|
23.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 195/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1249
tat-22 ta' Lulju 2019
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (1), b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' għalf u ta' ikel ta' oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punt tad-dħul magħżul (“DPE”) fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
|
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta regolarment, u mill-inqas darbtejn fis-sena, filwaqt li jitqiesu s-sorsi ta' tagħrif imsemmija f'dak l-Artikolu. |
|
(3) |
L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti riċenti dwar l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri fuq l-għalf u l-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali kif ukoll ir-rapporti ta' darbtejn fis-sena dwar il-konsenji tal-għalf u tal-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista jenħtieġ li tiġi emendata. |
|
(4) |
B'mod partikolari, għall-konsenji ta' frott tas-siġra tal-ħobż (Artocarpus heterophyllus) mill-Malasja, id-data li tirriżulta min-notifiki li jaslu permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf u informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri jindikaw l-emerġenza ta' riskji ġodda għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-kontaminazzjoni possibbli tar-residwi tal-pestiċidi, li jeħtieġu l-introduzzjoni ta' livell ogħla ta' kontrolli uffiċjali. Barra minn hekk, għall-ġewż tal-art (karawett) mill-Istati Uniti tal-Amerika, id-data li tirriżulta min-notifiki li jaslu permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf tindika riskji għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-kontaminazzjoni possibbli tal-aflatossini, li jeħtieġu l-introduzzjoni ta' livell miżjud ta' kontrolli uffiċjali. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw dawn il-konsenji jiddaħħlu fil-lista. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (4) jistabbilixxi livell massimu ta' ċjanur tal-idroġenu (ċjanur) fil-lewż tal-berquq mhux ipproċessat sħiħ, mitħun, ikkrekkjat u mqatta', imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1237 (5) jistipula li l-operatur li jqiegħed il-lewż tal-berquq mhux ipproċessat sħiħ, mitħun, ikkrekkjat u imqatta', fis-suq għall-konsumatur finali għandu jipprovdi, fuq talba mingħand l-awtorità kompetenti, evidenza tal-konformità tal-prodott ikkummerċjalizzat mal-livell massimu. Għall-konsenji ta' lewż tal-berquq mhux ipproċessat mit-Turkija maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur finali, id-data li tirriżulta min-notifiki li jaslu permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf tindika li tfaċċaw riskji ġodda għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-preżenza taċ-ċjanur tal-idroġenu (ċjanur), li jeħtieġu l-introduzzjoni ta' livell ogħla ta' kontrolli uffiċjali. Għalhekk, jenħtieġ li fil-lista tiddaħħal entrata rigward dawn il-konsenji. |
|
(6) |
Barra minn hekk, minħabba l-frekwenza għolja ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 669/2009, huwa xieraq li tiżdied il-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità fuq it-te u l-goji miċ-Ċina u fuq il-bżar u l-fażola asparagu mir-Repubblika Dominicana. Għalhekk, jenħtieġ li fil-lista l-entrati rigward dawn il-konsenji jiġu emendati skont dan. |
|
(7) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li l-lista tiġi emendata billi titnaqqas il-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità fuq il-berquq mit-Turkija minħabba n-nuqqas ta' frekwenza ta' konformità mar-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 669/2009. Għalhekk, jenħtieġ li fil-lista l-entrati rigward dawn il-konsenji jiġu emendati skont dan. |
|
(8) |
L-entrata eżistenti fil-lista dwar il-goji miċ-Ċina teħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jittestjaw din il-komodità għal pestiċidi speċifiċi li ma jinkludux in-nikotina. Ġew irrapportati detezzjonijiet frekwenti tan-nikotina fil-goji miċ-Ċina. Huwa għalhekk xieraq li tiġi emendata l-entrata eżistenti fir-rigward tal-goji miċ-Ċina fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 biex tirrifletti l-ħtieġa li l-awtoritajiet kompetenti jittestjaw din il-komidità għan-nikotina. |
|
(9) |
Ġdur (Brassica rapa spp. Rapa) mil-Libanu u mis-Sirja, ippreparati jew ippreservati permezz tas-salmura jew tal-aċidu ċitriku, jippreżentaw l-istess riskju bħall-forom ta' dik il-komodità mil-Libanu u mis-Sirja attwalment elenkati. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista tiġi emendata biex tinkludi l-ġdur ippreparati jew ippreservati permezz tas-salmura jew tal-aċidu ċitriku mil-Libanu u mis-Sirja. |
|
(10) |
Sabiex ikunu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, jixraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi sostitwit kollu kemm hu. |
|
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi emendat skont dan. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta' kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
(3) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1237 tas-7 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livell massimu ta' ċjanur tal-idroġenu fil-lewż tal-berquq mhux ipproċessat sħiħ, mitħun, ikkrekkjat u mqatta', imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali (ĠU L 177, 8.7.2017, p. 36).
ANNESS
“ANNESS I
Għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali soġġett għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul
|
Għalf u ikel (użu maħsub) |
Kodiċi NM (1) |
Subdiviżjoni TARIC |
Pajjiż tal-oriġini |
Periklu |
Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) |
||||
|
|
|
Il-Bolivja (BO) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
(Ikel - imnixxef, la mfarrak u lanqas mitħun) |
ex 0904 11 00 |
10 |
Il-Brażil (BR) |
Salmonella (2) |
20 |
||||
|
Goġi (wolfberries) (Lycium barbarum L.) (Ikel – frisk, imkessaħ jew imnixxef) |
ex 0813 40 95 ; ex 0810 90 75 |
10 10 |
Iċ-Ċina (CN) |
20 |
|||||
|
Bżar ħelu (Capsicum annuum) (Ikel – imfarrak jew mitħun) |
ex 0904 22 00 |
11 |
Iċ-Ċina (CN) |
Salmonella (2) |
20 |
||||
|
Te, kemm jekk imħawwar jew le (Ikel) |
0902 |
|
Iċ-Ċina (CN) |
20 |
|||||
|
Brunġiel (Solanum melongena) (Ikel – frisk jew imkessaħ) |
0709 30 00 |
|
Ir-Repubblika Dominicana (DO) |
Residwi tal-pestiċidi (3) |
20 |
||||
|
|
|
Ir-Repubblika Dominicana (DO) |
50 |
|||||
|
|
20 20 |
|||||||
(Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
10 10 |
|||||||
|
|
|
L-Eġittu (EG) |
20 |
|||||
(Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
20 20 |
|||||||
|
Żerriegħa tal-ġulġlien (Ikel – frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
L-Etjopja (ET) |
Salmonella (2) |
50 |
||||
|
|
|
Il-Georgia (GE) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
|
|||||||
|
|
40 |
|||||||
(Ikel) |
|
30 20 30 |
|||||||
|
Żejt tal-palm (Ikel) |
1511 10 90 ; 1511 90 11 ; |
|
Il-Ghana (GH) |
Koloranti tas-Sudan (9) |
50 |
||||
|
ex 1511 90 19 ; |
90 |
||||||||
|
1511 90 99 |
|
||||||||
|
Okra (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 99 90 ; ex 0710 80 95 |
20 30 |
L-Indja (IN) |
10 |
|||||
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 60 99 ; ex 0710 80 59 |
20 20 |
L-Indja (IN) |
20 |
|||||
|
Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.) (Ikel – frisk jew imkessaħ) |
0708 20 |
|
Il-Kenja (KE) |
Residwi tal-pestiċidi (3) |
5 |
||||
|
Karfus (Apium graveolens) (Ikel – ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ) |
ex 0709 40 00 |
20 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||
|
Fażola asparagu (Vigna unguiculata ssp. sesquipedalis, vigna unguiculata ssp. unguiculata) (Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00 |
10 10 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||
|
Ġdur (Brassica rapa ssp. rapa) (Ikel – ippreparat jew ippreservat fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku) |
ex 2001 90 97 ; |
11 ; 19 |
Il-Libanu (LB) |
Rodamina B |
50 |
||||
|
Ġdur (Brassica rapa ssp. rapa) Ikel – ippreparat jew ippreservat fis-salmura jew fl-aċidu ċitriku, mhux iffriżat) |
ex 2005 99 80 |
93 |
Il-Libanu (LB) |
Rodamina B |
50 |
||||
|
Bżar (ħelu jew mhux) (Capsicum spp.) (Ikel – imnixxef, mixwi, imfarrak jew mitħun) |
0904 21 10 ; |
|
Is-Sri Lanka (LK) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
ex 0904 21 90 ; |
20 |
||||||||
|
ex 0904 22 00 ; |
11 ; 19 |
||||||||
|
ex 2008 99 99 |
79 |
||||||||
|
|
|
Il-Madagascar (MG) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
|
Jackfruit (Artocarpus heterophyllus) (Ikel – frisk) |
ex 0810 90 20 |
20 |
Il-Malasja MY |
Residwi tal-pestiċidi (3) |
20 |
||||
|
Żerriegħa tal-ġulġlien (Ikel – frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
In-Niġerja (NG) |
Salmonella (2) |
50 |
||||
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 60 99 ; ex 0710 80 59 |
20 20 |
Il-Pakistan (PK) |
Residwi tal-pestiċidi (3) |
20 |
||||
|
Lampun (Ikel – iffriżat) |
ex 0811 20 11 ; ex 0811 20 19 ; 0811 20 31 |
10 10 |
Is-Serbja (RS) |
Norovajrus |
10 |
||||
|
Żerriegħa tal-ġulġlien (Ikel – frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
Is-Sudan (SD) |
Salmonella (2) |
50 |
||||
|
Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus spp.) u l-prodotti li ġejjin minnhom (Ikel) |
ex 1207 70 00 ; ex 1208 90 00 ; ex 2008 99 99 |
10 10 50 |
Sierra Leone (SL) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
|
Is-Senegal (SN) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
|
Ġdur (Brassica rapa ssp. rapa) (Ikel – ippreparat jew ippreservat fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku) |
ex 2001 90 97 ; |
11 ; 19 |
Is-Sirja (SY) |
Rodamina B |
50 |
||||
|
Ġdur (Brassica rapa ssp. rapa) Ikel – ippreparat jew ippreservat fis-salmura jew fl-aċidu ċitriku, mhux iffriżat) |
ex 2005 99 80 |
93 |
Is-Sirja (SY) |
Rodamina B |
50 |
||||
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 60 99 ; ex 0710 80 59 |
20 20 |
It-Tajlandja (TH) |
10 |
|||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
Sulfiti (16) |
10 |
||||
(Ikel) |
|
||||||||
|
Għeneb imnixxef (inkluż l-għeneb imnixxef imqatta' jew mgħaffeġ f'pejst, mingħajr trattament ieħor) (Ikel) |
0806 20 |
|
It-Turkija (TR) |
Okratossina A |
5 |
||||
|
Lumi (Citrus limon, Citrus limonum) (Ikel – frisk, imkessaħ jew imnixxef) |
0805 50 10 |
|
It-Turkija (TR) |
Residwi tal-pestiċidi (3) |
10 |
||||
|
Rummien (Ikel – frisk jew imkessaħ) |
ex 0810 90 75 |
30 |
It-Turkija (TR) |
10 |
|||||
|
Bżar Ħelu (Capsicum annuum) (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
0709 60 10 ; 0710 80 51 |
|
It-Turkija (TR) |
10 |
|||||
|
Lewż tal-berquq mhux ipproċessati sħaħ, mitħunin, ikkrekkjati, imqattgħin, imqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali (19) (20) (Ikel) |
ex 1212 99 95 |
20 |
It-Turkija (TR) |
Ċjanur |
50 |
||||
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 60 99 ex 0710 80 59 |
20 20 |
L-Uganda (UG) |
Residwi tal-pestiċidi (3) |
20 |
||||
|
Żerriegħa tal-ġulġlien (Ikel – frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
L-Uganda (UG) |
Salmonella (2) |
50 |
||||
|
|
|
L-Istati Uniti (US) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
|
|
|
L-Istati Uniti (US) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
||||||||
(Ikel) |
|
20 20 |
|||||||
|
|
|
L-Użbekistan (UZ) |
Sulfiti (16) |
50 |
||||
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
72 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
|
|
20 |
|||||||
|
|
30 |
|||||||
(Ikel – ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ) |
|
40 |
|||||||
|
Okra (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 99 90 ex 0710 80 95 |
20 30 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
ex 0709 60 99 ; ex 0710 80 59 |
20 20 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
(1) Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt kwalunkwe kodiċi tan-NM, il-kodiċi tan-NM jiġi mmarkat bl-ittri ‘ex’. quddiemu.
(2) Il-metodu ta' referenza EN ISO 6579-1 jew metodu vvalidat abbażi tiegħu f'konformità mal-protocol stabbilit f'EN ISO 16140-2.
(3) Ir-residwi ta' mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa GC-MS, u dawk ibbażati fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa LC-MS (il-pestiċidi jridu jiġu ssorveljati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).
(4) Residwi ta' amitraz.
(5) Residwi ta' nikotina.
(6) Residwi ta' tolfenpyrad.
(7) Ir-residwi tal-aċefat, tal-aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), tal-amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4-dimetilanilina mogħtija bħala amitraz), tad-diafentjuron, tad-dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).
(8) Ir-residwi tad-dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-dinotefuran, tal-folpet, tal-prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), tat-tijofanat metil u tat-triforina.
(9) Għall-fini ta' dan l-Anness, ‘Koloranti tas-Sudan’ tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin: (i) Sudan I (Numru CAS 842-07-9); (ii) Sudan II (Numru CAS 3118-97-6); (iii) Sudan III (Numru CAS 85-86-9); (iv) Scarlet Red; jew Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).
(10) Ir-residwi tad-diafentjuron.
(11) Ir-residwi tal-karbofuran.
(12) Ir-residwi tal-fentoat.
(13) Ir-residwi tal-klorbufam.
(14) Ir-residwi tal-formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), tal-protijofos u tat-triforina.
(15) Kontrolli fiżiċi u tal-identità jistgħu jitwettqu mill-awtorità kompetenti tal-post ta' destinazzjoni kif indikat fis-CED, skont l-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament.
(16) Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.
(17) Ir-residwi tal-Prokloraż.
(18) Ir-residwi tad-diafentjuron, tal-formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), u tat-tijofanat metil.
(19) ‘Prodotti mhux ipproċessati’ kif definit fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(20) ‘It-tqegħid fis-suq’ u ‘l-konsumatur finali’ kif definiti fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(21) Ir-residwi tad-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), tal-fentoat u tal-quinalfos.