10.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1174

tad-9 ta' Lulju 2019

li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2019 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 22(1), 36(4), 42(2), 47(3), 49(2), 51(4) u 53(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta' pagament bażiku stipulata fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 22(1) ta' dak ir-Regolament għall-2019 għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu l-ammonti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta' dak ir-Regolament mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiġu kkunsidrati ż-żidiet kollha applikati mill-Istati Membri skont din id-dispożizzjoni.

(2)

Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja stipulata fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 36(4) ta' dak ir-Regolament għall-2019 għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu l-ammonti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta' dak ir-Regolament mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. B'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, meta l-Kummissjoni tiffissa l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, din trid tieħu kont taż-żidiet applikati mill-Istati Membri b'rabta ma' din id-dispożizzjoni.

(3)

Għal kull Stat Membru li jagħti l-pagament ridistributtiv previst fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 42(2) ta' dak ir-Regolament għas-sena 2019 għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni abbażi tal-persentaġġ innotifikat minn dawk l-Istati Membri skont l-Artikolu 42(1) ta' dak ir-Regolament.

(4)

Fir-rigward tal-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent previst fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2019, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 47(3) ta' dak ir-Regolament għall-2019 għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 47(1) ta' dak ir-Regolament u jammontaw għal 30 % tal-limitu massimu nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti kif stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament.

(5)

Għal Stati Membri li jagħtu l-pagament għal żoni b'restrizzjonijiet naturali previst fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 49(2) ta' dak ir-Regolament għall-2019 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-persentaġġ innotifikat mill-Istati Membri rilevanti skont l-Artikolu 49(1) ta' dak ir-Regolament.

(6)

Fir-rigward tal-pagament għal bdiewa żgħażagħ previst fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 51(4) ta' dak ir-Regolament għall-2019 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-persentaġġ innotifikat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 51(1) ta' dak ir-Regolament u ma jridux ikunu iżjed minn 2 % tal-limitu massimu annwali ffissat fl-Anness II.

(7)

Meta l-ammont totali tal-pagament għal bdiewa żgħażagħ applikat fl-2019 fi Stat Membru jkun jaqbeż il-limitu massimu stabbilit skont l-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal dak l-Istat Membru, id-differenza għandha tiġi ffinanzjata mill-Istat Membru b'konformità mal-Artikolu 51(2) ta' dak ir-Regolament filwaqt li jiġi rrispettat l-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu 51(1) ta' dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta' ċarezza, huwa xieraq li jiġi stabbilit dan l-ammont massimu għal kull Stat Membru.

(8)

Għal kull Stat Membru li jagħti l-appoġġ akkoppjat volontarju previst fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2019, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 53(7) ta' dak ir-Regolament għall-2019 abbażi tal-persentaġġ innotifikat mill-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 54(1) ta' dak ir-Regolament.

(9)

Fir-rigward tas-sena 2019, l-implimentazzjoni tal-iskemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bdiet fl-1 ta' Jannar 2019. Għal raġunijiet ta' konsistenza bejn l-applikabbiltà ta' dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2019 u l-applikabbiltà tal-limiti massimi baġitarji korrispondenti, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2019 għall-iskema ta' pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt I tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2019 għall-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt II tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2019 għall-pagament ridistributtiv imsemmi fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament(UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt III tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

4.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2019 għall-pagamenti ta' prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmi fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt IV tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

5.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2019 għall-pagament għal żoni b'restrizzjonijiet naturali msemmi fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt V tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

6.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2019 għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VI tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

7.   L-ammonti massimi għall-2019 għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VII tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

8.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2019 għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmi fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VIII tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.


ANNESS

I.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2019

Il-Belġju

211 289

Id-Danimarka

531 810

Il-Ġermanja

2 988 165

L-Irlanda

825 611

Il-Greċja

1 091 170

Spanja

2 845 377

Franza

3 025 958

Il-Kroazja

143 257

L-Italja

2 155 184

Il-Lussemburgu

22 741

Malta

650

In-Netherlands

466 930

L-Awstrija

470 383

Il-Portugall

279 562

Is-Slovenja

75 223

Il-Finlandja

262 840

L-Iżvezja

403 066

Ir-Renju Unit

2 092 657

II.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2019

Il-Bulgarija

378 884

Ir-Repubblika Ċeka

472 211

L-Estonja

93 655

Ċipru

29 672

Il-Latvja

148 482

Il-Litwanja

187 426

L-Ungerija

733 206

Il-Polonja

1 576 884

Ir-Rumanija

987 609

Is-Slovakkja

253 038

III.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament ridistributtiv imsemmi fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2019

Il-Belġju

46 100

Il-Bulgarija

55 900

Il-Ġermanja

335 480

Franza

687 718

Il-Kroazja

31 765

Il-Litwanja

72 552

Il-Polonja

298 036

Il-Portugall

23 050

Ir-Rumanija

101 799

Ir-Renju Unit

81 479

IV.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament għal prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent kif imsemmija fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2019

Il-Belġju

144 557

Il-Bulgarija

238 888

Ir-Repubblika Ċeka

258 509

Id-Danimarka

245 627

Il-Ġermanja

1 437 770

L-Estonja

43 190

L-Irlanda

363 320

Il-Greċja

550 385

Spanja

1 468 030

Franza

2 063 154

Il-Kroazja

95 294

L-Italja

1 111 301

Ċipru

14 593

Il-Latvja

84 046

Il-Litwanja

145 104

Il-Lussemburgu

10 030

L-Ungerija

402 860

Malta

1 573

In-Netherlands

201 261

L-Awstrija

207 521

Il-Polonja

1 035 154

Il-Portugall

179 807

Ir-Rumanija

570 959

Is-Slovenja

40 283

Is-Slovakkja

135 498

Il-Finlandja

157 389

L-Iżvezja

209 930

Ir-Renju Unit

961 573

V.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali msemmija fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2019

Id-Danimarka

2 857

Is-Slovenja

2 122

VI.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2019

Il-Belġju

9 095

Il-Bulgarija

3 176

Ir-Repubblika Ċeka

1 723

Id-Danimarka

14 328

Il-Ġermanja

47 926

L-Estonja

979

L-Irlanda

24 221

Il-Greċja

36 692

Spanja

97 869

Franza

68 772

Il-Kroazja

6 353

L-Italja

37 043

Ċipru

657

Il-Latvja

5 603

Il-Litwanja

6 046

Il-Lussemburgu

501

L-Ungerija

5 371

Malta

21

In-Netherlands

13 417

L-Awstrija

13 835

Il-Polonja

34 505

Il-Portugall

11 987

Ir-Rumanija

23 752

Is-Slovenja

2 014

Is-Slovakkja

1 706

Il-Finlandja

5 246

L-Iżvezja

10 497

Ir-Renju Unit

16 405

VII.   L-ammonti massimi għall-pagament għall bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2019

Il-Belġju

9 637

Il-Bulgarija

15 926

Ir-Repubblika Ċeka

17 234

Id-Danimarka

16 375

Il-Ġermanja

95 851

L-Estonja

2 879

L-Irlanda

24 221

Il-Greċja

36 692

Spanja

97 869

Franza

137 544

Il-Kroazja

6 353

L-Italja

74 087

Ċipru

973

Il-Latvja

5 603

Il-Litwanja

9 674

Il-Lussemburgu

669

L-Ungerija

26 857

Malta

105

In-Netherlands

13 417

L-Awstrija

13 835

Il-Polonja

69 010

Il-Portugall

11 987

Ir-Rumanija

38 064

Is-Slovenja

2 686

Is-Slovakkja

9 033

Il-Finlandja

10 493

L-Iżvezja

13 995

Ir-Renju Unit

64 105

VIII.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmi fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2019

Il-Belġju

80 935

Il-Bulgarija

119 444

Ir-Repubblika Ċeka

129 255

Id-Danimarka

24 135

L-Estonja

6 142

L-Irlanda

3 000

Il-Greċja

182 056

Spanja

584 919

Franza

1 031 577

Il-Kroazja

47 647

L-Italja

478 600

Ċipru

3 891

Il-Latvja

42 023

Il-Litwanja

72 552

Il-Lussemburgu

160

L-Ungerija

201 430

Malta

3 000

In-Netherlands

3 350

L-Awstrija

14 526

Il-Polonja

505 933

Il-Portugall

117 535

Ir-Rumanija

259 043

Is-Slovenja

17 456

Is-Slovakkja

67 740

Il-Finlandja

102 828

L-Iżvezja

90 970

Ir-Renju Unit

53 129