1.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1290

tal-31 ta' Lulju 2019

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/338 fir-rigward tal-kontenut minimu ta' preparazzjoni ta' 6-fitażi prodotta mill-Aspergillus niger (DSM 25770) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna jew għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni.

(2)

L-użu tal-preparazzjoni ta' 6-fitażi prodotta mill-Aspergillus niger (DSM 25770), kien awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ tas-simna jew għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/338 (2).

(3)

Minn dak iż-żmien id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppropona li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni ta' dik il-preparazzjoni bit-tnaqqis tal-kontenut minimu tagħha minn 750 FTU/kg għal 125 FTU/kg ta' għalf. Mal-applikazzjoni intbagħtet ukoll id-data ġustifikattiva rilevanti. Il-Kummissjoni bagħtet dik l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-23 ta' Jannar 2019 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta' 6-fitażi, prodotta mill-Aspergillus niger (DSM 25770), għandha l-potenzjal li tkun effikaċi fid-doża minima rakkomandata ta' 125 FTU/kg ta' għalf fit-tiġieġ tas-simna u li din il-konklużjoni tista' tiġi estiża għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd/għat-tgħammir. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-formulazzjoni ta' 6-fitażi prodotta mill-Aspergillus niger (DSM 25770) turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. F'konformità ma' dan, jenħtieġ li l-użu ta' dik il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/338 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/338, fil-kolonna “Kontenut minimu” l-annotazzjoni korrispondenti għat-tiġieġ tas-simna u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, “750 FTU” hija sostitwita b'“125 FTU”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/338 tas-7 ta' Marzu 2018 dwar l-awtorizzazzjoni tal-formulazzjoni ta' 6-fitażi, prodotta mill-Aspergillus niger (DSM 25770) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ tas-simna, tiġieġ imrobbija għall-bajd, ħnieżer tas-simna, ħnieżer nisa, speċijiet minuri ta' porċini oħra tas-simna jew għat-tgħammir, dundjani tas-simna, dundjani mrobbija għat-tgħammir, l-ispeċijiet l-oħra kollha ta' għasafar (ħlief għasafar li jbidu) u għall-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) (ĠU L 65, 8.3.2018, p. 17).

(3)   EFSA Journal 2019; 17(2):5607.