|
2.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1293
tad-29 ta' Lulju 2019
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 rigward il-lista ta' territorji u pajjiżi terzi fl-Anness II u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa stabbilit fl-Anness IV
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 13(2) u 25(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 (2) fost affarijiet oħra jipprevedi l-listi tat-territorji u tal-pajjiżi terzi msemmijin fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 u jipprevedi ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li hu meħtieġ għall-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates, u inmsa minn territorji u pajjiżi terzi lejn Stat Membru. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 iddaħħal fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) permezz tad-Deċiżjoni Nru 66/2016 (3) tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, u japplika bis-sħiħ għan-Norveġja bl-istess mod li japplika għall-Istati Membri tal-UE. |
|
(3) |
In-Norveġja hija elenkata fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013. Id-Deċiżjoni Nru 66/2016 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tirregola l-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa min-Norveġja lejn Stat Membru. Għaldaqstant jeħtieġ li n-Norveġja titħassar mil-lista tat-territorji u pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013. |
|
(4) |
Jeħtieġ ukoll li l-isem il-ġdid ta' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jkun rifless fil-lista tat-territorji u pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013. |
|
(5) |
Fost affarijiet oħra, ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprevedi li l-klieb, il-qtates u l-insma li jinġarru lejn Stat Membru minn territorju jew pajjiż terz għal skopijiet mhux kummerċjali jridu jkunu konformi ma' kull miżura tas-saħħa preventiva għall-mard b'infezzjonijiet oħrajn barra r-rabja li tkun ġiet adottata skont l-Artikolu 19(1) tiegħu, u li jridu jkollhom magħhom dokument tal-identifikazzjoni fil-format ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali. Il-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali. |
|
(6) |
Barra minn hekk, wara r-rieżami obbligatorju tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 (4), tar-Regolament Delegat adottat tal-Kummissjoni (UE) 2018/772 (5) li fost affarijiet oħra jistipula r-regoli għall-kategorizzazzjoni tal-Istati Membri jew ta' partijiet minnhom, rigward l-eliġibbiltà tagħhom biex japplikaw miżuri preventivi tas-saħħa biex jikkontrollaw l-infezzjoni tal-Echinococcus multilocularis fil-klieb. Ir-Regolament (UE) 2018/772 ħassar ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2011 b'effett mill-1 ta' Lulju 2018. |
|
(7) |
Il-lista tal-Istati Membri li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2018/772 fit-territorju kollu tagħhom jew f'partijiet minnu hija stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/878 (6). |
|
(8) |
Għaldaqstant jixraq li r-referenzi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2011 jiġu sostitwiti minn referenzi għar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 u għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/878 fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa fl-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013. |
|
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi II u IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 jiġu emendati skont dan. |
|
(10) |
Biex ikun evitat tfixkil fil-movimenti ta' klieb, qtates u inmsa, jenħtieġ li sat-28 ta' Frar 2020 jiġi awtorizzat l-użu taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġin skont il-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 kif emendata bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/561 (7). |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-Parti 1 tal-Anness II hija sostitwita bit-test mogħti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Il-Parti 2 tal-Anness II hija sostitwita bit-test mogħti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-Parti 1 tal-Anness IV hija sostitwita bit-test mogħti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Għal perjodu tranżizzjonali sat-28 ta' Frar 2020, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul ta' klieb, qtates u inmsa minn territorju jew minn pajjiż terz għal skopijiet mhux kummerċjali li jkollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jkun inħareġ sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2019 f'konformita mal-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/561.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Lulju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar il-mudell tad-dokumenti tal-identifikazzjoni għall-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta' listi ta' territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2017] (ĠU L 300, 16.11.2017, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 tal-14 ta' Lulju 2011 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 6).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/772 tal-21 ta' Novembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb, u li jħassar ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2011 (ĠU L 130, 28.5.2018, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/878 tat-18 ta' Ġunju 2018 li jadotta l-lista tal-Istati Membri, jew partijiet tat-territorju tal-Istati Membri, li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (ĠU L 155, 19.6.2018, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/561 tal-11 ta' April 2016 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 fejn jikkonċerna l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa li jiddaħħlu fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz għal skopijiet mhux kummerċjali (ĠU L 96, 12.4.2016, p. 26).
ANNESS I
“PARTI 1
Lista tat-territorji u tal-pajjiżi terzi msemmijin fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013
|
Kodiċi tal-ISO |
Territorju jew pajjiż terz |
|
AD |
Andorra |
|
CH |
l-Iżvizzera |
|
FO |
il-Gżejjer Faeroe |
|
GI |
Ġibiltà |
|
GL |
Greenland |
|
IS |
l-Iżlanda |
|
LI |
il-Liechtenstein |
|
MC |
Monaco |
|
SM |
San Marino |
|
VA |
l-Istat tal-Belt tal-Vatikan” |
ANNESS II
“PARTI 2
Lista tat-territorji u tal-pajjiżi terzi msemmijin fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013
|
Kodiċi tal-ISO |
Territorju jew pajjiż terz |
It-territorji inklużi |
|
AC |
il-Ġżira ta' Ascension |
|
|
AE |
l-Emirati Għarab Magħquda |
|
|
AG |
Antigua u Barbuda |
|
|
AR |
l-Arġentina |
|
|
AU |
l-Awstralja |
|
|
AW |
Aruba |
|
|
BA |
il-Bożnija-Ħerzegovina |
|
|
BB |
Barbados |
|
|
BH |
il-Bahrain |
|
|
BM |
Bermuda |
|
|
BQ |
Bonaire, Sint Eustatius u Saba (il-Gżejjer BES) |
|
|
BY |
il-Belarussja |
|
|
CA |
il-Kanada |
|
|
CL |
iċ-Ċilì |
|
|
CW |
Curaçao |
|
|
FJ |
Fiġi |
|
|
FK |
il-Gżejjer Falkland |
|
|
HK |
Hong Kong |
|
|
JM |
il-Ġamajka |
|
|
JP |
il-Ġappun |
|
|
KN |
Saint Kitts u Nevis |
|
|
KY |
il-Gżejjer Cayman |
|
|
LC |
Saint Lucia |
|
|
MS |
Montserrat |
|
|
MK |
il-Maċedonja ta' Fuq |
|
|
MU |
Mauritius |
|
|
MX |
il-Messiku |
|
|
MY |
il-Malasja |
|
|
NC |
New Caledonia |
|
|
NZ |
New Zealand |
|
|
PF |
il-Polineżja Franċiża |
|
|
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
|
|
RU |
ir-Russja |
|
|
SG |
Singapore |
|
|
SH |
Saint Helena |
|
|
SX |
Sint Maarten |
|
|
TT |
Trinidad u Tobago |
|
|
TW |
it-Tajwan |
|
|
US |
l-Istati Uniti tal-Amerka |
AS — is-Samoa Amerikana GU — Guam MP — il-Gżejjer Mariana tat-Tramuntana PR — Puerto Rico VI — il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti” |
|
VC |
Saint Vincent u l-Grenadini |
|
|
VG |
il-Gżejjer Verġni Brittaniċi |
|
|
VU |
Vanuatu |
|
|
WF |
Wallis u Futuna |
|
ANNESS III
“PARTI 1
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa lejn Stat Membru minn territorju jew pajjiż terz skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013