12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1190

tal-11 ta' Lulju 2019

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 f'dak li għandu x'jaqsam mat-tnaqqis mill-kwoti tas-sajd allokati lil Spanja għall-2019

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 105(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-2013 il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 (2) li jipprevedi tnaqqis minn ċerti kwoti tas-sajd allokati lil Spanja fl-2013 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed ta' ċertu kwota tal-kavalli fl-2009. Dak ir-Regolament stabbilixxa tnaqqis mill-kwota tal-kavalli fid-Diviżjoni 8c tal-ICES, fis-Subżoni 9 u 10 tiegħu u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF u tnaqqis mill-kwota tal-inċova fis-Subżona 8 tal-ICES.

(2)

Il-flotta kostali ta' Spanja tiddependi ħafna fuq il-kavalli u l-profittabbiltà tagħha diġà hija baxxa ħafna. Barra minn hekk, għall-2019 il-kwota hija 20 % inqas minn dik għall-2018 u t-tnaqqis b'rabta mal-kavalli se jkompli għaddej sal-2023. Il-pressjoni tas-sajd fuq l-istokk mhix se tiżdied meta mqabbla ma' dik li diġà hija permessa mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 (3) billi wieħed jippermetti tnaqqis inqas għall-kavalli fl-2019 biss. Sabiex jiġu evitati konsegwenzi soċjali u ekonomiċi kemm għas-settur tas-sajd ikkonċernat u kemm għall-industrija tal-ipproċessar marbuta miegħu, jenħtieġ li l-kwantitajiet li jitnaqqsu f'sena partikulari ma jaqbżux it-33 % tal-kwota annwali tal-kavalli. Meta l-kwantità li trid titnaqqas tkun taqbeż it-33 % tal-kwota annwali tal-kavalli, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 jiġi emendat sabiex titnaqqas il-kwantità annwali li trid titnaqqas filwaqt li jittawwal kif xieraq il-perjodu tat-tnaqqis.

(3)

Spanja għandha kwota ta' 24 597 tunnellata ta' kavalli fid-Diviżjoni 8c tal-ICES, fis-Subżoni 9 u 10 tiegħu u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF għall-2019, filwaqt li t-tnaqqis previst fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 għal dik is-sena huwa ta' 9 240 tunnellata, jiġifieri ta' 38 % tal-kwota Spanjola. B'hekk jenħtieġ li l-ammonti li jridu jitnaqqsu fl-2019 jitnaqqsu sabiex ikunu jirrappreżentaw 33 % tal-kwota u jenħtieġ li d-differenza tiżdied mal-ammonti li jridu jitnaqqsu fl-2023.

(4)

Spanja talbet li t-tnaqqis mill-kwota tal-kavalli għall-2019 jitnaqqas mill-5 544 tunnellata stabbiliti oriġinarjament għal 4 421 tunnellata. Id-differenza tirrappreżenta 0,1 % mit-TAC totali, allura l-impatt bijoloġiku fuq l-istokk huwa minimu, iżda xorta waħda huwa importanti għas-sajd fuq skala żgħira. It-tnaqqis li se jsir fl-2023 mill-istess kwota se jiżdied mill-269 tunnellata stabbiliti oriġinarjament għal 1 392 tunnellata. Il-proporzjon oriġinali tat-tnaqqis mill-kwoti tal-kavalli u tal-inċova se jvarja minn sena għall-oħra, iżda se jinżamm l-istess tul il-perjodu kollu tal-2019 sal-2023. L-ammonti li jridu jitnaqqsu fl-2023 se jibqgħu taħt l-ammonti annwali tat-tnaqqis stabbiliti għall-perjodu mill-2016 sal-2022.

(5)

It-tibdil fl-ammonti mnaqqsin mill-kwoti tal-kavalli u tal-inċova fl-2019 se jkompli jiżgura li ma jinqabżux l-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 għal dawk l-ispeċijiet. Dan se jkun konformi mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 jiġi emendat kif xieraq.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 62, 6.3.2013, p. 1.

(3)   ĠU L 29, 31.1.2019, p. 1.


ANNESS

Stokk

Il-kwota inizjali għall-2009

Il-kwota adattata għall-2009

Il-qabdiet stabbiliti għall-2009

Id-differenza bejn il-qabdiet u l-kwota (is-sajd żejjed)

It-tnaqqis għall-2013

It-tnaqqis għall-2014

It-tnaqqis għall-2015

It-tnaqqis għall-2016

It-tnaqqis għall-2017

It-tnaqqis għall-2018

It-tnaqqis għall-2019

It-tnaqqis għall-2020

It-tnaqqis għall-2021

It-tnaqqis għall-2022

It-tnaqqis għall-2023

MAC8C

3411

29 529

25 525

90 954

–65 429

100

100

100

5 544

6 283

4 805

4 421

5 544

5 544

5 544

1 392

ANE08 (1)

 

 

 

 

 

 

 

3 696

4 539

2 853

3 696

3 696

3 696

3 696

180


(1)  Għall-inċova, is-sena tfisser l-istaġun tas-sajd li jibda f'dik is-sena.