15.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1717

tal-14 ta’ Ottubru 2019

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686.

(2)

Jenħtieġ li persuna titneħħa mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.


ANNESS

Il-persuna li ġejja, u l-entrata relatata, jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686:

1.

Fabien CLAIN (magħruf ukoll bħala Omar).