|
26.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 199/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1262
tal-25 ta' Lulju 2019
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 li jaġġorna l-lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) u (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 (2) jistabbilixxi lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni (“lista tal-Unjoni”), li għandha tiġi aġġornata kif xieraq, f'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli u l-valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa f'konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, li l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 4(3) ta' dak ir-Regolament ġew sodisfatti għall-ispeċijiet aljeni invażivi li ġejjin: Acacia saligna (Labill.) H.L.Wendl. (Acacia cyanophylla Lindl.), Acridotheres tristis Linnaeus, 1766, Ailanthus altissima (Mill.) Swingle, Andropogon virginicus L., Arthurdendyus triangulatus (Dendy, 1894) Jones & Gerard (1999), Cardiospermum grandiflorum Sw., Cortaderia jubata (Lemoine ex Carrière) Stapf, Ehrharta calycina Sm., Gymnocoronis spilanthoides (D.Don ex Hook. & Arn.) DC., Humulus scandens (Lour.) Merr., Lepomis gibbosus Linnaeus, 1758, Lespedeza cuneata (Dum.Cours.) G.Don (Lespedeza juncea var. sericea (Thunb.) Lace & Hauech), Lygodium japonicum (Thunb.) Sw., Plotosus lineatus (Thunberg, 1787), Prosopis juliflora (Sw.) DC., Salvinia molesta D.S. Mitch. (Salvinia adnata Desv.), Triadica sebifera (L.) Small (Sapium sebiferum (L.) Roxb.). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li għal dawk l-ispeċijiet invażivi kollha, tqiesu b'mod xieraq l-elementi kollha stabbiliti fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. |
|
(4) |
Mill-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1141, l-ismijiet xjentifiċi ta' wħud mill-ispeċijiet fuq il-lista tal-Unjoni ġew riveduti. Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Mill-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1141, il-kodiċijiet tan-NM stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3) ġew aġġornati. Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispeċijiet Aljeni Invażivi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness ta' Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 tat-13 ta' Lulju 2016 li jadotta lista ta' speċijiet aljeni invażivi ta' tħassib għall-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 189, 14.7.2016, p. 4).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-tabella tal-lista ta' speċijiet aljeni invażivi ta' tħassib għall-Unjoni, jiddaħħlu l-ispeċijiet li ġejjin f'ordni alfabetiku:
|
|
(2) |
Fit-tabella tal-lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma ta' tħassib għall-Unjoni, “Orconectes limosus Rafinesque, 1817” hija sostitwita bi “Orconectes limosus Rafinesque, 1817 (Faxonius limosus Rafinesque, 1817)”. |
|
(3) |
Fit-tabella tal-lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma ta' tħassib għall-Unjoni, “Orconectes virilis Hagen, 1870” hija sostitwita bi “Orconectes virilis Hagen, 1870 (Faxonius virilis Hagen, 1870)”. |
|
(4) |
Fit-tabella tal-lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma ta' tħassib għall-Unjoni, “Procambarus fallax (Hagen, 1870) f. virginalis” hija sostitwita bi “Procambarus fallax (Hagen, 1870) f. virginalis (Procambarus virginalis Lyko, 2017)”. |
|
(5) |
Fit-tabella tal-lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma ta' tħassib għall-Unjoni, il-kodiċi tan-NM għall-partijiet li jistgħu jirriproduċu tal-Eichhornia crassipes (Martius) Solms “ex 1209 30 00” huwa sostitwit bil-kodiċi “ex 1209 99 99”. |
|
(6) |
Fin-noti tat-tabella għall-kolonna (iv), punt (2) “0301 93 00: Carp (Cyprinus carpio, Carassius carassius, Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus)” hija sostitwita bi “0301 93 00: Carp (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp.)”. |
|
(7) |
Fin-noti tat-tabella għall-kolonna (iv), punt (6) “1211 90 86: Pjanti oħra u partijiet tagħhom (inklużi żerriegħa u frott), tat-tip li jintużaw l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta' insettiċidi, fungiċidi jew simili, friski jew imnixxfa, kemm jekk maqtugħin jew le, misħuqin jew f'forma ta' trab” hija sostitwita bi “ex 1211 90 86: żrieragħ friski, mhux maqtugħin, misħuqin jew f'forma ta' trab”. |
|
(8) |
Fin-noti tat-tabella għall-kolonna (iv), jiżdied il-punt li ġej:
|