|
8.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1676
tas-7 ta’ Ottubru 2019
li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet tal-lingwa tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni tal-lingwa Ċeka tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fiha l-iżbalji fl-Anness II, il-Parti A, it-Tabella 2 u fl-Anness II, il-Parti E, il-kategoriji tal-ikel 02.1, 02.2.2, 04.2.5.1, 04.2.5.2, 04.2.5.3, 08.2, 08.3.1, 08.3.2, 08.3.3, 14.1.4, 15.1 u 15.2. Għaldaqstant, fil-verżjoni tal-lingwa Ċeka, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet tal-użu (restrizzjonijiet/eċċezzjonijiet) tal-addittivi tal-ikel f’dawk id-dispożizzjonijiet jiġu kkoreġuti sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza ġuridika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. |
|
(2) |
Il-verżjoni tal-lingwa Latvjana tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fiha żball fl-Anness II, il-Parti E, il-kategorija tal-ikel 04.1.2. Għaldaqstant, fil-verżjoni tal-lingwa Latvjana, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet tal-użu (restrizzjonijiet/eċċezzjonijiet) tal-addittivi tal-ikel f’dik id-dispożizzjoni jiġu kkoreġuti sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza ġuridika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. |
|
(3) |
Il-verżjoni tal-lingwa Slovakka tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fiha żball fl-Anness II, il-Parti E, il-kategorija tal-ikel 07.1. Għaldaqstant, fil-verżjoni tal-lingwa Slovakka, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet tal-użu (restrizzjonijiet/eċċezzjonijiet) tal-addittivi tal-ikel f’dik id-dispożizzjoni jiġu kkoreġuti sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza ġuridika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-verżjonijiet tal-lingwa Ċeka, Latvjana u Slovakka tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet tal-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER