24.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1025
tat-18 ta' Ġunju 2019
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti “Pruneaux d'Agen”/“Pruneaux d'Agen mi-cuits” (IĠP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta' emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Pruneaux d'Agen”/“Pruneaux d'Agen mi-cuits”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2066/2002 (2). Din l-emenda tinkludi emenda tal-isem “Pruneaux d'Agen”/“Pruneaux d'Agen mi-cuits” għal “Pruneaux d'Agen”. |
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna l-isem “Pruneaux d'Agen”/“Pruneaux d'Agen mi-cuits” (IĠP), hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2066/2002 tal-21 ta' Novembru 2002 li jżid l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 għad-daħla ta' ċerti ismijiet fir-Reġistru ta' għażliet protetti ta' oriġini u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti pprovduti għalihom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u għażliet ta' oriġini għal prodotti agrikoli u alimenti (Carne de Bovino Cruzado dos Lameiros do Barroso, Pruneaux d'Agen - Pruneaux d'Agen mi-cuits, Carciofo romanesco del Lazio, Aktinidio Pierias, Milo Kastorias, Welsh Beef), ĠU L 318, 22.11.2002, p. 4.