|
2.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1292
tal-31 ta' Lulju 2019
li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2016/44, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati li tinsab fl-Anness III għal dak ir-Regolament. |
|
(3) |
L-entrati għal żewġ persuni jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet li tinsab fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat f'konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
ANNESS
Fl-Anness III (Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)) għar-Regolament (UE) 2016/44, l-entrati 1 (dwar ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed) u 14 (dwar AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed) jitħassru mil-lista li tinsab fil-Parti A (Persuni) u l-entrati li jkun fadal jieħdu numru ġdid, kif adatt.