|
11.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/26 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1177
tal-10 ta' Lulju 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-ġelatina, tal-interjuri għat-taħwir u tax-xaħmijiet imdewba
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(4) u l-Artikolu 41(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika u tal-annimali għall-importazzjonijiet tal-ġelatina, tal-interjuri għat-taħwir u tax-xaħmijiet imdewba. |
|
(2) |
It-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I u t-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti sekondarji tal-annimali. |
|
(3) |
L-Eġittu pprovda lill-Kummissjoni b'garanziji suffiċjenti għall-kontrolli mill-awtorità kompetenti fuq il-produzzjoni tal-ġelatina. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li l-Eġittu jiżdied mal-lista ta' pajjiżi terzi minn fejn il-ġelatina tista' tiġi importata fl-Unjoni. |
|
(4) |
L-interjuri għat-taħwir għall-manifattura ta' ikel għall-annimali domestiċi jistgħu jinkisbu minn annimali domestiċi iżda wkoll minn annimali selvaġġi mbiċċra jew maqtula għall-konsum mill-bniedem. Huwa opportun li l-lista ta' pajjiżi terzi eliġibbli għall-importazzjoni ta' interjuri għat-taħwir tiġi allinjata ma' referenza għal-lista ta' pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjoni ta' laħam ta' annimali tal-kaċċa salvaġġa għall-konsum mill-bniedem. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1261 (3) introduċa metodu alternattiv, ibbażat fuq il-valutazzjoni tal-EFSA (4), għall-produzzjoni ta' fjuwils li jistgħu jiġġeddu. Huwa opportun li jitħallew l-importazzjonijiet ta' xaħmijiet imdewba msemmija fl-Artikoli 8, 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 biex jintużaw fil-metodu alternattiv il-ġdid minħabba li l-użu tal-istess materjali huwa permess fl-Unjoni. Il-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat skont it-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1261 tat-12 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward ta' metodi alternattivi għall-ipproċessar ta' ċerti xaħmijiet immaċinati (ĠU L 182, 13.7.2017, p. 31).
(4) Scientific Opinion on a continuous multiple-step catalytic hydro-treatment for the processing of rendered animal fat (Category 1)(EFSA Journal 2015;13(11):4307).
ANNESS
L-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
fit-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I, ir-ringiela 5 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
|
(b) |
fit-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II, ir-ringiela 13 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
|
(c) |
fit-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II, ir-ringiela 17 hija sostitwita b'dan li ġej:
|