ANNESS I
L-Annessi I, II, III, IV, V, VI, VII u VIII għar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huma emendati kif ġej:
|
(1)
|
l-Anness I (il-Parti-DEF) huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
il-punt (17) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(17)
|
‘kategorija A għall-ħelikopters’ tfisser ħelikopter b'diversi magni ddisinjat b'karatteristiċi ta' iżolament tal-magna u tas-sistema li huma speċifikati fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli u li hu kapaċi jwettaq operazzjonijiet permezz ta' data tat-tlugħ u tal-inżul li jkunu skedati taħt il-kunċett ta' ħsara kritika fil-magna li tiżgura żona tal-wiċċ awtorizzata adegwata u kapaċità ta' prestazzjoni adegwata għal titjir sikur kontinwu jew għat-tlugħ interrott sikur f'każ li tiżviluppa ħsara fil-magna;”;
|
|
|
(b)
|
jiddaħħal il-punt (45a) li ġej:
|
“(45a)
|
‘ħruġ ta' emerġenza’ tfisser punt ta' ħruġ installat fuq l-inġenju tal-ajru tat-tip li jippermetti l-evakwazzjoni massima possibbli tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tal-kabina u tal-ekwipaġġ tat-titjira f'perjodu ta' żmien xieraq u jinkludi l-bieb fil-livell tal-art, il-ħruġ mit-twieqi jew kwalunkwe tip ta' ħruġ ieħor, pereżempju l-bokkaport fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira u l-ħruġ mill-koni tad-denb;”;
|
|
|
(c)
|
jiddaħħal il-punt (48 a) li ġej:
|
“(48a)
|
‘membru tal-ekwipaġġ tat-titjira’ tfisser membru tal-ekwipaġġ liċenzjat inkarigat bi dmirijiet essenzjali għall-operat ta'inġenju tal-ajru waqt perjodu ta' servizz ta' titjir;”;
|
|
|
(d)
|
jiddaħħal il-punt (49 a) li ġej:
|
“(49a)
|
‘uffiċjal tal-operazzjonijiet tat-titjir’ jew ‘dispatcher tat-titjira’ tfisser persuna magħżula mill-operatur biex tinvolvi ruħha fil-kontroll u s-superviżjoni tal-operazzjonijiet tat-titjir, li hija kkwalifikata kif xieraq, li tappoġġa, permezz ta' struzzjonijiet jew għajnuna, jew tat-tnejn, lill-bdot fil-kmand fit-twettiq sikur tat-titjira;”;
|
|
|
(e)
|
jiddaħħal il-punt (76 a) li ġej:
|
“(76a)
|
‘titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni (“MCF”)’ tfisser titjira ta' inġenju tal-ajru b'ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew b'permess għat-titjir li titwettaq għal skopijiet ta' sejbien ta' problemi jew biex jiġi kkontrollat il-funzjonament ta' sistema, partijiet jew tagħmir wieħed jew aktar wara l-manutenzjoni, jekk il-funzjonament tas-sistemi, partijiet jew tagħmir ma jistax jiġi stabbilit matul il-kontrolli fuq l-art u li titwettaq fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
kif meħtieġ skont il-manwal tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru (‘AMM’) jew kwalunkwe data oħra ta' manutenzjoni maħruġa minn detentur tal-approvazzjoni tad-disinn li jkun responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru;
|
|
(b)
|
wara l-manutenzjoni, kif mitlub mill-operatur jew propost mill-organizzazzjoni responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru;
|
|
(c)
|
kif mitlub mill-organizzazzjoni ta' manutenzjoni għall-verifika ta' rettifika ta' difett b'suċċess;
|
|
(d)
|
għal-għajnuna f'iżolazzjoni jew individwazzjoni ta' problemi;”;
|
|
|
|
(f)
|
jiddaħħlu l-punti (95a) u (95b) li ġejjin:
|
“(95a)
|
‘sistema ta' apparat għall-ġarr ta' persunal (PCDS)’ tfisser sistema li tinkludi apparat(i) li jkunu(u) jew imwaħħal/imwaħħlin ma' parank jew ma' ganċ tal-merkanzija jew immuntat(i) fuq l-inġenju tal-ajru bir-rotors waqt operazzjonijiet ta' rfigħ ta' merkanzija umana esterna (HEC) jew ta' rfigħ bil-ħelikopter (HHO). L-apparati jkollhom il-kapaċità strutturali u l-karatteristiċi meħtieġa biex iġorru l-okkupanti minn barra lejn il-ħelikopter eż. harness tas-sigurtà bi jew mingħajr rilaxx ta' malajr u ċinga b'anell konnettur, basket jew gaġġa riġidi;
|
|
(95b)
|
‘sistema ta' apparat sempliċi għall-ġarr ta' persunal (“PCDS sempliċi”)’ tfisser PCDS li tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
jissodisfa standard armonizzat skont ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) jew id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);
|
|
(b)
|
ikun iddisinjat biex iġorr mhux aktar minn persuna waħda biss (pereżempju, operatur tal-parank jew tal-ganċ tal-merkanzija, speċjalist fil-kompitu jew fotografu) fil-kabina, jew biex iġorr mhux aktar minn żewġ persuni barra mill-kabina;
|
|
(c)
|
mhux struttura riġida bħal gaġġa, pjattaforma jew basket;
|
|
(*1) Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir ta' protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51)."
(*2) Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).”;"
|
|
(g)
|
jiddaħħal il-punt (103b) li ġej:
|
“(103b)
|
‘regoli tal-ajru’ tfisser ir-regoli stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 (*3);
|
(*3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).”;"
|
|
|
(2)
|
L-Anness II (il-Parti-ARO) huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
il-punt ARO.GEN.120 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
il-punti (a), (b) u (c) huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:
|
“(a)
|
L-Aġenzija għandha tiżviluppa Mezzi Aċċettabbli ta' Konformità (‘AMC’) li jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
|
|
(b)
|
Mezzi ta' konformità alternattivi jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
|
|
(c)
|
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema biex tevalwa b'mod konsistenti jekk il-mezzi ta' konformità alternattivi użati minnha jew minn organizzazzjonijiet jew persuni li jaqgħu taħt is-sorveljanza tagħha humiex konformi mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. Dik is-sistema għandha tinkludi proċeduri biex jiġu limitati, revokati jew emendati mezzi ta' konformità alternattivi approvati, jekk l-awtorità kompetenti turi li dawk il-mezzi ta' konformità alternattivi ma jikkonformawx mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.”;
|
|
|
(ii)
|
fit-tielet paragrafu tal-punt (d), il-punt (3) huwa mħassar;
|
|
|
(b)
|
fil-punt ARO.GEN.135, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(a)
|
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), l-awtorità kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred informazzjoni ta' sikurezza b'mod xieraq.
|
(*4) Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).”;"
|
|
(c)
|
fil-punt ARO.GEN.300(a), il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(2)
|
il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli tal-organizzazzjonijiet li hija ċċertifikat, tal-operazzjonijiet speċjalizzati li hija awtorizzat u tal-organizzazzjonijiet li mingħandhom irċeviet dikjarazzjoni;”;
|
|
|
(d)
|
fil-punt ARO.GEN.350(d), il-punt (4) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(4)
|
L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet kollha li tkun stabbiliet jew li jkunu ġew ikkomunikati lilha skont il-punt (e) u, fejn applikabbli, il-miżuri ta' infurzar li tkun applikat, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi kollha u d-data tal-għeluq tal-azzjoni għas-sejbiet.”;
|
|
|
(e)
|
il-punt ARO.OPS.110 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(3)
|
ORO.AOC.110 (e), għal kiri ta' inġenji tal-ajru mingħajr l-ekwipaġġ lil kwalunkwe operatur, għajr għall-każijiet speċifikati fil-punt ORO.GEN.310 tal-Anness III;”;
|
|
|
(ii)
|
il-punt (b) huwa emendat kif ġej:
|
—
|
il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(2)
|
is-sid ikun suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5);
|
|
|
—
|
jiżdied il-punt (3) li ġej:
|
“(3)
|
l-awtorizzazzjoni maħruġa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (*6) ġiet sospiża, revokata jew ċeduta.
|
|
|
|
(iii)
|
fil-punt (d), il-punti (1) u (2) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
“(1)
|
koordinazzjoni xierqa mal-awtorità kompetenti li hi responsabbli għas-sorveljanza kontinwa tal-inġenju tal-ajru, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (*7), jew għall-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru, f'każ li din ma tkunx l-istess awtorità;
|
|
(2)
|
li l-inġenju tal-ajru jitneħħa f'waqtu mill-AOC tal-operatur għajr għall-każijiet speċifikati fil-punt ORO.GEN.310 tal-Anness III.
|
(*7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;"
|
|
|
(f)
|
fil-punt ARO.OPS.150, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(b)
|
Meta tkun sodisfatta bil-valutazzjoni tar-riskju u l-SOP, l-awtorità kompetenti tal-operatur għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni, kif stabbilit fl-Appendiċi IV. L-awtorizzazzjoni tista' tinħareġ għal tul ta' żmien limitat jew mhux limitat. Il-kundizzjonijiet li skonthom operatur huwa awtorizzat iwettaq operazzjoni kummerċjali speċjalizzata ta' riskju għoli jew aktar għandhom jiġu speċifikati fl-awtorizzazzjoni.”;
|
|
|
(g)
|
fil-punt ARO.OPS.200(b), il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(2)
|
il-lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi, kif stabbilit fl-Appendiċi III, għal operazzjonijiet mhux kummerċjali u operazzjonijiet speċjalizzati.”;
|
|
|
(h)
|
fil-punt ARO.RAMP.105(b), il-punt (5) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(5)
|
inġenji tal-ajru użati minn operatur minn pajjiż terz li jopera għall-ewwel darba lejn, fi jew mit-territorju li huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat jew li l-awtorizzazzjoni tiegħu maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 452/2014 tkun limitata jew maħruġa mill-ġdid wara sospensjoni jew revoka.”;
|
|
|
(i)
|
fil-punt ARO.RAMP.115(b), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(3)
|
għandhom iżommu l-validità tal-kwalifiki tagħhom billi jieħdu taħriġ rikorrenti u billi jwettqu mill-inqas tnax-il (12) spezzjoni f'kull perjodu ta' sena kalendarja.”;
|
|
|
(j)
|
il-punt ARO.RAMP.125 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(a)
|
L-ispezzjonijiet fir-rampa għandhom jitwettqu b'mod standardizzat.”;
|
|
|
(ii)
|
il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(c)
|
Meta titlesta l-ispezzjoni fir-rampa, il-bdot fil-kmand jew, fl-assenza tiegħu, membru ieħor tal-ekwipaġġ tat-titjira jew rappreżentant tal-operatur, għandhom jiġu infurmati bir-riżultati tal-ispezzjoni fir-rampa.”;
|
|
|
|
(k)
|
fil-punt ARO.RAMP.140, il-punt (d)(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(2)
|
kiseb permess għat-titjir skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, għal inġenji tal-ajru rreġistrati fi Stat Membru;”;
|
|
|
(l)
|
fil-punt ARO.RAMP.150, il-punt (a)(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(1)
|
l-informazzjoni msemmija fil-punt ARO.RAMP.145.”;
|
|
|
(m)
|
L-Appendiċijiet I sa IV huma sostwiti b'dan li ġej:
“Appendiċi I
|
ĊERTIFIKAT TAL-OPERATUR TAL-AJRU
(Skeda ta' approvazzjoni għall-operaturi tat-trasport bl-ajru)
|
|
Tipi ta' operazzjoni:
Trasport kummerċjali bl-ajru (CAT)
☐ Passiġġieri; ☐ Merkanzija;
☐ Oħrajn (1): …
|
|
(4)
|
Stat tal-operatur (2)
|
(5)
|
|
Awtorità emittenti (3)
|
|
AOC # (6):
|
Isem l-Operatur (7)
Isem kummerċjali li jopera bih (8)
Indirizz tal-Operatur (10):
Telefon (11):
Fax
Email:
|
Punti ta' kuntatt operattivi: (9)
Id-dettalji ta' kuntatt, li bihom il-maniġment operattiv jista' jiġi kkuntattjat mingħajr dewmien żejjed, huma elenkati fi … (12).
|
|
|
|
|
|
|
|
Dan iċ-ċertifikat jiċċertifika li … (13) huwa awtorizzat li jwettaq operazzjonijiet kummerċjali bl-ajru, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet mehmużin, skont il-manwal tal-operat, l-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
|
|
Data tal-ħruġ (14):
|
Isem u firma (15):
Titolu:
|
FORMOLA 138 tal-EASA, Ħarġa 2
Appendiċi II
|
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-OPERAZZJONIJIET
(soġġetti għall-kundizzjonijiet approvati fil-manwal tal-operat)
|
|
Dettalji ta' kuntatt tal-awtorità emittenti
Telefon (16): …; Fax …;
Email: …
|
|
AOC (17):
|
Isem l-operatur (18):
|
Data (19):
|
Firma:
|
|
|
Isem kummerċjali li jopera bih
|
|
|
|
Speċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet#:
|
|
Mudell tal-inġenju tal-ajru (20):
Marki ta' reġistrazzjoni (21):
|
|
Tipi ta' operazzjonijiet: Trasport kummerċjali bl-ajru
|
|
☐ Passiġġieri
|
☐ Merkanzija
|
☐ Oħrajn (22): …
|
|
Żona ta' operazzjoni (23):
|
|
Limitazzjonijiet speċjali (24):
|
|
Approvazzjonijiet speċifiċi:
|
Iva
|
Le
|
Speċifikazzjoni (25)
|
Rimarki
|
|
Oġġetti perikolużi
|
☐
|
☐
|
|
|
|
Operazzjonijiet f'viżibilità baxxa
|
☐
|
☐
|
CAT (26) ….
|
|
|
Tlugħ
|
|
|
RVR (27): m
|
|
Avviċinament u nżul
|
|
|
DA/H: RVR f'piedi (ft): m
|
|
RVSM (28)
|
☐ Mhux Applikabbli
|
☐
|
☐
|
|
|
|
ETOPS (29)
|
☐ Mhux Applikabbli
|
☐
|
☐
|
Ħin massimu ta' devjazzjoni (30): minimu
|
|
|
Speċifikazzjonijiet tan-navigazzjoni kumplessa għall-operazzjonijiet PBN (31)
|
☐
|
☐
|
|
(32)
|
|
Speċifikazzjoni minima tal-prestazzjoni tan-navigazzjoni
|
☐
|
☐
|
|
|
|
Operazzjonijiet bl-ajruplani b'magna waħda bit-turbini billejl jew f'IMC (SET-IMC)
|
☐
|
☐
|
(33)
|
|
|
Operazzjonijiet bil-ħelikopter bl-għajnuna ta' sistemi ta' viżjoni ta' billejl
|
☐
|
☐
|
|
|
|
Operazzjonijiet ta' rfigħ bil-ħelikopter
|
☐
|
☐
|
|
|
|
Operazzjonijiet ta' servizzi mediċi ta' emerġenza bil-ħelikopter
|
☐
|
☐
|
|
|
|
Operazzjonijiet lil hinn mill-kosta bil-ħelikopter
|
☐
|
☐
|
|
|
|
Taħriġ ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina (34)
|
☐
|
☐
|
|
|
|
Ħruġ ta' attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina (35)
|
☐
|
☐
|
|
|
|
Użu tal-applikazzjonijiet tat-tip B EFB
|
☐
|
☐
|
(36)
|
|
|
Ajrunavigabbiltà kontinwa
|
☐
|
☐
|
(37)
|
|
|
Oħrajn (38)
|
|
|
|
|
Formola 139 tal-EASA, Ħarġa 5
Appendiċi III
Lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi
Operazzjonijiet mhux kummerċjali
Operazzjonijiet speċjalizzati
(soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati fl-approvazzjoni u li hemm fil-manwal tal-operat jew fil-manwal operattiv tal-bdot)
|
Awtorità emittenti (39):
|
|
Lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi # (40):
Isem l-operatur:
Data (41):
Firma:
|
|
Mudell tal-inġenju tal-ajru u marki ta' reġistrazzjoni (42):
|
|
Tipi ta' operazzjoni speċjalizzata (SPO), jekk applikabbli:
☐ (43) …
|
|
Approvazzjonijiet Speċifiċi (44):
|
Speċifikazzjoni (45)
|
Rimarki
|
|
|
|
|
|
…
|
|
|
|
…
|
|
|
|
…
|
|
|
|
…
|
|
|
FORMOLA 140 tal-EASA, Ħarġa 2
Appendiċi IV
|
AWTORIZZAZZJONI TA' OPERAZZJONIJIET KUMMERĊJALI SPEĊJALIZZATI TA' RISKJU GĦOLI
|
|
Awtorità emittenti: (46)
Nru tal-Awtorizzazzjoni: (47)
|
|
Isem l-Operatur: (48)
Indirizz tal-Operatur: (49)
Telefon: (50)
Fax
Email:
|
|
Mudell tal-inġenju tal-ajru u marki ta' reġistrazzjoni: (51)
|
|
Operazzjoni Speċjalizzata Awtorizzata: (52)
|
|
Żona awtorizzata jew sit tal-operat: (53)
|
|
Limitazzjonijiet speċjali: (54)
|
|
Dan sabiex jiġi kkonfermat li … hu/hi awtorizzat(a) j/twettaq operazzjoni(jiet) kummerċjali speċjalizzata/i ta' riskju għoli skont din l-awtorizzazzjoni, il-Proċeduri Operattivi Standard tal-operatur, l-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
|
|
Data tal-ħruġ (55):
|
Isem u firma (56):
Titolu:
|
FORMOLA 151 tal-EASA, Ħarġa 2
; |
|
(n)
|
L-Appendiċijiet V u VI huma mħassra;
|
|
|
(3)
|
L-Anness III (il-Parti-ORO) huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
fil-punt ORO.GEN.110, il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(h)
|
L-operatur għandu jistabbilixxi lista ta' kontroll għal kull tip ta' inġenju tal-ajru li l-membri tal-ekwipaġġ għandhom jużaw, għall-fażijiet kollha tat-titjira f'kundizzjonijiet normali, anormali u ta' emerġenza, sabiex ikun żgurat li l-proċeduri operattivi mogħtija fil-manwal tal-operat jiġu segwiti. Id-disinn u l-użu tal-listi ta' kontroll għandhom iħarsu l-prinċipji tal-fatturi umani u għandhom iqisu l-aktar dokumentazzjoni riċenti rilevanti mogħtija mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn.”;
|
|
|
(b)
|
fil-punt ORO.GEN.135, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(a)
|
Iċ-ċertifikat tal-operatur għandu jibqa' validu soġġett għal dan kollu li ġej:
|
(1)
|
l-operatur jibqa' konformi mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet marbuta mat-trattament tas-sejbiet kif speċifikat fil-punt ORO.GEN.150 ta' dan l-Anness;
|
|
(2)
|
l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-operatur kif definit fil-punt ORO.GEN.140 ta' dan l-Anness sabiex tiddetermina l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu;
|
|
(3)
|
iċ-ċertifikat ma jiġix irtirat jew irrevokat.”;
|
|
|
|
(c)
|
fil-punt ORO.GEN.140, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(a)
|
Sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, l-operatur għandu jagħti aċċess, fi kwalunkwe ħin, għal kwalunkwe faċilità, inġenju tal-ajru, dokument, rekords, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor li huwa rilevanti għall-attività tiegħu li hija suġġetta għal ċertifikazzjoni, awtorizzazzjoni SPO jew dikjarazzjoni, kemm jekk din hija mogħtija b'kuntratt kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna awtorizzata minn waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:
|
(1)
|
l-awtorità kompetenti ddefinita fil-punt ORO.GEN.105 tal-Anness III ta' dan ir-Regolament;
|
|
(2)
|
l-awtorità li taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-punti ARO.GEN.300(d), ARO.GEN.300(e) jew is-Subparti RAMP tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.”;
|
|
|
|
(d)
|
il-punt ORO.GEN.160 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(a)
|
L-operatur għandu jirrapporta lill-awtorità kompetenti u lil kwalunkwe organizzazzjoni oħra li l-Istat tal-operatur jeżiġi li għandha tkun infurmata dwar kwalunkwe aċċident, inċident serju u okkorrenza kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8) u fir-Regolament (UE) Nru 376/2014.
|
(*8) Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).”;"
|
|
(ii)
|
il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(c)
|
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 996/2010, u r-Regolament (UE) Nru 376/2014, ir-rapporti msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom isiru f'forma u f'mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, u għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha pertinenti dwar il-kundizzjonijiet magħrufa mill-operatur.”;
|
|
|
|
(e)
|
fil-punt ORO.GEN.205, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(a)
|
Meta jagħti b'sottokuntratt jew jixtri kwalunkwe servizz jew prodott bħala parti mill-attivitajiet tiegħu, l-operatur għandu jiżgura dan kollu li ġej:
|
(1)
|
li s-servizzi jew il-prodotti sottokuntrattati jew mixtrija ikunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli;
|
|
(2)
|
li kwalunkwe periklu għas-sikurezza tal-avjazzjoni assoċjat ma' servizzi jew prodotti sottokuntrattati jew mixtrija jitqies mis-sistema ta' ġestjoni tal-operatur.”;
|
|
|
|
(f)
|
Fis-Subparti GEN, tiżdied it-Taqsima 3 li ġejja:
“
Taqsima 3
Rekwiżiti organizzazzjonali addizzjonali
ORO.GEN.310 Użu ta' inġenji tal-ajru elenkati f'AOC għal operazzjonijiet mhux kummerċjali u operazzjonijiet speċjalizzati
|
(a)
|
Inġenji tal-ajru elenkati fl-AOC ta' operatur jistgħu jibqgħu fuq l-AOC jekk dawn ikunu operat fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(1)
|
mid-detentur tal-AOC innifsu, għal operazzjonijiet speċjalizzati skont l-Anness VIII (il-Parti-SPO);
|
|
(2)
|
minn operaturi oħra, għal operazzjonijiet mhux kummerċjali b'inġenji tal-ajru li jaħdmu bil-magni jew għal operazzjonijiet speċjalizzati mwettqa skont l-Anness VI (il-Parti-NCC), l-Anness VII (il-Parti-NCO) jew l-Anness VIII (il-Parti-SPO), sakemm l-inġenju tal-ajru jintuża għal perjodu kontinwu ta' mhux aktar minn 30 jum.
|
|
|
(b)
|
Meta l-inġenju tal-ajru jintuża skont il-punt (a)(2), id-detentur tal-AOC li jipprovdi l-inġenju tal-ajru u l-operatur li juża l-inġenju tal-ajru għandhom jistabbilixxu proċedura:
|
(1)
|
li tidentifika b'mod ċar liema operatur huwa responsabbli għall-kontroll operazzjonali ta' kull titjira u li tiddeskrivi kif il-kontroll operazzjonali jiġi trasferit bejniethom;
|
|
(2)
|
li tiddeskrivi l-proċedura ta' handover tal-inġenju tal-ajru meta jiġi ritornat lid-detentur tal-AOC.
|
Dik il-proċedura għandha tiġi inkluża fil-manwal tal-operat ta' kull operatur jew fil-kuntratt ta' bejn id-detentur tal-AOC u l-operatur li juża l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a)(2). Id-detentur tal-AOC għandu jistabbilixxi mudell ta' dan il-kuntratt. Il-punt ORO.GEN.220 għandu japplika għaż-żamma ta' rekords ta' dawk il-kuntratti.
Id-detentur tal-AOC u l-operatur li juża l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a)(2) għandhom jiżguraw li l-proċedura tiġi kkomunikata lill-persunal rilevanti.
|
|
(c)
|
Id-detentur tal-AOC għandu jippreżenta l-proċedura msemmija fil-punt (b) lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni minn qabel.
Id-detentur tal-AOC għandu jaqbel mal-awtorità kompetenti dwar il-mezzi u dwar il-frekwenza li bihom huwa jipprovdilha l-informazzjoni dwar it-trasferimenti tal-kontroll operazzjonali skont il-punt ORO.GEN.130(c).
|
|
(d)
|
Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru użat skont il-punt (a) għandha tkun immaniġġjata mill-organizzazzjoni responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru inklużi fl-AOC, skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014.
|
|
(e)
|
Id-detentur tal-AOC li jipprovdi l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a) għandu:
|
(1)
|
jindika fil-manwal tal-operat tiegħu l-marki tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru pprovdut u t-tip ta' operazzjonijiet imwettqa ma' dak l-inġenji tal-ajru;
|
|
(2)
|
jibqa' infurmat f'kull ħin u jżomm rekord ta' kull operatur li jkollu l-kontroll operazzjonali tal-inġenju tal-ajru f'kull ħin sakemm l-inġenju tal-ajru jiġi ritornat lid-detentur tal-AOC;
|
|
(3)
|
jiżgura li l-identifikazzjoni tal-periklu, il-valutazzjoni tar-riskju u l-miżuri ta' mitigazzjoni tiegħu jindirizzaw l-operazzjonijiet kollha mwettqa ma' dak l-inġenju tal-ajru.
|
|
|
(f)
|
Għall-operazzjonijiet skont l-Anness VI (il-Parti-NCC) u l-Anness VIII (il-Parti-SPO), l-operatur li juża l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a) għandu jiżgura dan kollu li ġej:
|
(1)
|
li kull titjira mwettqa taħt il-kontroll operazzjonali tiegħu tkun irreġistrata fis-sistema tar-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru;
|
|
(2)
|
li ma jsir l-ebda tibdil fis-sistemi jew fil-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
|
|
(3)
|
li kwalunkwe difett jew ħsara teknika li jseħħu waqt li l-inġenju tal-ajru jkun taħt il-kontroll operazzjonali tiegħu jiġu rrappurtati lill-CAMO tad-detentur tal-AOC;
|
|
(4)
|
li d-detentur tal-AOC jirċievi kopja ta' kwalunkwe rapport ta' okkorrenzi relatat mat-titjiriet imwettqa bl-inġenju tal-ajru, mimli skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 (*9).
|
|
(*9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 tad-29 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta' klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b'mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1).”;"
|
|
(g)
|
fil-punt ORO.AOC.110, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Kiri ta' inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor
|
(c)
|
L-applikant għall-approvazzjoni tal-kiri ta' inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand operatur minn pajjiż terz għandu juri lill-awtorità kompetenti dan kollu li ġej:
|
(1)
|
li l-operatur minn pajjiż terz għandu AOC validu, maħruġ skont l-Anness 6 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;
|
|
(2)
|
li l-istandards tas-sikurezza tal-operatur minn pajjiż terz fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-operazzjonijiet tal-ajru huma ekwivalenti għar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 u minn dan ir-Regolament;
|
|
(3)
|
li l-inġenju tal-ajru għandu CofA standard, maħruġ skont l-Anness 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.”;
|
|
|
|
(h)
|
il-punt ORO.AOC.125 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ORO.AOC.125 Operazzjonijiet mhux kummerċjali ta' detentur ta' AOC b'inġenju tal-ajru elenkat fl-AOC tiegħu
|
(a)
|
Id-detentur tal-AOC jista' jwettaq operazzjonijiet mhux kummerċjali skont l-Anness VI (il-Parti-NCC) jew l-Anness VII (il-Parti-NCO) b'inġenji tal-ajru elenkati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-AOC tiegħu jew fil-manwal tal-operat tiegħu, diment li d-detentur tal-AOC jiddeskrivi dawn l-operazzjonijiet fid-dettall fil-manwal tal-operat, inkluż dan li ġej:
|
(1)
|
identifikazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli;
|
|
(2)
|
deskrizzjoni ta' kwalunkwe differenzi bejn il-proċeduri operattivi użati fit-twettiq tal-operazzjonijiet CAT u tal-operazzjonijiet mhux kummerċjali;
|
|
(3)
|
mezz biex ikun żgurat li l-persunal kollu involut fl-operazzjonijiet ikun kompletament familjari mal-proċeduri assoċjati magħhom.
|
|
|
(b)
|
Id-detentur ta' AOC għandi jkun konformi ma':
|
(1)
|
L-Anness VIII (il-Parti-SPO) meta jkun qed iwettaq titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni b'inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni;
|
|
(2)
|
L-Anness VII (il-Parti-NCO) meta jkun qed iwettaq titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni b'inġenji tal-ajru oħra li mhumiex inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni.
|
|
|
(c)
|
Id-detentur ta' AOC li jwettaq l-operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) ma għandux l-obbligu li jippreżenta dikjarazzjoni skont dan l-Anness.
|
|
(d)
|
Id-detentur ta' AOC għandu jispeċifika t-tip ta' titjira, kif elenkat fil-manwal tal-operat tiegħu, fid-dokumenti relatati mat-titjir (il-pjan operattiv tat-titjira, l-iskeda tat-tagħbija u dokumenti oħra ekwivalenti).”;
|
|
|
(i)
|
fil-punt ORO.AOC.135, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(a)
|
Skont il-punt ORO.GEN.210(b), l-operatur għandu jaħtar il-persuni li jkunu responsabbli għall-ġestjoni u s-supervizzjoni tal-oqsma li ġejjin:
|
(1)
|
l-operazzjonijiet tat-titjir;
|
|
(2)
|
it-taħriġ ta' membri tal-ekwipaġġ;
|
|
(3)
|
l-operazzjonijiet ta' fuq l-art;
|
|
(4)
|
il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jew il-kuntratt għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, skont il-każ.”;
|
|
|
|
(j)
|
fil-punt ORO.SPO.100, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(c)
|
Operatur kummerċjali speċjalizzat għandu jikseb l-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti u jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1)
|
għall-kiri ta' inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ mingħand operatur minn pajjiż terz bl-ekwipaġġ:
|
(i)
|
li l-istandards tas-sikurezza ta' operatur minn pajjiż terz fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-operazzjonijiet tal-ajru huma ekwivalenti għar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 (*10) u minn dan ir-Regolament;
|
|
(ii)
|
li l-inġenju tal-ajru tal-operatur minn pajjiż terz għandu CofA standard, maħruġ skont l-Anness 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;
|
|
(iii)
|
li t-tul ta' żmien tal-kirja bl-ekwipaġġ ma jaqbiżx is-seba' xhur fi kwalunkwe perjodu ta' 12-il xahar konsekuttivi;
|
|
|
(2)
|
għall-kiri ta' inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ ta' inġenju tal-ajru minn pajjiż:
|
(i)
|
li tkun ġiet identifikata ħtieġa operazzjonali li ma tistax tiġi ssodisfata permezz ta' kiri ta' inġenju tal-ajru rreġistrat fl-Unjoni;
|
|
(ii)
|
li t-tul ta' żmien tal-kirja mingħajr ekwipaġġ ma jaqbiżx is-seba' xhur fi kwalunkwe perjodu ta' 12-il xahar konsekuttivi;
|
|
(iii)
|
li l-istandards tas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru minn pajjiż terz fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà kontinwa huma ekwivalenti għar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1321/2014;
|
|
(iv)
|
li l-inġenju tal-ajru huwa mgħammar skont l-Anness VIII (il-Parti SPO).
|
|
|
(*10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;"
|
|
(k)
|
il-punt ORO.CC.100 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ORO.CC.100 Numru u kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina
|
(a)
|
Għall-operazzjonijiet ta' inġenju tal-ajru li jkollu MOPSC ta' iktar minn 19-il sit, meta dan ikun qed iġorr passiġġier wieħed jew aktar, għandu jiġi assenjat mill-inqas membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina.
|
|
(b)
|
Għall-iskop tal-konformità mal-punt (a), l-għadd minimu ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkun l-akbar għadd minn fost dawn li ġejjin:
|
(1)
|
l-għadd ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina stabbilit matul il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli, għall-konfigurazzjoni tal-kabina tal-inġenju tal-ajru li l-operatur juża;
|
|
(2)
|
jekk l-għadd imsemmi fil-punt (1) ma jkunx ġie stabbilit, l-għadd ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina stabbilit matul il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru għall-konfigurazzjoni massima ċċertifikata ta' sits tal-passiġġieri, imnaqqas b'wieħed (1) għal kull numru sħiħ ta' sits tal-passiġġieri tal-konfigurazzjoni tal-kabina tal-inġenju tal-ajru li l-operatur juża li jidħol bl-eżatt f'50 u li jkun inqas mill-kapaċità massima ċċertifikata ta' sits tal-passiġġieri;
|
|
(3)
|
membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina għal kull 50 sit tal-passiġġier, jew frazzjoni ta' 50, installati fl-istess kabina tal-inġenju tal-ajru li għandu jitħaddem.
|
|
|
(c)
|
Għall-operazzjonijiet li jkollhom aktar minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-operatur għandu jaħtar membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina li jagħti rendikont lill-bdot fil-kmand jew lill-kmandant.
|
|
(d)
|
B'deroga mill-punt (a), l-operazzjonijiet mhux kummerċjali b'inġenju tal-ajru li jkollu MOPSC ta' iktar minn 19 jistgħu jitwettqu mingħajr membru operattiv tal-ekwipaġġ tal-kabina, soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti. Biex jikseb l-approvazzjoni, l-operatur għandu jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(1)
|
ikun hemm massimu ta' 19-il passiġġier abbord;
|
|
(2)
|
l-operatur ikun żviluppa proċeduri għal dik l-operazzjoni.”
|
|
|
|
(l)
|
il-punt ORO.CC.205 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ORO.CC.205 Tnaqqis tal-għadd ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina waqt l-operazzjonijiet ta' fuq l-art u f'ċirkostanzi mhux mistennija
|
(a)
|
Kull meta l-passiġġieri jkunu abbord inġenju tal-ajru, l-għadd minimu ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġ skont il-punt ORO.CC.100 għandu jkun preżenti fl-inġenju tal-ajru u għandu jkun lest biex jaġixxi.
|
|
(b)
|
B'deroga mill-punt (a), l-għadd minimu ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jista' jitnaqqas fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(1)
|
waqt l-operazzjonijiet normali ta' fuq l-art li ma jinvolvux l-għoti ta' fjuwil mill-ġdid lill-inġenju tal-ajru jew it-tneħħija tal-fjuwil minnu, meta l-inġenju tal-ajru jkun jinsab fl-istazzjon tal-parkeġġ tiegħu;
|
|
(2)
|
f'ċirkustanzi mhux mistennija f'każ li jitnaqqas l-għadd ta' passiġġieri li se jinġarru fuq dik it-titjira. F'dan il-każ għandu jiġi ppreżentat rapport lill-awtorità kompetenti wara li tintemm it-titjira;
|
|
(3)
|
għall-fini ta' mistrieħ waqt it-titjira fil-fażi tal-cruising, jew skont il-punt ORO.FTL.205(e) jew bħala mitigazzjoni tal-għeja implimentata mill-operatur.
|
|
|
(c)
|
Għall-finijiet tal-punti (b)(1) u (b)(2), il-proċeduri tal-operatur tal-manwal tal-operat għandhom jiżguraw li:
|
(1)
|
jintlaħaq livell ekwivalenti ta' sikurezza bl-għadd imnaqqas ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, b'mod partikolari għall-evakwazzjoni tal-passiġġieri;
|
|
(2)
|
minkejja l-għadd imnaqqas ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, ikun hemm preżenti membru għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina skont il-punt ORO.CC.200;
|
|
(3)
|
tal-inqas membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina hu meħtieġ għal kull 50 passiġġier, jew frazzjoni ta' 50, li jkunu preżenti fl-istess kabina tal-inġenju tal-ajru;
|
|
(4)
|
fil-każ ta' operazzjonijiet normali ta' fuq l-art, b'inġenji tal-ajru li jeħtieġu iktar minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-għadd stabbilit skont il-punt (3) għandu jiżdied b'membru wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina għal kull par ta' ħruġ ta' emerġenza fil-livell tal-art.
|
|
|
(d)
|
Għall-finijiet tal-punt (b)(3), l-operatur għandu:
|
(1)
|
iwettaq valutazzjoni tar-riskju biex jiddetermina l-għadd ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina li jridu jkunu preżenti u lesti li jaġixxu l-ħin kollu waqt il-fażi tal-cruising;
|
|
(2)
|
jidentifika miżuri biex jittaffew l-effetti li jkun hemm għadd iżgħar ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina preżenti u lesti biex jaġixxu waqt il-fażi tal-cruising;
|
|
(3)
|
jistabbilixxi proċeduri speċifiċi fil-manwal tal-operat, inkluż għall-mistrieħ tal-membru għoli tal-ekwipaġġ tal-kabina waqt it-titjira, li jiżguraw li f'kull ħin ikun hemm l-immaniġġjar xieraq tal-passiġġieri u l-ġestjoni effiċjenti ta' kwalunkwe sitwazzjoni anormali jew ta' emerġenza;
|
|
(4)
|
jispeċifika, fl-iskema tal-ispeċifikazzjoni tal-ħin tat-titjira, f'konformità mal-punt ORO.FTL.125, il-kundizzjonijiet li taħthom il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jistgħu jieħdu l-mistrieħ tagħhom waqt it-titjira.”;
|
|
|
|
(m)
|
L-Appendiċi I huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Appendiċi I
|
DIKJARAZZJONI
skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 dwar l-operazzjonijiet bl-ajru
|
|
Operatur
Isem:
Il-post li fih l-operatur ikollu s-sede prinċipali tiegħu jew, jekk l-operatur ma jkollu ebda sede prinċipali, il-post li fih l-operatur huwa stabbilit jew jirrisjedi u l-post li minnu jiġu diretti l-operazzjonijiet:
Isem u dettalji ta' kuntatt tal-maniġer responsabbli:
|
|
Operazzjoni tal-inġenju tal-ajru
|
|
Data tal-bidu tal-operazzjoni jew data tal-applikabbiltà tal-bidla:
|
|
Informazzjoni dwar l-inġenju tal-ajru, l-operat u l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa (57):
|
|
MSN tal-inġenju tal-ajru
|
Tip ta' inġenju tal-ajru
|
Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru (58)
|
Bażi ewlenija
|
Tip(i) ta' operazzjoni (59)
|
Organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa (60)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Fejn applikabbli, dettalji tal-approvazzjonijiet fil-pussess (mad-dikjarazzjoni ehmeż lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi, inklużi approvazzjonijiet speċifiċi mogħtija minn pajjiż terz, jekk applikabbli).
|
|
Fejn applikabbli, dettalji tal-awtorizzazzjoni ta' operazzjonijiet speċjalizzati fil-pussess (ehmeż l-awtorizzazzjonijiet, jekk applikabbli).
|
|
Fejn applikabbli, lista ta' mezzi ta' konformità alternattivi b'referenzi għall-AMCs assoċjati li huma jissostitwixxu (ehmeż l-AltMoC).
|
|
Stqarrijiet
|
|
☐ L-operatur jikkonforma, u se jkompli jikkonforma, mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.
☐ Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni, inkluż il-manwal tal-operat, hija konformi mar-rekwiżiti tal-Anness III (il-Parti-ORO), tal-Anness V (il-Parti-SPA), tal-Anness VI (il-Parti-NCC), jew tal-Anness VIII (il-Parti-SPO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u t-titjiriet kollha se jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet tal-manwal tal-operat kif meħtieġ mill-punt ORO.GEN.110(b) tal-Anness III ta' dak ir-Regolament.
|
|
☐ L-inġenji tal-ajru kollha li jitħaddmu għandhom ċertifikat validu tal-ajrunavigabbiltà skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 jew jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ajrunavigabbiltà applikabbli għall-inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajjiż terz u soġġetti għal ftehim ta' kiri.
|
|
☐ Il-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom liċenzja skont l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 kif meħtieġ skont il-punt ORO.FC.100(c) tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u l-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, fejn applikabbli, huma mħarrġa skont is-Subparti CC tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.
|
|
☐ (Jekk applikabbli)
L-operatur implimenta u wera l-konformità ma' standard tal-industrija rikonoxxut.
Referenza tal-istandard:
Korp taċ-ċertifikazzjoni:
Data tal-aħħar approvazzjoni tal-konformità:
|
|
☐ L-operatur irid jinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi li taffettwa l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 kif iddikjarat lill-awtorità kompetenti permezz ta' din id-dikjarazzjoni u bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni u fil-listi tal-AltMoC inklużi fi u annessi ma' din id-dikjarazzjoni, kif meħtieġ mill-punt ORO.GEN.120(a) tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.
|
|
☐ L-operatur jikkonferma li l-informazzjoni żvelata f'din id-dikjarazzjoni hija korretta.
|
|
Data, isem u firma tal-maniġer responsabbli
|
; |
|
|
(4)
|
L-Anness IV (il-Parti-CAT) huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
il-punt CAT.GEN.MPA.105 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
il-punt (a) huwa emendat kif ġej:
|
—
|
il-punti (12) u (13) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
“(12)
|
jiżgura li l-ispezzjoni ta' qabel it-titjira twettqet skont ir-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014;
|
|
(13)
|
ikun issodisfat li t-tagħmir ta' emerġenza rilevanti għadu faċilment aċċessibbli biex jintuża minnufih;”;
|
|
|
—
|
jiżdied il-punt (14) li ġej:
|
“(14)
|
jirrekordja, fit-tmiem tat-titjira, id-data dwar l-utilizzazzjoni u d-difetti kollha magħrufa jew suspettati tal-inġenju tal-ajru fir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru jew fir-reġistru tal-vjaġġ tal-inġenju tal-ajru biex tiġi żgurata s-sikurezza kontinwa tat-titjira.”;
|
|
|
|
(ii)
|
jiddaħħal il-punt (e) li ġej:
|
“(e)
|
Il-kmandant għandu, malajr kemm jista' jkun, jirrapporta lill-unità xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) dwar kwalunkwe kundizzjoni perikoluża tat-temp jew tat-titjira li magħha huwa ltaqa' u li x'aktarx taffettwa s-sikurezza ta' inġenji tal-ajru oħrajn.”;
|
|
|
|
(b)
|
il-punt CAT.GEN.MPA.150 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“CAT.GEN.MPA.150 Inżul ta' emerġenza — l-ajruplani
L-operatur għandu jħaddem ajruplan b'konfigurazzjoni ta' sits tal-passiġġieri ta' iktar minn 30 sit f'titjiriet fuq l-ilma, f'distanza mill-art li tkun xierqa gћal inżul ta' emerġenza, li tkun ta' iktar minn dik magħmula f'120 minuta b'veloċità regolari, jew ta' iktar minn 400 mil nawtiku, skont liema minn dawn ikun l-inqas, biss jekk l-ajruplan ikun konformi mad-dispożizzjonijiet għall-inżul ta' emerġenza preskritti fl-ispeċifikazzjoni(jiet) ta' ċertifikazzjoni applikabbli.”;
|
|
(c)
|
fil-punt CAT.GEN.MPA.180(a), il-punt (10) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(10)
|
ir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru skont l-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014;”;
|
|
|
(d)
|
il-punt CAT.GEN.MPA.210 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“CAT.GEN.MPA.210 Fejn ikun jinsab l-inġenju tal-ajru f'diffikultà — Ajruplani
L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b'mezzi awtomatiċi u robusti biex, wara li b'inċident l-ajruplan ikun ġarrab ħsara konsiderevoli, jiddeterminaw il-punt eżatt fejn tkun intemmet it-titjira:
|
(1)
|
l-ajruplani kollha b'MCTOM ta' iktar minn 27 000 kg, b'MOPSC ta' iktar minn 19 u li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 2023 jew wara;
|
|
(2)
|
l-ajruplani kollha b'MCTOM ta' aktar minn 45 500 kg u li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 2023 jew wara.”;
|
|
|
(e)
|
fil-punt CAT.OP.MPA.170, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(b)
|
jingћataw karta bl-informazzjoni dwar is-sikurezza, li fuqha jkun hemm struzzjonijiet mogħtija f'forma ta' stampi, li jindikaw kif għandhom jitħaddmu t-tagћmir ta' sikurezza u emerġenza u l-ћruġ ta' emerġenza li x'aktarx jintużaw mill-passiġġieri.”;
|
|
|
(f)
|
il-punt CAT.OP.MPA.320 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“CAT.OP.MPA.320 Kategoriji ta' ajruplani
|
(a)
|
Il-kategoriji ta' ajruplani għandhom ikunu bbażati fuq il-veloċità tal-ajru indikata fil-limitu (VAT), li tkun hija ugwali għall-veloċità ta' meta l-magna tieqaf taћdem (VSO) immultiplikata b'1.3 jew għall-veloċità ta' waqfien g-wieħed (il-gravità) (VS1 g) immultiplikata b'1.23 fil-konfigurazzjoni tal-inżul bil-massa massima ċċertifikata waqt l-inżul. Jekk VSO u VS1 g ikunu t-tnejn disponibbli, għandha tintuża l-ogħla VAT riżultanti.
|
|
(b)
|
Għandhom jintużaw il-kategoriji tal-ajruplani li huma speċifikati fit-tabella ta' hawn taħt.
Tabella 1: Kategoriji ta' ajruplani li jikkorrispondu għall-valuri ta' VAT
|
Kategorija tal-ajruplan
|
VAT
|
|
A
|
Inqas minn 91 kt
|
|
B
|
Minn 91 sa 120 kt
|
|
C
|
Minn 121 sa 140 kt
|
|
D
|
Minn 141 sa 165 kt
|
|
E
|
Minn 166 sa 210 kt
|
|
|
(c)
|
Il-konfigurazzjoni tal-inżul li għandha titqies għandha tkun speċifikata fil-manwal tal-operat.
|
|
(d)
|
L-operatur jista' japplika massa tal-inżul iktar baxxa biex jistabbilixxi l-VAT, jekk dan ikun approvat mill-awtorità kompetenti. Din il-massa tal-inżul iktar baxxa għandha tkun valur permanenti u għandha tkun indipendenti mill-kundizzjonijiet li jinbidlu tal-operazzjonijiet ta' kuljum.”;
|
|
|
(g)
|
fil-punt CAT.IDE.A.100, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(b)
|
Strumenti u tagħmir mhux meħtieġa skont dan l-Anness (il-Parti-CAT) kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(1)
|
l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti CAT.IDE.A.330, CAT.IDE.A.335, CAT.IDE.A.340 u CAT.IDE.A.345 ta' dan l-Anness;
|
|
(2)
|
l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ajruplan, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;
|
|
|
|
(h)
|
fil-punt CAT.IDE.A.105, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(b)
|
l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ajruplan fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta' referenza (‘MMEL’) skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III.”;
|
|
|
(i)
|
il-punt CAT.IDE.A.125 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
fil-punt (a)(1), il-punt (iii) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(iii)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
(ii)
|
fil-punt (b), il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(1)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
|
(j)
|
il-punt CAT.IDE.A.130 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(b)
|
b'żewġ mezzi għall-kejl u l-wiri tal-altitudni barometrika.”;
|
|
|
(ii)
|
fil-punt (h), il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(1)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
|
(k)
|
il-punt CAT.IDE.A.205 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(3)
|
ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' trażżin għan-naħa ta' fuq tat-torso f'kull sit tal-passiġġieri u ċinturini tas-sikurezza f'kull post fil-każ ta' ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kilogramma jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, wara li jkun inħarġilhom CofA għall-ewwel darba fit-8 ta' April 2015 jew wara dik id-data;”;
|
|
|
(ii)
|
fil-punt (b), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(3)
|
fuq is-sits tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u fuq kwalunkwe sit li jkun ħdejn sit ta' bdot, kwalunkwe wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:
|
(i)
|
żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti;
|
|
(ii)
|
ċinga tal-ispalel dijagonali u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti għall-ajruplani li ġejjin:
|
(A)
|
l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;
|
|
(B)
|
l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli u li jkollhom CofA maħruġ għall-ewwel darba qabel it-28 ta' Ottubru 2014;
|
|
(C)
|
ajruplani ċċertifikati f'konformità ma' CS-VLA jew ekwivalenti u CS-LSA jew ekwivalenti.”;
|
|
|
|
|
|
(l)
|
fil-punt CAT.IDE.A.245, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(d)
|
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b'PBE portabbli addizzjonali, li jkun installat ħdejn iċ-ċilindru jew il-pompa tal-idejn għat-tifi tan-nar imsemmija fil-punti CAT.IDE.A.250 b) u (c), jew ħdejn id-daħla tal-kompartiment tal-merkanzija, f'każ li ċ-ċilindru jew il-pompa tal-idejn għat-tifi tan-nar ikunu installati fil-kompartiment tal-merkanzija.”;
|
|
|
(m)
|
fil-punt CAT.IDE.A.275, il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
“(c)
|
Għall-ajruplani li jkollhom MOPSC ta' 19-il sit jew inqas u li jkollhom ċertifikat tat-tip abbażi tal-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-Aġenzija, is-sistema ta' dawl tal-emerġenza msemmija fil-punt (a) għandha tinkludi t-tagħmir imsemmi fil-punti (1), (2) u (3) tal-punt (b).
|
|
(d)
|
Għall-ajruplani li jkollhom MOPSC ta' 19-il sit jew inqas u li mhumiex ċertifikati abbażi tal-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-Aġenzija, is-sistema ta' dawl tal-emerġenza msemmija fil-punt (a) għandha tinkludi t-tagħmir imsemmi fil-punt (b)(1).”;
|
|
|
(n)
|
fil-punt CAT.IDE.A.285, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(c)
|
L-idroplani li jitħaddmu fuq l-ilma għandhom ikunu mgħammra b'dan li ġej:
|
(1)
|
ankra tal-wiċċ u tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jiffaċilita l-irmiġġ, l-ankrar jew l-immanuvrar tal-idroplan fuq l-ilma, li jkunu adattati għad-daqs, il-massa u l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tiegħu;
|
|
(2)
|
tagħmir biex jagħmel is-sinjali tal-ħoss kif preskritt fl-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar), fejn dan ikun applikabbli.”;
|
|
|
|
(o)
|
fil-punt CAT.IDE.A.345, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(c)
|
Minkejja l-punt (b), l-ajruplani li jitħaddmu għal operazzjonijiet fuq distanza qasira fl-ispazju tal-ajru fil-livell għoli tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NAT HLA) u li ma jaqsmux l-Atlantiku tat-Tramuntana għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b'sistema waħda għall-komunikazzjoni fuq distanza twila, f'każ li jkunu ppubblikati proċeduri alternattivi għall-komunikazzjoni għall-ispazju tal-ajru kkonċernat.”;
|
|
|
(p)
|
il-punt CAT.IDE.H.100 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(a)
|
L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli, għajr għall-oġġetti li ġejjin:
|
(1)
|
dwal portabbli indipendenti;
|
|
(3)
|
il-kontenitur tal-mapep;
|
|
(4)
|
il-kaxxa għall-ewwel għajnuna;
|
|
(6)
|
it-tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar;
|
|
(7)
|
l-ankri tal-wiċċ u t-tagħmir għall-irmiġġ;
|
|
(8)
|
it-tagħmir ta' trażżin għat-tfal.”;
|
|
|
|
(ii)
|
il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(b)
|
Strumenti u tagħmir mhux meħtieġa skont dan l-Anness (il-Parti-CAT) kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(1)
|
l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti CAT.IDE.H.330, CAT.IDE.H.335, CAT.IDE.H.340 u CAT.IDE.H.345 ta' dan l-Anness;
|
|
(2)
|
l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;
|
|
|
|
|
(q)
|
fil-punt CAT.IDE.H.105, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(b)
|
l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ħelikopter fil-limiti tal-MMEL skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III.”;
|
|
|
(r)
|
il-punt CAT.IDE.H.125 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
fil-punt (a)(1), il-punt (iii) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(iii)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
(ii)
|
fil-punt (b), il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(1)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
|
(s)
|
il-punt CAT.IDE.H.130 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(b)
|
b'żewġ mezzi għall-kejl u l-wiri tal-altitudni barometrika. Għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont il-VFR billejl, altimetru wieħed tal-pressjoni wieħed jista' jinbidel b'altimetru bir-radju.”;
|
|
|
(ii)
|
fil-punt (h), il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(1)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
|
(t)
|
fil-punt CAT.IDE.H.315, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(a)
|
ankra tal-wiċċ u tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jiffaċilita l-irmiġġ, l-ankrar jew l-immanuvrar tal-ħelikopter fuq l-ilma, li jkunu adattati għad-daqs, il-massa u l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tiegħu; u”;
|
|
|
(u)
|
il-punt CAT.IDE.H.320 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“CAT.IDE.H.320 Il-ħelikopters kollha li jkunu qed iwettqu titjiriet fuq l-ilma — inżul ta' emerġenza
|
(a)
|
Il-ħelikopters għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu jistgħu jinżlu fuq l-ilma jew ikunu ċċertifikati biex iwettqu nżul ta' emerġenza skont l-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni rilevanti meta jitħaddmu fil-kategorija tal-prestazzjoni 1 jew 2 għal titjira fuq l-ilma f'ambjent ostili f'distanza li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 10 minuti ta' titjir b'veloċità regolari normali 'l bogħod mill-art.
|
|
(b)
|
Il-ħelikopters għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu jistgħu jinżlu fuq l-ilma jew ikunu ċċertifikati biex iwettqu nżul ta' emerġenza skont l-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni rilevanti jew ikunu mgħammra b'tagħmir ta' emerġenza li jżomm f'wiċċ l-ilma, meta jitħaddmu:
|
(1)
|
fil-kategorija tal-prestazzjoni 1 jew 2 f'titjira fuq l-ilma f'ambjent mhux ostili f'distanza li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 10 minuti ta' titjir b'veloċità regolari normali 'l bogħod mill-art;
|
|
(2)
|
fil-kategorija tal-prestazzjoni 2 meta jkunu qed jitilgħu minn, jew jinżlu fuq l-ilma, ħlief fil-każ ta' operazzjonijiet ta' servizzi mediċi ta' emerġenza bil-ħelikopter (‘HEMS’) li fihom, biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-esponiment, l-inżul jew it-tlugħ f'sit tal-operat tal-HEMS li jkun jinsab f'ambjent ikkonġestjonat jitwettaq fuq l-ilma;
|
|
(3)
|
fil-kategorija tal-prestazzjoni 3 f'titjira fuq l-ilma f'distanza li tkun tmur lil hinn mid-distanza ta' nżul ta' emerġenza sikur fuq l-art.”;
|
|
|
|
|
(5)
|
L-Anness V (il-Parti-SPA) huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
il-punt SPA.GEN.100 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“SPA.GEN.100 Awtorità kompetenti
|
(a)
|
L-awtorità kompetenti għall-ħruġ ta' approvazzjoni speċifika għandha tkun:
|
(1)
|
għall-operatur kummerċjali, l-awtorità tal-Istat Membru li fih l-operatur ikollu s-sede prinċipali tiegħu;
|
|
(2)
|
għall-operatur mhux kummerċjali, l-awtorità tal-Istat Membru li fih l-operatur ikollu s-sede prinċipali tiegħu, huwa stabbilit jew jirrisjedi.
|
|
|
(b)
|
Minkejja l-punt (a)(2), għall-operatur mhux kummerċjali li juża inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajjiż terz, ir-rekwiżiti applikabbli skont dan l-Anness għall-approvazzjoni tal-operazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw jekk dawk l-approvazzjonijiet ikunu maħruġa minn Stat tar-Reġistrazzjoni ta' pajjiż terz:
|
(1)
|
navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN);
|
|
(2)
|
speċifikazzjonijiet minimi tal-prestazzjoni operattiva (MNPS);
|
|
(3)
|
spazju tal-ajru b'valuri minimi ta' separazzjoni vertikali mnaqqsa (RVSM);
|
|
(4)
|
operazzjonijiet f'viżibilità baxxa (LVO).”;
|
|
|
|
(b)
|
fil-punt SPA.DG.110, il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(e)
|
jiżgura li tinżamm kopja fuq l-art tal-informazzjoni mogħtija lill-bdot fil-kmand jew lill-kmandant u li l-uffiċjal tal-operazzjonijiet tat-titjir, id-dispatcher tat-titjira, jew il-persunal maħtur ta' fuq l-art responsabbli għall-parti tiegħu tal-operazzjonijiet ta' titjir ikunu jistgħu jaċċessaw faċilment din il-kopja, jew l-informazzjoni li jkun fiha, sa ma tintemm it-titjira li għaliha tirreferi l-informazzjoni;”;
|
|
|
(c)
|
fil-punt SPA.NVIS.110, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(b)
|
Altimetru bir-radju. Il-ħelikopter għandu jkun mgħammar b'altimetru bir-radju li jista' jagħmel ħoss ta' twissija taħt għoli stabbilit minn qabel u ħoss ta' twissija kif ukoll twissija viżwali f'għoli li jista' jintgħażel mill-bdot, li jkunu jintgħarfu mill-ewwel waqt il-fażijiet kollha ta' titjira bin-NVIS.”;
|
|
|
(d)
|
il-punt SPA.HHO.110 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“SPA.HHO.110 Rekwiżiti tat-tagħmir għall-HHO
|
(a)
|
L-installazzjoni tat-tagħmir kollu tal-irfigħ bil-ħelikopter għajr PCDS sempliċi, inkluż kwalunkwe tagħmir bir-radju sabiex tinżamm il-konformità mal-punt SPA.HHO.115, u kwalunkwe modifika sussegwenti, għandhom ikollhom approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun xierqa għall-funzjoni ppjanata. It-tagħmir sekondarju għandu jkun iddisinjat u ttestjat għall-istandards ix-xierqa, kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti.
|
|
(b)
|
L-operatur, b'kollaborazzjoni mal-manifattur, għandu jistabbilixxi struzzjonijiet ta' manutenzjoni għat-tagħmir u s-sistemi tal-HHO, li għandhom ikunu inklużi fil-programm ta' manutenzjoni tal-ħelikopter ippreparat mill-operatur, kif previst bir-Regolament (UE) Nru 1321/2014.”;
|
|
|
|
(6)
|
L-Anness VI (il-Parti-NCC) huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
il-punt NCC.GEN.100 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“NCC.GEN.100 Awtorità kompetenti
L-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu s-sede prinċipali tiegħu, huwa stabbilit jew jirrisjedi.”;
|
|
(b)
|
jiddaħħal il-punt NCC.GEN.101 li ġej:
“NCC.GEN.101 Rekwiżiti addizzjonali għall-organizzazzjonijiet ta' taħriġ fit-titjir
L-organizzazzjonijiet ta' taħriġ approvati li huma meħtieġa jikkonformaw ma' dan l-Anness għandhom ukoll jikkonformaw mal-punt ORO.GEN.310 tal-Anness III, kif applikabbli.”;
|
|
(c)
|
fil-punt NCC.IDE.A.100, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(c)
|
Strumenti u tagħmir jew aċċessorji mhux meħtieġa skont dan l-Anness kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(1)
|
l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti NCC.IDE.A.245 u NCC.IDE.A.250 ta' dan l-Anness;
|
|
(2)
|
l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ajruplan, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;
|
|
|
|
(d)
|
fil-punt NCC.IDE.A.105, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(b)
|
l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ajruplan fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta' referenza (‘MMEL’) skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III; jew”;
|
|
|
(e)
|
il-punt NCC.IDE.A.120 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(3)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
(ii)
|
fil-punt (c), il-punt (1) hu sostitwit b'dan li ġej:
|
“(1)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
|
(f)
|
il-punt NCC.IDE.A.125 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(3)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
(ii)
|
fil-punt (c), il-punt (1) hu sostitwit b'dan li ġej:
|
“(1)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
(iii)
|
il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(h)
|
bi provvista tal-enerġija ta' emerġenza, li tkun indipendenti mis-sistema tal-ġenerazzjoni tal-elettriku prinċipali, għall-fini tat-tħaddim u tal-illuminazzjoni ta' sistema li tindika l-attitudni għal perjodu minimu ta' 30 minuta. Il-provvista tal-enerġija ta' emerġenza għandha tkun operattiva awtomatikament wara li s-sistema tal-ġenerazzjoni tal-elettriku prinċipali tieqaf taħdem għalkollox u għandha tingħata indikazzjoni ċara fuq l-istrument jew fuq il-panel tal-istrument li l-indikatur tal-attitudni jkun qed jitħaddem bil-potenza ta' emerġenza.”;
|
|
|
|
(g)
|
fil-punt NCC.IDE.A.180, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(b)
|
Ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' trażżin għan-naħa ta' fuq tat-torso għandu ikollu:
|
(1)
|
ftuħ permezz ta' molla waħda;
|
|
(2)
|
fis-sits għall-għadd minimu ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa, żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti;
|
|
(3)
|
fuq is-sits tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u fuq kwalunkwe sit li jkun ħdejn sit ta' bdot, kwalunkwe wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:
|
(i)
|
żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti;
|
|
(ii)
|
ċinga tal-ispalel dijagonali u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti għall-ajruplani li ġejjin:
|
(A)
|
l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;
|
|
(B)
|
l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli u li jkollhom CofA maħruġ għall-ewwel darba qabel il-25 ta' Awwissu 2016.”;
|
|
|
|
|
|
(h)
|
fil-punt NCC.IDE.A.250, jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
“(e)
|
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.”;
|
|
|
(i)
|
fil-punt NCC.IDE.H.100, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(c)
|
Strumenti u tagħmir jew aċċessorji mhux meħtieġa skont dan l-Anness kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(1)
|
l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti NCC.IDE.H.245 u NCC.IDE.H.250 ta' dan l-Anness;
|
|
(2)
|
l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;
|
|
|
|
(j)
|
fil-punt NCC.IDE.H.105, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(b)
|
l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ħelikopter fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta' referenza (‘MMEL’) skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III; jew”;
|
|
|
(k)
|
il-punt NCC.IDE.H.120 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(3)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
(ii)
|
fil-punt (c), il-punt (1) hu sostitwit b'dan li ġej:
|
“(1)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
|
(l)
|
il-punt NCC.IDE.H.125 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(3)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
(ii)
|
fil-punt (c), il-punt (1) hu sostitwit b'dan li ġej:
|
“(1)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
|
(m)
|
il-punt NCC.IDE.H.235 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“NCC.IDE.H.235 Il-ħelikopters kollha li jkunu qed iwettqu titjiriet fuq l-ilma — inżul ta' emerġenza
Il-ħelikopters għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu jistgħu jinżlu fuq l-ilma jew ikunu ċċertifikati biex iwettqu nżul ta' emerġenza skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni rilevanti jew ikunu mgħammru b'apparat li jżomm f'wiċċ l-ilma meta jitħaddmu għal titjira fuq l-ilma f'ambjent ostili minn distanza 'l bogħod mill-art li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 10 minuti ta' titjir f'veloċità regolari normali.”;
|
|
(n)
|
fil-punt NCC.IDE.H.250, jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
“(e)
|
Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.”;
|
|
|
|
(7)
|
L-Anness VII (il-Parti-NCO) huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
fil-punt NCO.GEN.100, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(b)
|
Jekk l-inġenju tal-ajru jkun reġistrat f'pajjiż terz, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu s-sede prinċipali tiegħu, huwa stabbilit jew jirrisjedi.”;
|
|
|
(b)
|
jiddaħħal il-punt NCO.GEN.104 li ġej:
“NCO.GEN.104 Użu tal-inġenji tal-ajru inklużi f'AOC minn operatur tal-NCO
|
(a)
|
Operatur tal-NCO jista' juża inġenji tal-ajru differenti minn inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni elenkati fuq l-AOC ta' operatur sabiex iwettaq operazzjonijiet mhux kummerċjali skont dan l-Anness.
|
|
(b)
|
L-operatur tal-NCO li juża l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a) għandu jistabbilixxi proċedura:
|
(1)
|
li tiddeskrivi b'mod ċar kif il-kontroll operazzjonali tal-inġenju tal-ajru jiġi ttrasferit bejn id-detentur tal-AOC u l-operatur tal-NCO, kif imsemmi fil-punt ORO.GEN.310 tal-Anness III;
|
|
(2)
|
li tiddeskrivi l-proċedura ta' handover tal-inġenju tal-ajru meta jiġi ritornat lid-detentur tal-AOC.
|
Dik il-proċedura għandha tiġi inkluża f'kuntratt ta' bejn id-detentur tal-AOC u l-operatur tal-NCO.
L-operatur tal-NCO għandu jiżgura li l-proċedura tiġi kkomunikata lill-persunal rilevanti.
|
|
(c)
|
Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru użat skont il-punt (a) għandha tkun immaniġġjata mill-organizzazzjoni responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenji tal-ajru inklużi fl-AOC, skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014.
|
|
(d)
|
L-operatur tal-NCO li juża l-inġenju tal-ajru skont il-punt (a) għandu jiżgura dan li ġej:
|
(1)
|
li kull titjira mwettqa taħt il-kontroll operazzjonali tiegħu tkun irreġistrata fis-sistema tar-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru;
|
|
(2)
|
li ma jsir l-ebda tibdil fis-sistemi jew fil-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
|
|
(3)
|
li kwalunkwe difett jew malfunzjonament tekniku li jseħħ waqt li l-inġenju tal-ajru jkun taħt il-kontroll operazzjonali tiegħu jiġi rrappurtat lill-organizzazzjoni msemmija fil-punt (c) immedjatament wara t-titjira;
|
|
(4)
|
li d-detentur tal-AOC jirċievi kopja ta' kwalunkwe rapport ta' okkorrenzi relatat mat-titjiriet imwettqa bl-inġenju tal-ajru, mimli skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u r-Regolament (UE) 2015/1018.”;
|
|
|
|
(d)
|
fil-punt NCO.IDE.A.100, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
“(b)
|
L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa skont din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta' tagħmir:
|
(2)
|
dwal portabbli indipendenti;
|
|
(4)
|
il-kaxxa għall-ewwel għajnuna;
|
|
(5)
|
it-tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar;
|
|
(6)
|
ankri tal-wiċċ u tagħmir għall-irmiġġ;
|
|
(7)
|
tagħmir ta' trażżin għat-tfal;
|
|
(8)
|
PCDS sempliċi użata minn speċjalist fil-kompitu bħala apparat ta' trażżin.
|
|
|
(c)
|
Strumenti u tagħmir mhux meħtieġa skont l-Anness VII (il-Parti-NCO) kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(1)
|
l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti jew tagħmir ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti NCO.IDE.A.190 u NCO.IDE.A.195 tal-Anness VII;
|
|
(2)
|
l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ajruplan, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;
|
|
|
|
(e)
|
fil-punt NCO.IDE.A.120(a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(3)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
(f)
|
fil-punt NCO.IDE.A.125(a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(3)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
(g)
|
fil-punt NCO.IDE.A.140(a), il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(2)
|
b'ċinturin tas-sikurezza f'kull sit u ċinturini ta' trażżin għal kull post;”;
|
|
|
(h)
|
fil-punt NCO.IDE.A.195, jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
“(e)
|
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.”;
|
|
|
(i)
|
fil-punt NCO.IDE.H.100, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
“(b)
|
L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa skont din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta' tagħmir:
|
(1)
|
dwal portabbli indipendenti;
|
|
(3)
|
il-kaxxa għall-ewwel għajnuna;
|
|
(4)
|
it-tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar;
|
|
(5)
|
ankri tal-wiċċ u tagħmir għall-irmiġġ;
|
|
(6)
|
tagħmir ta' trażżin għat-tfal;
|
|
(7)
|
PCDS sempliċi użata minn speċjalist fil-kompitu bħala apparat ta' trażżin.
|
|
|
(c)
|
Strumenti u tagħmir jew aċċessorji mhux meħtieġa skont l-Anness VII (il-Parti-NCO), kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(1)
|
l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti NCO.IDE.H.190 u NCO.IDE.H.195 tal-Anness VII;
|
|
(2)
|
l-istrumenti u t-tagħmir jew l-aċċessorji ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;
|
|
|
|
(j)
|
fil-punt NCO.IDE.H.120(a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(3)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
(k)
|
fil-punt NCO.IDE.H.125(a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(3)
|
l-altitudni barometrika;”;
|
|
|
(l)
|
fil-punt NCO.IDE.H.140(a), il-punti (1) u (2) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
“(1)
|
b'sit jew post għal kull persuna abbord li jkollha 24 xahar jew aktar, jew stazzjon għal kull membru tal-ekwipaġġ jew speċjalist fil-kompitu abbord;
|
|
(2)
|
b'ċinturin tas-sikurezza f'kull sit tal-passiġġieri u ċinturini ta' trażżin għal kull post, u apparat tat-trażżin għal kull stazzjon;”;
|
|
|
(m)
|
il-punt NCO.IDE.H.185 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“NCO.IDE.H.185 Il-ħelikopters kollha li jkunu qed iwettqu titjiriet fuq l-ilma — inżul ta' emerġenza
Il-ħelikopters fuq titjira fuq l-ilma f'ambjent ostili u f'distanza ta' 50 mil nawtiku mill-art għandhom ikunu wieħed minn dawn it-tipi li ġejjin:
|
(a)
|
iddisinjati għall-inżul fuq l-ilma skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni rilevanti;
|
|
(b)
|
iċċertifikati għall-inżul ta' emerġenza skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni rilevanti;
|
|
(c)
|
mgħammra b'tagħmir ta' emerġenza li jżomm f'wiċċ l-ilma.”;
|
|
|
(n)
|
fil-punt NCO.IDE.H.195, jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
“(e)
|
Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.”;
|
|
|
(o)
|
fil-punt NCO.SPEC.HEC.105, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(b)
|
L-installazzjoni tat-tagħmir kollu tal-parank u tal-ganċ tal-merkanzija għajr PCDS sempliċi, u kwalunkwe modifika sussegwenti għandu jkollha approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà xierqa għall-funzjoni maħsuba.”;
|
|
|
(p)
|
il-punt NCO.SPEC.PAR.120 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“NCO.SPEC.PAR.120 Trasport u rilaxx ta' oġġetti perikolużi
Minkejja l-punt NCO.SPEC.160, dawk li jużaw il-paraxut jistgħu jġorru apparati li jħallu d-duħħan warajhom u joħorġu mill-inġenju tal-ajru għall-fini ta' wirja bil-paraxut fuq żoni f'konġestjoni ta' bliet, irħula jew insedjamenti jew fuq ġemgħa fil-miftuħ ta' persuni diment li dawn l-apparati jkunu manifatturati għal dak l-għan.”;
|
|
(q)
|
Fis-Subparti E, tiżdied it-Taqsima 6 li ġejja:
“TAQSIMA 6
Titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni
NCO.SPEC.MCF.100 Livelli tat-titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni
Qabel ma jwettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-operatur għandu jiddetermina l-livell applikabbli tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni kif ġej:
|
(a)
|
titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’, għal titjira fejn ikun mistenni li jsir l-użu ta' proċeduri anormali jew ta' emerġenza, kif definit fil-manwal tat-titjira tal-inġenju tal-ajru, jew meta tkun meħtieġa titjira biex jiġi pprovat il-funzjonament ta' sistema ta' backup jew ta' apparati tas-sikurezza oħra;
|
|
(b)
|
titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell B’, għal kwalunkwe titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni għajr titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’.
|
NCO.SPEC.MCF.105 Limitazzjonijiet operattivi
|
(a)
|
B'deroga mill-punt NCO.GEN.105(a)(4) ta' dan l-Anness, tista' ssir titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni b'inġenju tal-ajru li jkun inħareġ għas-servizz b'manutenzjoni mhux kompluta skont il-punt M.A.801(g) jew il-punt 145.A.50(e) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014.
|
|
(b)
|
B'deroga mill-punt NCO.IDE.A.105 jew NCO.IDE.H.105, il-bdot fil-kmand jista' jwettaq titjira b'elementi ta' tagħmir u funzjonijiet mhux operattivi jew nieqsa li jkunu meħtieġa għat-titjira jekk dawk l-elementi ta' tagħmir u funzjonijiet mhux operattivi jew nieqsa jkunu ġew identifikati fil-lista ta' kontroll imsemmija fil-punt NCO.SPEC.MCF.110.
|
NCO.SPEC.MCF.110 Lista ta' kontroll u struzzjonijiet dwar is-sikurezza
|
(a)
|
Il-lista ta' kontroll imsemmija fil-punt NCO.SPEC.105 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ qabel kull titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni u għandha tqis il-proċeduri operattivi li huma ppjanati li jiġu segwiti matul it-titjira partikolari ta' kontroll tal-manutenzjoni.
|
|
(b)
|
Minkejja l-punt NCO.SPEC.125(b), qabel kull titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni, għandhom jingħataw struzzjonijiet dwar is-sikurezza minn speċjalista fil-kompitu.
|
NCO.SPEC.MCF.120 Rekwiżiti tal-ekwipaġġ tat-titjira
Meta jagħżel membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-operatur għandu jqis il-kumplessità tal-inġenju tal-ajru u l-livell tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni kif definit fil-punt NCO.SPEC.MCF.100.
NCO.SPEC.MCF.125 Kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u l-persuni abbord
|
(a)
|
Il-bdot fil-kmand għandu jidentifika l-ħtieġa għal membri tal-ekwipaġġ u/jew speċjalisti fil-kompitu addizzjonali qabel kull titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni maħsuba, filwaqt li jqis l-ammont ta' xogħol mistenni tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ispeċjalista fil-kompitu u l-valutazzjoni tar-riskju.
|
|
(b)
|
Il-bdot fil-kmand ma għandux jippermetti lill-persuni abbord ħlief dawk meħtieġa skont il-punt (a) matul titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’.
|
NCO.SPEC.MCF.130 Simulazzjoni ta' proċeduri anormali jew ta' emerġenza waqt it-titjira
B'deroga mill-punt NCO.SPEC.145, il-bdot fil-kmand jista' jissimula sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-applikazzjoni ta' proċeduri ta' emerġenza anormali bi speċjalista fil-kompitu abbord jekk is-simulazzjoni tkun meħtieġa biex tiġi ssodisfata l-intenzjoni tat-titjira u jekk tkun ġiet identifikata fil-lista ta' kontroll imsemmija fil-punt NCO.SPEC.MCF.110 jew fil-proċeduri operattivi.
NCO.SPEC.MCF.140 Sistemi u tagħmir
Meta titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tkun maħsuba biex tivverifika l-funzjonament xieraq ta' sistema jew tagħmir, dik is-sistema jew dak it-tagħmir għandhom jiġu identifikati bħala potenzjalment mhux affidabbli, u għandhom jiġu miftiehma miżuri ta' mitigazzjoni xierqa qabel it-titjira sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji għas-sikurezza tat-titjira.”;
|
|
|
(8)
|
L-Anness VIII (il-Parti-SPO) huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
fil-punt SPO.GEN.005, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(a)
|
Dan l-Anness japplika għal kwalunkwe operazzjoni speċjalizzata li fiha l-inġenju tal-ajru jintuża għall-attivitajiet speċjalizzati bħal agrikoltura, kostruzzjoni, fotografija, surveying, osservazzjoni u pattulja, riklamar fl-ajru jew titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni.”;
|
|
|
(b)
|
il-punt SPO.GEN.100 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“SPO.GEN.100 Awtorità kompetenti
L-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu s-sede prinċipali tiegħu, huwa stabbilit jew jirrisjedi.”;
|
|
(c)
|
fil-punt SPO.POL.110, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(a)
|
L-operatur għandu jistabbilixxi sistema ta' massa u bilanċ sabiex jiddetermina għal kull titjira jew serje ta' titjiriet dan li ġej:
|
(1)
|
il-massa operattiva tal-inġenju tal-ajru mingħajr tagħbija;
|
|
(2)
|
il-massa tat-traffiku;
|
|
(3)
|
il-massa tat-tagħbija tal-fjuwil;
|
|
(4)
|
it-tagħbija tal-inġenju tal-ajru u d-distribuzzjoni tat-tagħbija;
|
|
(5)
|
il-massa waqt it-tlugħ, il-massa tal-inżul u l-massa mingħajr fjuwil;
|
|
(6)
|
il-pożizzjonijiet applikabbli taċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru.”;
|
|
|
|
(d)
|
fil-punt SPO.IDE.A.100, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
“(b)
|
L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa skont din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta' tagħmir:
|
(2)
|
dwal portabbli indipendenti;
|
|
(4)
|
il-kontenitur tal-mapep;
|
|
(5)
|
il-kaxex għall-ewwel għajnuna;
|
|
(6)
|
it-tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar;
|
|
(7)
|
ankri tal-wiċċ u tagħmir għall-irmiġġ;
|
|
(8)
|
PCDS sempliċi użata minn speċjalist fil-kompitu bħala apparat ta' trażżin.
|
|
|
(c)
|
Strumenti, tagħmir jew aċċessorji mhux meħtieġa skont dan l-Anness (il-Parti-SPO) kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(1)
|
l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti SPO.IDE.A.215 u SPO.IDE.A.220 ta' dan l-Anness;
|
|
(2)
|
l-istrumenti, it-tagħmir jew l-aċċessorji ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ajruplan, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;
|
|
|
|
(e)
|
il-punt SPO.IDE.A.105 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“SPO.IDE.A.105 Tagħmir minimu għat-titjira
Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ajruplan, mill-elementi ta' tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira maħsuba ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira m'għandhiex tinbeda, sakemm ma tiġix issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-ajruplan ma jkunx qed jitħaddem skont il-lista ta' tagħmir minimu (MEL), jekk stabbilita;
|
|
(b)
|
għal ajruplani kumplessi li jaħdmu bil-magni u għal kwalunkwe ajruplan użat f'operazzjonijiet kummerċjali, l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ajruplan fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta' referenza (MMEL) skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III;
|
|
(c)
|
l-ajruplan ikun soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżit tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.”;
|
|
|
(f)
|
il-punt SPO.IDE.A.120 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(3)
|
l-altitudni barometrika,”;
|
|
|
(ii)
|
fil-punt (e), il-punt (1) hu sostitwit b'dan li ġej:
|
“(1)
|
l-altitudni barometrika,”;
|
|
|
|
(g)
|
il-punt SPO.IDE.A.125 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(3)
|
l-altitudni barometrika,”;
|
|
|
(ii)
|
fil-punt (c), il-punt (1) hu sostitwit b'dan li ġej:
|
“(1)
|
l-altitudni barometrika,”;
|
|
|
(iii)
|
fil-punt (e), il-punt (4) hu sostitwit b'dan li ġej:
|
“(4)
|
bi provvista tal-enerġija ta' emerġenza, li tkun indipendenti mis-sistema tal-ġenerazzjoni tal-elettriku prinċipali, għall-fini tat-tħaddim u tal-illuminazzjoni ta' sistema li tindika l-attitudni għal perjodu minimu ta' 30 minuta. Il-provvista tal-enerġija ta' emerġenza għandha tkun operattiva awtomatikament wara li s-sistema tal-ġenerazzjoni tal-elettriku prinċipali tieqaf taħdem għalkollox u għandha tingħata indikazzjoni ċara fuq l-istrument jew fuq il-panel tal-istrument li l-indikatur tal-attitudni jkun qed jitħaddem bil-potenza ta' emerġenza.”;
|
|
|
|
(h)
|
fil-punt SPO.IDE.A.160, il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(e)
|
Iċ-ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' trażżin għan-naħa ta' fuq tat-torso meħtieġa skont il-punt (d) għandu jkollu:
|
(1)
|
ftuħ permezz ta' molla waħda;
|
|
(2)
|
fuq is-sits tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u fuq kwalunkwe sit li jkun ħdejn sit ta' bdot, kwalunkwe wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:
|
(i)
|
żewġ ċineg tal-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti;
|
|
(ii)
|
ċinga tal-ispalel dijagonali u ċinturin tas-sikurezza li jistgħu jintużaw b'mod indipendenti għall-ajruplani li ġejjin:
|
(A)
|
l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;
|
|
(B)
|
l-ajruplani li jkollhom MCTOM ta' 5 700 kg jew inqas u MOPSC ta' disgħa jew inqas, u li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-inżul ta' emerġenza ddefiniti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli u li jkollhom CofA maħruġ għall-ewwel darba qabel il-25 ta' Awwissu 2016.”;
|
|
|
|
|
|
(i)
|
fil-punt SPO.IDE.A.220, jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
“(e)
|
L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.”;
|
|
|
(j)
|
il-punt SPO.IDE.H.100 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(b)
|
L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta' tagħmir:
|
(1)
|
dwal portabbli indipendenti;
|
|
(3)
|
il-kaxxa għall-ewwel għajnuna;
|
|
(4)
|
it-tagħmir tas-sopravivenza u tas-sinjalar;
|
|
(5)
|
ankri tal-wiċċ u tagħmir għall-irmiġġ;
|
|
(6)
|
tagħmir ta' trażżin għat-tfal;
|
|
(7)
|
PCDS sempliċi użata minn speċjalist fil-kompitu bħala apparat ta' trażżin.”;
|
|
|
|
(ii)
|
il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(c)
|
Strumenti, tagħmir jew aċċessorji mhux meħtieġa skont dan l-Anness (il-Parti-SPO) kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont dan ir-Regolament, iżda li qed jinġarr fuq titjira, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(1)
|
l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti, tagħmir jew aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew il-punti SPO.IDE.H.215 u SPO.IDE.H.220 ta' dan l-Anness;
|
|
(2)
|
l-istrumenti, it-tagħmir jew l-aċċessorji ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;
|
|
|
|
|
(k)
|
il-punt SPO.IDE.H.105 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“SPO.IDE.H.105 Tagħmir minimu għat-titjira
Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ħelikopter, mill-elementi ta' tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira maħsuba ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira m'għandhiex tinbeda, sakemm ma tiġix issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
il-ħelikopter ma jkunx qed jitħaddem skont il-lista ta' tagħmir minimu (MEL), jekk stabbilita;
|
|
(b)
|
għal ħelikopters kumplessi li jaħdmu bil-magni u għal kwalunkwe ħelikopter użat f'operazzjonijiet kummerċjali, l-operatur ikun approvat mill-awtorità kompetenti biex jopera l-ħelikopter fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta' referenza (MMEL) skont il-punt ORO.MLR.105(j) tal-Anness III;
|
|
(c)
|
il-ħelikopter ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.”;
|
|
|
(l)
|
il-punt SPO.IDE.H.120 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(3)
|
l-altitudni barometrika,”;
|
|
|
(ii)
|
fil-punt (d), il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(1)
|
l-altitudni barometrika,”;
|
|
|
|
(m)
|
il-punt SPO.IDE.H.125 huwa emendat kif ġej:
|
(i)
|
fil-punt (a), il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(3)
|
l-altitudni barometrika,”;
|
|
|
(ii)
|
fil-punt (c), il-punt (1) hu sostitwit b'dan li ġej:
|
“(1)
|
l-altitudni barometrika,”;
|
|
|
|
(n)
|
fil-punt SPO.IDE.H.220, jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
“(e)
|
Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' sorveljanza skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.”;
|
|
|
(o)
|
il-punt SPO.SPEC.HESLO.100 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“SPO.SPEC.HESLO.100 Proċeduri operattivi standard
Il-proċeduri operattivi standard għall-HESLO għandhom jispeċifikaw:
|
(a)
|
it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi u l-entrati xierqa tiegħu fil-MEL, kif applikabbli;
|
|
(b)
|
il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u r-rekwiżiti tal-esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu;
|
|
(c)
|
it-taħriġ teoretiku u prattiku rilevanti għall-membri tal-ekwipaġġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom, it-taħriġ rilevanti għall-ispeċjalisti fil-kompitu biex iwettqu l-kompiti tagħhom, u l-kwalifika u n-nomina ta' persuni li jipprovdu tali taħriġ lill-membri tal-ekwipaġġ u lill-ispeċjalisti fil-kompitu;
|
|
(d)
|
ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu;
|
|
(e)
|
il-kriterji tal-prestazzjoni tal-ħelikopter li jridu jiġu ssodisfati għat-twettiq ta' operazzjonijiet HESLO;
|
|
(f)
|
il-proċeduri normali, anormali u ta' emerġenza.”;
|
|
|
(p)
|
il-punt SPO.SPEC.HEC.100 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“SPO.SPEC.HEC.100 Proċeduri operattivi standard
Il-proċeduri operattivi standard għall-HEC għandhom jispeċifikaw:
|
(a)
|
it-tagħmir li għandu jinġarr, inklużi l-limitazzjonijiet operattivi u l-entrati xierqa tiegħu fil-MEL, kif applikabbli;
|
|
(b)
|
il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u r-rekwiżiti tal-esperjenza tal-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu;
|
|
(c)
|
it-taħriġ teoretiku u prattiku rilevanti għall-membri tal-ekwipaġġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom, it-taħriġ rilevanti għall-ispeċjalisti fil-kompitu biex iwettqu l-kompiti tagħhom, u l-kwalifika u n-nomina ta' persuni li jipprovdu tali taħriġ lill-membri tal-ekwipaġġ u lill-ispeċjalisti fil-kompitu;
|
|
(d)
|
ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu;
|
|
(e)
|
il-kriterji tal-prestazzjoni tal-ħelikopter li jridu jiġu ssodisfati għat-twettiq ta' operazzjonijiet HEC;
|
|
(f)
|
il-proċeduri normali, anormali u ta' emerġenza.”;
|
|
|
(q)
|
fil-punt SPO.SPEC.HEC.105, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(b)
|
L-installazzjoni tat-tagħmir kollu tal-parank u tal-ganċ tal-merkanzija għajr PCDS sempliċi, u kwalunkwe modifika sussegwenti għandu jkollha approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà xierqa għall-funzjoni maħsuba.”;
|
|
|
(r)
|
il-punt SPO.SPEC.PAR.125 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“SPO.SPEC.PAR.125 Rilaxx ta' oġġetti perikolużi
Minkejja l-punt SPO.GEN.155, dawk li jużaw il-paraxut jistgħu joħorġu mill-inġenju tal-ajru għall-fini ta' wirja bil-paraxut fuq żoni f'konġestjoni ta' bliet, irħula jew insedjamenti jew fuq ġemgħa fil-miftuħ ta' persuni filwaqt li jġorru apparati li jħallu d-duħħan warajhom, diment li dawn huma manifatturati għal dan l-għan.”;
|
|
(s)
|
Fis-Subparti E, tiżdied it-Taqsima 5 li ġejja:
“
TAQSIMA 5
Titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni
SPO.SPEC.MCF.100 Livelli tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni
Qabel ma jwettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-operatur għandu jiddetermina l-livell applikabbli tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni kif ġej:
|
(a)
|
Titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’, għal titjira fejn ikun mistenni li jsir l-użu ta' proċeduri anormali jew ta' emerġenza kif definit fil-manwal tat-titjira tal-inġenju tal-ajru jew meta tkun meħtieġa titjira biex jiġi pprovat il-funzjonament ta' sistema ta' backup jew ta' apparati tas-sikurezza oħra;
|
|
(b)
|
titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell B’, għal kwalunkwe titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni għajr titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’.
|
SPO.SPEC.MCF.105 Programm tat-titjira għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tal-‘Livell A’
Qabel ma jwettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' Livell A b'inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem bil-magni, l-operatur għandu jiżviluppa u jiddokumenta programm tat-titjira.
SPO.SPEC.MCF.110 Manwal tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tal-‘Livell A’
L-operatur li jwettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ għandu:
|
(a)
|
jiddeskrivi dawk l-operazzjonijiet u l-proċeduri assoċjati fil-manwal tal-operat imsemmi fil-punt ORO.MLR.100 tal-Anness III jew f'manwal tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni speċifiku;
|
|
(b)
|
jaġġorna l-manwal meta jkun meħtieġ;
|
|
(c)
|
jinforma lill-persunal ikkonċernat kollu bil-manwal u bil-bidliet tiegħu li huma rilevanti għad-dmirijiet tagħhom;
|
|
(d)
|
jipprovdi lill-awtorità kompetenti l-manwal u l-aġġornamenti tiegħu.
|
SPO.SPEC.MCF.115 Rekwiżiti tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tal-‘Livell A’
|
(a)
|
L-operatur għandu jagħżel membri tal-ekwipaġġ tat-titjira adegwati b' kunsiderazzjoni tal-kumplessità tal-inġenju tal-ajru u tal-livell tat-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni. Meta jagħżel il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ b'inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem bil-magni, l-operatur għandu jiżgura dan kollu li ġej:
|
(1)
|
li l-bdot fil-kmand segwa kors ta' taħriġ skont il-punt SPO.SPEC.MCF.120; jekk it-taħriġ ikun sar f'simulatur, il-bdot għandu jwettaq mill-inqas titjira waħda ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ bħala bdot ta' monitoraġġ jew bħala osservatur qabel jopera bħala bdot fil-kmand fuq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’;
|
|
(2)
|
li l-bdot kmandant ikun lesta, fuq inġenju tal-ajru tal-istess kategorija ta' inġenji tal-ajru bħall-inġenju tal-ajru li għandu jittajjar, mill-inqas 1 000 siegħa ta' titjir, li mill-inqas 400 siegħa minnhom ikunu bħala bdot fil-kmand f'inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem bil-magni u mill-inqas 50 siegħa fuq dak it-tip partikolari ta' inġenju tal-ajru.
|
Minkejja l-punt (2) tal-ewwel paragrafu, jekk l-operatur jintroduċi tip ġdid ta' inġenju tal-ajru għall-operat tiegħu u jkun ivvaluta l-kwalifiki tal-bdot skont proċedura ta' valutazzjoni stabbilita, l-operatur jista' jagħżel bdot li jkollu inqas minn 50 siegħa esperjenza fuq dak it-tip partikolari ta' inġenju tal-ajru.
|
|
(b)
|
Il-bdoti li jkollhom klassifikazzjoni ta' test tat-titjira skont ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom jingħataw kreditu sħiħ għall-kors ta' taħriġ stipulat fil-punt (a)(1) ta' dan il-punt, sakemm il-bdoti li jkollhom klassifikazzjoni ta' test tat-titjira jkunu kisbu t-taħriġ meħtieġ inizjali u rikorrenti għall-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ skont il-punti ORO.FC.115 u ORO.FC.215 tal-Anness III.
|
|
(c)
|
Il-bdot fil-kmand ma għandux iwettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ fuq inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem bil-magni sakemm il-bdot fil-kmand ma jkunx wettaq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ matul it-36 xahar preċedenti.
|
|
(d)
|
L-esperjenza reċenti bħala bdot fil-kmand fuq titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ terġa' tinkiseb wara t-twettiq ta' titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ bħala osservatur jew bħala bdot ta' monitoraġġ, jew wara li jkun aġixxa bħala l-bdot fil-kmand f'titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ f'simulatur.
|
SPO.SPEC.MCF.120 Kors tat-taħriġ tal-ekwipaġġ tat-titjira għal titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’
|
(a)
|
Il-kors tat-taħriġ meħtieġ għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ għandu jitwettaq skont sillabu dettaljat.
|
|
(b)
|
It-tagħlim dwar it-titjir għall-kors tat-taħriġ għandu jitwettaq f'wieħed mill-modi li ġejjin:
|
(1)
|
f'simulatur li, għal finijiet ta' taħriġ, jirrifletti b'mod adegwat ir-reazzjoni tal-inġenju tal-ajru u s-sistemi tiegħu għall-kontrolli li jkunu qed jitwettqu;
|
|
(2)
|
waqt titjira f'inġenju tal-ajru li fiha jintwerew it-tekniki tat-titjir ta' kontroll tal-manutenzjoni.
|
|
|
(c)
|
Kors tat-taħriġ segwit fuq kategorija waħda ta' inġenji tal-ajru jitqies bħala validu għat-tipi kollha ta' inġenji tal-ajru ta' dik il-kategorija.
|
|
(d)
|
Meta jqis l-inġenju tal-ajru użat għat-taħriġ u l-inġenju tal-ajru li għandu jittajjar waqt it-titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-operatur għandu jispeċifika jekk huwiex meħtieġ taħriġ dwar id-differenzi jew il-familjarizzazzjoni u jiddeskrivi l-kontenut ta' dan it-taħriġ.
|
SPO.SPEC.MCF.125 Kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u l-persuni abbord
|
(a)
|
L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri biex jidentifika l-ħtieġa għal speċjalisti fil-kompitu addizzjonali.
|
|
(b)
|
Għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’, l-operatur għandu jiddefinixxi, fil-manwal tiegħu, il-politika dwar persuni oħra abbord.
|
|
(c)
|
Għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’, huwa meħtieġ speċjalista fil-kompitu jew bdot addizzjonali fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira biex jgħin lill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira, sakemm il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru ma tippermettix li dan isir jew l-operatur ikun jista' jiġġustifika, b'qies tal-ammont ta' xogħol tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira abbażi tal-programm tat-titjira, li l-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira ma jeħtiġux għajnuna addizzjonali.
|
SPO.SPEC.MCF.130 Simulazzjoni ta' proċeduri anormali jew ta' emerġenza waqt it-titjira
B'deroga mill-punt SPO.OP.185, speċjalist fil-kompitu jista' jkun abbord titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' ‘Livell A’ jekk l-ispeċjalist fil-kompitu jkun meħtieġ biex jissodisfa l-intenzjoni tat-titjira u jkun ġie identifikat fil-programm tat-titjira.
SPO.SPEC.MCF.135 Limitazzjonijiet tal-ħin tat-titjira u rekwiżiti tal-mistrieħ
Meta jassenjaw il-membri tal-ekwipaġġ għal titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni, l-operaturi soġġetti għas-Subparti FTL tal-Anness III (il-Parti-ORO) għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dik is-Subparti.
SPO.SPEC.MCF.140 Sistemi u tagħmir
Meta titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni tkun maħsuba biex tivverifika l-funzjonament xieraq ta' sistema jew tagħmir, dik is-sistema jew dak it-tagħmir għandhom jiġu identifikati bħala potenzjalment mhux affidabbli, u għandhom jiġu miftiehma miżuri ta' mitigazzjoni xierqa qabel it-titjira sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji għas-sikurezza tat-titjira.
SPO.SPEC.MCF.145 Rekwiżiti dwar ir-reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-bdot, dwar ir-reġistratur tad-data tat-titjira u dwar ir-reġistrazzjoni tal-kollegament tad-data għad-detenturi ta' AOC
Għal titjira ta' kontroll tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru li normalment jintuża għal operazzjonijiet CAT, id-dispożizzjonijiet għar-reġistraturi tal-vuċi tal-kabina tal-bdot (CVR), għar-reġistraturi tad-data tat-titjira (FDR) u għar-reġistraturi tal-kollegament tad-data (DLR) tal-Anness IV (il-Parti-CAT) għandhom ikomplu japplikaw.”.
|
|
(*1) Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir ta' protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).
(*2) Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).”;
(*3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).”;
(*4) Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).”;
(*5) Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15)”;
(*6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).”;
(*7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;
(*8) Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).”;
(*9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 tad-29 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta' klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b'mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1).”;
(*10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;’
(1) Tip ieħor ta' trasport li għandu jiġi speċifikat.
(2) Sostitwit bl-isem tal-Istat tal-operatur.
(3) Sostitwit bl-identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti emittenti.
(4) Għall-użu tal-awtorità kompetenti.
(5) Għall-użu tal-awtorità kompetenti.
(6) Referenza tal-approvazzjoni, kif maħruġa mill-awtorità kompetenti.
(7) Sostitwit bl-isem irreġistrat tal-operatur.
(8) Isem kummerċjali tal-operatur, jekk ikun differenti. Daħħal ‘Dba’ (għal ‘li jopera bih - Doing business as’) qabel l-isem kummerċjali.
(9) Id-dettalji ta' kuntatt jinkludu n-numri tat-telefon u tal-fax, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż, u l-email (jekk disponibbli) li bihom il-maniġment operazzjonali jista' jiġi kkuntattjat mingħajr dewmien żejjed għal kwistjonijiet relatati mal-operazzjonijiet tat-titjir, mal-ajrunavigabbiltà, mal-kompetenza tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-kabina, ma' oġġetti perikolużi u ma' kwistjonijiet oħra kif xieraq.
(10) L-indirizz tas-sede prinċipali tal-operatur.
(11) Id-dettalji tat-telefon u tal-fax tas-sede prinċipali tal-operatur, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż. L-email għandu jiġi pprovdut jekk ikun disponibbli.
(12) Jiddaħħal id-dokument ikkontrollat miżmum abbord, li fih huma elenkati d-dettalji ta' kuntatt, inkluża r-referenza għall-paragrafu jew għall-paġna xierqa. Eż.: ‘Id-dettalji ta' kuntatt … huma elenkati fil-manwal tal-operat, ġen/bażiku, kapitolu 1, 1.1’; jew ‘… huma elenkati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet, paġna 1’; jew ‘… huma elenkati f'dokument mehmuż ma' dan id-dokument’.
(13) Isem irreġistrat tal-operatur.
(14) Id-data tal-ħruġ tal-AOC (jj-xx-ssss).
(15) It-titlu, l-isem u l-firma ta' rappreżentant tal-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, fuq l-AOC jista' jiġi applikat timbru uffiċjali.
(16) Id-dettalji ta' kuntatt tat-telefon u tal-fax tal-awtorità kompetenti, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż. L-email għandu jiġi pprovdut jekk ikun disponibbli.
(17) Jiddaħħal in-numru taċ-ċertifikat tal-operatur (AOC) assoċjat.
(18) Jiddaħħal l-isem irreġistrat tal-operatur u l-isem kummerċjali tal-operatur, jekk differenti. Daħħal ‘Dba’ qabel l-isem kummerċjali (għal ‘Doing business as’).
(19) Data tal-ħruġ tal-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet (jj-xx-ssss) u l-firma tar-rappreżentant tal-awtorità kompetenti.
(20) Tiddaħħal id-deżinjazzjoni tal-ICAO tal-għamla, tal-mudell u tas-serje tal-inġenju tal-ajru, jew tas-serje ewlenija, jekk ġiet deżinjata serje (eż. Boeing-737-3K2 jew Boeing-777-232).
(21) Il-marki tar-reġistrazzjoni huma mniżżlin fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jew fil-manwal tal-operat. F'dan il-każ tal-aħħar, l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet relatati għandu jkollhom referenza għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat. Fil-każ li mhux l-approvazzjonijiet speċifiċi kollha japplikaw għall-mudell tal-inġenju tal-ajru, il-marki tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru jistgħu jiddaħħlu fil-kolonna tar-rimarki fl-approvazzjoni speċifika relatata.
(22) Tip ta' trasportazzjoni oħra li għandu jiġi speċifikat (eż. servizz mediku ta' emerġenza).
(23) Lista taż-żona/i ġeografika/ġeografiċi ta' operazzjoni awtorizzata (permezz tal-koordinati ġeografiċi jew ir-rotot speċifiċi, ir-reġjun ta' informazzjoni dwar it-titjir jew il-fruntieri nazzjonali jew reġjonali).
(24) Lista tal-limitazzjonijiet speċjali applikabbli (pereżempju VFR biss, Binhar biss, eċċ.).
(25) F'din il-kolonna niżżel il-kriterji l-iktar permissivi għal kull approvazzjoni jew it-tip ta' approvazzjoni (bil-kriterji x-xierqa).
(26) Tiddaħħal il-kategorija ta' avviċinament ta' preċiżjoni applikabbli: LTS CAT I, CAT II, OTS CAT II, CAT IIIA, CAT IIIB jew CAT IIIC. Tiddaħħal il-medda viżwali minima tar-runway (RVR) f'metri u l-għoli tad-deċiżjoni (DA/H) f'piedi. Għandha tintuża linja waħda għal kull kategorija ta' avviċinament imniżżla.
(27) Tiddaħħal l-RVR minima għat-tlugħ approvata, f'metri. Tista' tintuża linja waħda għal kull approvazzjoni f'każ li jingħataw approvazzjonijiet differenti.
(28) Il-kaxxa ‘Mhux Applikabbli’ tista' tiġi mmarkata biss jekk il-limitu massimu tal-inġenju tal-ajru jkun inqas minn FL290.
(29) L-operazzjonijiet fuq distanza estiża (ETOPS) bħalissa japplikaw biss għall-inġenji tal-ajru b'żewġ magni. Għaldaqstant, il-kaxxa (Mhux Applikabbli) tista' tiġi mmarkata jekk il-mudell tal-inġenju tal-ajru jkollu iktar jew inqas minn żewġ magni.
(30) Id-distanza tal-limitu tista' titniżżel ukoll (f'NM), kif ukoll it-tip ta' magna.
(31) In-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN): tintuża linja waħda għal kull approvazzjoni speċifika ta' PBN kumplessa (eż. RNP AR APCH), bil-limitazzjonijiet xierqa elenkati fil-kolonna tal-‘Ispeċifikazzjonijiet’ jew fil-kolonna tar-‘Rimarki’, jew fit-tnejn. L-approvazzjonijiet speċifiċi għall-proċedura ta' proċeduri speċifiċi ta' RNP AR APCH jistgħu jitniżżlu fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jew fil-manwal tal-operat. F'dan il-każ tal-aħħar, l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet relatati għandu jkollhom referenza għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.
(32) Speċifika jekk l-approvazzjoni speċifika hijiex limitata għal ċerti estremitajiet tar-runway, għal ajrudromi, jew għat-tnejn.
(33) Tiddaħħal il-kombinazzjoni partikolari tal-qafas jew magna tal-inġenju tal-ajru.
(34) L-approvazzjoni biex iwettqu l-kors tat-taħriġ u l-eżaminazzjoni għandha timtela mill-applikanti għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina kif speċifikat fl-Anness V (il-Parti-CC) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.
(35) L-approvazzjoni għall-ħruġ ta' attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina kif speċifikat fl-Anness V (il-Parti-CC) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.
(36) Tiddaħħal il-lista tal-applikazzjonijiet tat-tip B EFB flimkien mar-referenza tal-ħardwer EFB (għall-EFBs portabbli). Dink il-lista tinsab fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jew fil-manwal tal-operat. F'dan il-każ tal-aħħar, l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet relatati għandu jkollhom referenza għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.
(37) L-isem tal-persuna jew tal-organizzazzjoni responsabbli biex tiżgura li l-ajrunavigabbiltà kontinwa hija ġestita skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014.
(38) Hawnhekk jistgħu jiddaħħlu approvazzjonijiet jew data oħra, fejn tintuża linja waħda (jew blokka waħda b'għadd ta' linji) għal kull awtorizzazzjoni (eż. għall-operazzjonijiet ta' nżul fil-qosor, għall-operazzjonijiet ta' avviċinament wieqaf, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter lejn/minn sit ta' interess pubbliku, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter fuq ambjent ostili li jinsab 'il barra minn żona konġestjonata, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter mingħajr kapaċità ta' nżul ta' emerġenza sikur, għall-operazzjonijiet b'angoli ta' inklinazzjoni laterali miżjuda, għad-distanza massima minn ajrudrom xieraq għall-ajruplani b'żewġ magni mingħajr approvazzjoni tal-ETOPS).
(39) Jiddaħħlu l-isem u d-dettalji ta' kuntatt.
(40) Jiddaħħal in-numru assoċjat.
(41) Id-data tal-ħruġ tal-approvazzjonijiet speċifiċi (jj-xx-ssss) u l-firma tar-rappreżentant tal-awtorità kompetenti.
(42) Jiddaħħlu d-deżinjazzjoni tal-għamla, tal-mudell u tas-serje tal-inġenju tal-ajru, jew tas-serje ewlenija kif stabbiliti mill-Commercial Aviation Safety Team(CAST)/mill-ICAO, fil-każ li ġiet iddeżinjata serje (preżempju Boeing-737-3K2 jew Boeing-777-232). It-Tassonomija CAST/ICAO hija disponibbli fuq: http://www.intlaviationstandards.org/
Il-marki ta' reġistrazzjoni għandhom jew jiġu elenkati fil-lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi jew fil-manwal tal-operat. F'dan il-każ tal-aħħar, il-lista tal-approvazzjonijiet speċifiċi għandha tirreferi għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.
(43) Speċifika t-tip ta' operazzjoni, eż. agrikoltura, kostruzzjoni, fotografija, surveying, osservazzjoni u pattulja, riklamar fl-ajru, titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni.
(44) Elenka f'din il-kolonna kwalunkwe operazzjoni approvata, eż., oġġetti perikolużi, LVO, RVSM, PBN, MNPS, HOFO.
(45) Elenka f'din il-kolonna l-kriterji l-aktar permissivi għal kull approvazzjoni, eż., l-gћoli tad-deċiżjoni u l-RVR minima għall-CAT II.
(46) Isem u dettalji ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti
(47) Jiddaħħal in-numru tal-awtorizzazzjoni assoċjat.
(48) Jiddaħħal l-isem irreġistrat tal-operatur u l-isem kummerċjali tal-operatur, jekk differenti. Daħħal ‘Dba’ qabel l-isem kummerċjali (għal ‘Doing business as’).
(49) L-indirizz tas-sede prinċipali tal-operatur.
(50) Id-dettalji tat-telefon u tal-fax tas-sede prinċipali tal-operatur, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż. L-email għandu jiġi pprovdut jekk ikun disponibbli.
(51) Jiddaħħlu d-deżinjazzjoni tal-għamla, tal-mudell u tas-serje tal-inġenju tal-ajru, jew tas-serje ewlenija kif stabbiliti mill-Commercial Aviation Safety Team(CAST)/mill-ICAO, fil-każ li ġiet iddeżinjata serje (preżempju Boeing-737-3K2 jew Boeing-777-232). It-Tassonomija CAST/ICAO hija disponibbli fuq: http://www.intlaviationstandards.org. Il-marki ta' reġistrazzjoni għandhom jew jiġu elenkati fil-lista ta' approvazzjonijiet speċifiċi jew fil-manwal tal-operat. F'dan il-każ tal-aħħar, il-lista tal-approvazzjonijiet speċifiċi għandha tirreferi għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.
(52) Speċifika t-tip ta' operazzjoni, eż. agrikoltura, kostruzzjoni, fotografija, surveying, osservazzjoni u pattulja, riklamar fl-ajru, titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni.
(53) Elenkar taż-żona/i jew sit(i) ġeografiku/ċi ta' operazzjoni awtorizzata (permezz ta' koordinati ġeografiċi jew ir-reġjun tal-informazzjoni dwar it-titjira jew il-fruntieri nazzjonali jew reġjonali).
(54) Lista tal-limitazzjonijiet speċjali applikabbli (pereżempju VFR biss, Binhar biss, eċċ.).
(55) Id-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni (jj-xx-ssss).
(56) It-titlu, l-isem u l-firma ta' rappreżentant tal-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, fuq l-awtorizzazzjoni jista' jiġi applikat timbru uffiċjali.
(57) Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju biex l-informazzjoni tiġi elenkata fl-ispazju tad-dikjarazzjoni, l-informazzjoni għandha tiġi elenkata f'anness separat. L-anness għandu jiġi datat u ffirmat.
(58) Jekk l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat ukoll b'detentur ta' AOC, speċifika n-numru tal-AOC tad-detentur tal-AOC.
(59)
‘Tip (i) ta' operazzjoni’ tirreferi għat-tipi ta' operazzjonijiet imwettqa b'dan l-inġenju tal-ajru, eż. operazzjonijiet mhux kummerċjali jew operazzjonijiet speċjalizzati bħal titjiriet ta' fotografija mill-ajru, titjiriet ta' reklamar mill-ajru, titjiriet tal-midja tal-aħbarijiet, titjiriet tat-televiżjoni u tal-films, operazzjonijiet bil-paraxut, skydiving, titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni.
(60) L-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tinkludi l-isem tal-organizzazzjoni, l-indirizz u r-referenza tal-approvazzjoni.