|
18.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 240/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1561
tas-17 ta' Settembru 2019
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-chlormequat fil-faqqiegħ ikkultivat
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 16(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għall-chlormequat, il-livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
L-MRLs għall-chlormequat dan l-aħħar ġew modifikati bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/693 (2) skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. F'dak il-qafas, ġie stabbilit MRL temporanju għall-faqqiegħ ikkultivat ta' 0,9 mg/kg minħabba li d-data ta' monitoraġġ turi li rriżultaw xi residwi fuq il-faqqiegħ ikkultivat mhux ittrattat f'livell ogħla mil-limitu tad-determinazzjoni, u dawn ir-residwi jistgħu jirriżultaw mill-kontaminazzjoni kroċjata tal-faqqiegħ ikkultivat bit-tiben legalment ittrattat bil-chlormequat. |
|
(3) |
Il-produtturi tal-faqqiegħ bagħtu lill-Kummissjoni data riċenti tal-monitoraġġ speċifikament għall-faqqiegħ tal-ferla li turi li r-residwi jokkorru f'dawk il-prodotti f'livelli ogħla mill-MRL temporanju attwali stabbilit għall-faqqiegħ ikkultivat. Dawk ir-residwi jirriżultaw minn kontaminazzjoni kroċjata tal-faqqiegħ ikkultivat bit-tiben legalment ittrattat bil-chlormequat. Bosta Stati Membri bagħtu data ta' monitoraġġ addizzjonali mill-kontrolli uffiċjali mwettqa b'mod speċifiku fuq il-faqqiegħ tal-ferla, li kkonfermat dawk is-sejbiet. |
|
(4) |
Il-Ġermanja ġabret u evalwat applikazzjoni għall-modifika tal-MRL eżistenti skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u għaddiet ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ivvalutat l-applikazzjoni u r-rapport tal-evalwazzjoni, u b'mod partikolari eżaminat ir-riskji għall-konsumaturi u, fejn kien rilevanti, għall-annimali, u għamlet dikjarazzjoni xjentifika dwar l-MRL propost (3). Għaddiet dik l-opinjoni lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru u ppubblikatha. |
|
(6) |
Fid-dikjarazzjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-modifika għall-MRL mitluba mill-Ġermanja kienet aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumaturi fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumatur għal 27 grupp speċifiku ta' konsumaturi Ewropej. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif reċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanza. La l-esponiment tul il-ħajja għal dik is-sustanza mill-konsum tal-prodotti tal-ikel kollha li jista' jkun fihom dik is-sustanza, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minħabba konsum għoli tal-prodotti rilevanti ma wera li kien hemm riskju li jinqabeż il-konsum aċċettabbli ta' kuljum jew id-doża akuta ta' referenza. |
|
(7) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Awtorità dwar ir-riskju għall-konsumaturi, l-MRL għall-faqqiegħ tal-ferla għandu jiġi stabbilit fil-livell li jikkorrispondi għall-95 perċentil tar-riżultati tal-kampjun kollha filwaqt li jinżamm l-MRL eżistenti għall-faqqiegħ ikkultivat ieħor. Se jsir rieżami ta' dan l-MRL; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli sat-13 ta' April 2021. |
|
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Settembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/693 tas-7 ta' April 2017 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwi għal bitertanol, klormekwat u tebufenpirad f'ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 1).
(3) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA huma disponibbli onlajn: http://www.efsa.europa.eu:
Statement on the dietary risk assessment for the proposed temporary maximum residue level for chlormequat in oyster mushrooms. EFSA Journal 2019; 17(5):5707.
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonna għall-chlormequat titħassar |
|
(2) |
Fil-Parti A tal-Anness III, tiżdied il-kolonna li ġejja għall-chlormequat: “Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Limitu tal-kwantifikazzjoni analitika
(1) Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I.