16.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1726

tal-15 ta’ Ottubru 2019

li jnaqqas il-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2019 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 105(1), (2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti tas-sajd għall-2018 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 (2),

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1970 (3),

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2360 (4), u

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (5).

(2)

Il-kwoti tas-sajd għall-2019 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1628 (6),

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2025 (7),

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2058 (8), u

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 (9).

(3)

Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, hija għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta’ dak l-Istat Membru.

(4)

L-Artikolu 105(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li dan it-tnaqqis tal-kwoti tas-sajd irid isir fis-sena jew fis-snin sussegwenti billi jiġu applikati l-fatturi rispettivi ta’ multiplikazzjoni mogħtija f’dawk il-paragrafi.

(5)

Ċerti Stati Membri qabżu l-kwoti tas-sajd allokati lilhom għall-2018. Għalhekk huwa xieraq li jitnaqqsu l-kwoti tas-sajd allokati lilhom fl-2019 u, fejn rilevanti, fis-snin sussegwenti, għall-istokkijiet mistada żżejjed.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1969 (10) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/479 (11) naqqsu l-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti pajjiżi u għal ċerti speċijiet għall-2018. Madankollu, għal ċerti pajjiżi, it-tnaqqis li kellu jiġi applikat għal ċerti speċijiet kien ikbar mill-kwoti rispettivi disponibbli fl-2018 u għalhekk ma setax jitwettaq bis-sħiħ dik is-sena. Sabiex ikun żgurat li f’dawn il-każijiet jitnaqqas l-ammont kollu għall-istokkijiet rispettivi, jenħtieġ li jitqiesu l-kwantitajiet li jkun għad fadal meta jiġi stabbilit it-tnaqqis għall-2019 u, meta jkun xieraq, mill-kwoti sussegwenti.

(7)

Wara bidliet fid-definizzjonijiet taż-żoni tal-istokkijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/124, jenħtieġ li t-tnaqqis li fadal li japplika għall-Belġju minħabba li fl-2017 ġiet mistada żżejjed ir-raja ondjata fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 7d (RJU/07D.) jiġi applikat għall-kwota għar-raja ondjata għall-2019 fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 7d u 7e (RJU/7DE.).

(8)

Jenħtieġ li t-tnaqqis mill-kwoti tas-sajd previst f’dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għat-tnaqqis applikabbli għall-kwoti tal-2019 skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013 (12).

(9)

Billi l-kwoti jingħataw f’tunnellati, jenħtieġ li s-sajd eċċessiv ta’ kwantitajiet ta’ inqas minn tunnellata ma jitqiesx,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti tas-sajd stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2018/1628, (UE) 2018/2025, (UE) 2018/2058 u (UE) 2019/124 għall-2019 għandhom jitnaqqsu kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għat-tnaqqis previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1970 tas-27 ta’ Ottubru 2017 li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 281, 31.10.2017, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2360 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 337, 19.12.2017, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta’ Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1628 tat-30 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 272, 31.10.2018, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2025 tas-17 ta’ Diċembru 2018 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020 (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 7).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2058 tas-17 ta’ Diċembru 2018 li jiffissa għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 329, 27.12.2018, p. 8).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 tat-30 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 29, 31.1.2019, p. 1).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1969 tat-12 ta’ Diċembru 2018 li jnaqqas il-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2018 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel (ĠU L 316, 13.12.2018, p. 12).

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/479 tat-22 ta’ Marzu 2019 li jnaqqas il-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2018 minħabba sajd eċċessiv ta’ stokkijiet oħrajn fis-snin ta’ qabel u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1969 (ĠU L 82, 25.3.2019, p. 6).

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013 tal-5 ta’ Marzu 2013 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tas-sajd allokati lil Spanja fl-2013 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed ta’ ċertu kwota tal-kavalli fl-2009 (ĠU L 62, 6.3.2013, p. 1).


ANNESS

TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦALL-2019 GĦALL-ISTOKKIJIET LI ĠEW MISTADA ŻŻEJJED

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Il-kwota oriġinali tal-2018 (f’kilogrammi)

Il-ħatt l-art permess għall-2018 (il-kwantità totali adattata f’kilogrammi)  (1)

Il-qabdiet totali li saru fl-2018 (il-kwantità f’kilogrammi)

Il-konsum tal-kwota meta mqabbel mal-ħatt l-art permess

Is-sajd eċċessiv meta mqabbel mal-ħatt l-art permess (il-kwantità f’kilogrammi)

Il-fattur ta’ multiplikazzjoni  (2)

Fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni  (3) ,  (4)

It-tnaqqis pendenti mis-sena jew mis-snin ta’ qabel  (5)

(il-kwantità f’kilogrammi)

It-tnaqqis li jrid isir fl-2019 (il-kwantità f’kilogrammi)

BE

RJE

7FG.

Ir-raja għewejna

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 7f u 7g

14 000

15 400

19 888

129,14 %

4 488

1,00

/

/

4 488

BE

RJU

07D. (6)

Ir-raja ondjata

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 7d

2 000

969

1 394

143,86 %

425 (7)

Ma japplikax

Ma japplikax

2 617

2 617

DE

COD

3BC+24

Il-bakkaljaw

Is-subdiviżjonijiet 22 sa 24

1 194 000

1 349 400

1 393 360

103,26 %

43 960

/

C (8)

/

43 960

DK

COD

3BC+24

Il-bakkaljaw

Is-subdiviżjonijiet 22 sa 24

2 444 000

2 594 270

2 617 780

100,91 %

23 510

/

C (8)

/

23 510

ES

BET

ATLANT

It-tonn obeż

L-Oċean Atlantiku

9 791 920

9 281 920

9 756 069

105,11 %

474 149

/

C (8)

/

474 149

ES

GHL

1N2AB.

Il-ħalibatt ta’ Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

0

27 736

Ma japplikax

27 736

1,00

A

/

41 604

ES

GHL

N3LMNO

Il-ħalibatt ta’ Greenland

Iż-żona 3LMNO tan-NAFO

4 534 000

4 496 772

4 508 020

100,25 %

11 248

/

A (8)+C (8)

/

11 248

ES

NEP

*07U16

L-iskampu

L-unità funzjonali 16 tas-subżona 7 tal-ICES

825 000

155 000

158 375

102,18 %

3 375

/

/

/

3 375

ES

RJU

9-C.

Ir-raja ondjata

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9

15 000

15 000

17 067

113,78 %

2 067

1,00

/

/

2 067

ES

YFT

IOTC

It-tonn l-isfar

Iż-Żona ta’ Kompetenza tal-IOTC

45 682 000

45 354 940

44 964 373

99,14 %

– 390 567  (9)

Ma japplikax

Ma japplikax

2 138 460

2 138 460

EE

COD

N3M.

Il-bakkaljaw

Iż-żona 3M tan-NAFO

124 000

916 170

953 232

104,05 %

37 062

/

/

/

37 062

FR

GHL

1N2AB.

Il-ħalibatt ta’ Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

0

18 084

Ma japplikax

18 084

1,00

/

/

18 084

IE

HER

07A/MM

L-aringa

Iż-żona 7a

1 826 000

1 850 311

1 979 666

106,99 %

129 355

/

/

/

129 355

IE

MAC

2CX14-

Il-kavalli

Iż-żoni 6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 2a, 12 u 14

69 141 000

66 541 055

66 965 925

100,64 %

424 870

/

/

/

424 870

NL

POK

2C3A4

Il-pollakkju l-iswed

Iż-żoni 3a u 4 u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 2a

110 000

210 994

265 115

125,65 %

54 121

1,00

/

/

54 121

NL

WHG

56-14

Il-merlangu

Iż-żona 6, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

/

0

4 492

Ma japplikax

4 492

1,00

/

/

4 492

PL

COD

3BC+24

Il-bakkaljaw

Is-subdiviżjonijiet 22 sa 24

654 000

786 200

858 164

109,15 %

71 964

/

C (8)

32 331

104 295

PT

ALF

3X14-

Il-fonsa l-ħamra

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

182 000

179 044

184 010

102,77 %

4 966

/

/

/

4 966

PT

BET

ATLANT

It-tonn obeż

L-Oċean Atlantiku

3 717 470

4 152 470

4 405 184

106,09 %

252 714

/

C (8)

/

252 714

PT

BFT

AE45WM

It-tonn

L-Oċean Atlantiku fil-Lvant ta’ 45° W u l-Mediterran

470 190

437 190

450 343

103,01 %

13 153

/

C (8)

/

13 153

PT

BUM

ATLANT

Il-marlin blu

L-Oċean Atlantiku

50 440

45 428

74 337

163,64 %

28 909

1,00

A

/

43 364

PT

RJU

9-C.

Ir-raja ondjata

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9

15 000

33 000

36 295

109,98 %

3 295

/

/

/

3 295

UK

COD

N1GL14

Il-bakkaljaw

L-ilmijiet ta’ Greenland li jinsabu fiż-żona 1F tan-NAFO u l-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 5, 12 u 14

382 000

497 520

512 187

102,95 %

14 667

/

/

/

14 667

UK

GHL

1N2AB.

Il-ħalibatt ta’ Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

25 000

22 000

24 434

111,06 %

2 434

1,00

/

/

2 434

UK

HER

4AB.

L-aringa

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N

79 381 000

84 694 795

84 739 599

100,05 %

44 804

/

/

/

44 804

UK

MAC

2CX14-

Il-kavalli

Iż-żoni 6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 2a, 12 u 14

190 143 000

186 253 028

189 644 893

101,82 %

3 391 865

/

A (8)

/

3 391 865

UK

POK

1N2AB.

Il-pollakkju l-iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

182 000

459 700

463 509

100,83 %

3 809

/

/

/

3 809

UK

RHG

5B67-

Il-grenadier rasu raffa

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VI u VII

1 510

1 510

7 588

502,52 %

6 078

1,00

/

/

6 078

UK

WHG

56-14

Il-merlangu

Iż-żona 6, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

122 000

124 060

139 470

112,42 %

15 410

1,00

/

/

15 410


(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2017 għall-2018 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) u skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta’ sajd eċċessiv ta’ 100 tunnellata jew inqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv ikun jaqbeż l-10 %.

(4)  L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li kien hemm sajd eċċessiv b’mod konsekuttiv fl-2016, fl-2017 u fl-2018. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li l-istokk huwa suġġett għal pjan pluriennali.

(5)  Il-kwantitajiet li fadal mis-sena jew mis-snin ta’ qabel.

(6)  Ammont li għandu jitnaqqas minn RJU/7DE. (l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 7d u 7e).

(7)  Il-kwantitajiet ta’ inqas minn tunnellata ma jitqisux.

(8)  Il-fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ma jistax jiġi applikat billi s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-ħatt l-art permess.

(9)  It-tnaqqis ma jistax jitnaqqas b’din il-kwantità li ma ntużatx minħabba li l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax għall-istokk YFT/IOTC.