-tip tat-taħriġ tekniku u l-kontenut tal-FSTD tas-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli.”; |
|
(44) |
Il-punt FCL.930.SFI(a)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(45) |
Il-punt FCL.940.SFI huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.940.SFI Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid
|
|
(46) |
Il-punt FCL.910.STI huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.910.STI Privileġġi ristretti Il-privileġġi ta’ STIs għandhom ikunu ristretti għall-FSTD li fih ikun ittieħed il-kors ta’ taħriġ ta’ STI. Il-privileġġi jistgħu jkunu estiżi għal FSTDs oħra li jirrappreżentaw aktar tipi ta’ inġenji tal-ajru jekk fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni, id-detenturi jkunu:
|
|
(47) |
Il-punt FCL.915.STI huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.915.STI Prerekwiżiti
|
|
(48) |
Il-punt FCL.940.STI huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.940.STI Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid ta’ ċertifikat ta’ STI
|
|
(49) |
Il-punt FCL.1000 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.1000 Ċertifikati tal-eżaminaturi
|
|
(50) |
Il-punt FCL.1005 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.1005 Limitazzjoni tal-privileġġi fil-każ ta’ interessi partikolari L-eżaminaturi m’għandhomx iwettqu:
|
|
(51) |
Il-punt FCL.1025 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.1025 Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid taċ-ċertifikati ta’ eżaminatur
|
|
(52) |
Il-punt FCL.1005.TRE huwa emendat kif ġej:
|
|
(53) |
Il-punt FCL.1005.CRE(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(54) |
Il-punt FCL.1010.CRE(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(55) |
Il-punt FCL.1010.IRE huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.1010.IRE Prerekwiżiti
|
|
(56) |
Il-punt FCL.1005.SFE huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.1005.SFE Privileġġi u kundizzjonijiet
|
|
(57) |
Il-punt FCL.1010.SFE huwa sostitwit b’dan li ġej: “ FCL.1010.SFE Prerekwiżiti
|
|
(58) |
Il-punti 1.1 u 1.2 tal-Appendiċi 1 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(59) |
Jiddaħħal il-punt 1.2a. ġdid fl-Appendiċi 1 kif ġej:
|
|
(60) |
Fil-parti A tal-Appendiċi 3Anness II, il-punt 9(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(61) |
Fil-parti C tal-Appendiċi 3, il-punt 8(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(62) |
Fil-parti D tal-Appendiċi 3, il-punt 8(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(63) |
Fil-parti E tal-Appendiċi 3, il-punt 3(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(64) |
Fil-parti K tal-Appendiċi 3, il-punt 3(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(65) |
It-tabella tal-KONTENUT TAT-TEST relatat mal-kategorija tal-ajruplani fl-Appendiċi 7 hija sostitwita bit-tabella li ġejja: “ Ajruplani
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(66) |
L-Appendiċi 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “APPEDNIĊI 8 Ikkreditar trasversali tal-parti IR ta’ klassi jew kontroll tal-profiċjenza tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip A. Ajruplani Il-krediti għandhom jingħataw biss jekk id-detentur ikunu qed jivvalidaw mill-ġdid jew iġeddu l-privileġġi tal-IR għal ajruplani b’magna waħda u għal ajruplani bi bdot wieħed u b’aktar minn magna waħda, kif xieraq.
B. Ħelikopters Il-krediti għandhom jingħataw biss jekk id-detenturi jkunu qed jivvalidaw il-privileġġi tal-IR mill-ġdid għal ħelikopters b’magna waħda u ħelikopters b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, kif xieraq.
|
|
(67) |
Fl-Appendiċi 9, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Anness VI (il-Parti-ARA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(68) |
Fil-punt ARA.GEN.220, il-punti (a)(11) u (a)(12) huma sostitwiti u jiddaħħal il-punt (a)(13) ġdid kif ġej:
|
|
(69) |
Jiddaħħal il-punt ARA.GEN.360 ġdid kif ġej: “ ARA.GEN.360 Bdil tal-awtorità kompetenti
|
L-Anness VII (il-Parti-ORA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(70) |
Il-punt ORA.ATO.135(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
L-Anness VIII (il-Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 (il-Parti-DTO) huwa emendat kif ġej:
|
(71) |
Il-punt DTO.GEN.240(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(°) Għandha titwettaq b’referenza għall-istrumenti biss.
(*1) Tista’ titwettaq f’FFS, FTD 2/3 jew FNPT II.
(+) Tista’ titwettaq fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5.
(++) Biex jiġu stabbiliti jew jinżammu l-privileġġi PBN, approċċ wieħed fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5 għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhijiex prattikabbli, din għandha titwettaq f’FSTD mgħammar b’mod xieraq.”;
(*2) Dment li matul it-12-il xahar preċedenti, l-applikanti jkunu taru mill-inqas tliet tluq u avviċinamenti IFR bil-privileġġi PBN, fosthom mill-inqas avviċinament wieħed RNP APCH fuq ajruplan ta’ klassi jew tip SP f’operazzjonijiet ta’ bdot wieħed, jew, għal ajruplani b’aktar minn magna waħda, għajr ajruplani kumplessi HP, l-applikanti jkunu għaddew mit-Taqsima 6 tat-test tal-ħiliet għal ajruplani SP, għajr dawk kumplessi HP li jittajru biss b’referenza għall-istrumenti f’operazzjoni ta’ bdot wieħed.
(*3) Dment li matul it-12-il xahar preċedenti, ikunu twettqu mill-inqas tliet tluq u avviċinamenti IFR bl-eżerċizzju tal-privileġġi PBN, fosthom avviċinament wieħed RNP APCH (jista’ jkun avviċinament Point in Space (PinS)) fuq ħelikopter tat-tip SP f’operazzjoni SP.”;