26.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1582
tal-25 ta' Settembru 2019
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-imazalil f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għall-imazalil, il-limiti massimi ta' residwu (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II u l-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(2) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għall-imazalil f'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). Hija rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-patata, it-tadam, il-ħbub tax-xgħir, il-ħbub tal-ħafur, il-ħbub tas-segala u l-ħbub tal-qamħ. Għal ċerti prodotti oħrajn hija rrakkomandat li jiżdied il-livell tal-MRLs eżistenti. |
(3) |
L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward ta' ċerti MRLs, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Mill-perspettiva tal-ġestjoni tar-riskji, huwa xieraq li jiġu stabbiliti MRLs fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità għall-frott taċ-ċitru, il-frawli, it-tut, il-lampun, il-qargħa bagħli, il-bettieħ u l-muskoli, it-tessut tax-xaħam, il-fwied u l-kliewi tal-ħnieżer, tal-bovini u tal-ekwini, kif ukoll il-ħalib tal-bhejjem tal-ifrat u l-ħalib taż-żwiemel, billi għal dawk il-prodotti, kienet disponibbli informazzjoni limitata u l-Awtorità dderivat MRLs li ma jqajmux tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Dawk l-MRLs se jiġu riveduti; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Minn perspettiva ta' ġestjoni tar-riskju, huwa xieraq li jiġu stabbiliti MRLs fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-limitu speċifiku ta' determinazzjoni jew fl-MRL prestabbilit kif stabbilit fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-frott taż-żerriegħa, il-kaki, il-banana u l-bżar ħelu/kapsikum, billi, għal dawk il-prodotti, l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli li minnha l-Awtorità setgħet tikseb MRLs li ma jqajmux tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. |
(4) |
L-awtorità indikat li l-MRLs derivati għall-imazalil fil-grejpfrut, fil-larinġ, fit-tuffieħ, fil-lanġas, fil-banana, fil-patata u fil-fwied tal-bovini, kif ukoll il-limitu massimu ta' residwi tal-Codex (CXL) li fuqhom huwa bbażat l-MRL tal-UE għan-naspli, jistgħu jqajmu tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Filwaqt li qieset l-informazzjoni addizzjonali disponibbli għall-grejpfrut, għal-larinġ u għall-patata, hija dderivat MRLs alternattivi għall-grejpfrut, għal-larinġ, għall-patata u għall-fwied tal-bovini li ma jqajmux dan it-tħassib. Fir-rigward tal-MRLs għat-tuffieħ, il-lanġas, in-naspli u l-banana, l-Awtorità indikat li l-maniġers tar-riskju jistgħu jikkunsidraw li jissettjawhom fil-limitu speċifiku ta' determinazzjoni jew fuq l-MRL prestabbilit skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(5) |
L-awtorità pproponiet definizzjonijiet riveduti tar-residwu. Jixraq li d-definizzjonijiet tar-residwu jinbidlu kif xieraq. |
(6) |
B'mod indipendenti mir-reviżjoni tal-MRL imwettqa skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament biex jiġu mmodifikati l-MRLs eżistenti għall-imażalil fi frott taċ-ċitru, tuffieħ, lanġas, banana u patata u fi prodotti li joriġinaw mill-annimali. |
(7) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawn l-applikazzjonijiet ġew ivvalutati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta' valutazzjoni tressqu lill-Kummissjoni. |
(8) |
F'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-Awtorità vvalutat l-applikazzjoni u r-rapport ta' evalwazzjoni, u eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali u tat l-opinjoni motivata (3) tagħha dwar l-MRLs proposti. Għaddiet dik l-opinjoni lill-applikanti, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u ppubblikatha. |
(9) |
Fl-opinjoni motivata tagħha, l-Awtorità kkonkludiet skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 li l-MRLs għall-użi maħsuba ma setgħux jiġu emendati qabel ma titlesta l-valutazzjoni tar-riskju għall-metaboliti tal-pjanti R014821, FK-772 u FK-284 fir-rigward tal-ġenotossiċità u t-tossiċità ġenerali. Ikkonkludiet ukoll li ċerta informazzjoni identifikata bħala mhux disponibbli fir-reviżjoni tal-MRL imwettqa skont l-Artikolu 12(1) ta' dak ir-Regolament tressqet mal-applikazzjoni skont l-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament. |
(10) |
Minħabba l-adozzjoni tal-opinjoni motivata skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 wara l-adozzjoni tal-opinjoni motivata skont l-Artikolu 12(1) ta' dak ir-Regolament u n-natura orizzontali tat-tħassib dwar it-tossiċità identifikat għall-metaboliti tal-imazalil R014821, FK-772 u FK-284, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità biex taġġorna l-opinjoni motivata tagħha dwar l-MRLs eżistenti għall-imazalil skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(11) |
L-Awtorità ressqet opinjoni motivata (4) li taġġorna r-reviżjoni tal-MRLs eżistenti għall-imazalil fuq il-bażi tal-informazzjoni tossikoloġika ġdida. |
(12) |
F'dik l-opinjoni motivata, l-Awtorità dderivat l-istess MRLs bħal dawk fl-opinjoni motivata tagħha skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, ħlief għall-frott taċ-ċitru, għall-bettieħ u għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Għal dawn il-prodotti, ma pproponietx MRLs, għaliex ma setgħetx tiffinalizza l-valutazzjoni tal-proprjetajiet tossikoloġiċi tal-metabolit R014821. |
(13) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 705/2011 (5) ġedded l-approvazzjoni tal-imazalil skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Filwaqt li fil-valutazzjoni tar-riskju ta' qabel l-adozzjoni ta' dak ir-Regolament, l-Awtorità kienet identifikat inċertezzi rigward il-proprjetajiet tossikoloġiċi tal-metabolit R014821 (7), il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni ma kinux ristretti f'dan ir-rigward fl-istadju tal-ġestjoni tar-riskju. Tagħrif addizzjonali dwar il-proprjetajiet tossikoloġiċi tal-metabolit R014821 sottomess mal-applikazzjoni skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 ma indirizzax għal kollox dawk l-inċertezzi iżda lanqas ma wassal għal żieda fil-livell ta' tħassib. Minn perspettiva ta' ġestjoni tar-riskju, huwa konsistenti u xieraq li jiġu stabbiliti MRLs għal dawk il-prodotti li għalihom l-Awtorità fl-opinjoni motivata tagħha skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 idderivat MRLs li ma jqajmux tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. |
(14) |
Is-CXLs eżistenti ġew ikkunsidrati fl-opinjonijiet motivati tal-Awtorità. Is-CXLs li huma sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni ġew ikkunsidrati għall-iffissar tal-MRL. |
(15) |
Fir-rigward ta' prodotti li fuqhom mhux awtorizzat l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li għalihom ma jeżistu l-ebda tolleranzi tal-importazzjoni jew CXLs, jenħtieġ li l-MRLs jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni jew jenħtieġ li japplika l-MRL prestabbilit, kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(16) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi fir-rigward tal-bżonn li jiġu adattati ċerti limiti ta' determinazzjoni. Dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti, l-iżvilupp tekniku jirrikjedi li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi ta' determinazzjoni. |
(17) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(18) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom tqiesu. |
(19) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
(20) |
Sabiex il-prodotti jkunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati, ipproċessati u kkunsmati b'mod normali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li jkunu ġew prodotti qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom jintwera li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi. |
(21) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs immodifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
(22) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament għandu jibqa' japplika għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel is-16 ta' April 2020, ħlief għall-grejpfrut, il-larinġ, it-tuffieħ, il-lanġas, in-naspli, il-banana, il-patata u l-fwied tal-bovini.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-16 ta' April 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Review of the existing maximum residue levels for imazalil according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2017;15(9):4977.
(3) European Food Safety Authority; Modification of the existing maximum residue levels for imazalil in various commodities. EFSA Journal 2018;16(6):5329.
(4) European Food Safety Authority; Reasoned Opinion on the updated review of the existing maximum residue levels for imazalil according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005 following new toxicological information. EFSA Journal 2018;16(10):5453.
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 705/2011 tal-20 ta' Lulju 2011 li japprova s-sustanza attiva imażalil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 190, 21.7.2011, p. 43).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(7) European Food Safety Authority; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance imazalil. EFSA Journal 2010, 8(3):1526.
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonna għall-imazalil tinbidel b'dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
(2) |
Fil-Parti B tal-Anness III, il-kolonna għall-imazalil titħassar. |
(*1) Limitu tal-kwantifikazzjoni analitika
(1) Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I.