5.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1387

tal-1 ta' Awwissu 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kalkoli tal-prestazzjoni tal-inżul ta' ajruplan u l-istandards għall-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-superfiċje tar-runway, l-aġġornament ta' ċertu tagħmir u rekwiżiti tas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru u l-operazzjonijiet mingħajr approvazzjoni operattiva fuq distanza estiża

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2) jistipula regoli dettaljati fir-rigward tal-marġini ta' sikurezza għall-avviċinament u l-kundizzjonijiet tal-prestazzjoni tal-inżul, għal titjiriet ta' ajruplani b'żewġ magni b'magna waħda ma taħdimx mingħajr ma jkollhom approvazzjoni operattiva fuq distanza estiża (“ETOPS”), kif ukoll rekwiżiti tekniċi għall-ġarr ta' reġistraturi tat-titjira. Dak ir-Regolament jistipula wkoll regoli dettaljati dwar il-bieb tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira sikur għall-ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni A li għandhom konfigurazzjoni massima operattiva ta' sits tal-passiġġieri (“MOPS”, maximum operational passenger seating) ta' 19-il sit.

(2)

Rapporti ta' investigazzjoni ta' aċċidenti indikaw li l-metodi differenti għall-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-superfiċje tar-runway qabel l-inżul u dwar ir-rappurtar fuqhom wara l-inżul jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-eskursjonijiet mir-runway, partikolarment meta r-runway tkun imxarrba jew ikkontaminata. L-istandards attwali fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 għall-kalkoli tal-prestazzjoni tal-ajruplan ma jkoprux b'mod adegwat il-kundizzjonijiet kollha tas-superfiċje fuq runways imxarrba u kkontaminati fir-rigward tal-metodu użat għall-valutazzjoni u r-rappurtar tal-kundizzjonijiet tas-superfiċje tar-runway.

(3)

F'dan ir-rigward, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) emendat għadd ta' Standards u Prattiki Rakkomandati (“SARPs”) fl-Annessi 6, 8, 14 u 15 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“Konvenzjoni ta' Chicago”) u pproduċiet materjal estensiv ta' gwida ta' akkumpanjament. L-iskop ta' dawk id-dokumenti huwa li jiġi stabbilit format ta' rapportar armonizzat globalment għall-kundizzjonijiet tas-superfiċje tar-runway u l-istandards tal-ajrunavigabbiltà meħtieġa għall-valutazzjoni tad-distanza tal-inżul għall-ajruplani kif ukoll dispożizzjonijiet operattivi dwar il-kalkoli tal-prestazzjoni tal-inżul u r-rapportar tal-kundizzjonijiet tas-superfiċje tar-runway.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 jenħtieġ li jiġi emendat biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet tas-sikurezza maħruġa mill-awtoritajiet tal-investigazzjoni u biex jimplimenta s-SARPs tal-ICAO rilevanti. Sabiex jiġu ssodisfati r-rakkomandazzjonijiet tal-ICAO, ir-rekwiżiti emendati jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ mhux aktar tard mill-5 ta' Novembru 2020.

(5)

Barra minn hekk, f'operazzjonijiet CAT l-ajruplani ta' ċerti kategoriji ta' prestazzjoni (A u B) jitħallew jinżlu, f'sistemi regolatorji oħra, f'distanza mnaqqsa tal-inżul disponibbli fuq ir-runway maħsuba, diment li jingħataw approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti u li jissodisfaw numru ta' kundizzjonijiet li jnaqqsu r-riskju. Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 jenħtieġ li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li skonthom jistgħu jitwettqu dawk l-operazzjonijiet, filwaqt li jżomm livell aċċettabbli ta' sikurezza. Il-formola amministrattiva rilevanti għall-approvazzjonijiet operattivi jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq biex tinkludi dawk l-operazzjonijiet.

(6)

Rapporti minn investigazzjonijiet ta' inċidenti indikaw li f'xi każijiet, ir-reġistrazzjoni kontinwa minn reġistraturi tal-vuċi fil-kabina tal-pilota (“CVRs”, cockpit voice recorders) u l-mikrofoni assoċjati tagħhom immuntati fuq il-kabina tal-pilota wara interruzzjoni tas-sistema prinċipali tal-ġenerazzjoni tal-elettriku setgħet tipprovdi informazzjoni utli. Għalhekk, biex titnaqqas kwalunkwe interruzzjoni possibbli tas-sistema prinċipali tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, jenħtieġ li tkun meħtieġa provvista tal-enerġija alternattiva. Dan huwa konformi mal-Anness 6, il-Parti I tal-Konvenzjoni ta' Chicago.

(7)

Għal xi kategoriji ta' ajruplani ħfief u ħelikopters mħaddmin fil-CAT, l-SARPs adottati reċentement fl-Anness 6 tal-Konvenzjoni ta' Chicago jeħtieġu t-trasport ta' tagħmir ta' reġistrazzjoni matul it-titjira. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza ppreżentaw lill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) bi tnax-il rakkomandazzjoni tas-sikurezza relatati mal-ħtieġa ta' reġistrazzjoni matul it-titjira għal ajruplani ħfief u għal ħelikopters.

(8)

F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju, l-obbligu li jiġi installat reġistratur tat-titjira f'inġenji tal-ajru ġodda jenħtieġ li jirrifletti d-daqs u l-kumplessità ta' tali inġenji tal-ajru u t-tip ta' operazzjoni. Għalhekk, ajruplani ħfief u ħelikopters li jkunu għadhom kif ġew immanifatturati u li jintużaw f'CAT jew f'operazzjonijiet speċjalizzati kummerċjali (“SPO”) jenħtieġ li jkunu mgħammra b'reġistraturi tat-titjira meta jissodisfaw ċerti kriterji rigward il-piż massimu tat-tluq tagħhom, it-tip ta' propulsjoni tagħhom jew l-okkupanza massima tagħhom. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti dwar l-immaniġġjar (il-preservazzjoni, il-produzzjoni, il-protezzjoni u l-użu) ta' reġistrazzjonijiet minn reġistraturi tat-titjira, jenħtieġ li jiġu mmodifikati biex jinkludu t-tipi ta' reġistraturi tat-titjira introdotti bir-rekwiżiti l-ġodda ta' ġarr ta' reġistratur tat-titjira.

(9)

Fir-rigward tar-rekwiżit li jkun hemm bieb tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira sikur, l-ICAO emendat l-SARPs billi biddlet il-limiti tal-massa li jagħmlu mandatorju bieb tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira sikur. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq sabiex jiġu żgurati kemm l-armonizzazzjoni tar-regoli għall-operazzjonijiet tal-ajru kif ukoll kundizzjonijiet ugwali bejn operaturi tal-ajru tal-Unjoni u dawk ta' pajjiżi terzi.

(10)

Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 jiddefinixxi l-kriterji tal-eliġibilità (massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ u limitu massimu ta' konfigurazzjoni massima operattiva ta' sits tal-passiġġieri) għat-twettiq tat-titjiriet mingħajr approvazzjoni għal ETOPS u ma' ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni A fuq rotta li fiha punt aktar minn distanza 'l fuq minn 60 minuta u sa 120 minuta ta' ħin tat-titjira minn ajrudrom adegwat bil-veloċità regolari b'magna waħda li ma taħdimx. Ajruplani tal-Kategorija A li jissodisfaw dawk il-kriterji ta' eliġibilità huma permessi li jitħaddmu f'distanza bejn 120 u 180 minuta minn ajrudrom adegwat, diment li jkunu kisbu approvazzjoni mill-awtorità kompetenti u diment li l-ajruplan ikun ingħata approvazzjoni tad-disinn tat-tip għal dawn l-operazzjonijiet.

(11)

Bosta manifatturi tal-ajruplani diġà ddisinjaw jew qed jiddisinjaw ajruplani ta' prestazzjoni tal-kategorija A li jissuperaw dawk il-kriterji ta' eliġibilità għal operazzjonijiet mingħajr l-ETOPS. Id-dispożizzjonijiet attwali joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni fost l-operaturi tat-titjiriet taxi bl-ajruplani li huma taħt dawk il-kriterji. Minħabba li l-ebda korp regolatorju maġġuri ieħor ma impona tali kriterji għal operazzjonijiet mingħajr l-ETOPS, ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

(12)

Fir-rigward tat-tagħmir tal-ossiġnu tal-ewwel għajnuna fl-operazzjonijiet CAT, l-iżviluppi teknoloġiċi riċenti ta' dak it-tagħmir jilħqu livell ekwivalenti ta' sikurezza u għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 jenħtieġ li jiġi emendat biex jippermetti l-użu ta' tali tagħmir.

(13)

Ir-rekwiżiti ta' Lista tat-Tagħmir Minimu (MEL, Minimum Equipment List) tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 mhumiex applikabbli għall-Organizzazzjoni tat-Taħriġ Approvata (ATO, Approved Training Organisation), għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 jenħtieġ li jiġi emendat biex jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti joħorġu approvazzjoni għall-iżvilupp ta' (MEL) minn ATO.

(14)

Minbarra l-emendi riċenti lir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (3), ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 jenħtieġ li jiġi emendat biex jikkoreġi l-kontroreferenzi bejn iż-żewġ regolamenti.

(15)

L-Aġenzija ħejjiet abbozz ta' regoli ta' implimentazzjoni u ppreżentathom mal-Opinjoni Nru 02/2019 lill-Kummissjoni f'konformità mal-punti (b) u (c) l-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(16)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 965/2012

(1)

L-Artikolu 9aa huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9aa

Rekwiżiti tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni

Bdot li jkun aġixxa, qabel it-25 ta' Settembru 2019, bħala bdot fil-kmand fuq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni li skont id-definizzjoni fil-punt SPO.SPEC.MCF.100 fl-Anness VIII hija kklassifikata bħala titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' Livell A, għandu jingħata kreditu għall-iskop ta' konformità mal-punt SPO.SPEC.MCF.115(a)(1) ta' dak l-Anness. F'dak il-każ, l-operatur għandu jiżgura li l-bdot fil-kmand jirċievi informazzjoni dwar kull differenza identifikata bejn il-prattiċi operattivi stabbiliti qabel it-25 ta' Settembru 2019 u l-obbligi pprovduti fit-Taqsima 5 tas-Subparti E tal-Anness VIII ta' dan ir-Regolament inklużi dawk derivati mill-proċeduri relatati stabbiliti mill-operatur.”;

(2)

L-Annessi I, II, III, IV, V, VI, VII u VIII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Data tad-dħul fis-seħħ u tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti li ġejjin tal-Anness għandhom japplikaw mit-25 ta' Settembru 2019:

punt (4)(a);

punt (6)(b);

punt (8)(b).

Il-punti li ġejjin tal-punt (4) tal-Anness għandhom japplikaw mill-5 ta' Novembru 2020:

punt (c);

punt (d);

punt (e);

punt (f);

punt (g);

punt (n);

punt (q).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Awwissu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I, II, III, IV, VI, VII u VIII għar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I (Definizzjonijiet għat-termini li jintużaw fl-Annessi II sa VIII) huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt (22a) li ġej:

“(22a)

‘reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-bdot (CVR)’ tfisser reġistratur tat-titjira protett f'każ ta' ħabta li juża taħlita ta' mikrofoni u inputs oħra tal-awdjo u diġitali biex jiġbor u jirreġistra l-ambjent tas-smigħ tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira u komunikazzjonijiet lil, minn u bejn il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira;”;

(b)

il-punt (25) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(25)

‘runway kontaminata’ tfisser runway li porzjon sinifikanti mill-erja tas-superfiċje tagħha (kemm f'żoni iżolati jew le) fit-tul u l-wisa' li tkun qed tintuża hija koperta b'waħda jew aktar mis-sustanzi elenkati taħt id-deskritturi tal-kundizzjoni tas-superfiċje tar-runway;”;

(c)

il-punt (32) huwa mħassar;

(d)

il-punt (42) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(42)

‘runway xotta’ tfisser runway li s-superfiċje tagħha ma jkollhiex umdità viżibbli u ma tkunx kontaminata fiż-żona maħsuba biex tintuża;”;

(e)

jiddaħħal il-punt (49b) li ġej:

“(49b)

‘reġistratur tad-data tat-titjira (FDR)’ tfisser reġistratur tat-titjira protett f'każ ta' ħabta li juża taħlita ta' sorsi ta' data biex jiġbor u jirreġistra parametri li jirriflettu l-istat u l-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru;”;

(f)

jiddaħħal il-punt (49c) li ġej:

“(49c)

‘reġistratur tat-titjira’ tfisser kull tip ta' reġistratur installat fl-inġenju tal-ajru sabiex jiffaċilita l-investigazzjonijiet tas-sikurezza f'każ ta' aċċident jew inċident”;

(g)

jiddaħħal il-punt (70a) li ġej:

“(70a)

‘distanza tal-inżul fil-ħin tal-wasla (LDTA)’ tfisser distanza tal-inżul li tista' tinkiseb f'operazzjonijiet normali abbażi ta' data dwar il-prestazzjoni tal-inżul u l-proċeduri assoċjati stabbiliti għall-kundizzjonijiet prevalenti fil-ħin tal-inżul;”;

(h)

jiddaħħal il-punt (103c) li ġej:

“(103c)

‘rapport dwar il-kundizzjoni tar-runway (RCR)’ tfisser rapport komprensiv standardizzat relatat mal-kundizzjonijiet tas-superfiċje tar-runway u l-effett tagħhom fuq il-prestazzjoni tal-inżul u t-tluq tal-ajruplan, deskritt permezz tal-kodiċi tal-kundizzjonijiet tar-runway;”;

(i)

jiddaħħal il-punt (107a) li ġej:

“(107a)

‘runway tax-xitwa ppreparata apposta’ tfisser runway b'superfiċje iffriżata u niexfa ta' borra kumpatta jew silġ li ġie trattat bir-ramel jew żrar jew ġie trattat mekkanikament biex tittejjeb il-frizzjoni tar-runway;”;

(j)

il-punt (128) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(128)

‘runway imxarrba’ tfisser runway li s-superfiċje tagħha hija koperta minn kwalunkwe umdità jew ilma viżibbli sa u li tinkludi 3 mm fil-fond fiż-żona maħsuba biex tintuża;”;

(2)

fl-Anness II (il-Parti-ARO), l-Appendiċi II huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Appendiċi II

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-OPERAZZJONIJIET

(soġġetti għall-kundizzjonijiet approvati fil-manwal tal-operat)

Dettalji ta' kuntatt tal-Awtorità tal-ħruġ

Telefon (1): …; Fax …;

Indirizz tal-email: …

AOC (2):

Isem l-Operatur (3):

Data (4):

Firma:

 

Isem Kummerċjali li jopera bih

 

 

Speċifikazzjonijiet tal-Operazzjonijiet #:

Mudell tal-Inġenju tal-Ajru (5):

Marki tar-Reġistrazzjoni (6):

Tipi ta' operazzjonijiet: Operazzjonijiet kummerċjali

☐ Passiġġieri

☐ Merkanzija

☐ Oħrajn (7): …

Żona ta' operazzjoni (8):

Limitazzjonijiet speċjali (9):

Approvazzjonijiet Speċifiċi:

Iva

Le

Speċifikazzjoni (10)

Rimarki

Oġġetti Perikolużi

 

 

Operazzjonijiet f'viżibilità baxxa

 

 

CAT (11)

 

Tlugħ

 

 

RVR (12): m

Avviċinament u Nżul

DA/H: ft RVR: m

RVSM (13)

☐ N/A

 

 

ETOPS (14)

☐ N/A

Ħin Massimu ta' Devjazzjoni (15): min.

 

Speċifikazzjonijiet tan-navigazzjoni kumplessa għall-operazzjonijiet ta' PBN (16)

 

 (17)

Speċifikazzjoni minima tal-prestazzjoni tan-navigazzjoni

 

 

Operazzjonijiet ta' ajruplan b'magna waħda bit-turbini billejl jew f'IMC (SET-IMC)

 (18)

 

Operazzjonijiet bil-ħelikopter bl-għajnuna ta' sistemi ta' immaġni għall-viżjoni billejl

 

 

Operazzjonijiet ta' rfigħ bil-ħelikopter

 

 

 

Operazzjonijiet ta' servizzi mediċi ta' emerġenza bil-ħelikopter

 

 

Operazzjonijiet lil hinn mill-kosta bil-ħelikopter

 

 

Taħriġ tal-ekwipaġġ tal-kabina (19)

 

 

Ħruġ ta' attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina (20)

 

 

Użu tal-applikazzjonijiet tat-tip B EFB

 (21)

 

Ajrunavigabbiltà kontinwa

 (22)

 

Oħrajn (23)

 

 

 

 

IL-FORMOLA 139 TAL-EASA, il-Verżjoni numru 6

;

(3)

L-Anness III (il-Parti-ORO) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt ORO.GEN.310(f)(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)

kwalunkwe difett jew ħsara teknika li jseħħu waqt li l-inġenju tal-ajru jkun taħt il-kontroll operattiv tiegħu jiġu rrappurtati lill-organizzazzjoni msemmija fil-punt (d);”;

(b)

il-punt ORO.SEC.100 huwa sostitwit b'dan li ġej:

ORO.SEC.100   Sigurtà tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira — ajruplani

(a)

F'ajruplan li jkun mgħammar b'bieb sikur tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, dan il-bieb għandu jkun jista' jissakkar, u għandhom jiġu pprovduti mezzi li bihom l-ekwipaġġ tal-kabina jkun jista' jinnotifika lill-ekwipaġġ tat-titjira f'każ ta' attività suspettuża jew ta' ksur tar-regoli tas-sigurtà fil-kabina.

(b)

L-ajruplani kollha li jġorru l-passiġġieri li huma involuti fit-trasport kummerċjali tal-passiġġieri għandhom ikunu mgħammra b'bieb sikur approvat tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkun kapaċi li jissakkar u jinfetaħ mill-istazzjon tal-bdot u ddisinjat biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli, fejn tali ajruplani jaqgħu taħt kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(1)

ajruplani li għandhom MCTOM ta' aktar minn 54 500 kg;

(2)

ajruplani li għandhom MCTOM ta' aktar minn 45 500 kg jew li għandhom MOPSC ta' aktar minn 19-il sit; jew

(3)

ajruplani li għandhom MOPSC ta' aktar minn 60.

(c)

Fl-ajruplani kollha li huma mgħammra b'bieb sikur tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira skont il-punt (b):

(1)

dan il-bieb għandu jingħalaq qabel ma tinxtegħel il-magna għat-tlugħ u għandu jissakkar meta dan ikun meħtieġ mill-proċeduri tas-sigurtà jew mill-bdot fil-kmand sakemm il-magna tintefa' wara l-inżul, ħlief meta jitqies li huwa meħtieġ li persuni awtorizzati jidħlu jew joħorġu, f'konformità mal-programmi nazzjonali għas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili;

(2)

għandhom jiġu pprovduti mezzi għall-monitoraġġ taż-żona kollha tal-bieb li tkun tinsab 'il barra mill-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira minn kull post tal-bdot, sabiex ikunu identifikati l-persuni li jitolbu li jidħlu u sabiex tkun identifikata mġiba suspettuża jew theddida potenzjali.”;

(4)

L-Anness IV (il-Parti-CAT) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt CAT.GEN.MPA.195 huwa sostitwit b'dan li ġej:

CAT.GEN.MPA.195   Trattament tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira: żamma, produzzjoni, protezzjoni u użu

(a)

Wara aċċident, inċident serju jew okkorrenza identifikata mill-awtorità ta' investigazzjoni, l-operatur ta' inġenju tal-ajru gћandu jżomm id-data oriġinali li tkun ġiet irreġistrata mir-reġistraturi tat-titjira gћal perjodu ta' 60 jum jew sakemm l-awtorità ta' investigazzjoni ma tordnalux jagħmel mod ieћor.

(b)

L-operatur għandu jwettaq kontrolli operattivi u evalwazzjonijiet tar-reġistrazzjonijiet biex jiżgura l-funzjonalità kontinwa tar-reġistraturi tat-titjira li huma meħtieġa li jinġarru skont dan ir-Regolament.

(c)

L-operatur għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet tal-parametri tat-titjira u l-messaġġi tal-komunikazzjoni b'kollegament tad-data meħtieġa biex jiġu rreġistrati fuq ir-reġistraturi tat-titjira jiġu ppreservati. Madankollu, għall-iskop ta' ttestjar u manutenzjoni tar-reġistraturi tat-titjira, tista' titħassar sa siegħa tal-eqdem data rreġistrata fil-mument tal-ittestjar.

(d)

L-operatur għandu jaħżen u jżomm aġġornata d-dokumentazzjoni li tippreżenta l-informazzjoni meħtieġa sabiex id-data tat-titjira li ma tkunx ipproċessata tinqaleb f'parametri tat-titjira espressi f'unitajiet tal-inġinerija.

(e)

L-operatur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni kwalunkwe reġistrazzjoni tar-reġistratur tat-titjira li tkun ġiet ippreservata, jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk.

(f)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 996/2010 u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1):

(1)

Ħlief għall-iżgurar tal-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira, reġistrazzjonijiet tal-awdjo minn reġistratur tat-titjira m'għandhomx jiġu żvelati jew użati sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

tkun fis-seħħ proċedura marbuta mat-trattament ta' tali reġistrazzjonijiet tal-awdjo u tat-traskrizzjoni tagħhom;

(ii)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kollha kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel;

(iii)

tali reġistrazzjonijiet tal-awdjo jintużaw biss għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza.

(1a)

Meta jiġu spezzjonati reġistrazzjonijiet tal-awdjo tar-reġistratur tat-titjira biex jiżgura l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira, l-operatur għandu jipproteġi l-privatezza ta' dawk ir-reġistrazzjonijiet tal-awdjo u jiżgura li dawn ma jiġux żvelati jew użati għal finijiet oħra ħlief biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira.

(2)

Il-parametri tat-titjira jew messaġġi b'kollegament tad-data rreġistrati minn reġistratur tat-titjira ma għandhomx jintużaw gћal finijiet oħra ħlief gћall-investigazzjoni ta' aċċident jew inċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju, sakemm dawn ir-reġistrazzjonijiet ma jissodisfawx kwalunkwe kundizzjoni minn dawn li ġejjin:

(i)

jintużaw mill-operatur għall-finijiet tal-ajrunavigabbiltà jew tal-manutenzjoni biss;

(ii)

ikun tneħħilhom kull sors ta' identifikazzjoni;

(iii)

ikunu żvelati skont proċeduri sikuri.

(3)

Ħlief għall-iżgurar tal-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira, l-immaġni tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li huma rreġistrati minn reġistratur tat-titjira ma għandhomx jiġu żvelati jew użati sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

tkun fis-seħħ proċedura relatata mat-trattament ta' tali reġistrazzjonijiet ta' immaġni;

(ii)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kollha kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel;

(iii)

tali reġistrazzjonijiet tal-immaġni jintużaw biss għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza.

(3a)

Meta l-immaġni tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li jiġu rreġistrati minn reġistratur tat-titjira jiġu spezzjonati biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira:

(i)

dawk l-immaġni ma għandhomx jiġu żvelati jew użati għal finijiet oħra minbarra biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira;

(ii)

jekk ikun probabbli li partijiet tal-ġisem tal-membri tal-ekwipaġġ ikunu viżibbli fuq l-immaġni, l-operatur għandu jiżgura l-privatezza ta' dawk l-immaġni.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).;”"

(b)

il-punt CAT.OP.MPA.140 huwa emendat kif ġej:

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Sakemm ma jkunx approvat mill-awtorità kompetenti skont is-Subparti F tal-Anness V (il-Parti-SPA), l-operatur m'għandux iħaddem ajruplan b'żewġ magni fuq rotta li jkollha punt aktar 'il bogħod minn ajrudrom xieraq, f'kundizzjonijiet standard ta' arja kalma, mid-distanza xierqa għat-tip ta' ajruplan partikolari fost dawn li ġejjin:

(1)

għal ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni A b'konfigurazzjoni operazzjonali massima ta' passiġġieri bil-qiegħda (MOPSC) ta' 20 sit jew aktar, id-distanza koperta f'60 minuta bil-veloċità ta' cruising b'magna waħda wieqfa (OEI) stabbilita skont il-punt (b);

(2)

għal ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni A b'MOPSC ta' 19-il sit jew inqas, id-distanza koperta f'perjodu ta' 120 minuta jew, suġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, f'perjodu sa 180 minuta għall-ajruplani b'magni turboġett, f'veloċità ta' cruising b'OEI, stabbilita skont il-punt (b);

(3)

għall-ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B jew C, skont liema tkun inqas:

(i)

id-distanza koperta f'perjodu ta' 120 minuta f'veloċità ta' cruising b'OEI, stabbilita skont il-punt (b);

(ii)

300 NM.”;

il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

Sabiex jikseb l-approvazzjoni msemmija fil-punt (a)(2), l-operatur għandu jipprovdi evidenza li:

(1)

ġew stabbiliti proċeduri għall-ippjanar u l-bgħit tat-titjira;

(2)

ġew stabbiliti struzzjonijiet speċifiċi tal-manutenzjoni u proċeduri biex jiġu żgurati l-livelli intenzjonati tal-ajrunavigabbiltà u tal-affidabilità kontinwa tal-ajruplan inklużi l-magni tiegħu u dawn ġew inklużi fil-programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru tal-operatur skont l-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, fosthom:

(i)

programm ta' konsum taż-żejt tal-magna;

(ii)

programm ta' monitoraġġ tal-kondizzjoni tal-magna;”;

(c)

il-punt CAT.OP.MPA.300 huwa sostitwit b'dan li ġej:

CAT.OP.MPA.300   Kundizzjonijiet ta' avviċinament u nżul — ajruplani

Qabel ma jibda avviċinament għall-inżul, il-kmandant għandu:

(a)

ikun issodisfat li, skont l-informazzjoni li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, it-temp fl-ajrudrom u l-kundizzjoni tar-runway maħsuba li tintuża m'għandhomx jipprevjenu avviċinament, inżul jew avviċinament mhux milћuq sikuri, waqt li titqies l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li jkun hemm fil-manwal tal-operat (OM);

(b)

iwettaq valutazzjoni tad-distanza tal-inżul skont il-punt CAT.OP.MPA.303.”;

(d)

jiddaħħal il-punt CAT.OP.MPA.301 li ġej:

CAT.OP.MPA.301   Kundizzjonijiet ta' avviċinament u nżul — ħelikopters

Qabel ma jibda avviċinament għall-inżul, il-kmandant gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, it-temp fl-ajrudrom u l-kundizzjoni taż-żona ta' tlugħ u ta' avviċinament finali (FATO) li beħsiebhom jintużaw m'għandhomx jipprevjenu avviċinament, inżul jew avviċinament mhux milћuq sikuri, waqt li titqies l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li jkun hemm fil-manwal tal-operat (OM).”;

(e)

jiddaħħal il-punt CAT.OP.MPA.303 li ġej:

CAT.OP.MPA.303   Verifika waqt it-titjira tad-distanza tal-inżul fil-ħin tal-wasla — ajruplani

(a)

L-ebda avviċinament lejn l-art m'għandu jitkompla sakemm id-distanza tal-inżul disponibbli (LDA) fuq ir-runway maħsuba ma tkunx mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul fil-ħin stmat tal-inżul, stabbilita skont l-informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tad-distanza tal-inżul fil-ħin tal-wasla (LDTA) u l-avviċinament lejn l-art jitwettaq bl-ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni A li huma ċċertifikati skont waħda mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li ġejjin, kif indikat fiċ-ċertifikat tat-tip:

(1)

CS-25 jew ekwivalenti;

(2)

CS-23 fil-livell 4 b'livell tal-prestazzjoni ‘Veloċità għolja’ jew ekwivalenti.

(b)

Għal ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni A minbarra dawk imsemmija fil-punt (a), l-ebda avviċinament lejn l-art ma għandu jitkompla, ħlief f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-LDA fuq ir-runway maħsuba hija mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul fil-ħin stmat tal-inżul, iddeterminata skont l-informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-LDTA;

(2)

jekk informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-LDTA ma tkunx disponibbli, l-LDA fuq ir-runway maħsuba fil-ħin stmat tal-inżul hija tal-inqas id-distanza tal-inżul meħtieġa stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.230 jew il-punt CAT.POL.A.235, kif applikabbli.

(c)

Għall-ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B, l-ebda avviċinament lejn l-art ma għandu jitkompla, ħlief f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-LDA fuq ir-runway maħsuba hija mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul fil-ħin stmat tal-inżul, iddeterminata skont l-informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-LDTA;

(2)

jekk informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-LDTA ma tkunx disponibbli, l-LDA fuq ir-runway maħsuba fil-ħin stmat tal-inżul hija tal-inqas id-distanza tal-inżul meħtieġa stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.330 jew il-punt CAT.POL.A.335, kif applikabbli.

(d)

Għall-ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni C, l-ebda avviċinament lejn l-art ma għandu jitkompla, ħlief f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-LDA fuq ir-runway maħsuba hija mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul fil-ħin stmat tal-inżul, iddeterminata skont l-informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-LDTA;

(2)

jekk informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-LDTA ma tkunx disponibbli, l-LDA fuq ir-runway maħsuba fil-ħin stmat tal-inżul hija tal-inqas id-distanza tal-inżul meħtieġa stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.430 jew il-punt CAT.POL.A.435, kif applikabbli.

(e)

L-informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-LDTA għandha tkun ibbażata fuq data approvata li tinsab fl-AFM. Meta data approvata li tinsab fl-AFM ma tkunx biżżejjed fir-rigward tal-valutazzjoni tal-LDTA, din għandha tiġi ssupplimentata b'data oħra li tkun iddeterminata skont l-istandards taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għall-ajruplani jew li tkun iddeterminata skont l-AMCs maħruġa mill-Aġenzija.

(f)

L-operatur għandu jispeċifika fl-OM, l-informazzjoni tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-LDTA u s-suppożizzjonijiet magħmula għall-iżvilupp tagħha, inkluża data oħra li, skont il-punt (e), tista' tintuża biex tissupplimenta dik li tinsab fl-AFM.”;

(f)

jiddaħħal il-punt CAT.OP.MPA.311 li ġej:

CAT.OP.MPA.311   Rappurtar dwar l-azzjoni tal-ibbrejkjar fir-runway

Kull meta l-azzjoni tal-ibbrejkjar fir-runway li sseħħ waqt l-inżul ma tkunx daqshekk tajba daqs dik irrapportata mill-operatur tal-ajrudrom fir-rapport tal-kundizzjoni tar-runway (RCR), il-kmandant għandu jinnotifika lis-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) permezz ta' rapport tal-ajru speċjali (AIREP) malajr kemm jista' jkun.”;

(g)

fil-punt CAT.POL.A.105, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

L-operatur għandu jqis il-preċiżjoni taċ-ċarts meta jkun qed jivvaluta r-rekwiżiti tat-tlugħ tal-kapitoli applikabbli.”;

(h)

fil-punt CAT.POL.A.105, jitħassar il-punt (e)

(i)

fil-punt CAT.POL.A.215, il-punti (b), (c) u (d) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(b)

Ix-xaqliba tal-passaġġ nett tat-titjira ta' waqt ir-rotta għandha tkun waħda pożittiva sa mill-inqas 1 000 pied 'il fuq mill-art u mill-ostakli kollha li jkun hemm tul ir-rotta f'distanza ta' 9,3 kilometri (5 mili nawtiċi) fuq kull naħa tar-rotta prevista.

(c)

Il-passaġġ nett tat-titjira ta' waqt ir-rotta għandu jippermetti lill-ajruplan ikompli bit-titjira mill-altitudni ta' veloċità ta' cruising lejn ajrudrom fejn ikun jista' jsir inżul skont il-punt CAT.POL.A.230 jew il-punt CAT.POL.A.235, kif xieraq. Il-passaġġ nett tat-titjira ta' waqt ir-rotta għandu jgħaddi minn mal-art u minn mal-ostakli kollha tul ir-rotta li jkunu jinsabu sa 9,3 kilometri (5 mili nawtiċi) fuq kull naħa tar-rotta prevista, f'distanza vertikali ta' mill-inqas 2 000 pied, fejn jitqiesu l-elementi li ġejjin:

(1)

wieħed ikun assuma li l-magna tieqaf fil-punt l-aktar kritiku tul ir-rotta;

(2)

jitqiesu l-effetti tar-riħ fuq il-passaġġ tat-titjira;

(3)

ir-rimi tal-fjuwil huwa permess safejn dan ikun konsistenti mal-fatt li l-ajruplan jasal fl-ajrudrom fejn dan huwa mistenni li jinżel bir-riżervi tal-fjuwil meħtieġa wara ħsara fil-magna skont il-punt CAT.OP.MPA.150, adattat għal ajrudrom alternattiv, jekk tintuża proċedura sikura;

(4)

l-ajrudrom fejn l-ajruplan ikun previst li se jinżel wara ħsara fil-magna għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(i)

ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni għall-massa tal-inżul mistennija huma ssodisfati;

(ii)

ir-rapporti tat-temp jew it-tbassir tat-temp u r-rapporti dwar il-kundizzjoni tar-runway jkunu jindikaw li jista' jsir inżul sikur fil-ħin stmat tal-inżul;

(5)

jekk l-AFM ma jkunx fih data dwar il-passaġġ nett tat-titjira ta' waqt ir-rotta, il-passaġġ tat-titjira OEI gross matul ir-rotta għandu jitnaqqas b'xaqliba tiela' 'l fuq ta' 1,1 % għal ajruplani b'żewġ magni, 1,4 % għal ajruplani bi tliet magni, u 1,6 % għal ajruplani b'erba' magni.

(d)

L-operatur għandu jżid il-marġnijiet tal-wisa' previsti fil-punti (b) u (c) għal 18,5 kilometri (10 mili nawtiċi), jekk il-preċiżjoni tan-navigazzjoni ma tkunx tissodisfa tal-inqas l-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni RNAV 5.”;

(j)

il-punt CAT.POL.A.220 huwa sostitwit b'dan li ġej:

CAT.POL.A.220   Waqt ir-rotta — ajruplani bi tliet magni jew iżjed li jkollhom żewġ magni weqfin

(a)

Ajruplan li jkollu tliet magni jew aktar ma għandux ikun 'il bogħod minn ajrudrom li fih jiġu ssodisfati kif xieraq ir-rekwiżiti tal-punti CAT.POL.A.230 jew CAT.POL.A.235(a) għall-massa mistennija tal-inżul, fi kwalunkwe punt matul it-triq intenzjonata għal aktar minn 90 minuta, bil-magni kollha joperaw b'potenza jew thrust ta' cruising, kif xieraq, f'temperatura standard f'arja kalma, sakemm il-punti (b) sa (f) ta' dan il-punt ma jiġux imħarsa.

(b)

Id-data tal-passaġġ nett tat-titjira b'żewġ magni weqfin ta' waqt ir-rotta għandha tippermetti lill-ajruplan ikompli bit-titjira, fil-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija, mill-punt li fih wieħed jassumi li ż-żewġ magni jkunu waqfu fl-istess ħin lejn ajrudrom li fih l-ajruplan ikun jista' jinżel u jieqaf kompletament billi juża l-proċedura preskritta għal inżul b'żewġ magni weqfin. Il-passaġġ nett tat-titjira ta' waqt ir-rotta għandu jgħaddi minn mal-art u minn mal-ostakli kollha tul ir-rotta li jkunu jinsabu sa 9,3 kilometri (5 mili nawtiċi) fuq kull naħa tar-rotta prevista, f'distanza vertikali ta' mill-inqas 2 000 pied. F'altitudni u f'kundizzjonijiet meteoroloġiċi li jkunu jeħtieġu li jkunu jistgħu jitħaddmu s-sistemi ta' ħarsien mis-silġ, għandu jitqies l-effett tagħhom tal-użu ta' dawn is-sistemi fuq id-data tal-passaġġ nett tat-titjira ta' waqt ir-rotta. Jekk il-preċiżjoni tan-navigazzjoni ma tkunx tissodisfa tal-inqas l-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni RNAV 5, l-operatur għandu jżid il-marġni tal-wisa' preskritt mogħti hawn fuq fit-tieni sentenza għal 18,5 kilometri (10 mili nawtiċi).

(c)

Wieħed jassumi li ż-żewġ magni jkunu waqfu fl-aktar punt kritiku ta' dak il-porzjon tar-rotta fejn l-ajruplan jitħaddem għal aktar minn 90 minuta, bil-magni kollha joperaw b'potenza jew thrust ta' cruising, kif xieraq, f'temperatura standard f'arja kalma, 'il bogħod mill-ajrudrom imsemmi fil-punt (a).

(d)

Il-passaġġ nett tat-titjira għandu jkollu xaqliba pożittiva meta l-ajruplan ikun 1 500 pied 'il fuq mill-ajrudrom fejn ikun se jsir l-inżul wara li tiżviluppa l-ħsara f'żewġ magni.

(e)

Ir-rimi tal-fjuwil għandu jkun permess safejn dan ikun konsistenti mal-fatt li l-ajruplan jasal fl-ajrudrom bir-riżervi tal-fjuwil meħtieġa msemmija fil-punt (f), jekk tintuża proċedura sikura.

(f)

Il-massa mistennija tal-ajruplan fil-punt li fih wieħed jassumi li ż-żewġ magni jkunu waqfu m'għandhiex tkun inqas minn dik li tinkludi biżżejjed fjuwil biex l-ajruplan ikompli sejjer lejn ajrudrom fejn ikun se jsir l-inżul, u biex dan jasal hemm f'altitudni ta' mill-inqas 450 metru (1 500 pied) direttament fuq iż-żona tal-inżul u biex, minn dak il-punt 'il quddiem, itir bl-istess potenza jew thrust ta' cruising għal 15-il minuta, kif xieraq.”;

(k)

il-punt CAT.POL.A.230 huwa sostitwit b'dan li ġej:

CAT.POL.A.230   Inżul — runways xotti

(a)

Il-massa tal-inżul tal-ajruplan stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.105(a) għall-ħin stmat tal-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv ieħor għandha tippermetti nżul b'waqfien sħiħ tal-ajruplan minn 50 pied 'il fuq mil-limitu:

(1)

għall-ajruplani li jaħdmu b'magni turboġett, f'60 % tad-distanza disponibbli tal-inżul (LDA);

(2)

għall-ajruplani li jaħdmu b'turboskrun, f'70 % tal-LDA;

(3)

permezz ta' deroga mill-punti (a)(1) u (a)(2), għall-ajruplani li huma approvati għal operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul imnaqqsa skont il-punt CAT.POL.A.255, fi ħdan 80 % tal-LDA.

(b)

Għall-operazzjonijiet ta' avviċinament wieqaf, l-operatur għandu juża d-data tad-distanza tal-inżul li fuqha jkunu ġew applikati l-fatturi skont il-punt (a)(1) jew (a)(2), kif applikabbli, ibbażata fuq għoli tal-iskrin ta' inqas minn 60 pied, iżda ta' mhux inqas minn 35 pied, u huwa għandu jkun konformi mal-punt CAT.POL.A.245.

(c)

Għall-operazzjonijiet ta' nżul b'distanza qasira, l-operatur għandu juża d-data tad-distanza tal-inżul li fuqha jkunu ġew applikati l-fatturi skont il-punt (a)(1) jew (a)(2), u huwa għandu jkun konformi mal-punt CAT.POL.A.250.

(d)

Meta jkun qed jistabbilixxi l-massa tal-inżul, l-operatur għandu jqis dan li ġej:

(1)

mhux aktar minn 50 % tal-komponent tar-riħ minn faċċata jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent tar-riħ minn wara;

(2)

korrezzjonijiet kif provduti fl-AFM.

(e)

Għall-bgħit tal-ajruplan, l-ajruplan għandu jew:

(1)

jinżel fuq l-aktar runway favorevoli, f'arja kalma;

(2)

jinżel fuq ir-runway li l-aktar probabbli tiġi assenjata lilu meta jitqiesu l-veloċità u d-direzzjoni probabbli tar-riħ, il-karatteristiċi tal-immaniġġjar tal-ajruplan fuq l-art u kundizzjonijiet oħrajn bħalma huma l-għajnuna għall-inżul u t-tip ta' terren.

(f)

Jekk l-operatur ma jkunx jista' jikkonforma mal-punt (e)(2) għall-ajrudrom tad-destinazzjoni, l-ajruplan għandu jitħalla jitlaq biss jekk ikun intgħażel ajrudrom alternattiv li jippermetti konformità sħiħa ma' wieħed minn dawn li ġejjin:

(1)

il-punti (a) sa (d), jekk ir-runway fil-ħin stmat tal-wasla tkun xotta;

(2)

il-punti CAT.POL.A.235 (a) sa (d), jekk ir-runway fil-ħin stmat tal-wasla tkun imxarrba jew ikkontaminata.”;

(l)

il-punt CAT.POL.A.235 huwa sostitwit b'dan li ġej:

CAT.POL.A.235   Inżul — runways imxarrba u kkontaminati

(a)

Meta r-rapporti tat-temp jew it-tbassir tat-temp ix-xierqa, jew it-tnejn li huma, ikunu jindikaw li, fil-ħin stmat tal-wasla, ir-runway tista' tkun imxarrba, l-LDA għandha tkun waħda mid-distanzi li ġejjin:

(1)

distanza tal-inżul provduta fl-AFM għall-użu fuq runways imxarrba fil-ħin tal-bgħit, imma mhux inqas minn dik meħtieġa mill-punt CAT.POL.A.230(a)(1) jew (a)(2), kif applikabbli;

(2)

jekk ma tkunx provduta distanza tal-inżul fl-AFM għall-użu fuq runways imxarrba fil-ħin tal-bgħit, mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul meħtieġa, stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.230 (a)(1) jew (a)(2), kif applikabbli;

(3)

distanza tal-inżul iqsar minn dik meħtieġa mill-punt (a)(2), imma mhux inqas minn dik meħtieġa mill-punt CAT.POL.A.230(a)(1) jew (a)(2), kif applikabbli, jekk ir-runway għandha karatteristiċi speċifiċi li jtejbu l-frizzjoni u l-AFM jinkludi informazzjoni addizzjonali speċifika għad-distanza tal-inżul fuq dak it-tip ta' runway;

(4)

permezz ta' deroga mill-punti (a)(1), (a)(2) u (a)(3), għall-ajruplani li huma approvati għal operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul imnaqqsa taħt il-punt CAT.POL.A.255, id-distanza tal-inżul stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.255(b)(2)(v)(B).

(b)

Meta r-rapporti tat-temp jew it-tbassir tat-temp xierqa jkunu jindikaw li, fil-ħin stmat tal-wasla, ir-runway tista' tkun ikkontaminata, l-LDA għandha tkun waħda minn dawn id-distanzi li ġejjin:

(1)

mill-inqas id-distanza tal-inżul stabbilita skont il-punt (a), jew mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul stabbilita skont id-data approvata dwar id-distanza tal-inżul ikkontaminata jew ekwivalenti, skont liema minnhom ikun l-ikbar;

(2)

fuq runways tax-xitwa ppreparati apposta, tista' tintuża distanza tal-inżul li tkun iqsar minn dik meħtieġa skont il-punt (b)(1), iżda li ma tkunx inqas minn dik meħtieġa skont il-punt (a), jekk l-AFM ikun jinkludi informazzjoni addizzjonali speċifika dwar id-distanzi tal-inżul fuq runways ikkontaminati. Tali distanza tal-inżul għandha tkun mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul li tinsab fl-AFM.

(c)

B'deroga mill-punt (b), iż-żieda ta' 15 % m'għandhiex għalfejn tiġi applikata jekk tkun diġà inkluża fid-data approvata tad-distanza tal-inżul jew ekwivalenti.

(d)

Għall-punti (a) u (b), il-kriterji tal-punti CAT.POL.A.230(b), (c) u (d) għandhom japplikaw kif xieraq.

(e)

Għall-bgħit tal-ajruplan, l-ajruplan għandu jew:

(1)

jinżel fuq l-aktar runway favorevoli, f'arja kalma;

(2)

jinżel fuq ir-runway li l-aktar probabbli tiġi assenjata lilu meta jitqiesu l-veloċità u d-direzzjoni probabbli tar-riħ, il-karatteristiċi tal-immaniġġjar tal-ajruplan fuq l-art u kundizzjonijiet oħrajn bħalma huma l-għajnuna għall-inżul u t-tip ta' terren.

(f)

Jekk l-operatur ma jkunx jista' jikkonforma mal-punt (e)(1) għal ajrudrom ta' destinazzjoni fejn ir-rapporti jew it-tbassir tat-temp xieraq jindikaw li r-runway fil-ħin stmat tal-wasla tista' tkun ikkontaminata u fejn l-inżul jiddependi fuq komponent speċifiku tar-riħ, l-ajruplan għandu jintbagħat biss jekk jiġu magħżula żewġ ajrudromi alternattivi.

(g)

Jekk l-operatur ma jkunx jista' jikkonforma mal-punt (e)(2) għall-ajrudrom tad-destinazzjoni fejn ir-rapporti jew it-tbassir tat-temp xierqa jindikaw li r-runway fil-ħin stmat tal-wasla tista' tkun imxarrba jew ikkontaminata, l-ajruplan għandu jintbagħat biss jekk ajrudrom alternattiv jiġi magħżul.

(h)

Għall-punti (f) u (g), l-ajrudrom jew l-ajrudromi alternattiv/i magħżul/a għandhom jippermettu l-konformità ma' waħda minn dawn li ġejjin:

(1)

il-punti CAT.POL.A.230(a) sa (d), jekk ir-runway fil-ħin stmat tal-wasla tkun niexfa;

(2)

il-punti CAT.POL.A.235 (a) sa (d), jekk ir-runway fil-ħin stmat tal-wasla tkun imxarrba jew ikkontaminata.”;

(m)

fil-punt CAT.POL.A.250(b) il-punt (11a) li ġej jiddaħħal kif ġej:

“(11a)

operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa skont il-punt CAT.POL.A.255 huma pprojbiti;”;

(n)

jiddaħħal il-punt CAT.POL.A.255 li ġej:

CAT.POL.A.255   Approvazzjoni ta' operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa

(a)

Operatur tal-ajruplan jista' jwettaq operazzjonijiet tal-inżul sa 80 % tad-distanza tal-inżul disponibbli (LDA) jekk jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-ajruplan għandu MOPSC ta' 19 jew inqas;

(2)

l-ajruplan għandu dikjarazzjoni ta' eliġibbiltà għal distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa fl-AFM;

(3)

l-ajruplan jintuża f'operazzjonijiet fuq talba u mhux skedati tat-trasport bl-ajru kummerċjali (CAT);

(4)

il-massa tal-inżul tal-ajruplan tippermetti nżul b'waqfien sħiħ f'dik id-distanza tal-inżul imnaqqsa;

(5)

l-operatur ikun irċieva l-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.

(b)

Sabiex jikseb l-approvazzjoni msemmija fil-punt (a)(5), l-operatur għandu jipprovdi evidenza ta' waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(1)

saret valutazzjoni tar-riskju biex turi li jinkiseb livell ta' sikurezza ekwivalenti għal dak maħsub mill-punt CAT.POL.A.230(a)(1) jew (2), kif applikabbli;

(2)

li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

(i)

proċeduri ta' avviċinament speċjali, bħal avviċinamenti wieqfa, għoli ppjanat tal-iskrin ogħla minn 60 pied jew inqas minn 35 pied, operazzjonijiet ta' viżibilità baxxa, avviċinamenti barra l-kriterji ta' avviċinament stabilizzat approvati taħt il-punt CAT.OP.MPA.115(a), huma pprojbiti;

(ii)

operazzjonijiet ta' nżul b'distanza qasira imnaqqsa skont CAT.POL.A.250 huma pprojbiti;

(iii)

inżul fuq runways ikkontaminati huwa pprojbit;

(iv)

huwa stabbilit proċess adegwat ta' taħriġ, kontroll u monitoraġġ għall-ekwipaġġ tat-titjira;

(v)

programm ta' analiżi tal-inżul fl-ajrudrom (ALAP) huwa stabbilit mill-operatur biex jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(A)

l-ebda riħ minn wara ma huwa mbassar fil-ħin mistenni tal-wasla;

(B)

jekk ir-runway hija mistennija li tkun imxarrba fil-ħin mistenni tal-wasla, id-distanza tal-inżul fil-bgħit għandha jew tiġi stabbilita skont il-punt CAT.OP.MPA.303(a) jew (b) kif applikabbli, jew għandha tkun 115 % tad-distanza tal-inżul stabbilita għal runways xotti, skont liema tkun itwal;

(C)

ma jeżisti l-ebda tbassir tal-kundizzjonijiet tar-runway ikkontaminat fil-ħin mistenni tal-wasla;

(D)

ma jeżisti l-ebda tbassir tal-kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena fil-ħin mistenni tal-wasla;

(vi)

it-tagħmir kollu li jaffettwa l-prestazzjoni tal-inżul huwa operattiv qabel ma tibda t-titjira;

(vii)

l-ekwipaġġ tat-titjira jikkonsisti minn mill-inqas żewġ bdoti kwalifikati u mħarrġa li għandhom taħriġ riċenti f'operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa;

(viii)

abbażi tal-kundizzjonijiet prevalenti għat-titjira maħsuba, il-kmandant għandu jieħu d-deċiżjoni finali li jwettaq operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa u jista' jiddeċiedi li ma jagħmilx hekk meta hu jew hi jikkunsidra/tikkunsidra li dan ikun fl-interess tas-sikurezza;

(ix)

kundizzjonijiet addizzjonali tal-ajrudrom, jekk speċifikati mill-awtorità kompetenti li ċċertifikat l-ajrudrom, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi orografiċi taż-żona tal-avviċinament, l-għajnuniet disponibbli għall-avviċinament, l-avviċinament mhux milħuq u l-konsiderazzjonijiet tal-inżul interrott (balked-landing).”;

(o)

il-punt CAT.POL.A.330 huwa sostitwit b'dan li ġej:

CAT.POL.A.330   Inżul — runways xotti

(a)

Il-massa tal-inżul tal-ajruplan stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.105(a) għall-ħin stmat tal-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv ieħor għandha tippermetti nżul b'waqfien sħiħ tal-ajruplan minn 50 pied 'il fuq mil-limitu f'70 % tal-LDA.

(b)

B'deroga mill-punt (a), u fejn ikun hemm konformità mal-punt CAT.POL.A.355, il-massa tal-inżul tal-ajruplan stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.105(a) għall-ħin stmat tal-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni għandha tkun tali li tippermetti nżul b'waqfien sħiħ minn 50 pied 'il fuq mil-limitu sa 80 % tal-LDA.

(c)

Meta jkun qed jistabbilixxi l-massa tal-inżul, l-operatur għandu jqis l-affarijiet li ġejjin:

(1)

l-altitudni tal-ajrudrom;

(2)

mhux aktar minn 50 % tal-komponent tar-riħ minn faċċata jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent tar-riħ minn wara;

(3)

it-tip ta' superfiċje tar-runway;

(4)

il-pendil tar-runway fid-direzzjoni tal-inżul.

(d)

Għall-operazzjonijiet ta' avviċinament wieqaf, l-operatur għandu juża d-data tad-distanza tal-inżul li fuqha jkunu ġew applikati l-fatturi skont il-punt (a), ibbażata fuq għoli tal-iskrin ta' inqas minn 60 pied, iżda ta' mhux inqas minn 35 pied, u huwa għandu jkun konformi mal-punt CAT.POL.A.345.

(e)

Għall-operazzjonijiet ta' nżul b'distanza qasira, l-operatur għandu juża d-data tad-distanza tal-inżul li fuqha jkunu ġew applikati l-fatturi skont il-punt (a), u huwa għandu jkun konformi mal-punt CAT.POL.A.350.

(f)

Għall-bgħit tal-ajruplan, l-ajruplan għandu jew:

(1)

jinżel fuq l-aktar runway favorevoli, f'arja kalma;

(2)

jinżel fuq ir-runway li l-aktar probabbli tiġi assenjata lilu meta jitqiesu l-veloċità u d-direzzjoni probabbli tar-riħ, il-karatteristiċi tal-immaniġġjar tal-ajruplan fuq l-art u kundizzjonijiet oħrajn bħall-għajnuna għall-inżul u t-tip ta' terren.

(g)

Jekk l-operatur ma jkunx jista' jikkonforma mal-punt (f)(2) għall-ajrudrom tad-destinazzjoni, l-ajruplan għandu jitħalla jitlaq biss jekk ikun intgħażel ajrudrom alternattiv li jippermetti konformità sħiħa mal-punti (a) sa (f).”;

(p)

il-punt CAT.POL.A.335 huwa sostitwit b'dan li ġej:

CAT.POL.A.335   Inżul — runways imxarrba u kkontaminati

(a)

Meta r-rapporti tat-temp jew it-tbassir tat-temp xierqa jkunu jindikaw li, fil-ħin stmat tal-wasla, ir-runway tista' tkun imxarrba, l-LDA għandha tkun waħda minn dawn id-distanzi li ġejjin:

(1)

distanza tal-inżul ipprovduta fl-AFM għall-użu fuq runways imxarrba fil-ħin tal-bgħit, iżda mhux inqas minn dik meħtieġa mill-punt CAT.POL.A.330;

(2)

jekk ma tkunx ipprovduta distanza tal-inżul fl-AFM għall-użu fuq runways imxarrba fil-ħin tal-bgħit, mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul meħtieġa, stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.330(a);

(3)

distanza tal-inżul iqsar minn dik meħtieġa mill-punt (a)(2), iżda mhux inqas minn dik meħtieġa mill-punt CAT.POL.A.330(a), kif applikabbli, jekk ir-runway għandha karatteristiċi speċifiċi li jtejbu l-frizzjoni u l-AFM jinkludi informazzjoni addizzjonali speċifika għad-distanza tal-inżul fuq dak it-tip ta' runway;

(4)

permezz ta' deroga mill-punti (a)(1), (a)(2) u (a)(3), għall-ajruplani li huma approvati għal operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul imnaqqsa skont il-punt CAT.POL.A.355, id-distanza tal-inżul stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.355(b)(7)(iii).

(b)

Meta r-rapporti tat-temp jew it-tbassir tat-temp xierqa jkunu jindikaw li, fil-ħin stmat tal-wasla, ir-runway tista' tkun ikkontaminata, id-distanza tal-inżul m'għandhiex taqbeż l-LDA. L-operatur għandu jispeċifika fil-manwal tal-operat, id-data tad-distanza tal-inżul li għandha tiġi applikata.”;

(q)

jiddaħħal il-punt CAT.POL.A.355 li ġej:

CAT.POL.A.355   Approvazzjoni ta' operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa

(a)

Operazzjonijiet b'massa tal-inżul tal-ajruplan li tippermetti nżul b'waqfien sħiħ f'80 % tad-distanza tal-inżul disponibbli (LDA) jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti. Approvazzjoni bħal din għandha tinkiseb għal kull runway li fuqha jitwettqu operazzjonijiet b'distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa.

(b)

Biex jikseb l-approvazzjoni msemmija fil-punt (a), l-operatur għandu jwettaq valutazzjoni tar-riskju biex juri li jinkiseb livell ta' sikurezza ekwivalenti għal dak maħsub mill-punt CAT.POL.A.330(a) u mill-inqas il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(1)

l-Istat tal-ajrudrom ikun stabbilixxa interess pubbliku u ħtieġa operattiva għall-operazzjoni, jew minħabba d-distanza mbiegħda tal-ajrudrom jew minħabba l-limitazzjonijiet fiżiċi marbutin mal-estensjoni tar-runway;

(2)

operazzjonijiet ta' nżul b'distanza qasira skont il-punt CAT.POL.A.350 u avviċinamenti barra l-kriterji ta' avviċinament stabilizzat approvati skont il-punt CAT.OP.MPA.115(a) huma pprojbiti;

(3)

inżul fuq runways ikkontaminati huwa pprojbit;

(4)

proċedura speċifika ta' kontroll taż-żona tal-illandjar hija ddefinita fil-manwal tal-operat (OM) u implimentata; din il-proċedura għandha tinkludi struzzjonijiet adegwati dwar it-tmexxija u l-inżul interrott (balked-landing) meta l-illandjar fiż-żona ddefinita ma jistax jinkiseb;

(5)

huwa stabbilit programm adegwat ta' taħriġ u kontroll tal-ajrudrom għall-ekwipaġġ tat-titjira;

(6)

l-ekwipaġġ tat-titjira huwa kkwalifikat u għandu taħriġ riċenti f'operazzjonijiet ta' distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa fl-ajrudrom ikkonċernat;

(7)

programm ta' analiżi tal-inżul fl-ajrudrom (ALAP) huwa stabbilit mill-operatur biex jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-ebda riħ minn wara ma huwa mbassar fil-ħin mistenni tal-wasla;

(ii)

jekk ir-runway hija mbassra li tkun imxarrba fil-ħin mistenni tal-wasla, id-distanza tal-inżul fil-bgħit għandha jew tiġi ddeterminata skont il-punt CAT.OP.MPA.303(c), jew għandha tkun 115 % tad-distanza tal-inżul stabbilita għal runways xotti, skont liema hi itwal;

(iii)

ma jeżisti l-ebda tbassir tal-kundizzjonijiet tar-runway ikkontaminat fil-ħin mistenni tal-wasla;

(iv)

ma jeżisti l-ebda tbassir tal-kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena fil-ħin mistenni tal-wasla;

(8)

proċeduri operazzjonali huma stabbiliti biex jiżguraw li:

(i)

it-tagħmir kollu li jaffettwa l-prestazzjoni tal-inżul u d-distanza tal-inżul huwa operattiv qabel ma tibda t-titjira;

(ii)

l-apparati tad-deċellerazzjoni huma użati sew mill-ekwipaġġ tat-titjira;

(9)

struzzjonijiet speċifiċi ta' manutenzjoni u proċeduri operazzjonali huma stabbiliti għall-apparat ta' deċellerazzjoni tal-ajruplan biex itejbu l-affidabilità ta' dawk is-sistemi;

(10)

l-avviċinament finali u l-inżul isiru taħt kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali (VMC) biss;

(11)

kundizzjonijiet addizzjonali tal-ajrudrom, jekk speċifikati mill-awtorità kompetenti li ċċertifikat l-ajrudrom, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi orografiċi taż-żona tal-avviċinament, l-għajnuniet disponibbli għall-avviċinament, l-avviċinament mhux milħuq u l-konsiderazzjonijiet tal-inżul interrott (balked-landing).”;

(r)

fil-punt CAT.POL.A.415, il-punti (d) u (e) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(d)

Il-marġnijiet tal-wisa' mogħtija fil-punt (a) għandhom jiżdiedu għal 18,5 kilometri (10 mili nawtiċi) jekk il-preċiżjoni tan-navigazzjoni ma tkunx tissodisfa tal-inqas l-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni RNAV 5.

(e)

Ir-rimi tal-fjuwil huwa permess safejn dan ikun konsistenti mal-fatt li l-ajruplan jasal fl-ajrudrom fejn dan huwa mistenni li jinżel bir-riżervi tal-fjuwil meħtieġa wara ħsara fil-magna skont il-punt CAT.OP.MPA.150, adattat għal ajrudrom alternattiv, jekk tintuża proċedura sikura.”;

(s)

il-punt CAT.POL.A.420 huwa sostitwit b'dan li ġej:

CAT.POL.A.420   Waqt ir-rotta — ajruplani bi tliet magni jew iżjed li jkollhom żewġ magni weqfin

(a)

Ajruplan li jkollu tliet magni jew aktar m'għandux ikun 'il bogħod minn ajrudrom li fih jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-punt CAT.POL.A.430 għall-massa tal-inżul mistennija, fi kwalunkwe punt matul ir-rotta prevista għal aktar minn 90 minuta bil-magni kollha li qed joperaw bil-potenza jew thrust ta' cruising, kif xieraq, f'temperatura standard f'arja kalma, sakemm ma jkunx hemm konformità mal-punti (b) sa (e) ta' dan il-punt.

(b)

Il-passaġġ tat-titjira b'żewġ magni weqfin għandu jippermetti lill-ajruplan ikompli bit-titjira, fil-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija, lejn ajrudrom li fih ikunu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni applikabbli għall-massa tal-inżul mistennija, filwaqt li jgħaddi minn mal-ostakli li jkunu jinsabu sa 9,3 kilometri (5 mili nawtiċi) fuq kull naħa tar-rotta prevista f'distanza vertikali ta' mill-inqas 2 000 pied.

(c)

Wieħed jassumi li ż-żewġ magni jkunu waqfu fl-aktar punt kritiku ta' dak il-porzjon tar-rotta fejn l-ajruplan jitħaddem għal aktar minn 90 minuta, bil-magni kollha joperaw b'potenza jew thrust ta' cruising, kif xieraq, f'temperatura standard f'arja kalma, 'il bogħod mill-ajrudrom imsemmi fil-punt (a).

(d)

Il-massa mistennija tal-ajruplan fil-punt li fih wieħed jassumi li ż-żewġ magni jkunu waqfu m'għandhiex tkun inqas minn dik li tinkludi biżżejjed fjuwil biex l-ajruplan ikompli sejjer lejn ajrudrom fejn wieħed jassumi li jkun se jsir l-inżul, u biex dan jasal hemm f'altitudni ta' mill-inqas 450 metru (1 500 pied) direttament fuq iż-żona tal-inżul u biex, minn dak il-punt 'il quddiem, itir fl-istess livell għal 15-il minuta b'potenza jew thrust ta' cruising, kif xieraq.

(e)

Ir-rata tat-tlugħ disponibbli tal-ajruplan għandha tkun150 pied kull minuta inqas minn dik speċifikata.

(f)

Il-marġnijiet tal-wisa' mogħtija fil-punt (b) għandhom jiżdiedu għal 18,5 kilometri (10 mili nawtiċi) jekk il-preċiżjoni tan-navigazzjoni ma tkunx tissodisfa tal-inqas l-ispeċifikazzjoni tan-navigazzjoni RNAV 5.

(g)

Ir-rimi tal-fjuwil huwa permess safejn dan ikun konsistenti mal-fatt li l-ajruplan jasal fl-ajrudrom bir-riżervi tal-fjuwil meħtieġa f'konformità mal-punt (d), jekk tintuża proċedura sikura.”;

(t)

fil-punt CAT.POL.A.430(a), il-punt (4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(4)

l-inklinazzjoni tar-runway fid-direzzjoni tal-inżul.”;

(u)

fil-punt CAT.POL.A.435 il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Meta r-rapporti tat-temp jew it-tbassir tat-temp xierqa jkunu jindikaw li, fil-ħin stmat tal-wasla, ir-runway tista' tkun imxarrba, l-LDA għandha tkun waħda minn dawn id-distanzi li ġejjin:

(1)

distanza tal-inżul ipprovduta fl-AFM għall-użu fuq runways imxarrba fil-ħin tal-bgħit, iżda mhux inqas minn dik meħtieġa mill-punt CAT.POL.A.430;

(2)

jekk ma tkunx ipprovduta distanza tal-inżul fl-AFM għall-użu fuq runways imxarrba fil-ħin tal-bgħit, mill-inqas 115 % tad-distanza tal-inżul meħtieġa, stabbilita skont il-punt CAT.POL.A.430.”;

(v)

fil-punt CAT.IDE.A.185, jiżdied il-punt (i) li ġej:

“(i)

Ajruplani b'MCTOM ta' aktar minn 27 000 kg u l-ewwel maħruġa b'CofA individwali fi jew wara t-5 ta' Settembru 2022 għandhom ikunu mgħammra b'sors ta' enerġija alternattiv li għalih is-CVR u l-mikrofonu taż-żona mmuntat fuq il-kabina tal-bdot jinqalbu awtomatikament fil-każ li kull provvista oħra ta' enerġija lis-CVR tiġi interrotta.”;

(w)

jiddaħħal il-punt CAT.IDE.A.191 li ġej:

CAT.IDE.A.191   Reġistratur tat-titjira ħafif

(a)

Ajruplani b'magni bit-turbini b'MCTOM ta' 2 250 kg jew aktar u ajruplani b'MOPSC ta' aktar minn 9 sits għandhom ikunu mgħammra b'reġistratur tat-titjira jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

ma jkunux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt CAT.IDE.A.190(a);

(2)

jinħarġu għall-ewwel darba b'CofA individwali fi jew wara t-5 ta' Settembru 2022.

(b)

L-apparat li jirreġistra t-titjira għandu jirreġistra, permezz ta' data jew immaġni tat-titjira, informazzjoni li hija biżżejjed biex tiddetermina l-passaġġ tat-titjira u l-veloċità tal-inġenju tal-ajru.

(c)

Ir-reġistratur tat-titjira għandu jkun kapaċi li jikseb id-data u l-immaġni tat-titjira rreġistrati matul mill-inqas il-ħames sigħat ta' qabel.

(d)

Ir-reġistratur tat-titjira għandu jibda jirreġistra d-data awtomatikament qabel ma l-ajruplan ikun jista' jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf awtomatikament meta l-ajruplan ma jkunx jista' jimxi aktar bil-qawwa tiegħu stess.

(e)

Jekk l-apparat li jirreġistra t-titjira jirreġistra immaġni jew awdjo tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, allura għandha tiġi pprovduta funzjoni li tista' titħaddem mill-kmandant u li timmodifika r-reġistrazzjonijiet tal-immaġni u tal-awdjo magħmula qabel it-tħaddim ta' dik il-funzjoni, sabiex dawk ir-reġistrazzjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati meta jerġa' jinstema' r-reġistratur jew b'tekniki ta' kkupjar.”;

(x)

il-punt CAT.IDE.A.230(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Il-provvista tal-ossiġnu msemmija f'(a) għandha tkun biżżejjed, għall-kumplament tat-titjira, wara li tonqos il-pressjoni fil-kabina, f'altitudni tal-kabina li tkun aktar minn 8 000 pied iżda li ma tkunx taqbeż il-15 000 pied, għal mill-inqas 2 % tal-passiġġieri li jkunu qed jinġarru fuq l-ajruplan, iżda fl-ebda każ m'għandha tkun biżżejjed għal inqas minn persuna waħda.”;

(y)

il-punt CAT.IDE.A.230(d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

It-tagħmir tal-ossiġnu tal-ewwel għajnuna għandu jkun kapaċi jiġġenera ċirkolazzjoni tal-massa lejn kull persuna.”;

(z)

il-punt CAT.IDE.A.345 huwa emendat kif ġej:

i.

It-titolu tal-artikolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

CAT.IDE.A.345   Tagħmir għall-komunikazzjoni, għan-navigazzjoni u għas-sorveljanza għall-operazzjonijiet ta' titjir skont l-IFR jew skont il-VFR fuq rotot li ma jiġux innavigati b'referenza għal għeliem viżwali

ii.

il-punt CAT.IDE.A.345(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR jew skont il-VFR fuq rotot li ma jistgħux jiġu nnavigati b'referenza għal għeliem viżwali għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, għan-navigazzjoni u għas-sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.”

(aa)

jiddaħħal il-punt CAT.IDE.H.191 li ġej:

“CAT.IDE.H.191   Reġistratur tat-titjira ħafif

(a)

Ajruplani b'magni bit-turbini b'MCTOM ta' 2 250 kg jew aktar għandhom ikunu mgħammra b'reġistratur tat-titjira jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

ma jkunux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt CAT.IDE.H.190(a);

(2)

jinħarġu għall-ewwel darba b'CofA individwali fi jew wara t-5 ta' Settembru 2022.

(b)

L-apparat li jirreġistra t-titjira għandu jirreġistra, permezz ta' data jew immaġni tat-titjira, informazzjoni li hija biżżejjed biex tiddetermina l-passaġġ tat-titjira u l-veloċità tal-inġenju tal-ajru.

(c)

Ir-reġistratur tat-titjira għandu jkun kapaċi li jikseb id-data u l-immaġni tat-titjira rreġistrati matul mill-inqas il-ħames sigħat ta' qabel.

(d)

Ir-reġistratur tat-titjira għandu jibda jirreġistra d-data awtomatikament qabel ma l-ħelikopter ikun jista' jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf awtomatikament meta l-ħelikopter ma jkunx jista' jimxi aktar bil-qawwa tiegħu stess.

(e)

Jekk l-apparat li jirreġistra t-titjira jirreġistra immaġni jew awdjo tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, allura għandha tiġi pprovduta funzjoni li tista' titħaddem mill-kmandant u li timmodifika r-reġistrazzjonijiet tal-immaġni u tal-awdjo magħmula qabel it-tħaddim ta' dik il-funzjoni, sabiex dawk ir-reġistrazzjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati meta jerġa' jinstema' r-reġistratur jew b'tekniki ta' kkupjar.”;

(bb)

il-punt CAT.IDE.H.345 huwa emendat kif ġej:

i.

It-titolu tal-artikolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

CAT.IDE.H.345   Tagħmir għall-komunikazzjoni, għan-navigazzjoni u għas-sorveljanza għall-operazzjonijiet ta' titjir skont l-IFR jew skont il-VFR fuq rotot li ma jiġux innavigati b'referenza għal għeliem viżwali

ii.

il-punt CAT.IDE.H.345(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Il-ħelikopters li jitħaddmu skont l-IFR jew skont il-VFR fuq rotot li ma jistgħux jiġu nnavigati b'referenza għal għeliem viżwali għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, għan-navigazzjoni u għas-sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.”

(5)

L-Anness V (il-Parti-SPA) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt SPA.SET-IMC.105(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

ġew stabbiliti struzzjonijiet speċifiċi tal-manutenzjoni u proċeduri biex jiġu żgurati l-livelli intenzjonati tal-ajrunavigabbiltà kontinwa u tal-affidabilità tal-ajruplan u tas-sistema ta' propulsjoni tiegħu u dawn ġew inklużi fil-programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru tal-operatur skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(1)

programm ta' monitoraġġ tat-tendenzi tal-magni, ħlief għall-ajruplani li jkunu ngħataw ċertifikat individwali ta' ajrunavigabbiltà l-ewwel darba wara l-31 ta' Diċembru 2004, li jkollhom sistema awtomatika ta' monitoraġġ tat-tendenzi;

(2)

programm ta' affidabilità tas-sistemi ta' propulsjoni u tas-sistemi assoċjati;”;

(6)

L-Anness VI (il-Parti-NCC) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt NCC.GEN.101 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Organizzazzjonijiet ta' taħriġ approvati li huma meħtieġa jikkonformaw ma' dan l-Anness għandhom jikkonformaw ukoll ma':

(a)

ORO.GEN.310, kif applikabbli; u

(b)

ORO.MLR.105.”;

(b)

Il-punt NCC.GEN.145 huwa sostitwit b'dan li ġej:

NCC.GEN.145   Trattament tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira: żamma, produzzjoni, protezzjoni u użu

(a)

Wara aċċident, inċident serju jew okkorrenza identifikata mill-awtorità ta' investigazzjoni, l-operatur ta' inġenju tal-ajru gћandu jżomm id-data oriġinali li tkun ġiet irreġistrata mir-reġistraturi tat-titjira gћal perjodu ta' 60 jum jew sakemm l-awtorità ta' investigazzjoni ma tordnalux jagħmel mod ieћor.

(b)

L-operatur għandu jwettaq kontrolli operattivi u evalwazzjonijiet tar-reġistrazzjonijiet biex jiżgura l-funzjonalità kontinwa tar-reġistraturi tat-titjira li huma meħtieġa li jinġarru.

(c)

L-operatur għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet tal-parametri tat-titjira u l-messaġġi tal-komunikazzjoni b'kollegament tad-data meħtieġa biex jiġu rreġistrati fuq ir-reġistraturi tat-titjira jiġu ppreservati. Madankollu, għall-iskop ta' ttestjar u manutenzjoni tar-reġistraturi tat-titjira, tista' titħassar sa siegħa tal-eqdem data rreġistrata fil-mument tal-ittestjar.

(d)

L-operatur għandu jaħżen u jżomm aġġornata d-dokumentazzjoni li tippreżenta l-informazzjoni meħtieġa sabiex id-data tat-titjira li ma tkunx ipproċessata tinqaleb f'parametri tat-titjira espressi f'unitajiet tal-inġinerija.

(e)

L-operatur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni kwalunkwe reġistrazzjoni tar-reġistratur tat-titjira li tkun ġiet ippreservata, jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk.

(f)

Bla ħsara għar-Regolamenti (UE) Nru 996/2010 u (UE) 2016/679:

(1)

Ħlief għall-iżgurar tal-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira, reġistrazzjonijiet tal-awdjo minn reġistratur tat-titjira m'għandhomx jiġu żvelati jew użati sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

tkun fis-seħħ proċedura marbuta mat-trattament ta' tali reġistrazzjonijiet tal-awdjo u tat-traskrizzjoni tagħhom;

(ii)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kollha kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel;

(iii)

tali reġistrazzjonijiet tal-awdjo jintużaw biss għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza.

(1a)

Meta jiġu spezzjonati reġistrazzjonijiet tal-awdjo tar-reġistratur tat-titjira biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira, l-operatur għandu jipproteġi l-privatezza ta' dawk ir-reġistrazzjonijiet tal-awdjo u jiżgura li dawn ma jiġux żvelati jew użati għal skopijiet oħra minbarra biex jiżguraw il-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira.

(2)

Il-parametri tat-titjira jew messaġġi b'kollegament tad-data rreġistrati minn reġistratur tat-titjira ma għandhomx jintużaw gћal finijiet oħra ħlief gћall-investigazzjoni ta' aċċident jew inċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju, sakemm dawn ir-reġistrazzjonijiet ma jissodisfawx kwalunkwe kundizzjoni minn dawn li ġejjin:

(i)

jintużaw mill-operatur għall-finijiet tal-ajrunavigabbiltà jew tal-manutenzjoni biss;

(ii)

ikun tneħħilhom kull sors ta' identifikazzjoni;

(iii)

ikunu żvelati skont proċeduri sikuri.

(3)

Ħlief għall-iżgurar tal-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira, l-immaġni tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li huma rreġistrati minn reġistratur tat-titjira ma għandhomx jiġu żvelati jew użati sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

tkun fis-seħħ proċedura relatata mat-trattament ta' tali reġistrazzjonijiet ta' immaġni;

(ii)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kollha kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel;

(iii)

tali reġistrazzjonijiet tal-immaġni jintużaw biss għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza.

(3a)

Meta l-immaġni tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li jiġu rreġistrati minn reġistratur tat-titjira jiġu spezzjonati biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira:

(i)

dawk l-immaġni ma għandhomx jiġu żvelati jew użati għal finijiet oħra minbarra biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira;

(ii)

jekk ikun probabbli li partijiet tal-ġisem tal-membri tal-ekwipaġġ ikunu viżibbli fuq l-immaġni, l-operatur għandu jiżgura l-privatezza ta' dawk l-immaġni.”;

(c)

il-punt NCC.OP.225 huwa sostitwit b'dan li ġej:

NCC.OP.225   Kundizzjonijiet ta' avviċinament u nżul — ajruplani

Qabel ma jibda l-avviċinament għall-inżul, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni disponibbli, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway ippjanata li tintuża m'għandhomx jostakolaw avviċinament, inżul jew avviċinament mhux milћuq, sikuri.”;

(d)

jiddaħħal il-punt NCC.OP.226 li ġej:

NCC.OP.226   Kundizzjonijiet ta' avviċinament u nżul — ħelikopters

Qabel ma jibda l-avviċinament għall-inżul, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni disponibbli, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni taż-żona ta' tlugħ u ta' avviċinament finali (FATO) ppjanata li tintuża m'għandhomx jostakolaw avviċinament, inżul jew avviċinament mhux milћuq, sikuri.”;

(7)

L-Anness VII (il-Parti-NCO) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt NCO.OP.205 huwa sostitwit b'dan li ġej:

NCO.OP.205   Kundizzjonijiet ta' avviċinament u nżul — ajruplani

Qabel ma jibda l-avviċinament għall-inżul, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni disponibbli, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway ppjanata li tintuża m'għandhomx jostakolaw avviċinament, inżul jew avviċinament mhux milћuq, sikuri.”;

(b)

jiddaħħal il-punt NCO.OP.206 li ġej:

NCO.OP.206   Kundizzjonijiet ta' avviċinament u nżul — ħelikopters

Qabel ma jibda l-avviċinament għall-inżul, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni disponibbli, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway jew taż-żona ta' tlugħ u ta' avviċinament finali (FATO) ppjanata li tintuża m'għandhomx jostakolaw avviċinament, inżul jew avviċinament mhux milћuq, sikuri.”;

(c)

il-punt NCO.SPEC.MCF.105(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

B'deroga mill-punt NCO.GEN.105(a)(4) ta' dan l-Anness, titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tista' titwettaq b'inġenju tal-ajru li ġie rilaxxat biex jaħdem b'manutenzjoni mhux kompluta skont il-punti M.A.801(f) tal-Anness I (il-Parti-M), 145.A.50(e) tal-Anness II (il-Parti-145) jew ML.A.801(f) tal-Anness Vb (il-Parti-ML) għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014.”;

(d)

il-punt NCO.SPEC.MCF.130 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“NCO.SPEC.MCF.130   Proċeduri simulati mhux normali jew ta' emerġenza fit-titjira

B'deroga mill-punt NCO.SPEC.145, bdot fil-kmand jista' jissimula sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-applikazzjoni ta' proċeduri mhux normali jew ta' emerġenza bi speċjalista tal-kompitu abbord jekk is-simulazzjoni hija meħtieġa biex tintlaħaq l-intenzjoni tat-titjira u jekk ġiet identifikata fil-lista ta' kontroll imsemmija fil-punt NCO.SPEC.MCF.110 jew fi proċeduri operattivi.”;

(8)

L-Anness VIII (il-Parti-SPO) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt SPO.GEN.140(A)(10) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(10)

il-logg tekniku tal-inġenju tal-ajru, b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jekk applikabbli;”;

(b)

il-punt SPO.GEN.145 huwa sostitwit b'dan li ġej:

SPO.GEN.145   Trattament tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira: żamma, produzzjoni, protezzjoni u użu

(a)

Wara aċċident, inċident serju jew okkorrenza identifikata mill-awtorità ta' investigazzjoni, l-operatur ta' inġenju tal-ajru gћandu jżomm id-data oriġinali li tkun ġiet irreġistrata mir-reġistraturi tat-titjira gћal perjodu ta' 60 jum jew sakemm l-awtorità ta' investigazzjoni ma tordnalux jagħmel mod ieћor.

(b)

L-operatur għandu jwettaq kontrolli operattivi u evalwazzjonijiet tar-reġistrazzjonijiet biex jiżgura l-funzjonalità kontinwa tar-reġistraturi tat-titjira li huma meħtieġa li jinġarru.

(c)

L-operatur għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet tal-parametri tat-titjira u l-messaġġi tal-komunikazzjoni b'kollegament tad-data meħtieġa biex jiġu rreġistrati fuq ir-reġistraturi tat-titjira jiġu ppreservati. Madankollu, għall-iskop ta' ttestjar u manutenzjoni tar-reġistraturi tat-titjira, tista' titħassar sa siegħa tal-eqdem data rreġistrata fil-mument tal-ittestjar.

(d)

L-operatur għandu jaħżen u jżomm aġġornata d-dokumentazzjoni li tippreżenta l-informazzjoni meħtieġa sabiex id-data tat-titjira li ma tkunx ipproċessata tinqaleb f'parametri tat-titjira espressi f'unitajiet tal-inġinerija.

(e)

L-operatur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni kwalunkwe reġistrazzjoni tar-reġistratur tat-titjira li tkun ġiet ippreservata, jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk.

(f)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (UE) Nru 996/2010 u (UE) 2016/679 u ħlief għall-iżgurar tal-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira:

(1)

reġistrazzjonijiet tal-awdjo minn reġistratur tat-titjira m'għandhomx jiġu żvelati jew użati sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

tkun fis-seħħ proċedura marbuta mat-trattament ta' tali reġistrazzjonijiet tal-awdjo u tat-traskrizzjoni tagħhom;

(ii)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kollha kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel;

(iii)

tali reġistrazzjonijiet tal-awdjo jintużaw biss għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza.

(1a)

Meta jiġu spezzjonati reġistrazzjonijiet tal-awdjo tar-reġistratur tat-titjira biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira, l-operatur għandu jipproteġi l-privatezza ta' dawk ir-reġistrazzjonijiet tal-awdjo u jiżgura li dawn ma jiġux żvelati jew użati għal skopijiet oħra minbarra biex jiżguraw il-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira.

(2)

Parametri tat-titjira jew messaġġi b'kollegamenti tad-data rreġistrati minn reġistratur tat-titjira ma għandhomx jintużaw għal finijiet oħra minbarra gћall-investigazzjoni dwar aċċident jew inċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju. Dik il-limitazzjoni m'għandhiex tapplika, sakemm tali reġistrazzjonijiet ma jissodisfawx xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

jintużaw mill-operatur għall-finijiet tal-ajrunavigabbiltà jew tal-manutenzjoni biss;

(ii)

ikun tneħħilhom kull sors ta' identifikazzjoni;

(iii)

ikunu żvelati skont proċeduri sikuri.

(3)

Ħlief għall-iżgurar tal-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira, l-immaġni tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li huma rreġistrati minn reġistratur tat-titjira ma għandhomx jiġu żvelati jew użati sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

tkun fis-seħħ proċedura relatata mat-trattament ta' tali reġistrazzjonijiet ta' immaġni;

(ii)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kollha kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel;

(iii)

tali reġistrazzjonijiet tal-immaġni jintużaw biss għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza.

(3a)

Meta l-immaġni tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira li jiġu rreġistrati minn reġistratur tat-titjira jiġu spezzjonati biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira:

(i)

dawk l-immaġni ma għandhomx jiġu żvelati jew użati għal finijiet oħra minbarra biex tiġi żgurata l-funzjonalità tar-reġistratur tat-titjira;

(ii)

jekk ikun probabbli li partijiet tal-ġisem tal-membri tal-ekwipaġġ ikunu viżibbli fuq l-immaġni, l-operatur għandu jiżgura l-privatezza ta' dawk l-immaġni.”;

(c)

il-punt SPO.OP.210 huwa sostitwit b'dan li ġej:

SPO.OP.210   Kundizzjonijiet ta' avviċinament u nżul — ajruplani

Qabel ma jibda l-avviċinament għall-inżul, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni disponibbli, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway ippjanata li tintuża m'għandhomx jostakolaw avviċinament, inżul jew avviċinament mhux milћuq, sikuri.”;

(d)

jiddaħħal il-punt SPO.OP.211 li ġej:

SPO.OP.211   Kundizzjonijiet ta' avviċinament u nżul — ħelikopters

Qabel ma jibda l-avviċinament għall-inżul, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni disponibbli, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni taż-żona ta' tlugħ u ta' avviċinament finali (FATO) ppjanata li tintuża m'għandhomx jostakolaw avviċinament, inżul jew avviċinament mhux milћuq, sikuri.”;

(e)

jiddaħħal il-punt SPO.IDE.A.146 li ġej:

SPO.IDE.A.146   Reġistratur tat-titjira ħafif

(a)

Ajruplani b'magni bit-turbini b'MCTOM ta' 2 250 kg jew aktar u ajruplani b'MOPSC ta' aktar minn 9 sits għandhom ikunu mgħammra b'reġistratur tat-titjira jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

ma jkunux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt SPO.IDE.A.145(a);

(2)

jintużaw għal operazzjonijiet kummerċjali;

(3)

jinħarġu għall-ewwel darba b'CofA individwali fi jew wara t-5 ta' Settembru 2022.

(b)

L-apparat li jirreġistra t-titjira għandu jirreġistra, permezz ta' data jew immaġni tat-titjira, informazzjoni li hija biżżejjed biex tiddetermina l-passaġġ tat-titjira u l-veloċità tal-inġenju tal-ajru.

(c)

Ir-reġistratur tat-titjira għandu jkun kapaċi li jikseb id-data u l-immaġni tat-titjira rreġistrati matul mill-inqas il-ħames sigħat ta' qabel.

(d)

Ir-reġistratur tat-titjira għandu jibda jirreġistra d-data awtomatikament qabel ma l-ajruplan ikun jista' jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf awtomatikament meta l-ajruplan ma jkunx jista' jimxi aktar bil-qawwa tiegħu stess.

(e)

Jekk l-apparat li jirreġistra t-titjira jirreġistra immaġni jew awdjo tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, allura għandha tiġi pprovduta funzjoni li tista' titħaddem mill-bdot fil-kmand u li timmodifika r-reġistrazzjonijiet tal-immaġni u tal-awdjo magħmula qabel it-tħaddim ta' dik il-funzjoni, sabiex dawk ir-reġistrazzjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati meta jerġa' jinstema' r-reġistratur jew b'tekniki ta' kkupjar.”;

(f)

jiddaħħal il-punt SPO.IDE.H.146 li ġej:

SPO.IDE.H.146   Reġistratur tat-titjira ħafif

(a)

Ajruplani b'magni bit-turbini b'MCTOM ta' 2 250 kg jew aktar għandhom ikunu mgħammra b'reġistratur tat-titjira jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

ikunu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt SPO.IDE.H.145(a);

(2)

jintużaw għal operazzjonijiet kummerċjali;

(3)

jinħarġu għall-ewwel darba b'CofA individwali fi jew wara t-5 ta' Settembru 2022.

(b)

L-apparat li jirreġistra t-titjira għandu jirreġistra, permezz ta' data jew immaġni tat-titjira, informazzjoni li hija biżżejjed biex tiddetermina l-passaġġ tat-titjira u l-veloċità tal-inġenju tal-ajru.

(c)

Ir-reġistratur tat-titjira għandu jkun kapaċi li jikseb id-data u l-immaġni tat-titjira rreġistrati matul mill-inqas il-ħames sigħat ta' qabel.

(d)

Ir-reġistratur tat-titjira għandu jibda jirreġistra d-data awtomatikament qabel ma l-ħelikopter ikun jista' jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf awtomatikament meta l-ħelikopter ma jkunx jista' jimxi aktar bil-qawwa tiegħu stess.

(e)

Jekk l-apparat li jirreġistra t-titjira jirreġistra immaġni jew awdjo tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, allura għandha tiġi pprovduta funzjoni li tista' titħaddem mill-bdot fil-kmand u li timmodifika r-reġistrazzjonijiet tal-immaġni u tal-awdjo magħmula qabel it-tħaddim ta' dik il-funzjoni, sabiex dawk ir-reġistrazzjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati meta jerġa' jinstema' r-reġistratur jew b'tekniki ta' kkupjar.”;

(g)

il-punt SPO.SPE.MCF.100(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Titjira ta' manutenzjoni ta' ‘Livell A’ għal titjira fejn hu mistenni l-użu ta' proċeduri anormali jew ta' emerġenza, kif definiti fil-manwal tat-titjira tal-inġenju tal-ajru, jew fejn titjira hija meħtieġa biex tipprova l-funzjonament ta' sistema ta' riżerva jew apparat ieħor ta' sigurtà;”.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).;”’


(1)  Id-dettalji ta' kuntatt tat-telefon u tal-fax tal-awtorità kompetenti, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż. L-email għandu jiġi pprovdut jekk ikun disponibbli.

(2)  Jiddaħħal in-numru taċ-ċertifikat tal-operatur (AOC) assoċjat.

(3)  Jiddaħħal l-isem irreġistrat tal-operatur u l-isem kummerċjali tal-operatur, jekk differenti. Daħħal ‘Dba’ qabel l-isem kummerċjali (għal ‘Doing business as’).

(4)  Data tal-ħruġ tal-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet (jj-xx-ssss) u l-firma tar-rappreżentant tal-awtorità kompetenti.

(5)  Tiddaħħal id-deżinjazzjoni tal-ICAO tal-għamla, tal-mudell u tas-serje tal-inġenju tal-ajru, jew tas-serje ewlenija, jekk ġiet deżinjata serje (eż. Boeing-737-3K2 jew Boeing-777-232).

(6)  Il-marki tar-reġistrazzjoni huma mniżżlin fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jew fil-manwal tal-operat. F'dan il-każ tal-aħħar, l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet relatati għandu jkollhom referenza għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat. Fil-każ li mhux l-approvazzjonijiet speċifiċi kollha japplikaw għall-mudell tal-inġenju tal-ajru, il-marki tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru jistgħu jiddaħħlu fil-kolonna tar-rimarki fl-approvazzjoni speċifika relatata.

(7)  Tip ta' trasportazzjoni oħra li għandu uiġi speċifikat (eż. servizz mediku ta' emerġenza).

(8)  Lista taż-żoni ġeografiċi ta' operazzjoni awtorizzata (permezz tal-koordinati ġeografiċi jew ir-rotot speċifiċi, ir-reġjun ta' informazzjoni dwar it-titjir jew il-fruntieri nazzjonali jew reġjonali).

(9)  Lista tal-limitazzjonijiet speċjali applikabbli (pereżempju VFR biss, Binhar biss, eċċ.).

(10)  F'din il-kolonna niżżel il-kriterji l-aktar permissivi għal kull approvazzjoni jew it-tip ta' approvazzjoni (bil-kriterji x-xierqa).

(11)  Tiddaħħal il-kategorija ta' avviċinament ta' preċiżjoni applikabbli: LTS CAT I, CAT II, OTS CAT II, CAT IIIA, CAT IIIB jew CAT IIIC. Tiddaħħal il-medda viżwali minima tar-runway (RVR) f'metri u l-għoli tad-deċiżjoni (DH) f'piedi. Għandha tintuża linja waħda għal kull kategorija ta' avviċinament imniżżla.

(12)  Tiddaħħal l-RVR minima għat-tlugħ approvata, f'metri. Tista' tintuża linja waħda għal kull approvazzjoni f'każ li jingħataw approvazzjonijiet differenti.

(13)  Il-kaxxa ‘Mhux applikabbli’ tista' tiġi mmarkata biss jekk il-limitu massimu tal-inġenju tal-ajru jkun inqas minn FL290.

(14)  L-operazzjonijiet fuq distanza estiża (ETOPS) bħalissa japplikaw biss għall-inġenji tal-ajru b'żewġ magni. Għalhekk, il-kaxxa ‘Mhux applikabbli’ tista' tiġi mmarkata jekk il-mudell tal-inġenju tal-ajru jkollu aktar jew inqas minn żewġ magni.

(15)  Id-distanza tal-limitu tista' titniżżel ukoll (f'NM), kif ukoll it-tip ta' magna.

(16)  In-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN): tintuża linja waħda għal kull approvazzjoni speċifika ta' PBN kumplessa (eż. RNP AR APCH), bil-limitazzjonijiet xierqa elenkati fil-kolonna tal-‘Ispeċifikazzjonijiet’ jew tar-‘Rimarki’, jew fit-tnejn. L-approvazzjonijiet speċifiċi għall-proċedura ta' proċeduri speċifiċi ta' RNP AR APCH jistgħu jitniżżlu fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jew fil-manwal tal-operat. F'dan il-każ tal-aħħar, l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet relatati għandu jkollhom referenza għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.

(17)  Speċifika jekk l-approvazzjoni speċifika hijiex limitata għal ċerti estremitajiet tar-runway, għal ajrudromi, jew għat-tnejn.

(18)  Tiddaħħal il-kombinazzjoni partikolari tal-qafas jew tal-magna tal-inġenju tal-ajru.

(19)  L-approvazzjoni biex iwettqu l-kors tat-taħriġ u l-eżaminazzjoni għandha timtela mill-applikanti għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina kif speċifikat fl-Anness V (il-Parti-CC) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

(20)  L-approvazzjoni għall-ħruġ ta' attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina kif speċifikat fl-Anness V (il-Parti-CC) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

(21)  Tiddaħħal il-lista tal-applikazzjonijiet tat-tip B EFB flimkien mar-referenza tal-ħardwer EFB (għall-EFBs portabbli). Din il-lista tinsab fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jew fil-manwal tal-operat. F'dan il-każ tal-aħħar, l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet relatati għandu jkollhom referenza għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.

(22)  L-isem tal-persuna jew tal-organizzazzjoni li għandha r-responsabbiltà li tiżgura li tinżamm l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru u referenza għar-regolament li jeżiġi dan ix-xogħol, jiġifieri s-Subparti G tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

(23)  Hawnhekk jistgħu jiddaħħlu approvazzjonijiet jew data oħra, fejn tintuża linja waħda (jew blokka waħda b'għadd ta' linji) għal kull awtorizzazzjoni (eż. għall-operazzjonijiet ta' nżul b'distanza qasira, għall-operazzjonijiet ta' avviċinament wieqaf, għal distanza tal-inżul meħtieġa mnaqqsa, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter lejn/minn sit ta' interess pubbliku, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter fuq ambjent ostili li jinsab 'il barra minn żona konġestjonata, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter mingħajr kapaċità ta' nżul ta' emerġenza sikur, għall-operazzjonijiet b'angoli ta' inklinazzjoni laterali miżjuda, għad-distanza massima minn ajrudrom xieraq għall-ajruplani b'żewġ magni mingħajr approvazzjoni tal-ETOPS).