11.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1701

tat-23 ta’ Lulju 2019

li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b’mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 23(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012, li ġie adottat fl-4 ta’ Lulju 2012, jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali (2) (“il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam”). Huwa riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ssostitwixxa dak ir-Regolament b’effett mill-1 ta’ Marzu 2014. Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 ġie emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2013 (4), li ġie adottat fil-25 ta’ Jannar 2013 iżda ma sarx applikabbli qabel l-1 ta’ April 2013. L-emendi stipulati fir-Regolament (UE) Nru 73/2013 ma kinux riflessi kif xieraq fir-Regolament (UE) Nru 649/2012. Għalhekk, sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u l-konsistenza legali, huwa meħtieġ li jiġu formalment riflessi fl-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 l-emendi stipulati fir-Regolament (UE) Nru 73/2013.

(2)

Bid-Deċiżjoni 2008/934/KE (5), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tinkludix is-sustanzi acetochlor, asulam, chloropicrin u propargite bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (6), bl-effett li dawk is-sustanzi jiġu pprojbiti mill-użu fil-pestiċidi u għalhekk jenħtieġ li jiġu miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. Madankollu, iż-żieda tal-acetochlor, tal-asulam, tal-chloropicrin u tal-propargite mal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni ta’ dawk is-sustanzi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 (7). Din l-applikazzjoni l-ġdida wasslet għall-adozzjoni tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1372/2011 (8), (UE) Nru 1045/2011 (9), (UE) Nru 1381/2011 (10) u (UE) Nru 943/2011 (11), li permezz tagħhom il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tapprovax is-sustanzi acetochlor, asulam, chloropicrin u propargite, rispettivament, bħala sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), bl-effett li jibqgħu pprojbiti mill-użu fil-pestiċidi. Għalhekk, jenħtieġ li s-sustanzi acetochlor, asulam, chloropicrin u propargite jiġu miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(3)

Bid-Deċiżjoni 2008/934/KE, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tinkludix is-sustanzaflufenoxuron bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u bid-Deċiżjoni 2012/77/UE (13) ddeċidiet li ma tinkludix dik is-sustanza bħala sustanza attiva fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) għat-tip ta’ prodott 18. Għalhekk, il-flufenoxuron qed jiġi ristrett b’mod sever għall-użu fil-pestiċidi u jenħtieġ li jiġi miżjud mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. Madankollu, iż-żieda tal-flufenoxuron mal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni ta’ dik is-sustanza fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. Din l-applikazzjoni l-ġdida wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 942/2011 (15), li permezz tiegħu l-Kummissjoni ddeċidiet li ma tapprovax il-flufenoxuron bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Għalhekk, jenħtieġ li s-sustanza flufenoxuron tiġi miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(4)

Bid-Deċiżjoni 2012/257/UE (16), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tinkludix is-sustanza naled għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE u bid-Deċiżjoni 2005/788/KE (17), iddeċidiet li ma tinkludix dik is-sustanza fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Għalhekk, in-naled qed jiġi pprojbit mill-użu fil-pestiċidi u jenħtieġ li jiġi miżjud mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(5)

Permezz tad-Deċiżjonijiet 2009/65/KE (18), 2009/859/KE (19)u 2008/769/KE (20), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tinkludix l-aċidu 2-naftilossaċetiku, id-difenilammina u l-propanil, rispettivament, bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Għalhekk, dawk is-sustanzi qed jiġu pprojbiti mill-użu fil-pestiċidi u jenħtieġ li jiġu miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. Madankollu, iż-żieda tal-aċidu 2-naftilossiaċetiku, tad-difenilammina u tal-propanil mal-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. Din l-applikazzjoni l-ġdida wasslet għall-adozzjoni tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1127/2011 (21), (UE) Nru 578/2012 (22) u (UE) Nru 1078/2011 (23), li permezz tagħhom il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tapprovax is-sustanzi l-aċidu 2-naftilossiaċetiku, id-difenilammina u l-propanil, rispettivament, bħala sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li jibqgħu pprojbiti mill-użu fil-pestiċidi. Għalhekk, jenħtieġ li s-sustanzi l-aċidu 2-naftilossiaċetiku, id-difenilammina u l-propanil jiġu miżjuda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(6)

Jenħtieġ li l-entrata għad-dichlorvos fil-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tiġi emendata biex tirrifletti d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/254/UE (24) biex ma tinkludix id-dichlorvos fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE, li għandha l-effett li tipprojbixxi l-użu tad-dichlorvos fil-pestiċidi.

(7)

Permezz tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 582/2012 (25) u (UE) Nru 359/2012 (26), il-Kummissjoni approvat is-sustanzi bifenthrin u metam, rispettivament, bl-effett li dawk is-sustanzi ma għadhomx ipprojbiti mill-użu fil-pestiċidi. Konsegwentement, is-sustanzi bifenthrin u metam jenħtieġ li jitħassru mill-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(8)

Fil-ħames laqgħa tagħha, li saret f’Ġunju 2011, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam iddeċidiet li tinkludi is-sustanzi alachlor, aldicarb u endosulfan fl-Anness III ta’ dik il-Konvenzjoni, bl-effett li dawk is-sustanzi kimiċi jiġu soġġetti għall-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat Minn Qabel skont dik il-Konvenzjoni. Għalhekk jenħtieġ li dawn jitneħħew mil-lista tas-sustanzi kimiċi fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 u jiżdiedu mal-lista tas-sustanzi kimiċi fil-Parti 3 ta’ dak l-Anness.

(9)

Jenħtieġ li s-sustanza ċjanammid titneħħa mill-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 billi tressqet evidenza li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/745/KE (27) li ma tinkludix iċ-ċjanammid fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ma tammontax għal restrizzjoni severa tal-użu tas-sustanza fil-livell tal-kategorija “pestiċida”, filwaqt li jitqies li ċ-ċjanammid għandu użi importanti fis-subkategorija “pestiċidi oħra inklużi l-bijoċidi”. Is-sustanza ċjanammid ġiet identifikata u notifikata għall-evalwazzjoni skont id-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk, prodotti bijoċidali li fihom iċ-ċjanammid jistgħu jibqgħu jiġu awtorizzati mill-Istati Membri skont ir-regoli nazzjonali tagħhom, sakemm tittieħed deċiżjoni taħt dik id-Direttiva.

(10)

Wara d-deċiżjoni meħuda skont il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes biex tiġi elenkata s-sustanza endosulfan fil-Parti 1 tal-Anness A ta’ dik il-Konvenzjoni, dik is-sustanza ġiet inkluża fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28). Konsegwentement, is-sustanza endosulfan jenħtieġ li titħassar mill-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 649/2012 jiġi emendat skont dan.

(12)

Peress li, fil-prattika, l-emendi stipulati f’dan ir-Regolament diġà ġew implimentati mill-awtoritajiet rilevanti u mill-operaturi ekonomiċi fuq is-suppożizzjoni li r-Regolament (UE) Nru 649/2012 ġie emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2013, jenħtieġ li dawn japplikaw b’mod retroattiv mill-1 ta’ Marzu 2014, id-data meta beda japplika r-Regolament (UE) Nru 649/2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness V huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika b’effett mill-1 ta’ Marzu 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60.

(2)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 29.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 204, 31.7.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2013 tal- 25 ta’ Jannar 2013 li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 26, 26.1.2013, p. 11).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1372/2011 tal-21 ta’ Diċembru 2011 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva aċetoklor, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 341, 22.12.2011, p. 45).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1045/2011 tad-19 ta’ Ottubru 2011 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva asulam, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 23).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1381/2011 tat-22 ta’ Diċembru 2011 dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva kloropikrin, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 343, 23.12.2011, p. 26).

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 943/2011 tat-22 ta’ Settembru 2011 dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva propargit, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 246, 23.9.2011, p. 16).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/77/UE tad-9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-flufenossuron għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 38, 11.2.2012, p. 47).

(14)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 942/2011 tat-22 ta’ Settembru 2011 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva flufenoxuron, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 246, 23.9.2011, p. 13).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/257/UE tal-11 ta’ Mejju 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tan-naled għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 126, 15.5.2012, p. 12).

(17)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/788/KE tal-11 ta’ Novembru 2005 dwar in-non-inklużjoni tan-naled fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (ĠU L 296, 12.11.2005, p. 41).

(18)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/65/KE tas-26 ta’ Jannar 2009 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ 2-Naphtyloxyacetic acid fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 23, 27.1.2009, p. 33).

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/859/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar in-noninklużjoni ta’ diphenylamine fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 79).

(20)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/769/KE tat-30 ta’ Settembru 2008 dwar l-esklużjoni tal-propanil mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (ĠU L 263, 2.10.2008, p. 14).

(21)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1127/2011 tas-7 ta’ Novembru 2011 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva l-aċidu 2-naftilossiaċetiku, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 289, 8.11.2011, p. 26).

(22)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 578/2012 tad-29 ta’ Ġunju 2012 dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva difenilammina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 171, 30.6.2012, p. 2).

(23)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2011 tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva propanil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 279, 26.10.2011, p. 1).

(24)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/254/UE tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar in-noninklużjoni tad-diklorvos għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 125, 12.5.2012, p. 53).

(25)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2012 tat-2 ta’ Lulju 2012 li japprova s-sustanza attiva bifentrin, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 173, 3.7.2012, p. 3).

(26)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 359/2012 tal-25 ta’ April 2012 li japprova s-sustanza attiva metam, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 1).

(27)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/745/KE tat-18 ta’ Settembru 2008 dwar l-esklużjoni ta’ cyanamide mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (ĠU L 251, 19.9.2008, p. 45).

(28)  Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)   

Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrati għal alachlor u aldicarb huma sostitwiti b’dan li ġej:

Sustanza Kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi NM (***)

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhi meħtieġa l-ebda notifika

“Alachlor (#)

15972-60-8

240-110-8

ex 2924 25 00

p(1)

b

 

Aldicarb (#)

116-06-3

204-123-2

ex 2930 80 00

p(1)-p(2)

b-b”;

 

(b)

l-entrata għal dichlorvos hija sostitwita b’dan li ġej:

Sustanza Kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi NM (***)

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhi meħtieġa l-ebda notifika

“Dichlorvos (+)

62-73-7

200-547-7

ex 2919 90 00

p(1)-p(2)

b-b”;

 

(c)

l-entrati għall-bifenthrin u għall-metam jitħassru;

(d)

l-entrati li ġejjin huma mdaħħla jew miżjuda f’ordni alfabetika:

Sustanza Kimika

Nru CAS

Kodiċi NM

Nru Einecs (***)

Subkategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhi meħtieġa l-ebda notifika

“Acetochlor (+)

34256-82-1

251-899-3

ex 2924 29 70

p(1)

b

 

Asulam (+)

3337-71-1

2302-17-2

222-077-1

218-953-8

ex 2935 90 90

p(1)

b

 

Chloropicrin (+)

76-06-2

200-930-9

ex 2904 91 00

p(1)

b

 

Flufenoxuron (+)

101463-69-8

417-680-3

ex 2924 21 00

p(1)-p(2)

b-sr

 

Naled (+)

300-76-5

206-098-3

ex 2919 90 00

p(1)-p(2)

b-b

 

Propargite (+)

2312-35-8

219-006-1

ex 2920 90 70

p(1)

b”;

 

(2)   

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għal dichlorvos hija sostitwita b’dan li ġej:

Sustanza Kimika

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi NM (***)

Kategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

“Dichlorvos

62-73-7

200-547-7

ex 2919 90 00

p

b”;

(b)

jitħassru l-entrati għall-alachlor, għall-aldicarb, għaċ-ċjanammid u għall-endosulfan;

(c)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu jew jiżdiedu f’ordni alfabetika:

Nru CAS

Nru Einecs

Kodiċi NM (***)

Kategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

“aċidu 2-naftilossaċetiku

Sustanza Kimika

120-23-0

204-380-0

ex 2918 99 90

p

b

Acetochlor

34256-82-1

251-899-3

ex 2924 29 70

p

b

Asulam

3337-71-1

2302-17-2

222-077-1

218-953-8

ex 2935 90 90

p

b

Chloropicrin

76-06-2

200-930-9

ex 2904 91 00

p

b

Diphenylamine

122-39-4

204-539-4

ex 2921 44 00

p

b

Flufenoxuron

101463-69-8

417-680-3

ex 2924 21 00

p

sr

Naled

300-76-5

206-098-3

ex 2919 90 00

p

b

Propanil

709-98-8

211-914-6

ex 2924 29 70

p

b

Propargite

2312-35-8

219-006-1

ex 2920 90 70

p

b”;

(3)   

fil-Parti 3, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin f’ordni alfabetiku:

Sustanza Kimika

Numru/i CAS rilevanti

Kodiċi HS

Sustanza pura (**)

Kodiċi HS

Taħlitiet li jkun fihom is-sustanza (**)

Kategorija

“Alachlor

15972-60-8

2924.25

3808.93

Pestiċida

Aldicarb

116-06-3

2930.80

3808.91

Pestiċida

Endosulfan

115-29-7

2920.30

3808.91

Pestiċida”.


ANNESS II

Fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tiżdied l-entrata li ġejja:

Deskrizzjoni tas-sustanzi kimiċi/tal-prodott(i) soġġetti għall-projbizzjoni tal-esportazzjoni

Dettalji addizzjonali, fejn relevanti (eż. isem is-sustanza kimika, Nru KE, Nru CAS, eċċ.)

 

“Endosulfan

Nru KE 204-079-4

Nru CAS 115-29-7

Kodiċi NM 2920 30 00 ”.