9.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1170
tat-8 ta' Lulju 2019
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 43 u 44 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 (2) jistabbilixxi rekwiżiti għall-introduzzjoni koordinata ta' servizzi ta' kollegament tad-data bbażati fuq komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art minn punt għall-ieħor. |
(2) |
Filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-kwistjonijiet attwali fl-implimentazzjoni b'rabta mal-kollegament tad-data u l-azzjonijiet korrettivi meħuda, u filwaqt li jiġi rikonoxxut li mill-inqas 75 % tat-titjiriet jenħtieġ li jkunu mgħammra b'kapaċità ta' kollegament tad-data, il-kriterji għall-eżenzjonijiet jenħtieġ li jiġu emendati. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jibqgħu effettivi, mingħajr ma jitqiegħed piż ekonomiku mhux xieraq fuq kategoriji speċifiċi ta' operaturi li jikkontribwixxu ferm inqas għall-għadd kumplessiv ta' titjiriet. Tali kategoriji jenħtieġ li jinkludu operaturi ta' inġenji tal-ajru b'Sistemi tal-Futur għan-Navigazzjoni tal-Ajru (FANS) 1/A installati, operaturi ta' inġenji tal-ajru aktar qodma, u operaturi ta' inġenji tal-ajru ddisinjati biex iġorru 19-il passiġġier jew inqas. |
(3) |
Sabiex ir-Regolament jinżamm aġġornat, jenħtieġ li fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 29/2009 isiru referenzi għall-emendi għall-Anness 10 tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”), u li jiġu kkoreġuti diversi żbalji klerikali. |
(4) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310 (3) emenda l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 29/2009, iżda dik l-emenda ma kinitx riflessa tajjeb fl-Artikoli 6 u 8 korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 29/2009. Jenħtieġ li din l-ommissjoni tiġi kkoreġuta. |
(5) |
Billi dan ir-Regolament jemenda l-kriterji għall-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 29/2009, huwa xieraq li t-termini tar-Regolament imsemmi l-aħħar jiġu adattati wkoll għall-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, imsemmi fl-Artikolu 44 tiegħu. |
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 29/2009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 29/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal:
|
(2) |
fil-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 6, ir-referenzi għall-Artikolu 3(2) u 3(3) huma sostitwiti b'referenzi għall-Artikolu 3(2); |
(3) |
fil-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 8, ir-referenzi għall-Artikolu 3(5) huma sostitwiti b'referenzi għall-Artikolu 3(4); |
(4) |
fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 14, “Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004” huwa sostitwit b'“Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139”; |
(5) |
fl-Artikolu 14, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(6) |
L-Anness III huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 13, 17.1.2009, p. 3).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310 tas-26 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 441/2014 (ĠU L 56, 27.2.2015, p. 30).
ANNESS
“ANNESS III
1.
Il-punt ORO.MLR.105 tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru, jew l-Anness 6 tal-ICAO — Operazzjoni ta' inġenji tal-ajru, Parti I, (Trasport Kummerċjali Internazzjonali bl-Ajru – Ajruplani) (Il-11-il edizzjoni, Lulju 2018, li tinkorpora l-emenda 43), jew l-Anness 6 tal-ICAO — Operazzjoni ta' inġenji tal-ajru, Parti II (Avjazzjoni Ġenerali Internazzjonali – Ajruplani) (L-10 Edizzjoni, Lulju 2018, li tinkorpora l-emenda 36).
2.
Kapitolu 3 — Netwerk tat-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika, Taqsima 3.5.1.1 “Ġestjoni tal-Kuntest” (CM) punti ta' applikazzjoni (a) u (b) tal-Anness 10 tal-ICAO — Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi — Volum III, Parti I (Sistemi ta' Komunikazzjoni ta' Data Diġitali) (It-tieni edizzjoni, Lulju 2007, li tinkorpora l-emendi 70-82).
3.
Kapitolu 3 — Netwerk tat-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika, Taqsima 3.5.2.2 “Komunikazzjonijiet b'Kollegament tad-Data bejn il-Kontrollur u l-Bdot” (CPDLC) il-punti ta' applikazzjoni (a) u (b) tal-Anness 10 tal-ICAO — Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi — Volum III, Parti I (Sistemi ta' Komunikazzjoni ta' Data Diġitali) (It-tieni edizzjoni, Lulju 2007, li tinkorpora l-emendi 70-82).
4.
Kapitolu 3 — Netwerk tat-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika, Taqsimiet 3.3, 3.4 u 3.6 tal-Anness 10 tal-ICAO — Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi — Volum III, Parti I (Sistemi ta' Komunikazzjoni ta' Data Diġitali) (It-tieni edizzjoni, Lulju 2007, li tinkorpora l-emendi 70-82).
5.
Kapitolu 6 — Kollegament diġitali VHF mill-ajru għall-art (VDL) tal-Anness 10 tal-ICAO — Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi — Volum III, Parti I (Sistemi ta' Komunikazzjoni ta' Data Diġitali) (It-tieni edizzjoni, Lulju 2007, li tinkorpora l-emenda 90).
6.
Kapitolu 3 — Proċeduri ġenerali għas-servizz internazzjonali tat-telekomunikazzjoni ajrunawtika, Taqsima 3.5.1.5 tal-Anness 10 tal-ICAO — Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi — Volum II (Proċeduri ta' Komunikazzjoni inklużi dawk bi status ta' PANS) (Is-Seba' edizzjoni, Lulju 2016, li tinkorpora l-emendi 40-90).
7.
Kapitolu 2 — Ġenerali — Taqsima 2.26.3 tal-Anness 11 tal-ICAO — Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru (L-14-il edizzjoni, Lulju 2016, li tinkorpora l-emenda 50-A).
8.
Kapitolu 6 — Rekwiżiti tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għall-komunikazzjonijiet — Taqsima 6.1.1.2, tal-Anness 11 tal-ICAO — Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru (L-14-il edizzjoni, Lulju 2016, li tinkorpora l-emenda 50-A).
9.
Eurocae ED-111, Speċifikazzjonijiet funzjonali għar-reġistrazzjoni fuq l-art CNS/ATM, Lulju 2002, inkluża l-Emenda 1 (30.7.2003).
10.
Eurocae ED-100 (Settembru 2000) u ED-100A (April 2005), Rekwiżiti ta' Interoperabbiltà għal applikazzjonijiet ATS li jużaw Komunikazzjonijiet tad-Data ARINC 622.
11.
Eurocae ED-120 Standard tar-Rekwiżiti tas-Sikurezza u tal-Prestazzjoni għas-Servizzi ta' Kollegament tad-data tat-Traffiku tal-Ajru fl-Ispazju tal-Ajru Kontinentali’, ippubblikat f'Mejju 2004, inkluża l-Bidla nru 1, ippubblikata f'April 2007, u l-Bidla nru 2, ippubblikata f'Ottubru 2007.