|
6.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 206/18 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1324
tal-5 ta’ Awwissu 2019
dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Bacillus subtilis LMG S-27588 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin jew imrobbija għall-bajd għad-dundjani għat-tismin jew imrobbija għat-tgħammir, għall-ispeċijiet minuri ta' pollam għat-tismin jew imrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir, għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin u għall-ispeċijiet porċini minuri (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Puratos)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Bacillus subtilis (LMG S-27588). Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Bacillus subtilis (LMG S-27588) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin jew imrobbija għall-bajd għad-dundjani għat-tismin jew imrobbija għat-tgħammir, għall-ispeċijiet minuri ta' pollam għat-tismin jew imrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir, għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin u għall-ispeċijiet porċini minuri, biex jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tas-6 ta' Lulju 2017 (2) u tat-23 ta' Jannar 2019 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Bacillus subtilis LMG S-27588 ma għandhiex effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sigurtà tal-konsumatur jew fuq l-ambjent. Hija kkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa meqjus bħala sensitizzatur respiratorju potenzjali u li ma setgħet issir l-ebda konklużjoni dwar is-sensitizzazzjoni jew l-irritazzjoni tal-ġilda jew tal-għajnejn mill-addittiv. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv wera titjib fil-prestazzjoni żooteknika fit-tiġieġ għat-tismin, fid-dundjani għat-tismin jew imrobbija għat-tgħammir, fil-ħnienes miftuma u fil-ħnieżer għat-tismin. L-Awtorità qieset li dawn il-konklużjonijiet jistgħu jiġu estrapolati għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għall-ispeċijiet minuri ta' pollam li qed jikbru u għall-ispeċijiet porċini minuri miftuma u għat-tismin. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Bacillus subtilis (LMG S-27588) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. F'konformità ma' dan, jenħtieġ li l-użu ta' din il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u għall-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-5 ta' Awwissu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2017;15(7):4941.
(3) EFSA Journal 2019;17(2):5609; EFSA Journal 2019;17(2):5610.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||
|
Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||
|
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà. |
|||||||||||||||||
|
4a30 |
Puratos |
Endo-1,4-beta-ksilanażi KE 3.2.1.8 |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Bacillus subtilis LMG S-27588 b'attività minima ta': 500 ADXU (1)/g Forma solida u forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Endo-1,4-beta-ksilanażi Prodotta mill-Bacillus subtilis LMG S-27588 Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-endo-1,4-beta-ksilanażi fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-endo-1,4-beta-ksilanażi fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf:
|
Tiġieġ għat-tismin jew tiġieġ imrobbija għall-bajd Id-dundjani għat-tismin u mrobbija għat-tgħammir Speċijiet minuri ta' pollam għat-tismin jew imrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir |
— |
100 ADXU |
— |
|
Is-26 ta' Awwissu 2029 |
||||||||
|
Ħnienes miftuma Ħnieżer għat-tismin Speċijiet porċini minuri għat-tismin |
|||||||||||||||||
(1) ADXU wieħed huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera mikromolu wieħed ta' zokkor riduċenti (ekwivalenti ta' ksilożi) fil-minuta minn ksilan tal-fagu b'pH ta' 6,0 u f'70 °C.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports