11.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1394
tal-10 ta' Settembru 2019
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 fir-rigward ta' ċerti regoli dwar sorveljanza għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa u ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 8, 58, 100, 132, 157, 161, 184, 193, 217, 232, 268 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (2) jirrikjedi lill-Istati Membri jiġbru u jaqsmu ċertu informazzjoni dwar importazzjonijiet li huma eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) skont l-Artikolu 143(1)(ca) (skema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod) jew l-Artikolu 143(1)(d) u 143(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3). Barra minn hekk, skont l-Artikolu 47(2) tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu, fejn ikun neċessarju għall-finijiet ta' minimizzazzjoni ta' riskju u l-ġlieda kontra l-frodi, jaqsmu ma' xulxin u mal-Kummissjoni data li taslilhom fil-kuntest tad-dħul, ħruġ, tranżitu, moviment, ħażna u użu aħħari tal-oġġetti. |
(2) |
Is-sistema elettronika li daħħlet fis-seħħ il-Kummissjoni biex tikkonforma mal-obbligu ta' sorveljanza fl-Artikolu 56(5) tal-Kodiċi, Surveillance, hija l-għodda l-aktar xierqa biex tintuża fl-iskambju ta' informazzjoni relatata mal-VAT. Huwa neċessarju li jiġi emendat l-Artikolu 55 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 biex jiġi ċċarat min għandu aċċess u sa liema punt għad-data maħżuna fis-sistema Surveillance. L-ewwel nett, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tiżvela d-data f'Surveillance f'forma aggregata. It-tieni, bħala regola ġenerali, utenti awtorizzati fl-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom aċċess biss għad-data mhux aggregata li pprovda dak l-Istat Membru u għal data aggregata fil-livell tal-Unjoni. It-tielet, b'deroga mir-regola ġenerali, l-Artikolu 55 jenħtieġ li jipprevedi l-possibbiltà li atti speċifiċi tal-Unjoni, bħar-Regolament (UE) Nru 904/2010, jipprevedu li l-Kummissjoni tagħti aċċess lil ċerti awtoritajiet tal-Istati Membri għal data mhux aggregata b'mod speċifiku. |
(3) |
Sabiex tkun tista' tinġabar l-informazzjoni li r-Regolament (UE) Nru 904/2010 jirrikjedi lill-Istati Membri li jiġbru u jiskambjaw, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi emendat ukoll biex jiżdied in-numru ta' elementi ta' data li tiġbor is-sistema elettronika. B'mod partikolari, huwa neċessarju li l-Annessi 21-01 u 21-02 ta' dak ir-Regolament jinkludu l-elementi tad-data li, fl-Anness B ta' dak ir-Regolament, għandhom in-numru tal-ordni 3/40 u 4/4, li jikkonċernaw in-numri ta' identifikazzjoni tar-referenzi fiskali addizzjonali u l-bażi tat-taxxa rispettivament. |
(4) |
Wara l-emenda tal-Artikolu 278 tal-Kodiċi biex tittawwal id-data ta' skadenza għall-użu tranżizzjonali ta' mezzi minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data previsti fil-Kodiċi, (4) id-dispożizzjoni fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 li tistabbilixxi lista tranżizzjonali ta' data għall-iskop tas-sorveljanza (Anness 21-02) jenħtieġ li tiġi emendata. Id-dispożizzjoni jenħtieġ li tiċċara li l-lista tranżizzjonali ta' data tista' tintuża għall-finijiet ta' sorveljanza mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa sakemm is-sistemi ta' importazzjoni nazzjonali jkunu operazzjonali, jiġifieri, skont l-Artikolu 278(2) tal-Kodiċi, l-aktar tard sa tmiem l-2022. B'kuntrast, il-lista tranżizzjonali tista' tintuża għall-finijiet ta' sorveljanza mal-esportazzjoni sakemm is-sistemi ta' esportazzjoni nazzjonali jkunu operazzjonali, jiġifieri, skont l-Artikolu 278(3) tal-Kodiċi, l-aktar tard sa tmiem l-2025. |
(5) |
Sakemm isir it-titjib fis-Sistema ta' Kontroll tal-Importazzjoni msemmi fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 (5), l-analiżi tar-riskju tal-oġġetti li għalihom ġie rinunzjat l-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha ssir fil-mument meta dawk l-oġġetti jiġu ppreżentati lid-dwana fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni ta' ħażna temporanja jew id-dikjarazzjoni doganali jew, fejn id-dikjarazzjoni doganali ssir minn kwalunkwe att ieħor, l-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-preżentazzjoni. L-Artikolu 187 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi emendat sabiex japplika wkoll għall-kunsinni postali u għall-kunsinni ta' valur intrinsiku ta' inqas minn EUR 22, billi jinkludi r-referenzi rilevanti għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (6). |
(6) |
L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jingħataw il-flessibbiltà li jipprovdu, permezz ta' formoli jew dokumenti minbarra fuq verżjoni stampata tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd, iċ-ċertifikazzjoni li prodotti u merkanzija tas-sajd marittimu ittrasbordati u ttrasportati minn ġo pajjiż jew territorju, li mhuwiex parti mit-territorju doganali tal-Unjoni, ma ġewx manipulati. Minkejja dan, sabiex tkun tista' ssir l-allokazzjoni tal-prodotti u tal-merkanzija tas-sajd marittimu fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd rispettiv fil-każijiet fejn iċ-ċertifikazzjoni ta' nuqqas ta' manipulazzjoni tiġi pprovduta permezz ta' formola jew fuq dokument għajr il-verżjoni stampata tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jinkludu f'dik il-formola jew f'dak id-dokument, referenza għall-ġurnal ta' abbord tas-sajd rispettiv. L-Artikolu 214 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Fil-kuntest tas-simplifikazzjoni li biha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali fil-forma ta' entrata fir-rekords ta' min jagħmel id-dikjarazzjoni, l-awtoritajiet doganali jistgħu jirrinunzjaw l-obbligu li tiġi ppreżentata l-merkanzija. Sabiex ikun jista' jsir kontrolli doganali xieraq f'sitwazzjonijiet speċifiċi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli proċedurali għal każijiet fejn, minħabba riskju finanzjarju serju ġdid jew sitwazzjoni speċifika oħra, l-uffiċċju doganali li qed jagħmel superviżjoni jitlob li jiġu ppreżentati oġġetti speċifiċi lid-dwana skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 182(3) tal-Kodiċi. L-Artikolu 234 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(8) |
L-Artikolu 302 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jipprevedi rinunzja mis-siġillar tal-mezzi ta' trasport jew tal-pakketti individwali li fihom il-merkanzija għal merkanzija trasportata bl-ajru jew bil-ferrovija, sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. It-trasport marittimu huwa sigur daqs it-trasport bl-ajru jew bil-ferrovija fir-rigward tal-iżgurar li l-oġġetti jitwasslu fil-post ta' destinazzjoni. Għalhekk, dik ir-rinunzja jenħtieġ li tiġi estiża għall-merkanzija ttrasportata bil-baħar diment li tiġi inkluża referenza għall-polza ta' kargu ta' mad-dokument ta' trasport elettroniku użat bħala dikjarazzjoni doganali biex il-merkanzija titpoġġa taħt il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni. |
(9) |
Fejn l-awtorità doganali ta' Stat Membru involut f'operazzjoni ta' tranżitu tikseb evidenza li l-avvenimenti li wasslu għad-dejn doganali seħħew fit-territorju tagħha, dik l-awtorità jenħtieġ li titlob lill-Istat Membru tat-tluq jittrasferilha r-responsabbiltà biex tibda l-irkupru. L-Istat Membru tat-tluq jenħtieġ li jikkonferma fi żmien ċertu perjodu jekk jittrasferix il-kompetenza biex jinbeda l-irkupru lill-awtorità doganali li tagħmel it-talba. L-Artikolu 311 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat biex ikopri l-każ speċifiku ta' operazzjoni ta' tranżitu. |
(10) |
L-Artikolu 324 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, rigward każijiet speċjali ta' skarigu tal-proċedura ta' pproċessar attiv, u l-kodiċijiet korrispondenti fl-Annessi A u B jenħtieġ li jiġu emendati biex jirriflettu d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/581 (7). |
(11) |
Meta l-merkanzija tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni, id-determinazzjoni tal-uffiċċju doganali tal-ħruġ għal merkanzija mgħobbija fuq bastiment jew fuq ajruplan jenħtieġ li tiġi ċċarata. Barra minn hekk, ċerti arranġamenti ssimplifikati għad-determinazzjoni tal-uffiċċju doganali tal-ħruġ jenħtieġ li ma japplikawx għal merkanzija soġġetta għas-sisa u merkanzija li mhix tal-Unjoni. L-Artikolu 329 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Fejn, wara li tiġi rrilaxxata għall-esportazzjoni, il-merkanzija tittieħed taħt kuntratt wieħed għat-trasport ta' din il-merkanzija 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, ir-regoli għall-iżgurar tas-superviżjoni doganali sal-ħruġ fiżiku ta' din il-merkanzija jenħtieġ li jiġu ċċarati. L-Artikolu 332 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(13) |
Ir-regoli proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 333 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 rigward is-superviżjoni ta' merkanzija rilaxxata għall-ħruġ jenħtieġ li jiġu ċċarati biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn merkanzija tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni b'mod differenti minn dak inizjalment previst, kif ukoll biex ikopru l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali matul il-perjodu sat-tnedija tas-Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni (AES) tal-KDU msemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578. |
(14) |
Ir-regoli proċedurali stabbiliti fl-Artikoli 340 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 rigward il-ħruġ ta' merkanzija jenħtieġ li jiġu ċċarati biex jindirizzaw sitwazzjonijiet fejn merkanzija tiġi ddikjarata għall-esportazzjoni imma eventwalment ma tinħariġx mit-territorju doganali tal-Unjoni. |
(15) |
Wara n-notifika mill-Maċedonja ta' Fuq lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-Unjoni Ewropea tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Prespa mill-15 ta' Frar 2019, il-pajjiż preċedentement imsejjaħ “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” biddel ismu għal “ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq”. Dak il-pajjiż jenħtieġ li ssir referenza għalih fl-Annessi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 b'dak l-isem, jew, fejn xieraq, bil-forma qasira, “il-Maċedonja ta' Fuq”. |
(16) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-formati u l-kodiċi ta' ċerti rekwiżiti tad-dejta fil-kuntest ta' dikjarazzjonijiet u notifiki fid-diversi sistemi elettroniċi, l-Anness B jenħtieġ li jiġi emendat. |
(17) |
Jekk huwa neċessarju li jiġi kkoreġut żball editorjali fl-Anness 33-07 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 fir-rigward ta' referenza għar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. |
(18) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat u kkoreġut skont dan. |
(19) |
L-emendi għall-Annessi 21-01 u 21-02 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta' Jannar 2020 għax dik hija d-data li fiha l-Istati Membri għandhom jibdew jimplimentaw l-obbligi tal-iskambju tal-informazzjoni imponuti mir-Regolament (UE) Nru 904/2010. |
(20) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi lir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 187, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej: “5. Meta l-merkanzija li għaliha l-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul hija rinunzjata skont l-Artikolu 104(1)(c) sa (k), (m) u (n), (2), (3) u (4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-analiżi tar-riskju għandha ssir mal-preżentazzjoni tal-merkanzija, meta disponibbli, abbażi tad-dikjarazzjoni tal-ħażna temporanja jew dikjarazzjoni doganali li tkopri dik il-merkanzija.”. |
(3) |
Fl-Artikolu 214, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Iċ-ċertifikazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 1 tista' tiġi pprovduta minn kwalunkwe formola jew dokument rilevanti minbarra l-verżjoni stampata tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd li jinkludu referenza għal dak il-ġurnal tas-sajd.”. |
(4) |
Fl-Artikolu 234, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Meta l-uffiċċju doganali li jagħmel superviżjoni jitlob, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 182(3) tal-Kodiċi, li l-merkanzija tiġi ppreżentata lid-dwana għax l-awtoritajiet doganali identifikaw riskju finanzjarju serju ġdid jew sitwazzjoni speċifika oħra fir-rigward ta' awtorizzazzjoni għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni doganali fil-forma ta' entrata fir-rekords ta' min għamel id-dikjarazzjoni bir-rinunzja tal-obbligu li tiġi ppreżentata l-merkanzija, l-uffiċċju doganali li jagħmel superviżjoni għandu jindika lid-detentur ta' tali awtorizzazzjoni:
F'dawn is-sitwazzjonijiet, ir-rilaxx tal-merkanzija għandu jsir skont l-Artikolu 194 tal-Kodiċi.”. |
(5) |
Fl-Artikolu 302, il-paragrafu 2, il-punt li ġej huwa miżjud:
|
(6) |
Fl-Artikolu 311, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “3. Meta l-awtorità doganali ta' Stat Membru involut f'operazzjoni ta' tranżitu tikseb evidenza, qabel jiskadi l-limitu ta' żmien msemmi fl-Artikolu 77(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, li l-post fejn l-avvenimenti li minnhom irriżulta d-dejn doganali seħħew fit-territorju tagħha, dik l-awtorità għandha immedjatament u fi kwalunkwe każ f'dak il-limitu ta' żmien tibgħat talba ġġustifikata kif xieraq lill-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq biex tittrasferixxi r-responsabbiltà biex jinbeda l-irkupru lill-awtorità doganali li tagħmel it-talba. 4. L-awtorità doganali tal-Istat Membru tat-tluq għandha tirrikonoxxi l-wasla tat-talba magħmula skont il-paragrafu 3 u għandha tinforma lill-awtorità doganali li tagħmel it-talba, fi żmien 28 jum mid-data ta' meta ntbagħtet it-talba, jekk taqbilx li tilqa' t-talba u tittrasferixxi r-responsabbiltà biex jinbeda l-irkupru lill-awtorità li tagħmel it-talba.”. |
(7) |
Fl-Artikolu 324(1), il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(*1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/581 tas-16 ta' April 2018 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċertu tip ta' prodotti maħsuba li jiġu inkorporati jew użati f'inġenji tal-ajru, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1147/2002 (ĠU L 98, 18.4.2018, p.1).”." |
(8) |
L-Artikolu 329 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
Fl-Artikolu 332, il-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “L-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu m'għandux japplika sa fejn dik l-informazzjoni hija disponibbli għall-awtoritajiet doganali permezz ta' sistemi kummerċjali, tal-port jew tat-trasport eżistenti, jew fis-sitwazzjoni koperta mill-Artikolu 329(7).”. |
(10) |
L-Artikolu 333 huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
L-Artikolu 340 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
L-Anness A jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
(13) |
L-Anness B jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
(14) |
Fl-Anness 21-01, wara r-ringiela għal Nru tal-ordni tal-E.D. 3/39, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:
|
(15) |
Fl-Anness 21-02, wara r-ringiela għal Nru tal-ordni tal-E.D. 1/10, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:
|
(16) |
Fl-Anness 23-01, fit-tabella, fl-ewwel kolonna, ir-ringiela Żona P tiġi emendata kif ġej:
|
(17) |
Fl-Anness 32-01, punt 1, il-kliem “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” huwa sostitwit bil-kliem “ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq”. |
(18) |
Fl-Anness 32-02, punt 1, il-kliem “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” huwa sostitwit bil-kliem “ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq”. |
(19) |
Fl-Anness 32-03, punt 1, il-kliem “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” huwa sostitwit bil-kliem “ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq”. |
(20) |
Fl-Anness 72-04, il-Parti II hija emendata kif ġej:
|
Artikolu 2
Korrezzjonijiet fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447
Fl-Anness 33-07 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, fil-kaxxa 2, il-kliem “[Regolament Delegat (UE) 2015/...]” huwa sostitwit bil-kliem “[Regolament Delegat (UE) 2015/2446]”.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Punti 14 u 15 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Settembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 269, l-10 ta' Ottubru 2013, p.1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2019/632 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jittawwal il-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 54).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 tal-11 ta' April 2016 li tistabbilixxi Programm ta' Ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 99, 15.4.2016, p. 6).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/581 tas-16 ta' April 2018 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċertu tip ta' prodotti maħsuba li jiġu inkorporati jew użati f'inġenji tal-ajru, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1147/2002 (ĠU L 98, 18.4.2018, p. 1).
(*2) Meta l-kodiċi tal-Unjoni mdaħħal għal (Kalkolu tat-taxxi – Tip ta' Taxxa) ikun B00.”.
ANNESS I
L-Anness A tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fit-Titolu I, it-tabella “Il-formati u l-kodiċijiet tar-rekwiżiti komuni tad-data tal-applikazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet” tiġi emendata kif ġej:
|
(2) |
fit-Titolu II, taħt l-intestatura “IL-KODIĊIJIET”, fis-subintestatura “6/2. Il-kundizzjonijiet ekonomiċi”, fir-ringiela għall-Kodiċi 14, it-testa jinbidel b'dan li ġej: “l-ipproċessar fi prodotti li għandhom ikunu inkorporati fl-inġenji tal-ajru jew użati fihom u li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat tal-Formola 1 tal-EASA jew ċertifikat ekwivalenti,”; |
ANNESS II
L-Anness B tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fit-Titolu I, it-tabella “Il-formati u l-kardinalità tar-rekwiżiti komuni tad-dejta tad-dikjarazzjonijiet u tan-notifiki” tiġi emendata kif ġej:
|
(2) |
Fit-Titolu II, Taqsima “2. IL-KODIĊIJIET” hija emendata kif ġej,
|