6.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/10


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1384 tal-24 ta' Lulju 2019 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 965/2012 u (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-użu tal-inġenji tal-ajru elenkati fuq ċertifikat ta' operatur tal-ajru għal operazzjonijiet mhux kummerċjali u operazzjonijiet speċjalizzati, l-istabbiliment ta' rekwiżiti operattivi għat-twettiq ta' titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-istabbiliment ta' regoli dwar operazzjonijiet mhux kummerċjali b'ekwipaġġ tal-kabina mnaqqas abbord u l-introduzzjoni ta' aġġornamenti editorjali dwar ir-rekwiżiti tal-operazzjonijiet bl-ajru

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 228 tal-4 ta' Settembru 2019 )

F'paġna 108, l-Artikolu 1(3),

minflok:

“(3)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 9aa li ġej:

‘Artikolu 9aa

Rekwiżiti tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni

Bdot li jkun aġixxa, qabel l-20 ta' Awwissu 2019, bħala bdot fil-kmand fuq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni li skont id-definizzjoni fil-punt SPO.SPEC.MCF.100 fl-Anness VIII hija kategorizzata bħala titjira ta' kontroll tal- manutenzjoni ta' Livell A, għandu jingħata kreditu għall-fini ta' konformità mal-punt SPO.SPEC.MCF.115(a)(1) ta' dak l-Anness. F'dak il-każ, l-operatur għandu jiżgura li l-bdot fil-kmand jirċievi struzzjoni dwar kwalunkwe differenza identifikata bejn il-prattiki operattivi stabbiliti qabel l-20 ta' Awwissu 2019 u l-obbligi previsti fit-Taqsimiet 5 u 6 tas-Subparti E tal-Anness VII ta' dan ir-Regolament inklużi dawk derivati mill-proċeduri relatati stabbiliti mill-operatur.’;”,

aqra:

“(3)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 9aa li ġej:

‘Artikolu 9aa

Rekwiżiti tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni

Bdot li jkun aġixxa, qabel l-24 ta' Settembru 2019, bħala bdot fil-kmand fuq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni li skont id-definizzjoni fil-punt SPO.SPEC.MCF.100 fl-Anness VIII hija kategorizzata bħala titjira ta' kontroll tal- manutenzjoni ta' Livell A, għandu jingħata kreditu għall-fini ta' konformità mal-punt SPO.SPEC.MCF.115(a)(1) ta' dak l-Anness. F'dak il-każ, l-operatur għandu jiżgura li l-bdot fil-kmand jirċievi struzzjoni dwar kwalunkwe differenza identifikata bejn il-prattiki operattivi stabbiliti qabel l-24 ta' Settembru 2019 u l-obbligi previsti fit-Taqsimiet 5 u 6 tas-Subparti E tal-Anness VII ta' dan ir-Regolament inklużi dawk derivati mill-proċeduri relatati stabbiliti mill-operatur.’;”.