9.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 179/4


Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 169 tal-25 ta’ Ġunju 2019 )

F’paġna 61, Anness I, parti A, tabella, entrata “Etere tal-bis(pentabromofenil) (etere tad-dekabromodifenil; dekaBDE)”, ir-raba’ kolonna, punt 4, il-frażi introduttorja u punt (c),

minflok:

“4.

L-eżenzjonijiet speċifiċi għal spare parts għall-użu f’vetturi bil-mutur imsemmija fil-punt 2(b)(ii) għandhom japplikaw għall-manifattura u l-użu tad-dekaDBE kummerċjali li jaqa’ taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

 

...

(c)

apparati pirotekniċi u applikazzjonijiet affettwati minn apparati pirotekniċi bħal kejbils tal-ignixin tal-airbags, covers/drappijiet tas-sits, unikament jekk rilevanti għall-airbags, u airbags (ta’ quddiem u tal-ġenb).”,

aqra:

“4.

L-eżenzjonijiet speċifiċi għal spare parts għall-użu f’vetturi bil-mutur imsemmija fil-punt 3(b)(ii) għandhom japplikaw għall-manifattura u l-użu tad-dekaDBE kummerċjali li jaqa’ taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

 

...

(c)

apparati pirotekniċi u applikazzjonijiet affettwati minn apparati pirotekniċi bħal kejbils tal-ignixin tal-airbags, covers/drappijiet tas-sits (unikament jekk rilevanti għall-airbags) u airbags (ta’ quddiem u tal-ġenb).”;

F’paġna 61, Anness I, parti A, tabella, entrata Etere tal-“bis(pentabromofenil) (etere tad-dekabromodifenil; dekaBDE)”, ir-raba’ kolonna, punt 7,

minflok:

“7.

It-tqegħid fis-suq u l-użu tal-oġġetti li fihom id-dekaBDE importati għall-finijiet tal-eżenzjonijiet speċifiċi fil-punt 2 għandhom ikunu permessi sal-iskadenza ta’ dawk l-eżenzjonijiet. Il-punt 6 għandu japplika daqslikieku oġġetti bħal dawn ġew prodotti skont l-eżenzjoni fil-punt 2. Oġġetti ta’ dan it-tip li jkunu qed jintużaw sad-data ta’ skadenza tal-eżenzjoni rilevanti jistgħu jibqgħu jintużaw.”,

aqra:

“7.

It-tqegħid fis-suq u l-użu tal-oġġetti li fihom id-dekaBDE importati għall-finijiet tal-eżenzjonijiet speċifiċi fil-punt 3 għandhom ikunu permessi sal-iskadenza ta’ dawk l-eżenzjonijiet. Il-punt 6 għandu japplika daqslikieku oġġetti bħal dawn ġew prodotti skont l-eżenzjoni fil-punt 3. Oġġetti ta’ dan it-tip li jkunu qed jintużaw sad-data ta’ skadenza tal-eżenzjoni rilevanti jistgħu jibqgħu jintużaw.”;

F’paġna 63, Anness I, parti A, tabella, entrata ’Eżabromoċiklododekan’, l-ewwel kolonna, l-ewwel linja,

minflok:

“1

Eżabromoċiklododekan”,

aqra:

 

“Eżabromoċiklododekan”;

F’paġna 67, Anness III, parti B, intestatura,

minflok:

“PARTI B”,

aqra:

“PARTI B

Sustanza (Nru CAS)”.